EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2013:368:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 368, 17 ta' Diċembru 2013


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.368.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 368

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
17 ta' Diċembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kunsill

2013/C 368/01

Opinjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ta' Spanja

1

2013/C 368/02

Opinjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ta' Franza

4

2013/C 368/03

Opinjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-Programm ta' Sħubija Ekonomika tas-Slovenja

7

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 368/04

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

9

2013/C 368/05

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

11

2013/C 368/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7016 – MHI/MH Power Systems) ( 1 )

12

2013/C 368/07

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7073 – KKR/Arle Capital/Hilding Anders) ( 1 )

12

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 368/08

Rata tal-kambju tal-euro

13

 

L-Ombudsman Ewropew

2013/C 368/09

Rapport Annwali 2012

14

2013/C 368/10

Rapport Speċjali lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 3(7) tal-Istatut tal-Ombudsman Ewropew

15

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 368/11

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

16

2013/C 368/12

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

16

2013/C 368/13

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

17

2013/C 368/14

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

17

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 368/15

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7113 – PPF Group/Telefónica Czech Republic/Telefónica Slovakia) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

18

2013/C 368/16

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7006 – OAO Lukoil/Lubricant Business OMV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

19

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kunsill

17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/1


OPINJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta' Diċembru 2013

dwar il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ta' Spanja

2013/C 368/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (1), b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST) jimmira li jiżgura d-dixxiplina baġitarja fl-Unjoni u jistabbilixxi l-qafas għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tad-defiċits eċċessivi tal-gvern. Huwa bbażat fuq l-objettiv ta' finanzi governattivi sodi bħala mezz sabiex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b'saħħtu bbażat fuq stabbiltà finanzjarja, u b'hekk jappoġġja l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni għal tkabbir sostenibbli u impjiegi.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ imsaħħaħ tal-politiki baġitarji fiż-żona tal-euro u għall-iżgurar li l-baġits nazzjonali jkunu konsistenti mal-gwida tal-politika ekonomika maħruġa fil-kuntest tal-PST u s-Semestru Ewropew. Peress li miżuri purament baġitarji jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw korrezzjoni dejjiema tad-defiċit eċċessiv, jistgħu jkunu meħtieġa miżuri addizzjonali ta' politika u riformi strutturali.

(3)

L-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 jistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għal programmi ta' sħubija ekonomika, li l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jippreżentaw taħt proċedura ta' defiċit eċċessiv. Il-programm ta' sħubija ekonomika, li jistabbilixxi pjan direzzjonali ta' miżuri biex jikkontribwixxu għal korrezzjoni effettiva u dejjiema tad-defiċit eċċessiv, għandu jispeċifika, b'mod partikolari r-riformi fiskali strutturali ewlenin, speċjalment dawk li jirreferu għat-tassazzjoni, is-sistemi tal-pensjonijiet u tas-saħħa u l-oqfsa baġitarji.

(4)

Fis-27 ta' April 2009, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/417/KE (2), fejn Spanja kienet is-suġġett ta' proċedura ta' defiċit eċċessiv. Fil-21 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fil-kuntest ta' defiċit eċċessiv li nfetħet qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 473/2013.

(5)

Fl-1 ta' Ottubru 2013, u fiż-żmien stabbilit bl-Artikolu 9(3), u 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013, Spanja ppreżentat il-Programm ta' Sħubija Ekonomika tagħha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, li jistabbilixxi b'mod partikolari r-riformi fiskali-strutturali bl-objettiv li jiżguraw korrezzjoni effettiva u dejjiema tad-defiċit eċċessiv. Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jinkludi miżuri intiżi sabiex jimplementaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (RSP) tal-2013, sa indirizzati lil Spanja bir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju (3) (ir-“Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013”) li: (i) jiżguraw it-tiswija fiskali differenzjata u li ssaħħaħ it-tkabbir (RSP # 1 u 2); (ii) jirrestawraw is-self lill-ekonomija (RSP # 3); (iii) jikkumbattu l-qgħad u l-konsegwenzi soċjali tal-kriżi (RSP # 4, 5 u 6); (iv) jrawmu il-kompetittività u t-tkabbir (RSP # 7 u 8); u (v) jimmodernizzaw l-amministrazzjoni pubblika (RSP # 9).

(6)

Il-miżuri strutturali fiskali li Spanja qed tippjana li timplimenta huma dawn li ġejjin: (i) monitoraġġ strett tal-iżviluppi baġitarji fil-livelli reġjonali u lokali; (ii) il-ħolqien ta' istituzzjoni fiskali indipendenti; (iii ) it-tnaqqis fin-nefqa fil-kura tas-saħħa u l-amministrazzjoni pubblika; (iv) it-tneħħija tal-arretrati kummerċjali fis-settur pubbliku; (v) it-tnaqqis tal-inerzja tal-prezzijiet fin-nefqa pubblika u fid-dħul; (vi) is-sostenibbiltà tal-pensjonijiet; (vii) is-simplifikazzjoni u t-tisħiħ tal-effiċjenza tas-sistema fiskali; (viii) il-ġlieda kontra l-ekonomija informali; u (ix) iż-żieda fl-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika. Jekk dawk il-miżuri jiġu implimentati b'mod effettiv, jistgħu jkunu mistennija li jikkontribwixxu għall-korrezzjoni dejjiema tad-defiċit eċċessiv fi Spanja.

(7)

Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ta' Spanja jieħu kont ukoll tal-progress li sar fit-titjib tal-monitoraġġ tal-finanzi reġjonali skont il-Liġi Organika dwar l-Istabbiltà Baġitarja (BSOL), il-Fond għal-Likwidità tar-Reġjun u l-Iskema ta' Pagament tal-Fornituri. Madankollu, il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ta' Spanja ma jqisx passi addizzjonali sabiex jissaħħaħ l-infurzar strett u trasparenti tal-miżuri preventivi u korrettivi previsti fil-BSOL, inkluż pereżempju permezz tal-pubblikazzjoni f'waqtha tar-rapporti ta' valutazzjoni trimestrali tal-pjanijiet ekonomiċi u finanzjarji tar-reġjun u r-raġunijiet għaliex jiġu jew ma jiġux attivati s-sanzjonijiet fuq entitajiet mhux konformi.

(8)

Il-ħolqien ta' istituzzjoni fiskali indipendenti skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 għandu jikkontribwixxi għal monitoraġġ imtejjeb tal-finanzi pubbliċi ta' Spanja u għal sejba bikrija tad-devjazzjonijiet mill-miri baġitarji. L-istituzzjoni fiskali indipendenti għandha wkoll tagħti parir fuq l-attivazzjoni tal-miżuri preventivi, korrettivi u ta' infurzar previsti fil-BSOL kif ukoll dwar id-definizzjoni tal-miri fiskali tar-reġjun. Madankollu, xi dispożizzjonijiet istituzzjonali li jiżguraw l-indipendenza funzjonali u operattiva tal-istituzzjoni fiskali setgħu kienu aktar b'saħħithom.

(9)

Għalkemm il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ma jippreżentax pjanijiet għal rieżami sistematiku komprensiv ta' elementi maġġuri ta' nfiq, kif stabbilit fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2103, sa Marzu 2014, miżuri biex jiġi razzjonalizzat l-infiq fuq is-saħħa, fuq il-politika tal-impjiegi u fuq l-amministrazzjoni pubblika jagħtu informazzjoni dwar xi elementi ta' nefqa ewlenin. Rigward in-nefqa fuq is-saħħa, ir-reviżjoni tal-basket ta' benefiċċji u tal-prezzijiet ta' referenza għal prodotti farmaċewtiċi u l-introduzzjoni ta' pjattaforma għax-xiri ċentralizzat tal-provvisti tas-saħħa, jistgħu jwasslu għal użu aktar effiċjenti tar-riżorsi pubbliċi. Rigward l-amministrazzjoni pubblika, ir-riformi huma mistennija li jiġġeneraw iffrankar fuq perjodu ta' tliet snin billi tiżdied l-effiċjenza globali, b'mod partikolari billi jitneħħew strutturi amministrattivi doppji, jiġu simplifikati l-ispejjeż ġenerali, tiġi razzjonalizzata l-hekk imsejħa amministrazzjoni “istituzzjonali”, kif ukoll jiġu riformati l-entitajiet lokali. Il-monitoraġġ u l-infurzar strett ta' dawk il-miżuri se jkunu meħtieġa biex jiġi realizzat l-iffrankar mistenni. L-appartenenza reġjonali tar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika hija wkoll kritika biex jiġu żgurati gwadanji fl-effiċjenza fuq żmien medju.

(10)

Ir-reviżjoni li għaddejja tal-BSOL timmira li ssaħħaħ is-setgħat ta' monitoraġġ tal-Ministeru tal-Finanzi dwar is-sitwazzjoni tal-flus kontanti u l-arretrati tad-diversi livelli tal-gvern ġenerali. L-għan huwa li jiġu eliminati l-arretrati ta' dejn kummerċjali fis-settur pubbliku, u li jiġi evitat li l-akkumulazzjoni ta' dejn kummerċjali toħloq riskji għas-sostenibbiltà finanzjarja ta' kwalunkwe amministrazzjoni pubblika. Bħala tali, l-abbozz ta' liġi jsaħħaħ id-dixxiplina fiskali fuq is-subsetturi kollha tal-gvern ġenerali.

(11)

Dan l-abbozz ta' liġi dwar id-diżindiċjar jimmira li jwaqqaf l-iskemi ta' indiċjar fil-prezzijiet u l-miżati amministrati. Il-mekkaniżmi eżistenti dwar in-negozjar kollettiv, l-istrumenti tas-settur finanzjarju u l-pensjonijiet huma esklużi mill-ambitu ta' din il-liġi, billi l-iskemi tal-pensjonijiet huma s-suġġett ta' riforma separata kif imsemmi fil-premessa 12. Wara d-dħul fis-seħħ tagħha, il-liġi x'aktarx li tiġġenera xi ffrankar fiskali, filwaqt li fl-istess ħin, tikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-effetti indiretti fuq il-prezzijiet filwaqt li jiġu appoġġjati l-poter ta' akkwist u l-kompetittività.

(12)

It-tibdiliet reċenti u ppjanati fis-sistema tal-pensjonijiet huma sinifikanti. Ir-regolament propost tal-fattur ta' sostenibbiltà u l-formula l-ġdida ta' indiċjar tal-pensjoni – flimkien mar-riforma ta' rtirar bikri adottata f'Marzu 2103 huma passi importanti biex titjieb is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u biex titrażżan in-nefqa tal-pensjonijiet li qed togħla malajr.

(13)

Rigward ir-rieżami sistematiku tas-sistema tat-taxxa (RSP 2), il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jirreferi għall-konklużjonijiet ta' grupp ta' esperti li għandhom jiġu ppreżentati fi Frar 2014, li mbagħad se jiġu evalwati mill-Gvern fi stadju aktar tard. Dak il-programm jippreżenta wkoll miżuri, bħat-taxxa l-ġdida fuq il-gass fluworur, bi tweġiba għar-rakkomandazzjoni li jittieħdu passi addizzjonali dwar it-tassazzjoni ambjentali.

(14)

Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jirreferi wkoll għal miżuri għall-ġlieda kontra l-frodi fiskali u x-xogħol mhux iddikjarat, inkluż fost l-oħrajn, pjan annwali dwar il-kontrolli tat-taxxa u doganali li għandu jiġi adottat fil-bidu tal-2014, kif ukoll l-implimentazzjoni kontinwa tal-pjan kontra l-frodi fl-impjieg u fis-sigurtà soċjali. Dawk l-isforzi huma mistennija jagħtu dħul addizzjonali, biex b'hekk jikkontribwixxu għall-isforz għal konsolidazzjoni fiskali.

(15)

Ġiet dedikata attenzjoni sinifikanti fil-Programm ta' Sħubija Ekonomika għall-kwistjonijiet tas-suq tax-xogħol, inkluża l-evalwazzjoni tar-riforma tas-suq tax-xogħol tal-2012, ir-riforma li għaddejja tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol, l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Intraprenditorjat u tal-Impjiegi għaż-Żgħażagħ u l-introduzzjoni ta' sħubijiet pubbliċi-privati fis-servizzi ta' impjieg. Madankollu, m'hemmx pjanijiet konkreti għall-modernizzazzjoni ulterjuri tas-servizzi pubbliċi ta' impjieg, lil hinn mill-kooperazzjoni mal-aġenziji privati ta' impjieg. Barra minn hekk, wara l-evalwazzjoni tar-riforma tas-suq tax-xogħol tal-2012, il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ma jipprevedix miżuri għat-tisħiħ ulterjuri tar-riforma. Minkejja dan, dik ir-riforma jidher li rawmet il-flessibilità interna u l-moderazzjoni tal-pagi fil-kumpaniji, u b'hekk illimitat, ceteris paribus, it-telf ta' impjieg.

(16)

Ir-riformi fis-swieq tal-prodotti u tas-servizzi wkoll sejrin fid-direzzjoni t-tajba. Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jagħti informazzjoni dwar miżuri bħall-abbozz ta' liġi fuq il-garanzija tal-unità tas-suq, l-abbozz ta' liġi fuq is-servizzi professjonali u l-liġi dwar l-intraprenditorjat. Barra minn hekk, il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jenfasizza l-miżuri meħtieġa biex jitnaqqas id-defiċit tat-tariffa tal-elettriku. Dawk il-miżuri, li għad iridu jitlestew, jistgħu jgħinu biex titrażżan l-akkumulazzjoni tad-dejn mit-tariffa tal-enerġija elettrika u l-passività kontinġenti assoċjata għall-finanzi pubbliċi,

ADOTTA DIN L-OPINJONI:

Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ta' Spanja ppreżenta sett adegwat biżżejjed ta' riformi fiskali-strutturali lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fl-1 ta' Ottubru 2013, li jsostnu korrezzjoni effettiva u dejjiema tad-defiċit eċċessiv. Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jikkonferma l-aġenda tar-riformi u l-iskeda għar-riformi fiskali u riformi strutturali oħrajn inklużi fil-Programm Nazzjonali tar-Riformi tal-2013 u l-Programm ta' Stabbiltà u f'xi każi, jagħti aktar dettall dwar il-kontenut tal-miżuri u t-tul mistenni tagħhom. Madankollu, s'issa ċerti rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill huma biss parzjalment appoġġjati minn miżuri konkreti. Dan huwa l-każ, pereżempju, tar-rieżami sistematiku ta' oġġetti maġġuri ta' nfiq bil-ħsieb li tittejjeb l-effiċjenza fin-nefqa pubblika (RSP 1). Barra minn hekk, rigward ir-rieżami tas-sistema fiskali (RSP 2), il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jirreferi prinċipalment għall-konklużjonijiet ta' grupp ta' esperti tat-taxxa skedati għal Frar 2014. Fil-maġġoranza tal-każijiet, ir-riformi għadhom iridu jiġu adottati u/jew implimentati b'mod sħiħ, billi l-implimentazzjoni mgħaġġla u sħiħa hija ta' importanza ewlenija għas-suċċess tal-Programm ta' Sħubija Ekonomika. Il-Kummissjoni u l-Kunsill ser jimmonitorjaw l-eżekuzzjoni tar-riformi fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)  ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/417/KE tas-27 ta' April 2009 dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fi Spanja (ĠU L 135, 30.5.2009, p. 25).

(3)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma ta’ Spanja għall-2013 u li twassal l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà ta’ Spanja, 2012-2016 (ĠU C 217, 30.7.2013, p. 81).


17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/4


OPINJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Diċembru 2013

dwar il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ta' Franza

2013/C 368/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (1), b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST) jimmira li jiżgura d-dixxiplina baġitarja fl-Unjoni u jistabbilixxi l-qafas għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tad-defiċits eċċessivi tal-gvern. Huwa bbażat fuq l-objettiv ta' finanzi governattivi sodi bħala mezz sabiex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b'saħħtu bbażat fuq stabbiltà finanzjarja, u b'hekk tiġi appoġġjata l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni għal tkabbir sostenibbli u impjiegi.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ imsaħħaħ tal-politiki baġitarji fiż-żona tal-euro u għall-iżgurar li l-baġits nazzjonali jkunu konsistenti mal-gwida politika ekonomika maħruġa fil-kuntest tal-PST u s-Semestru Ewropew. Peress li miżuri purament baġitarji jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw korrezzjoni dejjiema tad-defiċit eċċessiv, jistgħu jkunu meħtieġa miżuri addizzjonali ta' politika u riformi strutturali.

(3)

L-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 jistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati kif l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jippreżentaw programmi ta' sħubija ekonomika taħt proċedura ta' defiċit eċċessiv. Il-programm ta' sħubija ekonomika, li jistabbilixxi pjan direzzjonali ta' miżuri biex jikkontribwixxi għal korrezzjoni effettiva u dejjiema tad-defiċit eċċessiv, għandu jispeċifika, b'mod partikolari r-riformi fiskali strutturali ewlenin, speċjalment dawk li jirreferu għat-tassazzjoni, is-sistemi tal-pensjonijiet u tas-saħħa u l-oqfsa baġitarji.

(4)

Fis-27 ta' April 2009, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/414/KE (2), fejn Franza kienet is-suġġett ta' proċedura ta' defiċit eċċessiv. Fil-21 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fil-kuntest ta' defiċit eċċessiv (Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013) li nfetħet qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 473/2013. F'dan il-kuntest Franza ntalbet tippreżenta programm ta' sħubija ekonomika sal-1 ta' Ottubru 2013.

(5)

Fl-1 ta' Ottubru 2013, u fiż-żmien stabbilit bl-Artikolu 9(3) u 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013, Franza ppreżentat Programm ta' Sħubija Ekonomika tagħha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, li jistabbilixxi b'mod partikolari r-riformi fiskali-strutturali li jimmiraw li jiżguraw korrezzjoni effettiva u dejjiema tad-defiċit eċċessiv. Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jinkludi miżuri intiżi sabiex jimplementaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (RSP) tal-2013 indirizzati lil Franza bir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013 (3) (Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013) li: (i) jiżguraw is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi (RSP 1) filwaqt li tiġi simplifikata s-sistema tat-taxxa (RSP 5); (ii) jirrestawraw il-kompetittività permezz ta' miżuri biex jitnaqqsu l-kostijiet tal-produzzjoni (RSP 2), itejbu l-ambjent tan-negozju (RSP 3) u jżidu l-kompetizzjoni (RSP 4); kif ukoll (iii) jikkumbattu l-qgħad u l-inugwaljanza fis-suq tax-xogħol (RSP 6).

(6)

Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jiffoka fuq miżuri li, bi ftit eċċezzjonijiet, diġà ġew implimentati jew qegħdin fil-proċess tal-adozzjoni. Huwa jipprovdi informazzjoni limitata dwar l-istrateġija tal-politika tal-Gvern għall-perjodu sal-2015, li hija l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv. Ir-riformi fiskali-strutturali meħuda jew ippjanati minn Franza huma dawn li ġejjin: (i) miżuri biex jitnaqqas id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika, b'mod partikolari permezz ta' sforzi li jrażżnu ż-żieda fin-nefqa; (ii) il-ħolqien ta' kunsill fiskali indipendenti; (iii) ir-riforma tas-sistema tal-pensjonijiet; (iv) is-simplifikazzjoni tas-sistema tat-taxxa; u (v) it-tnaqqis fil-kost tax-xogħol. Riformi strutturali addizzjonali li għandhom effett fuq it-tkabbir u l-kompetittività, u għalhekk impatt indirett fuq it-tnaqqis tad-defiċit jinkludu: (i) l-appoġġ għall-innovazzjoni u kapaċità ta' esportazzjoni tal-kumpaniji; (ii) miżuri li jtejbu l-kompetizzjoni u l-effiċjenza fl-industriji tan-netwerk u f'ċerti setturi regolati; (iii) ir-riforma tas-suq tax-xogħol; u (iv) l-appoġġ għall-impjieg għaż-żgħażagħ.

(7)

Rigward il-finanzi pubbliċi, il-miżuri meħuda jimmiraw li jikkonformaw mal-miri tad-defiċit nominali stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013, bi sforzi speċifiċi biex irażżnu ż-żieda fin-nefqa, inkluż fil-kura tas-saħħa. F'dak ir-rigward, twettqu numru ta' valutazzjonijiet ta' politika pubblika bħala parti mir-rieżami li għadu għaddej tal-infiq u dawn irriżultaw fi proposti speċifiċi iżda l-iffrankar mistenni għadu ma ġiex ikkwantifikat b'mod sistematiku. Barra minn hekk, parti mill-miżuri mħabbra s'issa jikkonsistu fil-limitazzjoni u/jew it-tneħħija tal-eżenzjonijiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, li fil-fatt se jgħollu l-piż tat-taxxa minflok ibaxxu n-nefqa. B'mod aktar ġenerali, wieħed għad irid jara sa liema punt ir-rieżami tal-infiq se jirriżulta fil-fatt f'riformi maġġuri tal-politiki tal-gvern, u jkopri l-attivitajiet fis-settur pubbliku u l-modi ta' twassil tas-servizzi pubbliċi. Il-Gvern beda wkoll riforma ta' deċentralizzazzjoni mmirata li tiċċara r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet lokali u tal-gvern ċentrali sabiex tiżdied l-effiċjenza tan-nefqa tal-gvern lokali. Madankollu, mhuwiex ċar f'dan l-istadju jekk dan il-proċess hux se jikkontribwixxi fil-fatt għar-razzjonalizzazzjoni tal-infiq lokali, u l-iffrankar mistenni għadu ma ġiex ikkwantifikat. Barra mill-ammont sinifikanti ta' ffrankar immirat għall-2014, il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jipprovdi ftit informazzjoni dwar il-miżuri biex titjieb il-kost-effettività tal-infiq fuq il-kura tas-saħħa fit-terminu medju u dak twil, inkluż fil-qasam tal-farmaċewtiċi, fid-dawl taż-żieda prevista f'dak l-infiq.

(8)

It-tmexxija tal-finanzi pubbliċi ġiet imsaħħa b'mod partikolari permezz tal-ħolqien ta' Kunsill Għoli għall-Finanzi Pubbliċi. Il-Kunsill Għoli għall-Finanzi Pubbliċi, li l-indipendenza tiegħu hija prevista bil-liġi, jagħti opinjoni dwar ix-xenarju makroekonomiku li fuqu huma bbażati l-abbozzi tal-baġit u l-programmi ta' stabbiltà u dwar il-konsistenza tal-miri fiskali annwali mal-istrateġija baġitarja pluriennali. Fid-dawl tar-rwol tiegħu, huwa ipprovda opinjoni dwar il-Programm ta' Stabbiltà ppreżentat minn Franza fit-30 ta' April 2013 kif ukoll dwar l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju.

(9)

Ir-riforma ppjanata tal-pensjonijiet tista' tkun mistennija li tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet. Il-miżuri meħuda sal-2020 jiffokaw prinċipalment fuq in-naħa tad-dħul, b'mod partikolari b'żieda fil-kontribuzzjonijiet soċjali kemm għall-impjegati kif ukoll għal min iħaddem, miżura li l-Kunsill kien wissa kontriha fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013. Il-Gvern impenja ruħu biex itaffi l-impatt tar-riforma ppjanata tal-pensjonijiet fuq il-kost tax-xogħol fl-2014 permezz ta' tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tal-familja. Mill-2020, il-perjodu ta' kontribuzzjoni għal pensjoni sħiħa se jiżdied b'mod gradwali għal 43 sena sal-2035. Ir-riforma ppjanata ma tindirizzax b'mod sħiħ ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013 minħabba li l-miżuri kkunsidrati huma mistennija li jnaqqsu biss bin-nofs id-differenza ta' finanzjament fis-sistema tal-pensjonijiet sal-2020. F'dan ir-rigward, l-ambitu u r-regoli speċifiċi tal-iskemi tal-ħaddiema tas-settur pubbliku ma ġewx rieżaminati. Barra minn hekk, jista' jkun li l-lakuna finanzjarja tas-sistema tal-pensjonijiet sal-2020 tkun saħansitra ikbar milli mistenni jekk ix-xenarju makroekonomiku li fuqu hija bbażata r-riforma jispiċċa jkun ottimist iżżejjed, sitwazzjoni li ma tistax tiġi kompletament eskluża abbażi tal-iżviluppi ekonomiċi attwali. Il-kost baġitarju tal-miżuri ppjanati biex jittieħed iżjed kont tal-attivitajiet ta' strapazz huwa soġġett għal inċertezza sinifikanti u huwa riskju ieħor għall-prospetti finanzjarji tas-sistema tal-pensjonijiet.

(10)

Saru aktar sforzi biex tiġi simplifikata s-sistema tat-taxxa u tiżdied l-effiċjenza tagħha permezz ta' tnaqqis ulterjuri fin-nefqa tat-taxxa u proposti biex tiżdied it-tassazzjoni ambjentali. Min-naħa l-oħra, minbarra l-miżura li diġà ġiet adottata fl-2013, li l-impatt tagħha se jiżdied fl-2014, l-ebda miżuri mhuma meqjusa fl-Abbozz ta' Pjan Baġitarju biex titkompla titnaqqas it-tendenza lejn id-dejn fit-tassazzjoni korporattiva. Emendi għall-Abbozz ta' Pjan Baġitarju wara li dan ġie ppreżentat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill se jirriżultaw f'rata statutorja de facto ogħla ta' taxxa fuq id-dħul korporattiv għall-kumpaniji kbar, kontra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013 biex jitnaqqsu r-rati statutorji filwaqt li titwessa' l-bażi fiskali. Barra minn hekk, filwaqt li r-rati tat-taxxa b'valur miżjud se jinbidlu minn Jannar 2014, kif deċiż f'Diċembru 2012, il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ma jinkludix informazzjoni dwar il-miżuri intiżi biex ir-rati mnaqqsa jinġiebu eqreb ir-rata standard kif rakkomandat mill-Kunsill. Is-sospensjoni ta' taxxa ekoloġika fuq vetturi b'merkanzija tqila mħabbra mill-Gvern fid-29 ta' Ottubru tidher li hija f'kontradizzjoni mal-isforzi ppreżentati fil-Programm ta' Sħubija Ekonomika biex tiżdied it-tassazzjoni ambjentali.

(11)

Il-miżuri meħuda mill-Gvern biex jappoġġja l-kost kompetittività jistgħu jkunu mistennija li jtaffu ż-żieda fil-kost tax-xogħol marbuta mal-miżuri ta' konsolidazzjoni fiskali adottati mill-2010. B'mod partikolari, ir-ribass tat-taxxa għall-kompetittività u l-impjiegi adottat f'Diċembru 2012 inaqqas b'mod sinifikanti l-kost tax-xogħol għall-pagi li huma inqas minn 2,5 darbiet il-paga minima. Minbarra l-impenn biex jittaffa l-impatt tar-riforma tal-pensjoni ppjanata fl-2014, il-Gvern ħabbar riforma fil-futur tal-finanzjament tas-sigurtà soċjali sabiex jiġu diversifikati r-rikavati u jitnaqqas l-impatt tagħhom fuq il-kost tax-xogħol. Madankollu, ftit informazzjoni hija disponibbli f'dan l-istadju dwar id-dettalji ta' dik ir-riforma.

(12)

Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jressaq numru ta' riformi strutturali meħuda biex jiżdiedu t-tkabbir u l-kompetittività u għall-ġlieda kontra l-qgħad. Sabiex jappoġġja l-kompetittività, il-Gvern ħa miżuri li jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzi għal proġetti innovattivi u jappoġġjaw il-kumpaniji ta' esportazzjoni. Ġew imnedija inizjattivi li jissimplifikaw l-interazzjonijiet bejn il-kumpaniji u l-amministrazzjoni. Barra minn hekk, il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jsemmi miżuri mmirati biex tiżdied il-kompetizzjoni f'xi setturi regolati (bħan-nutara u l-kontabilisti) iżda dawk il-miżuri ma jindirizzawx b'mod sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2103 li appellaw għal riforma ambizzjuża fis-settur tas-servizzi. Ġiet ippreżentata wkoll riforma tas-sistema ferrovjarja fil-Programm ta' Sħubija Ekonomika. Filwaqt li dik ir-riforma tfittex li ttejjeb l-effiċjenza tas-sistema, ma tipprevedix il-ftuħ tat-trasport domestiku tal-passiġġieri għall-kompetizzjoni, kif hemm mitlub fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż. Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jippreżenta wkoll miżuri sinifikanti adottati għall-ġlieda kontra l-qgħad, għalkemm ħafna minnhom kienu magħrufa fiż-żmien tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013. Il-liġi tal-14 ta' Ġunju 2013 dwar l-iżgurar tal-impjiegi, il-miżuri speċifiċi li jappoġġjaw l-impjieg taż-żgħażagħ u ta' ħaddiema akbar fl-età, kif ukoll ir-riforma li jmiss ta' taħriġ vokazzjonali u apprendistat huma passi pożittivi biex jitjieb il-funzjonament tas-suq tax-xogħol u b'hekk jiżdied il-potenzjal ta' tkabbir fi Franza. B'kuntrast, in-negozjati dwar is-sistema ta' benefiċċji tal-qgħad ġew posposti sal-2014,

ADOTTA DIN L-OPINJONI:

Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ta' Franza ppreżenta sett ta' riformi fiskali-strutturali lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fl-1 ta' Ottubru 2013, li huma parzjalment adegwati biex isostnu korrezzjoni effettiva u dejjiema tad-defiċit eċċessiv. Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva lejn il-miżuri adottati qabel ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013. Dan jinkludi wkoll informazzjoni dwar ir-riformi addizzjonali mnedija sal-ħin meta l-Programm ta' Sħubija Ekonomika ġie ppreżentat. Madankollu, dawk il-miżuri mhux se jkunu biżżejjed biex jindirizzaw l-iżbilanċi fiskali u strutturali u ġie pprovdut ftit dettall dwar ir-riformi addizzjonali ppjanati bħala tweġiba għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013. Il-proposta tal-Gvern għal riforma tal-pensjonijiet se tnaqqas id-defiċit tas-sistema tal-pensjonijiet imma mhix biżżejjed biex dan jiġi eliminat sal-2020, b'mod partikolari minħabba skemi għall-uffiċjali tal-gvern statali u impjegati li jaħdmu f'għadd ta' kumpaniji kkontrollati mill-Istat mistennija li jkollhom defiċits sinifikanti sa dak iż-żmien u x-xenarju makroekonomiku sottostanti jidher wisq ottimist. Ir-rieżami tal-infiq li għaddej wassal biss riżultati limitati s'issa u wieħed għad irid jara sa liema punt se jirriżulta f'iffrankar imdaqqas. Barra minn hekk mhux ċar ukoll jekk ir-riforma ta' deċentralizzazzjoni ppjanata hix se ttejjeb il-koordinazzjoni bejn il-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali u twassal għal iffrankar sinifikanti għall-amministrazzjoni pubblika kollha. Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jipprovdi ftit informazzjoni dwar il-miżuri li jindirizzaw iż-żieda prevista fil-perjodu medju jew fit-tul fin-nefqa pubblika fuq il-kura tas-saħħa.

Barra minn hekk, deċiżjonijiet riċenti meħuda mill-Gvern fil-qasam tat-tassazzjoni jidhru li ma jirrispettawx ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013 u joħolqu inċertezza dwar l-istrateġija tal-Gvern. Fl-aħħar nett, jeħtieġ li l-miżuri li jsostnu l-impenn tal-Gvern biex inaqqas aktar il-kost tax-xogħol jiġu speċifikati. B'mod ġenerali, filwaqt li r-riformi li diġà kienu leġiżlati huma passi pożittivi, xorta jeħtieġu aktar sforzi biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi fiskali u strutturali biex tiġi appoġġjata b'mod effettiv korrezzjoni dejjiema tad-defiċit eċċessiv u s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi. Għalhekk, Franza hija mistiedna tippreżenta informazzjoni addizzjonali fil-Programm tar-Riformi Nazzjonali u fil-Programm ta' Stabbiltà li jmiss fuq l-isforzi ta' riforma biex tiżdied l-effiċjenza tal-infiq pubbliku fis-subsetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika u b'mod partikolari biex tinkiseb koordinazzjoni aħjar u ffrankar addizzjonali bejn il-livelli ċentrali u lokali tal-gvern. Hija meħtieġ aktar spjegazzjoni fuq miżuri biex tiżdied il-kost-effettività tan-nefqa fuq il-kura tas-saħħa u biex jiġi evitat li d-defiċits previsti tal-iskemi tal-pensjonijiet tal-ħaddiema fis-settur pubbliku jkunu ta' piż fuq id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika. Hija meħtieġa wkoll aktar informazzjoni fuq l-azzjonijiet ippjanati biex ikomplu jnaqqsu l-kost tax-xogħol u b'mod aktar ġenerali dwar ir-riformi strutturali ulterjuri previsti biex tiżdied il-kapaċità ta' aġġustament tal-ekonomija u biex jissaħħaħ it-tkabbir potenzjali. Il-Kummissjoni u l-Kunsill se jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tar-riformi fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)  ĠU L 140, 27.5.2013 p. 11.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/414/KE tas-27 ta' April 2009 dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fi Franza (ĠU L 135, 30.5.2009, p. 19).

(3)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma ta' Franza tal-2013 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà ta' Franza, 2012-2017 (ĠU C 217, 30.7.2013, p. 27).


17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/7


OPINJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta' Diċembru 2013

dwar il-Programm ta' Sħubija Ekonomika tas-Slovenja

2013/C 368/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 (1) dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro, b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST) għandu l-għan li jiżgura d-dixxiplina baġitarja fl-Unjoni u jistabbilixxi l-qafas għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tad-defiċits eċċessivi tal-gvern. Huwa bbażat fuq l-objettiv ta' finanzi governattivi sodi bħala mezz biex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b'saħħtu bbażat fuq l-istabbiltà finanzjarja, u b'hekk jappoġġja l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni għal tkabbir u impjiegi sostenibbli.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ imsaħħaħ tal-politiki baġitarji fiż-żona tal-euro u għall-iżgurar li l-baġits nazzjonali jkunu konsistenti mal-gwida politika ekonomika maħruġa fil-kuntest tal-PST u tas-Semestru Ewropew. Peress li miżuri purament baġitarji jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw korrezzjoni dejjiema tad-defiċit eċċessiv, jistgħu jkunu meħtieġa miżuri ta' politika u riformi strutturali addizzjonali.

(3)

L-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 jistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-programmi ta' sħubija ekonomika, li għandhom jiġu ppreżentati mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro taħt proċedura ta' defiċit eċċessiv. Il-programm ta' sħubija ekonomika, li jistabbilixxi pjan direzzjonali ta' miżuri biex jikkontribwixxu għal korrezzjoni effettiva u dejjiema tad-defiċit eċċessiv, għandu jispeċifika, b'mod partikolari, ir-riformi fiskali strutturali ewlenin, b'mod partikolari dawk li jirreferu għat-tassazzjoni, is-sistemi tal-pensjonijiet u tas-saħħa u l-oqfsa baġitarji.

(4)

Fit-2 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill adotta deċiżjoni skont l-Artikolu 126(6) tat-Trattat, fejn is-Slovenja kienet is-suġġett ta' proċedura ta' defiċit eċċessiv. Il-Kunsill adotta fil-21 ta' Ġunju 2013 rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat fil-kuntest ta' defiċit eċċessiv li nfetħet qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 473/2013. F'dan il-kuntest, is-Slovenja ntalbet tippreżenta programm ta' sħubija ekonomika sal-1 ta' Ottubru 2013, li jistabbilixxi r-riformi fiskali-strutturali li jimmiraw li jiżguraw korrezzjoni effettiva u dejjiema tad-defiċit eċċessiv.

(5)

Il-programm ta' sħubija ekonomika ppreżentat mis-Slovenja fl-1 ta' Ottubru jinkludi miżuri mmirati biex isaħħu l-istrateġija baġitarja għal korrezzjoni dejjiema tad-defiċit eċċessiv (Rakkomandazzjoni tal-Kunsill speċifika għall-pajjiż ((“RSP”) 1), biex jappoġġjaw is-sostenibbiltà fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet u jinkludu l-ispejjeż tat-tixjiħ (RSP2), jirriformaw is-suq tax-xogħol (RSP3), jevalwaw il-kwalità tal-assi fis-sistema bankarja (RSP4), itejbu l-qafas regolatorju u l-kapaċitajiet superviżorji tal-banek (RSP5), jirriformaw il-professjonijiet regolati (RSP6), inaqqsu t-tul tal-proċeduri ġudizzjarji (RSP7), isaħħu l-governanza korporattiva tal-SOEs u l-privatizzazzjoni (RSP8) u jirristrutturaw il-kumpaniji u jtejbu l-ambjent tan-negozju (RSP9).

(6)

Il-miżuri fiskali-strutturali u r-riformi li s-Slovenja qed tippjana li timplimenta jikkonċernaw dan li ġej: (i) is-sistema tat-taxxa u l-konformità tat-taxxa; (ii) il-qafas fiskali; (iii) is-sistema tal-pensjonijiet, u (iv) l-kura fit-tul. Is-sett ta' miżuri huwa parzjalment adegwat u jista' jkun mistenni li jikkontribwixxi għall-korrezzjoni effettiva u dejjiema tas-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv. Madankollu, jeħtieġu aktar sforzi u implimentazzjoni aċċellerata f'ċerti oqsma.

(7)

Il-miżuri strutturali riċenti li jżidu d-dħul, b'mod partikolari rati tal-VAT ogħla u taxxa ġdida fuq il-proprjetà, huma previsti li jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli (madwar 1,3 % tal-PDG) għall-konsolidament tal-finanzi pubbliċi. Dawn l-azzjonijiet mhumiex ikkumplimentati b'miżuri strutturali tan-naħa tan-nefqa li huma wkoll essenzjali sabiex tinkiseb il-pożizzjoni ta' bilanċ/surplus tal-baġit. Abbażi tal-informazzjoni attwali, huwa prematur li jiġu evalwati l-bosta miżuri amministrattivi biex tissaħħaħ il-konformità tat-taxxa, madankollu jekk dawn ikunu effiċjenti, ikomplu jsaħħu s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.

(8)

L-awtoritajiet qed iħejju riforma tal-leġiżlazzjoni li fuqha huwa bbażat il-qafas fiskali b'konformità mat-Trattat ta' Stabbiltà, Koordinazzjoni u Governanza fl-UME (TSKG) u ma' liġijiet oħra tal-Unjoni. Ir-regola kostituzzjonali approvata tal-bilanċ/surplus tal-baġit u l-atti legali previsti li jispeċifikaw l-implimentazzjoni tagħha, b'mod partikolari l-Att dwar ir-Regoli Fiskali l-ġdid u l-Att dwar il-Finanzi Pubbliċi emendat, għandhom jgħinu biex jankraw id-dixxiplina fiskali fid-dritt nazzjonali.

(9)

Bħala riżultat tal-implimentazzjoni tar-riforma tal-pensjonijiet f'Diċembru 2012, in-numri ta' pensjonanti anzjani ġodda kull xahar jindikaw moderazzjoni fit-tkabbir tagħhom. Madankollu, il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tat-tieni rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sostenibbiltà fit-tul tas-sistema tal-pensjoni tkun prematura. Grupp ta' ħidma magħmul minn membri mill-akkademja u l-amministrazzjoni pubblika qed jevalwa l-implikazzjonijiet tar-riforma. Abbażi tas-sejbiet tiegħu, il-Gvern bi ħsiebu jistabbilixxi proposti għal aktar adattamenti tas-sistema tal-pensjonijiet biex jiżgura s-sostenibbiltà tagħha wara l-2020.

(10)

Sabiex ikompli jindirizza l-ispejjeż marbuta mal-anzjani li dejjem jiżdiedu, il-gvern approva pjan għal att dwar il-kura fit-tul u l-assistenza personali li jintroduċi sistema ġdida bbażata fuq l-assigurazzjoni. L-adozzjoni tal-att il-ġdid hija prevista fl-ewwel nofs tal-2014. Il-finanzjament tas-sistema obbligatorja bbażata fuq l-assigurazzjoni għandu jiġi ċċarat, iżda x'aktarx se jkun ibbażat fuq kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-popolazzjoni attiva u inattiva u m'għandux iżid ir-rata tal-kontribuzzjonijiet ġenerali tas-sigurtà soċjali.

(11)

Matul l-aħħar xhur, is-Slovenja żiedet ir-ritmu tar-riformi strutturali mhux fiskali rilevanti għall-aġġustament tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Qiegħed jinkiseb progress kruċjali fil-qasam tas-settur bankarju. Madankollu, ir-riformi ewlenin li jappoġġjaw l-aġġustament u t-tkabbir għadhom qegħdin jitħejjew u huma sostanzjalment tard, b'mod partikolari r-ristrutturar tal-kumpaniji barra mill-qorti u l-adozzjoni tal-klassifikazzjoni tal-assi statali.

(12)

L-implimentazzjoni ta' miżuri biex jistabbilizzaw is-settur bankarju għadha għaddejja, b'mod partikolari Eżami bir-reqqa tal-Kwalità tal-Assi u Simulazzjonijiet ta' Kriżi li jkopru kważi 70 % tas-settur bankarju qed jitwettqu u għandhom jitlestew qabel tmiem l-2013. Valutazzjoni bħal din hija mistennija li tiġi segwita minn strateġija komprensiva ta' ristrutturar, konsolidazzjoni u rikapitalizzazzjoni tas-settur bankarju, li tkun tinkludi wkoll pjanijiet għad-diżinvestiment tal-parteċipazzjonijiet fis-settur pubbliku diretti u indiretti fil-banek domestiċi. Tali diżinvestiment inaqqas b'mod sinifikanti r-riskju li jerġgħu jitfaċċaw l-passivitajiet kontinġenti fis-snin li ġejjin.

(13)

Ir-riforma li għaddejja bħalissa tal-Liġi Slovena dwar il-Holdings Sovrani, jekk tkun imfassla u implimentata sewwa, inkluż il-progress rapidu tal-privatizzazzjoni ta' ċerti SOEs, tista', minn naħa, tiġġenera d-dħul u tnaqqas l-obbligazzjonijiet kontinġenti tal-gvern ġenerali u, min-naħa l-oħra, tikkontribwixxi għal ġestjoni strateġika mtejba u ġestjoni ta' assi statali aktar effiċjenti, b'mod partikolari rigward il-possibilitajiet li jiġu attirati investituri barranin,

ADOTTA DIN L-OPINJONI:

Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika tas-Slovenja ppreżentat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fl-1 ta' Ottubru 2013 jinkludi sett ta' riformi strutturali fiskali li huwa parzjalment adegwat biex jappoġġja korrezzjoni effettiva u dejjiema tad-defiċit eċċessiv u jeħtieġ li jiġi implimentat kif suppost u b'mod komprensiv biex iwassal ir-riżultati mistennija. B'mod speċifiku, il-programm ta' sħubija ekonomika juri xi progress fl-ilħuq tal-impenji mill-Programm Sloven ta' Stabbiltà u l-Programm Nazzjonali Sloven ta' Riforma dwar ir-riforma tat-taxxa, it-tisħiħ tal-konformità tat-taxxa u tal-governanza fiskali kif ukoll it-tiswija tas-settur bankarju. Ir-ristrutturar tas-settur bankarju u korporattiv u l-istrateġija ta' konsolidazzjoni wara l-ħruġ tar-Reviżjonijiet ta' Kwalità tal-Assi u s-Simulazzjonijiet ta' Kriżi għall-banek huma ewlenin biex tissaħħaħ il-kunfidenza u jiġu attirati investituri barranin fis-Slovenja, inklużi fil-bonds sovrani. Ix-xogħol fuq adattamenti ulterjuri possibbli tas-sistema tal-pensjonijiet m'ilux li beda u l-informazzjoni dwar il-miżuri konkreti u l-iskedi previsti f'dan il-qasam mhix disponibbli. B'mod ġenerali, kważi r-riformi kollha għadha għaddejja l-ħidma fuqhom u b'hekk l-adozzjoni rapida u l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom huma ta' importanza kbira. Għalhekk, is-Slovenja hija mistiedna tagħti aktar dettalji dwar l-informazzjoni pprovduta u tipprovdi informazzjoni addizzjonali fuq ir-riformi previsti fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma u l-Programm ta' Stabbiltà li jmiss, li l-valutazzjoni sħiħa tagħhom se ssir mill-Kummissjoni u l-Kunsill fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)  ĠU L 140, 27.5.2013 p. 11.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/9


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 368/04

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

1.10.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.37259 (13/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Nordrhein-Westfalen

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Richtlinie über die Gewährung von Zuwendungen für Forschung, Innovation und Technologie des Landes NRW

Il-bażi legali

Richtlinie über die Gewährung von Zuwendungen für Forschung, Innovation und Technologie des Landes Nordrhein-Westfalen (FIT)

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Riċerka u żvilupp

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 1 080 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 120 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2016

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Projektträger Jülich

Wihelm-Johnen-Strasse

52425 Jülich

DEUTSCHLAND

NRW.Bank

Johanniterstrasse 3

48145 Münster

DEUTSCHLAND

Staatskanzlei NRW

Stadttor 1

40219 Düsseldorf

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/11


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 368/05

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

31.10.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.37484 (13/N)

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Poland

Artikolu 107(3)(a)

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Przedłużenie mapy pomocy regionalnej na lata 2007–2013 do dnia 30 czerwca 2014 r.

Il-bażi legali

Projekt rozporządzenia Rady Ministrów zmieniającego rozporządzenie w sprawie ustalenia mapy pomocy regionalnej

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Oħrajn – The notification refers to the prolongation of the existing regional aid map. All forms of aid are possible.

L-estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

31.12.2013-30.6.2014

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Polska/Poland

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/12


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7016 – MHI/MH Power Systems)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 368/06

Fis-6 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7016. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/12


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7073 – KKR/Arle Capital/Hilding Anders)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 368/07

Fil-11 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7073. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/13


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ Diċembru 2013

2013/C 368/08

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3776

JPY

Yen Ġappuniż

141,87

DKK

Krona Daniża

7,4605

GBP

Lira Sterlina

0,84385

SEK

Krona Żvediża

9,0266

CHF

Frank Żvizzeru

1,2212

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,4345

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,600

HUF

Forint Ungeriż

299,77

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7029

PLN

Zloty Pollakk

4,1758

RON

Leu Rumen

4,4570

TRY

Lira Turka

2,7970

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5400

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4579

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6815

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6673

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7293

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 450,66

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,2072

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3651

HRK

Kuna Kroata

7,6293

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 507,61

MYR

Ringgit Malażjan

4,4626

PHP

Peso Filippin

60,700

RUB

Rouble Russu

45,2905

THB

Baht Tajlandiż

44,125

BRL

Real Brażiljan

3,2091

MXN

Peso Messikan

17,8013

INR

Rupi Indjan

85,0670


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


L-Ombudsman Ewropew

17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/14


Rapport Annwali 2012

2013/C 368/09

Fit-12 ta’ Settembru 2013, l-Ombudsman Ewropew ippreżenta ir-Rapport Annwali tas-sena 2012 lill-Parlament Ewropew.

Ir-Rapport Annwali, kif ukoll Ġabra fil-Qosor huma disponibbli mis-sit uffiċjali tal-Internet tal-Ombudsman Ewropew, bit-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni fuq http://www.ombudsman.europa.eu

Min jixtieq kopja ta' dawn il-pubblikazzjonijiet, jista' jagħmel dan bla ebda ħlas billi jikkuntattja l-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew, f'dan l-indirizz:

1 avenue du Président Robert Schuman

CS 30403

67001 Strasbourg Cedex

FRANCE

Tel. +33 388172313

Fax +33 388179062

Posta elettronika: eo@ombudsman.europa.eu


17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/15


Rapport Speċjali lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 3(7) tal-Istatut tal-Ombudsman Ewropew (1)

2013/C 368/10

Fl-2013, l-Ombudsman Ewropew indirizza rapport speċjali lill-Parlament Ewropew:

Rapport Speċjali tat-12 ta’ Novembru 2013 wara l-inkjesta fuq inizjattiva proprja tal-Ombudsman Ewropew OI/5/2012/BEH-MHZ dwar Frontex.

Dan ir-rapport speċjali huwa disponibbli fuq il-website tal-Ombudsman Ewropew fuq: http://www.ombudsman.europa.eu

Kopji ta' dan ir-rapport jistgħu jinkisbu, bla ħlas, mill-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew:

1 avenue du Président Robert Schuman

CS 30403

67001 Strasbourg Cedex

FRANCE

Tel. +33 388172313

Faks +33 388179062

Posta elettronika: eo@ombudsman.europa.eu


(1)  Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tad-9 ta' Marzu 1994 tal-Parlament Ewropew dwar ir-Regolamenti u l-Kundizzjonijiet Ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman, ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/16


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 368/11

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

21.11.2013

Tul ta’ żmien

21.11.2013-31.12.2013

Stat Membru

Spanja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

BUM/ATLANT

Speċi

Marlin blu (Makaira nigricans)

Żona

L-Oċean Atlantiku

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

72/TQ40


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/16


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 368/12

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

27.11.2013

Tul

27.11.2013-31.12.2013

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

MAC/*4A

Speċi

Kavalli (Scomber scombrus)

Żona

lVa

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

In-numru ta’ referenza

73/TQ40


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/17


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 368/13

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

27.11.2013

Tul

27.11.2013-31.12.2013

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

PLE/7FG.

Speċi

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

Żona

Iż-żoni VIIf u VIIg

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

In-numru ta’ referenza

78/TQ39


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/17


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 368/14

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

27.11.2013

Tul

27.11.2013-31.12.2013

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

MAC/*3A4BC

Speċi

Kavalli (Scomber scombrus)

Żona

Iż-żoni IIIa u IVbc

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

In-numru ta’ referenza

74/TQ40


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7113 – PPF Group/Telefónica Czech Republic/Telefónica Slovakia)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 368/15

1.

Fid-9 ta’ Diċembru 2013 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża PPF Group N.V. (“PPF”, il-Pajjiżi l-Baxxi) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll sħiħ tal-impriża Telefónica Czech Republic a.s. (“Telefónica CZ”, ir-Repubblika Ċeka) u s-sussidjarja li tappartjeni għaliha Telefónica Slovakia s.r.o (“Telefónica SK”, is-Slovakkja), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal PDF: grupp b'rabta mal-finanzi u l-investiment attiv fl-oqsma tal-banek u l-investimenti, konsulenzi, proprjetà immobbli, enerġija, bejgħ ta' prodotti elettroniċi tal-konsumatur bil-punt fokali fuq l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u l-Asja,

għal Telefónica CZ telekomunikazzjoni fissa u mobbli u servizzi relatati fir-Repubblika Ċeka,

għal Telefónica SK: telekomunikazzjoni mobbli u servizzi relatati fis-Slovakkja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7113 – PPF Group/Telefónica Czech Republic/Telefónica Slovakia, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7006 – OAO Lukoil/Lubricant Business OMV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 368/16

1.

Fid-9 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 wara riferiment skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li biha l-impriża OAO Lukoil (Il-Federazzjoni Russa) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-parti(jiet) ta' l-impriża OMV Aktiengesellschaft (l-Awstrija) permezz tax-xiri tal-assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża OAO Lukoil: l-esplorazzjoni, l-iżvilupp u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass u r-raffinar, il-produzzjoni u l-kummerċ taż-żejt mhux maħdum u l-prodotti petroliferi,

għall-assi ttrasferuti ta' OMV Aktiengesellschaft: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' lubrikanti awtomotivi u industrijali lill-klijenti mhux bl-imnut.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7006 – OAO Lukoil/Lubricant Business OMV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top