This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C:2013:200A:FULL
Official Journal of the European Union, CA 200, 12 July 2013
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, CA 200, 12 ta' Lulju 2013
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, CA 200, 12 ta' Lulju 2013
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.CA2013.200.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 200A |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
2013/C 200A/01 |
||
REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI
Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.
Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.
5 |
|
27 |
(RO) |
29 |
|
33 |
|
34 |
|
36 |
(DA) |
41 |
(BG) |
43 |
(EN) |
49 |
(ET) |
50 |
(HU) |
51 |
(SL) |
54 |
(DE/EN/FR) |
58 |
(EN/GA) |
75 |
|
81 |
|
82 |
|
88 |
(BG) |
89 |
(CS) |
94 |
|
104 |
|
109 |
|
111 |
|
112 |
(DE/EN/FR) |
117 |
(ET) |
118 |
|
120 |
|
131 |
|
143 |
|
160 |
(DE/EN/FR) |
162 |
|
166 |
|
167 |
|
168 |
|
172 |
|
173 |
|
174 |
|
176 |
(BG/DE/EN/ET/FI/IT/LT/LV/MT/NL/PL/PT/SK/SL/SV) |
180 |
(MT) |
182 |
(DE/EN/FR) |
183 |
(IT) |
191 |
|
192 |
|
193 |
|
194 |
|
196 |
|
197 |
|
199 |
|
200 |
|
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Parlament Ewropew
12.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 200/1 |
AVVIŻ TA' REKLUTAĠĠ NRU PE/168/S
(2013/C 200 A/01)
Il-Parlament Ewropew qed jorganizza proċedura tal-għażla abbażi ta' kwalifiki u testijiet sabiex jistabbilixxi lista ta' riżerva għall-pożizzjoni ta'
AĠENT TEMPORANJU
UFFIĊJAL TAL-ISTAMPA (AD 5)
(ta' sess femminil jew maskil)
Qabel tapplika, jekk jogħġbok aqra sew il-gwida għall-kandidati annessa ma' dan l-avviż ta' reklutaġġ.
Din il-gwida li tagħmel parti integrali tal-avviż ta' reklutaġġ, se tgħinek tifhem ir-regoli marbuta mal-proċeduri u l-modalitajiet ta' iskrizzjoni.
WERREJ
A. |
DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET U KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI (PROFIL IMFITTEX) |
B. |
IL-PROĊEDIMENT TAL-PROĊEDURA |
C. |
IT-TRESSIQ TAL-APPLIKAZZJONIJIET |
ANNESS: |
GWIDA GĦALL-KANDIDATI FIL-PROĊEDURI TAL-GĦAŻLA ORGANIZZATI MILL-PARLAMENT EWROPEW |
A. DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET U KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI (PROFIL IMFITTEX)
1. Elementi ġenerali
Il-Parlament Ewropew iddeċieda li jibda l-proċedura sabiex timtela l-pożizzjoni temporanja ta' Uffiċjal tal-Istampa (AD 5) — Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, Direttorat għall-Midja, Unità tas-Servizzi u s-Segwitu tal-Midja.
Dan il-kuntratt se jiġi konkluż għal perjodu indeterminat. Ir-reklutaġġ se jsir għall-grad AD 5 l-ewwel skala, u s-salarju bażiku se jkun EUR 4 349,59 kull xahar. Dan is-salarju huwa soġġett għat-taxxa Komunitarja u għal tnaqqis ieħor previst mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (CEOS); Is-salarju huwa eżentat minn kull taxxa nazzjonali. L-iskala li fiha se jiġi reklutat il-kandidat tista' madankollu tiġi adattata skont l-esperjenza professjonali tiegħu. Barra minn hekk, taħt ċerti kundizzjonijiet se jiżdiedu allowances mas-salarju bażiku.
Din il-funzjoni teżiġi missjonijiet frekwenti fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew u barra minnhom, kif ukoll diversi kuntatti interni u esterni.
Il-Parlament Ewropew japplika politika ta' opportunitajiet indaqs u jaċċetta l-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal pereżempju diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiki ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, is-sħubija f'minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.
2. Deskrizzjoni tal-funzjonijiet
Ibbażat f'Barċelona (1), l-uffiċjal tal-istampa se jkun responsabbli li jwettaq, fil-qafas tal-programmi u l-prijoritajiet definiti mill-korpi parlamentari u/jew il-ġerarkija tiegħu, dawn il-kompiti li ġejjin:
— |
jinforma lill-midja nazzjonali, reġjonali u speċjalizzata dwar ir-rwol u l-attività tal-Parlament Ewropew, |
— |
jippromwovi relazzjonijiet strutturati mal-istampa miktuba, awdjoviżiva u elettronika billi jistabbilixxi kuntatti diretti u personali mal-midja kollha tal-pajjiż, |
— |
jiggarantixxi monitoraġġ permanenti tal-interess fil-kwistjonijiet Ewropej tal-midja ta' Spanja u jirrapporta dwar dan l-interess lid-Direttur Ġenerali, |
— |
jikkoopera fl-organizzazzjoni ta' żjarat, simpożji u seminars tal-istampa nazzjonali, reġjonali u speċjalizzata, |
— |
jikkoopera fit-twettiq tal-attivitajiet u l-prodotti tal-midja maħsuba biex jippromwovu l-għarfien dwar l-attivitajiet tal-Istituzzjoni. |
It-twettiq ta' dawn il-funzjonijiet jeżiġi ħila ta' antiċipazzjoni, reazzjoni u komunikazzjoni, ħiliet interpersonali kif ukoll il-ħila li wieħed jittratta l-informazzjoni u li jiffoka fuq il-kwistjonijiet essenzjali.
3. Kundizzjonijiet ta' ammissjoni (profil imfittex)
Fid-data tal-għeluq stabbilita għat-tressiq tal-applikazzjonijiet, il-kandidati għandhom jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) Kundizzjonijiet ġenerali
Skont l-Artikolu 12(2) tas-CEOS, jeħtieġ b'mod speċjali li l-kandidati:
— |
ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u jgawdu d-drittijiet ċiviċi tagħhom, |
— |
ikunu ssodisfaw kull obbligu impost mil-liġijiet ta' reklutaġġ applikabbli fil-qasam militari, |
— |
jipproduċu r-referenzi ta' karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet previsti. |
(b) Kundizzjonijiet speċifiċi
(i) Titoli, lawrji u għarfien meħtieġ
Il-kandidati għandu jkollhom livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' ċiklu komplut ta' studji universitarji ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikat b'lawrja rikonoxxuta b'mod uffiċjali, f'qasam marbut mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet.
(ii) Esperjenza professjonali meħtieġa
Mhija meħtieġa l-ebda esperjenza professjonali.
(iii) Għarfien lingwistiku
Il-kandidati għandu jkollhom:
|
għarfien fil-fond tal-lingwa Spanjola (lingwa 1) u |
|
għarfien tajjeb ħafna tal-lingwa Ingliża u Katalana (lingwi 2 u 3). |
Il-kumitat tal-għażla se jikkunsidra l-għarfien ta' lingwi oħra uffiċjali (2) tal-Unjoni Ewropea.
Skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla Manja) fil-Kawża C-566/10 P, ir-Repubblika Taljana/il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew jista' jillimita l-għażla tal-lingwi 2 u 3 għal numru limitat.
Il-kandidati huma infurmati li l-lingwi 2 u 3 użati għall-finijiet ta' din il-proċedura tal-għażla ġew definiti skont l-interess tas-servizz, li jeżiġi li r-reklutati l-ġodda jkunu operattivi minnufih fi ħdan l-Uffiċċju tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew f'Barċelona u kapaċi li jikkomunikaw b'mod effikaċi fix-xogħol tagħhom ta' kuljum. Inkella, il-funzjonament effikaċi tal-istituzzjoni jirriskja li jkun serjament ostakolat.
B'kunsiderazzjoni tal-prattika tal-Uffiċċju tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew rigward il-lingwi ta' komunikazzjoni u b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tal-Uffiċċju tal-Informazzjoni f'Barċelona fil-qasam tal-għarfien tas-soċjetà ċivili u l-midja lokali, l-Ingliż jibqa' l-iktar lingwa użata. Barra minn hekk, il-qasam partikolari ta' din il-proċedura tal-għażla jiġġustifika l-eżiġenza ta' għarfien tajjeb ħafna tal-lingwa Katalana.
Il-valutazzjoni tal-kompetenzi speċifiċi tippermetti lill-Parlament Ewropew biex jevalwa l-ħila tal-kandidati li jkunu operattivi minnufih f'ambjent li jkun qrib dak li se jkunu meħtieġa jaħdmu fih.
B. IL-PROĊEDIMENT TAL-PROĊEDURA
Il-proċedura hija organizzata abbażi ta' kwalifiki u testijiet .
Il-lista tal-kandidati li ppreżentaw il-fajl tagħhom fil-forma mitluba qabel id-data tal-iskadenza u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali speċifikati fit-Taqsima A.3(a) hija stabbilita mill-Awtorità tal-Ħatra, imbagħad tiġi trażmessa flimkien mal-fajls lill-kumitat tal-għażla (għal aktar dettalji, ara l-gwida għall-kandidati) .
1. Ammissjoni għall-proċedura tal-għażla
Il-kumitat tal-għażla se jeżamina l-fajls u jistabbilixxi lista ta' kandidati, li peress li jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifiċi kif speċifikati fit-Taqsima A.3(b), huma amessi għall-proċedura.
Fl-eżaminazzjoni tiegħu tal-fajls, il-kumitat se jibbaża l-għażla tiegħu esklussivament fuq l-indikazzjonijiet imniżżlin fl-applikazzjonijiet li jkunu appoġġati b'dokumenti ġustifikattivi (għal aktar dettalji, ara l-gwida għall-kandidati) .
2. Evalwazzjoni tal-kwalifiki
Il-kumitat tal-għażla, abbażi tal-kriterji li jkun stabbilixxa minn qabel, jipproċedi għall-evalwazzjoni tal-kwalifiki tal-kandidati ammessi għall-proċedura tal-għażla u jistabbilixxi lista tal-aħjar sitt kandidati ammessi għat-testijiet.
Waqt l-evalwazzjoni tal-kwalifiki tal-kandidati, il-kumitat tal-għażla jikkunsidra b'mod partikolari:
— |
l-għarfien tal-istruttura tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew, l-organizzazzjoni tiegħu, l-ambjent tiegħu u d-diversi persuni involuti, |
— |
l-għarfien ġenerali tal-kwistjonijiet Ewropej, |
— |
l-għarfien tal-industriji tal-midja Spanjoli u Katalani (stampa, midja awdjoviżiva, midja online, midja soċjali), |
— |
l-għarfien tal-metodi tat-tfassil u t-tixrid tal-informazzjoni, |
— |
l-għarfien amministrattiv (riżorsi umani u/jew ġestjoni u/jew baġit u/jew finanzi u/jew IT u/jew legali, eċċ). |
— |
il-ħila ta' kitba, speċjalment stqarrijiet għall-istampa, testi għall-pubblikazzjoni “online” u testi għall-“pubbliku ġenerali”. |
Marki: minn 0 sa 20 punt.
3. Testijiet
Sabiex jiġu evalwati l-kapaċitajiet tal-kandidati li jeżerċitaw il-funzjonijiet deskritti fit-Taqsima A.2 huma organizzati dawn it-testijiet li ġejjin:
Testijiet bil-miktub
(a) |
Test tal-kitba bil-lingwa Ingliża (lingwa 2) abbażi ta' fajl ta' mhux aktar minn għoxrin paġna magħmul minn dokumenti bil-lingwa Ingliża, Spanjola u Katalana, maħsub biex jevalwa l-ħila tal-kandidati li jitrattaw fajl kif ukoll il-ħila tagħhom ta' kitba. Tul ta' ħin tat-test: 3 sigħat. Marki: minn 0 sa 40 punt (minimu meħtieġ: 20). |
(b) |
Test tal-kitba bil-lingwa Spanjola (lingwa 1), maħsub biex jevalwa l-ħila tal-kandidati li jiktbu stqarrija għall-istampa. Tul ta' ħin tat-test: siegħa. Marki: minn 0 sa 20 punti (minimu meħtieġ: 10). |
(c) |
Test tal-kitba bil-lingwa Katalana (lingwa 3), maħsub biex jevalwa l-ħila tal-kandidati li jiktbu ittra uffiċjali. Tul ta' ħin tat-test: 30 minuta. Marki: minn 0 sa 10 punti (minimu meħtieġ: 5). |
Testijiet orali
(d) |
Intervista mal-kumitat tal-għażla bil-lingwa Ingliża (lingwa 2), li permezz tagħha tiġi vvalutata l-ħila tal-kandidati li jeżerċitaw il-funzjonijiet deskritti fit-Taqsima A.2 “Deskrizzjoni tal-funzjonijiet”, b'kunsiderazzjoni tal-elementi kollha mniżżlin fil-fajl tal-applikazzjoni. L-għarfien tal-lingwa Spanjola u Katalana se jiġi ttestjat ukoll waqt l-intervista. Tul ta' ħin massimu tat-test: 45 minuta. Marki: minn 0 sa 40 punt (minimu meħtieġ: 20 punt). |
(e) |
Test ta' diskussjoni fi grupp bil-lingwa Ingliża (lingwa 2), sabiex jippermetti lill-kumitat tal-għażla li jevalwa l-ħila ta' adattament, il-ħila ta' negozjar u ta' teħid ta' deċiżjonijiet kif ukoll l-imġiba tal-kandidati fi grupp. It-tul ta' ħin ta' dan it-test se jiġi stabbilit mill-kumitat tal-għażla skont il-kompożizzjoni definita tal-gruppi. Marki: minn 0 sa 20 punt (minimu meħtieġ: 10 punti). |
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-kandidati fuq il-fatt li t-testijiet jistgħu jsiru f'jum jew f'jumejn konsekuttivi.
4. Iskrizzjoni fil-lista ta' riżerva
Il-lista ta' riżerva se tinkludi, skont l-ordni tal-mertu, l-isem tat-tliet kandidati li jkunu kisbu l-aktar punti fil-proċedura kollha (evalwazzjoni tal-kwalifiki u tat-testijiet) bil-kundizzjoni li jkunu kisbu tal-anqas 50 % tal-punti f'din il-proċedura kollha u l-minimu mitlub għal kull test eliminatorju.
Il-kandidati se jiġu nfurmati individwalment bir-riżultati tagħhom u l-lista ta' riżerva se titwaħħal fuq il-bords uffiċjali fil-bini tal-Parlament Ewropew.
Il-validità tal-lista ta' riżerva se tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017; din tista' tiġi estiża. F'dak il-każ, il-kandidati mniżżla fil-lista se jiġu infurmati fi żmien xieraq.
Kull kandidat imniżżel fil-lista ta' riżerva li jiġi offert impjieg, aktar tard għandu jippreżenta għall-finijiet ta' ċertifikazzjoni l-orġinali tad-dokumenti kollha meħtieġa, speċjalment il-lawrji u ċ-ċertifikati ta' xogħol tiegħu.
C. IT-TRESSIQ TAL-APPLIKAZZJONIJIET
Il-kandidati għandhom jimlew il-formola tal-applikazzjoni bl-Ingliż (oriġinali jew kopja) speċifika għall-avviż ta' reklutaġġ u li tinsab fil-Ġurnal Uffiċjali ppubblikat mill-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Il-kandidati huma mistiedna jaqraw bir-reqqa l-gwida għall-kandidati qabel ma jimlew l-applikazzjoni tagħhom.
Il-formola tal-applikazzjoni u l-fotokopji tad-dokumenti għandhom jintbagħtu bil-posta rreġistrata (3) sa mhux aktar tard mit-13 ta' Awwissu 2013 (it-timbru tal-posta jinżamm bħala prova), fl-indirizz li ġej:
PARLEMENT EUROPÉEN |
Unité concours et procédures de sélection — MON 04 S 010 |
Procédure de sélection PE/168/S |
(għandu jiġi indikat in-numru ta' referenza tal-proċedura ta' selezzjoni) |
Rue Wiertz 60 |
1047 Bruxelles/Brussel |
Belgique/België |
Il-kandidati huma mitluba biex MA JĊEMPLUX rigward l-iskeda taż-żmien tal-proċedura.
Hija r-responsabilità tal-kandidati li jikkuntattjaw lill-Unità tal-Kompetizzjonijiet u l-Proċeduri ta' Għażla b'fax (+32 22831717), b'email (PE-168-S@ep.europa.eu) jew b'ittra jekk ma tkunx waslitilhom ittra rigward l-applikazzjoni tagħhom qabel it-30 ta' Ottubru 2013.
(1) Din il-pożizzjoni tista' tkun ibbażata f'wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.
(2) Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma dawn li ġejjin: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, l-Isvediż, it-Taljan u l-Ungeriż.
(3) Il-kunsinna minn kumpanija privata tal-posta titqies bħala rreġistrata. F'dan il-każ, id-data li tidher fuq il-formola tal-kunsinna se tinżamm bħala prova.
ANNESS
Gwida għall-kandidati fil-proċeduri tal-għażla organizzati mill-Parlament Ewropew
1. |
DAĦLA |
Kif issir proċedura tal-għażla?
2. |
STADJI TAL-PROĊEDURA TAL-GĦAŻLA |
Ir-riċevuta tal-applikazzjonijiet
Eżaminazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali
Eżaminazzjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi
Evalwazzjoni tal-kwalifiki
Testijiet
Lista ta' riżerva
3. |
KIF TAPPLIKA? |
Elementi ġenerali
Kif tibgħat il-fajl komplut?
Liema dokumenti ġustifikattivi għandek tehmeż mal-fajl?
Elementi ġenerali
Dokumenti ġustifikattivi għall-kundizzjonijiet ġenerali
Dokumenti ġustifikattivi għall-kundizzjonijiet speċifiċi u l-evalwazzjoni tal-kwalifiki
4. |
KOMUNIKAZZJONI |
5. |
INFORMAZZJONI ĠENERALI |
Opportunitajiet indaqs
Talbiet mill-kandidati għall-aċċess għall-informazzjoni li tikkonċernahom
Protezzjoni tad-data personali
Spejjeż tal-ivvjaġġar u ta' soġġorn
ANNESS I
ANNESS II
1. DAĦLA
Kif issir proċedura tal-għażla?
Proċedura tal-għażla tinvolvi sensiela ta' stadji fejn il-kandidati jikkompetu bejniethom; din il-proċedura hija miftuħa għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea li, sad-data tal-iskadenza stabbilita għat-tressiq tal-applikazzjonijiet, jissodisfaw il-kriterji meħtieġa, u tagħti ċans ekwu lill-kandidati kollha biex juru l-ħiliet tagħhom u tippermetti għażla bbażata fuq il-mertu, fir-rispett tal-prinċipju ta' trattament ugwali.
Il-kandidati li jgħaddu proċedura tal-għażla jitniżżlu f'lista ta' riżerva li se sservi ta' bażi għall-Parlament Ewropew sabiex jimla l-pożizzjoni li għaliha japplika dan l-avviż ta' reklutaġġ.
Għal kull proċedura tal-għażla se jinħatar kumitat tal-għażla magħmul minn membri li jirrappreżentaw l-amministrazzjoni u l-kumitat tal-persunal. Il-ħidmiet ta' dan il-kumitat tal-għażla huma sigrieti u jitwettqu skont l-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali.
Il-kandidati ma jistgħu taħt l-ebda ċirkostanza jagħmlu kuntatt dirett jew indirett mal-kumitat tal-għażla. L-Awtorità tal-Ħatra għandha d-dritt li teskludi kull kandidat li jmur kontra din l-istruzzjoni.
Il-kumitat tal-għażla jimxi b'mod strett mal-kriterji ta' ammissjoni msemmija fl-avviż ta' reklutaġġ biex jiddeċiedi jekk kandidat għandux jiġi ammess jew le għall-kompetizzjoni. Il-kandidati li kienu ammessi għal kompetizzjoni jew proċedura tal-għażla preċedenti mhux se jkunu awtomatikament eliġibbli.
Sabiex jagħżel l-aħjar kandidati, il-kumitat tal-għażla jqabbel il-prestazzjonijiet tal-kandidati sabiex jivvaluta l-ħiliet tagħhom biex iwettqu l-funzjonijiet deskritti fl-avviż. Għalhekk m'għandux biss jevalwa l-livell tal-għarfien, iżda wkoll jidentifika l-persuni l-aktar kkwalifikati abbażi tal-merti tagħhom.
Għall-informazzjoni, proċedura tal-għażla tista' ddum bejn 6 u 9 xhur, skont in-numru tal-kandidati.
2. STADJI TAL-PROĊEDURA TAL-GĦAŻLA
Il-proċedura tal-għażla hija magħmula minn dawn l-istadji li ġejjin:
— |
ir-riċevuta tal-applikazzjonijiet, |
— |
l-eżaminazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali, |
— |
l-eżaminazzjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi, |
— |
l-evalwazzjoni tal-kwalifiki (ammissjoni għat-testijiet), |
— |
it-testijiet, |
— |
il-lista ta' riżerva. |
Ir-riċevuta tal-applikazzjonijiet
Il-kandidati li jiddeċiedu li japplikaw għandhom jibagħtu fajl komplut tal-applikazzjoni, li jinkludi l-formola tal-applikazzjoni speċifika għall-avviż ta' reklutaġġ, mimlija, iffirmata u akkumpanjata mid-dokumenti ġustifikattivi kollha meħtieġa li jagħtu prova li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi speċifikati fl-avviż ta' reklutaġġ. Dawk il-kandidati li ma jagħmlux dan jiġu esklużi mill-kompetizzjoni. Dan il-fajl għandu jintbagħat bil-posta rreġistrata (il-kunsinna minn kumpanija privata tal-posta se titqies bħala ekwivalenti tal-posta rreġistrata. F'dan il-każ, id-data li tidher fil-formola tal-kunsinna se titqies bħala d-data tal-kunsinna) sad-data speċifikata fl-avviż. Ara t-taqsima C tal-avviż ta' reklutaġġ għall-indirizz u d-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.
Eżaminazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali
L-Unità tal-Kompetizzjonijiet u l-Proċeduri ta' Għażla se teżamina jekk l-applikazzjoni tistax tiġi aċċettata, jiġifieri jekk l-applikazzjoni intbagħtitx fil-forma u sad-data tal-iskadenza mitluba fl-avviż ta' reklutaġġ u jekk il-kundizzjonijiet ġenerali ta' ammissjoni ġewx sodisfati.
Konsegwentement, jiġu awtomatikament eliminati l-kandidati li:
— |
jkunu bagħtu l-fajl tal-applikazzjoni tagħhom wara d-data tal-iskadenza, kif muri mit-timbru tal-posta jew mill-formola tal-kunsinna tal-kumpanija privata tal-posta, |
— |
ma bagħtux il-fajl tal-applikazzjoni tagħhom bil-posta rreġistrata jew permezz ta' kumpanija privata tal-posta, |
— |
ma użawx u/jew ma mlewx b'mod adegwat l-applikazzjoni speċifika għall-avviż ta' reklutaġġ, |
— |
ma ffirmawx l-applikazzjoni, |
— |
ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ġenerali ta' ammissjoni. |
Il-kandidati jiġu infurmati individwalment b'dan ir-rifjut wara d-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet .
Il-lista tal-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali speċifikati fl-avviż ta' reklutaġġ hija stabbilita mill-awtorità tal-ħatra, imbagħad din il-lista tintbagħat flimkien mal-fajls lill-kumitat tal-għażla.
Eżaminazzjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi
Il-kumitat tal-għażla jeżamina l-applikazzjonijiet u jistabbilixxi l-lista tal-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali speċifikati fl-avviż ta' reklutaġġ. Huwa jibbaża esklużivament fuq l-indikazzjonijiet mogħtija fil-formola tal-applikazzjoni li jkunu appoġġati bid-dokumenti ġustifikattivi .
L-istudji, it-taħriġ, l-esperjenza professjonali u l-għarfien lingwistiku għandhom jiġu speċifikati fid-dettall fl-applikazzjoni, jiġifieri:
— |
għall-istudji: id-dati tal-bidu u t-tmiem u d-deskrizzjoni tal-lawrja/i, kif ukoll is-suġġetti studjati; |
— |
għall-esperjenza professjonali eventwali: id-dati tal-bidu u t-tmiem tal-esperjenza kif ukoll dekrizzjoni preċiża tal-kompiti mwettqa. |
Il-kandidati li jkunu ppubblikaw studji, artikli jew testijiet oħra marbuta mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet għandhom jinkluduhom fil-formola tal-applikazzjoni.
F'dan l-istadju huma esklużi l-kandidati li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet speċifiċi ta' ammissjoni speċifikati fl-avviż ta' reklutaġġ.
Kull kandidat jiġi infurmat b'ittra dwar id-deċiżjoni tal-kumitat tal-għażla jekk ġiex ammess jew le għall-proċedura.
Evalwazzjoni tal-kwalifiki
Sabiex jagħżel il-kandidati li jiġu mistiedna għat-testijiet, il-kumitat tal-għażla jipproċedi għall-evalwazzjoni tal-kwalifiki tal-kandidati ammessi (ara l-paragrafu ta' hawn taħt). Huwa jibbaża esklużivament fuq l-indikazzjonijiet mogħtija fl-applikazzjonijiet li huma appoġġati bid-dokumenti ġustifikattivi (ara l-punt 3 ta' hawn taħt). Il-kumitat tal-għażla jibbaża fuq il-kriterji li jkun stabbilixxa minn qabel filwaqt li jikkunsidra, b'mod speċjali, il-kwalifiki speċifikati fl-avviż ta' reklutaġġ fit-Taqsima B.2.
Kull kandidat jiġi infurmat b'ittra dwar id-deċiżjoni tal-kumitat tal-għażla jekk ġiex ammess jew le għat-testijiet.
Testijiet
It-testijiet kollha huma obbligatorji u eliminatorji. In-numru massimu ta' kandidati ammessi għat-testijiet huwa stabbilit fit-Taqsima B.2 tal-avviż ta' reklutaġġ.
Minħabba raġunijiet ta' organizzazzjoni, il-kandidati jistgħu jiġu mistiedna għat-testijiet kollha bil-miktub u orali. Madankollu, l-immarkar tat-testijiet isir fl-ordni li jidher fl-avviż ta' reklutaġġ. Konsegwentement, meta kandidat ma jiksibx il-marka minima meħtieġa f'wieħed mit-testijiet eliminatorji, il-kumitat tal-għażla mhux se jimmarka t-testijiet sussegwenti.
It-testijiet tal-kandidati li jaqtgħu qalbhom ma jiġux immarkati.
Lista ta' riżerva
In-numru massimu biss tal-kandidati stabbilit fit-Taqsima B.4 tal-avviż ta' reklutaġġ jiddaħħal fil-lista ta' riżerva.
Il-fatt li isem ta' kandidat ikun imniżżel fil-lista ta' riżerva jfisser li jista' jiġi mistieden minn wieħed mis-servizzi tal-istituzzjoni għal intervista, iżda dan ma jikkostitwixxi la dritt u lanqas garanzija ta' reklutaġġ mill-istituzzjoni.
3. KIF TAPPLIKA?
Elementi ġenerali
Qabel tapplika għandek tiċċekkja sew jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta' ammissjoni, kemm dawk ġenerali kif ukoll dawk speċifiċi. Dan jimplika li għandek l-ewwel taqra l-avviż ta' reklutaġġ u din il-gwida u taċċetta t-termini.
Minkejja li dan l-avviż ta' reklutaġġ m'għandux limitu ta' età, għandek tinnota l-età tal-pensjoni stabbilita mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (http://ec.europa.eu/civil_service/docs/toc100_en.pdf)
Il-kandidati huma mitluba jimlew il-formola tal-applikazzjoni (oriġinali jew kopja) speċifika għall-avviż ta' reklutaġġ u li tinsab fil-Ġurnal Uffiċjali ppubblikat mill-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Id-dokumenti li jintbagħtu wara d-data tal-iskadenza mhux se jiġu kkunsidrati.
Il-kandidati li għandhom diżabilità jew li jinsabu f'sitwazzjoni partikolari (pereżempju: tqala, treddigħ, stat ta' saħħa, trattament mediku, eċċ), li tista' tikkawża diffikultajiet waqt il-proċediment tat-testijiet, għandhom jindikawha fl-applikazzjoni u jagħtu kull informazzjoni utli sabiex tippermetti lill-amministrazzjoni biex, jekk ikun possibbli, tieħu l-miżuri kollha neċessarji. Fejn ikun xieraq, għandhom jehmżu mal-applikazzjoni tagħhom, fuq karta separata, preċiżjonijiet dwar id-dispożizzjonijiet li huma jqisu neċessarji biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tagħhom għat-testijiet.
Kif tibgħat il-fajl komplut?
1. |
Imla u ffirma l-applikazzjoni speċifika għall-avviż ta' reklutaġġ, |
2. |
ehmeż lista nnumerata tad-dokumenti ġustifikattivi kollha mal-fajl tiegħek; |
3. |
ehmeż id-dokumenti ġustifikattivi kollha meħtieġa, li inti tkun innumerajt minn qabel, |
4. |
ibgħat il-fajl skont il-modalitajiet u qabel id-data tal-iskadenza fl-avviż ta' reklutaġġ. |
Liema dokumenti ġustifikattivi għandek tehmeż mal-fajl?
Elementi ġenerali
Tibgħatx dokumenti oriġinali. Kopji mhux ċertifikati biss tad-dokumenti meħtieġa għandhom jiġu mehmuża. Ir-referenzi għal websajts ma jistgħux jitqiesu bħala dokumenti ġustifikattivi. Dokumenti pprintjati minn websajts mhux se jitqiesu bħala ċertifikati, iżda jistgħu jinhemżu bħala informazzjoni addizzjonali.
Niġbdulek l-attenzjoni għall-fatt li l-kandidati mniżżla fil-lista ta' riżerva li għalihom huwa offert impjieg, għandhom jippreżentaw l-oriġinali tad-dokumenti meħtieġa qabel ma jkunu jistgħu jiġu reklutati.
Curriculum vitæ mhuwiex meqjus bħala dokument ġustifikattiv.
Il-kandidati ma jistgħux jirreferu għal dokumenti, formoli tal-applikazzjonijiet jew dokumenti oħra mibgħuta waqt kompetizzjoni preċedenti (1).
L-ebda element tal-fajl ma jintbagħat lura lill-kandidati.
Dokumenti ġustifikattivi għall-kundizzjonijiet ġenerali
F'dan l-istadju l-ebda dokument mhuwa meħtieġ biex jiġġustifika li l-kandidati:
— |
huma ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, |
— |
igawdu d-drittijiet ċiviċi tagħhom, |
— |
issodisfaw kull obbligu impost mil-liġijiet ta' reklutaġġ applikabbli fil-qasam militari, |
— |
jipproduċu r-referenzi ta' karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet previsti. |
Il-kandidati għandhom jiffirmaw il-formola tal-applikazzjoni. B'din il-firma, il-kandidati jiddikjaraw fuq l-unur tagħhom li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet u li l-informazzjoni pprovduta hija vera u kompluta.
Dokumenti ġustifikattivi għall-kundizzjonijiet speċifiċi u l-evalwazzjoni tal-kwalifiki
Huwa f'idejn il-kandidati li jipprovdu lill-kumitat tal-għażla bl-informazzjoni u d-dokumenti kollha li jippermettu lill-kumitat biex jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni msemmija fil-formola tal-applikazzjoni.
Lawrji u/jew ċertifikati li jiċċertifikaw it-tlestija tal-istudji
Il-kandidati għandhom jipprovdu fotokopji tal-lawrji jew taċ-ċertifikati li jiċċertifikaw l-istudji tal-livell meħtieġ mill-avviż ta' reklutaġġ.
F'dan ir-rigward il-kumitat tal-għażla jqis l-istrutturi differenti tal-edukazzjoni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
Għal diplomi postsekondarji, għandha tinhemeż l-informazzjoni l-aktar dettaljata possibbli, speċjalment dwar id-dewmien tal-istudji u s-suġġetti studjati, sabiex il-kumitat tal-għażla jkun jista' jevalwa r-rilevanza tad-diplomi b'rabta mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet.
Fil-każ ta' taħriġ tekniku jew professjonali, jew kors ta' perfezzjonament jew speċjlalizzazzjoni, il-kandidati għandhom jindikaw jekk kienx kors full time jew part time jew kors ta' filgħaxija, kif ukoll is-suġġetti studjati u d-dewmien uffiċjali tal-korsijiet.
Esperjenza professjonali
L-esperjenza professjonali se titqies biss jekk tkun inkisbet wara l-kisba tal-lawrja jew taċ-ċertifikati meħtieġa. Id-dokumenti ġustifikattivi jeħtieġu jagħtu prova tad-dewmien u l-livell tal-esperjenza professjonali u d-deskrizzjoni tal-kompiti teħtieġ tkun dettaljata kemm jista' jkun sabiex il-kumitat tal-għażla jkun jista' jqis ir-rilevanza tal-esperjenza b'rabta mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet.
Il-perjodi kollha tal-attività professjonali kkonċernati għandhom ikunu koperti minn dokumenti ġustifikattivi, speċjalment:
— |
ċertifikati minn impjegaturi preċedenti u mill-impjegatur attwali li jiġġustifikaw l-esperjenza professjonali mitluba għall-aċċess għall-proċedura tal-għażla; |
— |
jekk, minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalità, il-kandidati ma jistgħux jehmżu ċ-ċertifikati tal-impjiegi meħtieġa, huwa obbligatorju li, sabiex jissostitwixxu dawn iċ-ċertifikati, għandhom jipprovdu fotokopji tal-kuntratt tax-xogħol jew tal-ittra ta' reklutaġġ u/jew tal-ewwel u l-aħħar karta tal-paga; |
— |
għall-attivitajiet professjonali mhux imħallsa (indipendenti, professjonijiet liberali, eċċ), huma aċċettati bħala prova irċevuti jew formoli għall-ordnijiet li jagħtu dettalji dwar is-servizzi mogħtija, jew kull dokument ieħor ġustifikattiv uffiċjali rilevanti. |
Għarfien lingwistiku
L-għarfien tal-lingwi meħtieġ għandu jkun iċċertifikat minn diploma, ċertifikat jew dikjarazzjoni fuq l-unur, fuq karta separata, li tispjega kif inkiseb l-għarfien ta' dawn il-lingwi.
Jekk, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, jiġi nnutat li l-indikazzjonijiet pprovduti fl-applikazzjoni ma jkunux eżatti, ma jkunux ikkonfermati mid-dokumenti mibgħuta jew ma jikkorrispondux għal kundizzjonijiet kollha ta' dan l-avviż ta' reklutaġġ, l-ammissjoni tal-kandidat tiġi ddikjarata nulla.
4. KOMUNIKAZZJONI
Hija r-responsabilità tal-kandidati li jieħdu l-miżuri kollha sabiex l-applikazzjoni (oriġinali jew kopja) kkompletata kif xieraq u ffirmata, akkumpanjata mid-dokumenti ġustifikattivi kollha, tintbagħat bil-posta rreġistrata (2), qabel id-data tal-iskadenza. It-timbru tal-posta jitqies bħala prova.
B'kunsiderazzjoni taż-żmien li tieħu l-posta biex tasal fid-destinazzjoni tagħha, il-kandidat għandu jindirizza ittra, faks jew email (3) lill-Unità tal-kompetizzjonijiet jekk ma jirċevix ittra ta' stedina jew ittra li tinfurmah li ma ġiex ammess sad-data mogħtija fl-aħħar paragrafu tal-avviż ta' reklutaġġ.
F'kull korrispondenza relatata mal-applikazzjoni, il-kandidat għandu jikkwota l-isem mogħti f'dik l-applikazzjoni u n-numru tal-proċedura tal-għażla.
Kull korrispondenza indirizzata mill-Parlament Ewropew relatata ma' proċedura tal-għażla, inklużi l-konvokazzjonijiet għat-testijiet, tintbagħat bl-email lill-indirizz indikat mill-kandidat fl-applikazzjoni. Huwa f'idejn il-kandidat li jiċċekkja l-email tiegħu (inkluż il-fajl Spam) regolarment (tal-anqas darbtejn fil-ġimgħa) u li jinnotifika lill-Unità tal-Kompetizzjonijiet u l-Proċeduri ta' Għażla dwar bidla eventwali tal-informazzjoni personali tiegħu.
Għal kull komunikazzjoni dwar il-proċedura, jekk jogħġbok ibgħat email f'dan l-indirizz funzjonali: PE-168-S@ep.europa.eu
Jekk ma jibqax possibbli li tiċċekkja l-email tiegħek, hija r-responsabilità tiegħek li tinforma minnufih lill-Unità tal-Kompetizzjonijiet u l-Proċeduri ta' Għażla u li tagħtiha indirizz elettroniku ġdid.
Sabiex tiggarantixxi ċ-ċarezza u l-komprensjoni tat-testi ġenerali u l-korrispondenza mibgħuta lill-kandidati u rċevuta mingħandhom, il-konvokazzjonijiet għat-testijiet differenti, kif ukoll kull korrispondenza bejn l-Unità għall-kompetizzjoni u proċeduri tal-għażla u l-kandidati se jsiru biss bil-Ġermaniż, bl-Ingliż jew bil-Franċiż. L-ebda korrispondenza m'għandha ssir bil-lingwa prinċipali (lingwa 1) tal-kandidat.
Sabiex tinżamm l-indipendenza tal-kumitat tal-għażla, kull kuntatt, dirett jew indirett, tal-kandidati mal-kumitat tal-għażla huwa formalment ipprojbit u jista' jwassal għall-esklużjoni mill-proċedura.
Kull korrispondenza indirizzata lill-Kumitat tal-għażla, kif ukoll kull talba għall-informazzjoni jew korrispondenza relatata mal-proċediment tal-proċedura, għandha tkun indirizzata esklussivament lill-Unità tal-Kompetizzjonijiet u l-Proċeduri tal-għażla (3), li hija inkarigata mill-komunikazzjoni mal-kandidati sat-tmiem tal-proċedura tal-għażla.
5. INFORMAZZJONI ĠENERALI
Opportunitajiet indaqs
Il-Parlament Ewropew jiżgura li jevita kull forma ta' diskriminazzjoni waqt il-proċedura tal-għażla.
Huwa japplika politika ta' opportunitajiet indaqs u jaċċetta l-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal pereżempju diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiki ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, is-sħubija f'minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.
Talbiet mill-kandidati għall-aċċess għall-informazzjoni li tikkonċernahom
Fil-kuntest tal-proċeduri tal-għażla, il-kandidati għandhom id-dritt speċifiku li jaċċedu, fil-kundizzjonijiet deskritti hawn taħt, għal ċerta informazzjoni li tikkonċernahom direttament jew individwalment. Għalhekk, il-Parlament Ewropew jista' jagħti lil kandidat, fuq talba tiegħu, din l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:
(a) |
il-kandidati li ma jkunux għaddew mit-testijiet bil-miktub u/jew ma kinux fost dawk li ġew mistiedna għat-test orali jistgħu jiksbu, fuq talba, kopja ta' dawn it-testijiet kif ukoll kopja tal-karta tal-evalwazzjoni individwali li tinkludi l-valutazzjonijiet mogħtija mill-kumitat tal-għażla. It-talba għandha ssir fi żmien xahar mid-data ta' meta intbagħtet l-ittra li tikkomunika d-deċiżjoni li temmet il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-għażla. |
(b) |
il-kandidati li ġew mistiedna għat-testijiet orali u li ma tniżżlux fil-lista ta' riżerva se jiġu infurmati bir-riżultati tagħhom fit-testijiet differenti wara l-istabbiliment tal-lista ta' riżerva mill-kumitat tal-għażla. Dawn il-kandidati jistgħu wkoll jiksbu kopja tat-testijiet tal-kitba tagħhom skont il-kundizzjonijiet speċifikati taħt a). |
(c) |
il-kandidati mniżżla fil-lista ta' riżerva huma infurmati biss bil-fatt li huma rnexxew fil-proċedura tal-għażla. |
It-talbiet huma trattati b'kunsiderazzjoni tal-karattru sigriet tal-ħidmiet tal-kumitat tal-għażla previst mir-Regolamenti tal-Persunal (Anness III, Artikolu 6) u fir-rispett tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi rigward it-trattament tad-data personali.
Protezzjoni tad-data personali
Il-Parlament Ewropew, bħala l-korp responsabbli għall-organizzazzjoni tal-għażla, għandu jiżgura li d-data personali tal-kandidati tiġi trattata fir-rispett sħiħ tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (4), speċjalment rigward il-kunfidenzjalità u s-sigurtà tagħhom.
Spejjeż tal-ivvjaġġar u ta' soġġorn
Kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta' soġġorn tingħata lill-kandidati mistiedna għat-testijiet. Huma jiġu infurmati bl-arranġamenti u bit-tariffi applikabbli waqt l-istedina tagħhom għat-testijiet.
L-indirizz mogħti mill-kandidati fil-formola tal-applikazzjoni huwa meqjuż bħala l-post li minnu l-kandidat jitlaq biex jattendi t-testijiet. F'dan ir-rigward, bidla tal-indirizz ikkomunikata mill-kandidat wara li l-Parlament Ewropew ikun bagħat l-istedina għat-testijiet ma tistax tiġi kkunsidrata, ħlief jekk il-Parlament iqis li ċ-ċirkostanzi msemmija mill-kandidat ikunu ekwivalenti għal force majeure jew ikun każ eċċezzjonali.
(1) Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw għall-kandidati kollha, inklużi l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.
(2) Il-kunsinna minn kumpanija privata tal-posta titqies bħala rreġistrata. F'dan il-każ, id-data li tidher fuq il-formola tal-kunsinna se tinżamm bħala prova.
(3) Indirizz: Parlement européen, Unité concours et procédures de sélection — MON 04 S 010, Procédure de sélection PE/168/S, Rue Wiertz 60, 1047 Bruxelles/Brussel, Belgique/België.
Numru tal-faks: +32 22831717. Email: PE-168-S@ep.europa.eu
ANNESS I
Tabella indikattiva tal-lawrji li jagħtu aċċess għall-proċeduri tal-għażla tal-grupp ta' funzjonijiet AD (1)
PAJJIŻ |
Edukazzjoni ta' livell universitarju — 4 snin jew aktar |
Edukazzjoni ta' livell universitarju — 3 snin jew aktar |
Belgique — België |
Licence — Licentiaat |
|
България |
Диплома за висше образование Бакалавър/магистър |
|
Česká republika |
Diplom o ukončení vysokoškolského studia/Magistr |
Diplom o ukončení Bakalářského studia |
Danmark |
Kandidatgrad |
Bachelorgrad |
Deutschland |
Hochschulabschluss/Fachhochschulabschluss (8 Semester)/Master |
Fachhochschulabschluss (6-7 Semester)/Bachelor |
Eesti |
Bakalaureusekraad (160 ainepunkti)/Magistrikraad |
Bakalaureusekraad (<160 ainepunkti) |
Éire/Ireland |
Céim Ollscoile (4 bliana)/University degree (4 years) |
Céim bhaitsiléara/Bachelor's degree |
Ελλάδα |
Πτυχίο Α.Ε.Ι. (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, Τ.Ε.Ι. υποχρεωτικής τετραετούς φοίτησης) |
|
España |
Licenciatura |
Diplomado/Ingeniero técnico |
France |
Maîtrise/Master |
Licence |
Hrvatska |
Baccalaureus/Baccalaurea Magistar/Magistra |
Baccalaureus/Baccalaurea |
Italia |
Laurea specialistica-LS/Laurea |
Laurea-L (breve) |
Κύπρος |
Πανεπιστημιακό πτυχιο |
|
Latvija |
Bakalaura diploms (160 kredīti)/Mağistra diploms |
Bakalaura diploms (<160 kredīti) |
Lietuva |
Bakalauras (160 kreditas)/Magistras |
Bakalauras (<160 kreditas) |
Luxembourg |
|
|
Magyarország |
Egyetemi oklevél |
Főiskolai oklevél |
Malta |
University degree (4 years) |
Bachelor's degree |
Nederland |
Doctoraal examen/Master |
Bachelor |
Österreich |
Universitätsdiplom/Fachhochschuldiplom (8 Semester)/Magister (tra) |
Fachhochschuldiplom (6-7 Semester)/Bakkalaureus(rea) |
Polska |
Magister/Magister inżynier |
Licencjat/Inżynier |
Portugal |
Licenciatura |
Bacharelato |
România |
Diplomă de licenţă (4 ans) |
Diplomă de Licenţã |
Slovenija |
Univerzitetna diploma (4 leta ali več) |
Univerzitetna diploma (najmanj 3 leta) |
Slovensko |
Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia/Magister |
Diplom o ukončení Bakalárského štúdia |
Suomi/Finland |
Maisterin tutkinto — Magisterexamen/Ammattikorkeakoulututkinto — Yrkeshögskoleexamen (min 160 opintoviikkoa — studieveckor) |
Kandidaatin tutkinto — Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto — Yrkeshögskoleexamen (min 120 opintoviikkoa — studieveckor) |
Sverige |
Magisterexamen (Akademisk examen omfattande minst 160 poäng varav 80 fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera) |
Kandidatexamen (Akademisk examen omfattande minst 120 poäng varav 60 fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng) |
United Kingdom |
University degree (4 years) |
Bachelor's degree |
Il-lawrji li nkisbu barra mill-Unjoni Ewropea, sad-data ta' skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet, jeħtieġu jkunu ġew validati minn awtorità nazzjonali kompetenti ta' Stat Membru. |
(1) L-aċċess għall-gradi 7 sa 16 tal-grupp ta' funzjonijiet AD huwa soġġett għall-kundizzjoni addizzjonali ta' esperjenza professjonali adegwata ta' mill-inqas sena.
ANNESS II
TALBIET GĦAL RIEŻAMI — APPELL — ILMENTI MAL-OMBUDSMAN EWROPEW
Il-kandidati li jqisu li deċiżjoni affettwathom b'mod negattiv jistgħu jitolbu li jsir rieżami ta' din id-deċiżjoni, jappellaw jew jippreżentaw ilment lill-Ombudsman (1).
Talba ta' rieżami
Il-kandidati jistgħu jintroduċu talba ta' rieżami billi jibagħtu:
— |
jew email fl-indirizz funzjonali tal-proċedura: PE-168-S@ep.europa.eu |
— |
jew faks lil dan in-numru: +32 22831717 |
fi żmien għaxart ijiem kalendarji mid-data meta l-Unità tal-Kompetizzjonijiet u l-Proċeduri ta' Għażla tkun bagħtet l-email li tinnotifika din id-deċiżjoni.
It-tweġiba se tiġi nnotifikata lill-persuna kkonċernata mill-aktar fis possibbli.
Din il-possibilità hija limitata għall-istadji tal-ammissjoni għall-kompetizzjoni u tal-ammissjoni għat-testijiet tal-kitba u orali.
Appelli
— |
Il-kandidati jistgħu jagħmlu lment taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, indirizzat lil:
Din il-possibilità hija miftuħa għall-istadji kollha tal-proċedura tal-għażla. Għandha tinġibed l-attenzjoni fuq id-diskrezzjoni kbira li jgawdu minnha l-ġurija tal-kompetizzjoni, li jaġixxu b'mod indipendenti, u li d-deċiżjonijiet tagħhom ma jistgħux jinbidlu mill-Awtorità tal-Ħatra. Id-diskrezzjoni kbira tal-ġurija tal-kompetizzjoni hija soġġetta għall-kontroll biss f'każ ta' ksur evidenti tar-regoli li jirregolaw il-ħidma tal-bord tal-għażla. F'dan l-aħħar każ, id-deċiżjoni tal-ġurija tista' titressaq quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea anke jekk ma jkun sar l-ebda lment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
— |
It-talba għal appell għandha tintbagħat lil:
abbażi tal-Artikolu 270 tat-Trattat tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 91 tar-Regolament tal-Uffiċjali. Din il-possibilità hija miftuħa biss għad-deċiżjonijiet meħuda mill-kumitat tal-għażla. F'każ ta' deċiżjonijiet amministrattivi li jirrifjutaw l-aċċess għall-proċedura tal-għażla minħabba n-nuqqas ta' konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet ta' ammissjoni kif stipulat fit-titolu B, punt 1 tal-avviż, jista' jsir appell quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea biss wara li jsir ilment kif imsemmi hawn fuq. It-talba għal appell quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea teħtieġ b'mod obbligatorju l-intervent ta' avukat li jista' jeżerċita quddiem ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea. |
Il-limiti ta' żminijiet imsemmija fl-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Uffiċjali (2) u li japplikaw għal dawn iż-żewġ tipi ta' appelli jibdew jgħoddu, jew min-notifika tad-deċiżjoni inizjali li taffettwa b'mod negattiv jew, fil-każ biss ta' talba għal rieżami, mid-data tan-notifika tat-tweġiba inizjali tal-bord tal-għażla għal din it-talba.
Ilmenti lill-Ombudsman
Bħal kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni Ewropea, il-kandidati jistgħu jagħmlu lment lil:
Médiateur européen |
1, avenue du Président Robert Schuman — BP 403 |
67001 STRASBOURG CEDEX |
FRANCE |
skont l-Artikolu 228(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-kundizzjonijiet previsti mid-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (3).
Għandha tinġibed l-attenzjoni fuq il-fatt li l-ilmenti li jsiru lill-Ombudsman ma jdewmux il-limitu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal għat-tressiq ta' appell quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) Talbiet għal rieżami, appell jew ilment lill-Ombudsman Ewropew ma jwaqqfux il-ħidma tal-kumitat tal-għażla.
(2) Ara r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1) emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nruo 723/2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1) u riċentement mir-Regolament (UE, Εuratom) Nru 1080/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra ta' dawk il-Komunitajiet (ĠU L 311, 26.11.2010, p. 1).