EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2013:124:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 124, 30 ta' April 2013


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.124.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 124

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
30 ta' April 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 124/01

Bidu ta' proċeduri (Każ COMP/M.6796 – Aegean/Olympic II) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 124/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 124/03

Erkole II – Sejħa għal proposti 2013 – il-Parti dwar it-Taħriġ

3

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 124/04

Avviż ta’ bidu ta’ analiżi interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ biodiżil li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika, kif estiżi għall-importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le

7

2013/C 124/05

Avviż ta’ bidu ta’ analiżi interim parzjali tal-miżuri ta’ kontra s-sussidji applikabbli għal importazzjonijiet ta’ biodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika, kif estiżi għall-importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le

10

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 124/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6896 – SPAR/Allianz/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 124/1


Bidu ta' proċeduri

(Każ COMP/M.6796 – Aegean/Olympic II)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 124/01

Fit-23 ta’ April 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifikata tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 / 22967244) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.6796 – Aegean/Olympic II, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Drettorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 124/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-29 ta’ April 2013

2013/C 124/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3113

JPY

Yen Ġappuniż

128,27

DKK

Krona Daniża

7,4564

GBP

Lira Sterlina

0,84400

SEK

Krona Żvediża

8,5503

CHF

Frank Żvizzeru

1,2279

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,6090

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,697

HUF

Forint Ungeriż

298,15

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7000

PLN

Zloty Pollakk

4,1309

RON

Leu Rumen

4,3225

TRY

Lira Turka

2,3521

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2671

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3293

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1777

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5322

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6176

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 450,39

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,7470

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0842

HRK

Kuna Kroata

7,5970

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 743,73

MYR

Ringgit Malażjan

3,9766

PHP

Peso Filippin

53,950

RUB

Rouble Russu

40,5915

THB

Baht Tajlandiż

38,382

BRL

Real Brażiljan

2,6112

MXN

Peso Messikan

15,8514

INR

Rupi Indjan

71,0370


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

30.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 124/3


ERKOLE II

Sejħa għal proposti 2013 – il-Parti dwar it-Taħriġ

2013/C 124/03

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Dan l-avviż ta’ sejħa għal proposti huwa msejjes fuq id-Deċiżjoni Nru 878/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2007 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarju biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji Komunitarji (il-programm Erkole II) (1).

Din is-sejħa tirrigwarda l-attivitajiet taħt l-Artikolu 1(a)(b) tad-Deċiżjoni Erkole II, li jikkonsistu fl-organizzazzjoni ta' taħriġ, seminars u konferenzi bħala appoġġ fil-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u l-attivitajiet illegali l-oħra kif ukoll l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki dwar il-prevenzjoni u d-detezzjoni ta' frodi.

Il-programm ta’ ħidma annwali Erkole II għall-2013 li jgħaqqad il-prijoritajiet kif ukoll ir-riżorsi disponibbli għall-2013 ġie adottat fis-7 ta’ Frar 2013 (2).

2.   Applikanti eliġibbli

Proposti eliġibbli għal finanzjament jistgħu jitressqu mill-applikanti li ġejjin:

l-amministrazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali kollha ta' Stat Membru, ta' pajjiż aderenti jew ta' pajjiż kandidat, li jippromwovi t-tisħiħ tal-azzjonijiet tal-UE fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE;

l-istituti kollha ta' riċerka u ta’ edukazzjoni li kellhom personalità ġuridika għal tal-anqas sena u li jkunu stabbiliti u joperaw fi Stat Membru jew f'pajjiż barra l-Unjoni li jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni tal-UE fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji;

organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ u li kellhom personalità ġuridika għal tal-anqas sena u jkunu stabbiliti legalment fi Stat Membru jew f'pajjiż barra l-Unjoni, u li jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni tal-UE għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE.

L-applikanti minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea jridu jkunu residenti fi:

(1)

Stati aderenti;

(2)

pajjiżi tal-EFTA/ŻEE, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;

(3)

pajjiżi kandidati assoċjati mal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni jew fil-protokolli addizzjonali tagħhom dwar il-parteċipazzjoni fi programmi tal-Unjoni Ewropea konklużi jew li jridu jiġu konklużi ma’ dawk il-pajjiżi.

3.   Dati eliġibbli

L-applikazzjonijiet iridu jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

jintbagħtu (impustati) mhux aktar tard mill-Erbgħa 29 ta' Mejju 2013;

jiġu ppreżentati bil-miktub, bl-użu tal-formola tal-applikazzjoni uffiċjali (mingħajr alterazzjonijiet) ippubblikata fil-Websajt tal-OLAF u flimkien mad-dokumenti kollha ta’ appoġġ rikjesti (ara l-lista ta’ kontroll hawn taħt);

imfassla f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jekk ma jiġux issodisfati dawn ir-rekwiżiti formali l-applikazzjoni tiġi miċħuda.

Dawn l-attivitajiet iridu jirrigwardaw proġett li l-aktar kmieni jibda fis-27 ta' Settembru 2013 jew wara din id-data, u li l-aktar tard jispiċċa fil-31 ta’ Awwissu 2014 jew qabel.

4.   Azzjonijiet eliġibbli

L-organizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ taħriġ bl-għan li tiġi żgurata l-espansjoni tal-bażi tal-għarfien, l-iskambju tal-informazzjoni u l-identifikazzjoni u t-tixrid tal-prattika tajba:

Taħriġ fil-forma ta' konferenzi, seminars, colloquia, laqgħat, simposja, e-learning, diskussjonijiet madwar mejda tonda u skambji tal-persunal;

Skambji tal-aħjar prattiki (inkluż dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta’ frodi).

L-attivitajiet huma eliġibbli għal finanzjament li jlaħħaq it-80 % tal-kosti eliġibbli.

5.   Kriterji għall-għoti

Il-proġetti li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà, l-esklużjoni u l-kriterji tal-għażla biss jitqiesu għall-evalwazzjoni addizzjonali mill-kumitat tal-evalwazzjoni fuq il-bażi tal-kriterji għall-għoti.

Fl-evalwazzjoni ta’ proġett li għalih jintalab finanzjament mill-UE, tingħata attenzjoni partikolari għaċ-ċarezza u l-preċiżjoni tal-istima mressqa tal-baġit, in-natura transnazzjonali tal-attività u l-livell ta’ detall tal-programm.

L-għotjiet jingħataw mill-baġit disponibbli, fl-ordni ta' prijorità u fuq il-bażi tal-kriterji għall-għoti li ġejjin:

Konsistenza tal-attività proposta mal-għanijiet tal-programm Erkole II;

Natura transnazzjonali u valur miżjud tal-Unjoni Ewropea;

Grad ta’ preparazzjoni u organizzazzjoni tal-proġett, u ċ-ċarezza u l-preċiżjoni tal-għanijiet, it-tfassil (inkluż l-iskeda) u l-ippjanar tiegħu;

Proporzjonalità bejn il-kosti u l-benefiċċji tal-attività proposta;

Fattibilità tal-attività proposta, jiġifieri l-prospetti prattiċi li titwettaq bl-użu tar-riżorsi proposti;

Kosteffettività: il-kosti tal-proġett għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet tiegħu; jitqiesu l-aspetti transsettorjali u transkonfinali tiegħu;

Kumplementarjetà bejn l-attività proposta u l-attivitajiet l-oħra li għalihom jingħataw l-għotjiet;

Kompatibbiltà max-xogħol imwettaq jew ippjanat b’rabta mal-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni Ewropea għall-prevenzjoni tal-frodi kontra l-baġit tal-UE (speċjalment fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, it-tkabbir tal-Unjoni);

Possibbiltà li r-riżultati jistgħu jintużaw (pereżempju permezz ta’ distribuzzjoni mmirata) biex jittejbu il-kooperazzjoni u l-effikaċja fil-qasam tal-prevenzjoni tal-frodi.

Jekk bosta proġetti jkollhom mertu ugwali fid-dawl tal-kriterji ta’ hawn fuq, l-OLAF:

jagħmel ħiltu biex jiżgura distribuzzjoni ġeografika ġusta tal-proġetti kollha;

jagħti prijorità lill-applikanti li ma jkunux diġà rċevew għotja mill-OLAF fis-snin preċedenti għal miżura simili (suġġett, pubbliku milqut);

jagħti prijorità lill-miżuri li jirrigwardaw is-setturi diversi ta' investigazzjoni li jkunu koperti b'mod l-aktar frekwenti mill-investigazzjonijiet tal-OLAF (fondi stutturali, nefqa diretta, għajnuna esterna, dwana u agrikoltura).

6.   Baġit

Baġit ta’ EUR 1 000 000 huwa disponibbli għall-proposti mressqa fl-2013.

Il-kontribuzzjoni se tieħu l-forma ta' għotja.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

7.   Aktar informazzjoni

Il-websajt http://ec.europa.eu/anti_fraud/about-us/funding/training/index_en.htm jinkludi d-dettalji kollha meħtieġa (it-tipi ta' attivitajiet appoġġjati, il-benefiċjarji fil-mira, il-baġit, id-dokumenti).

Il-mistoqsijiet u/jew it-talbiet għal informazzjoni addizzjonali fir-rigward ta’ din is-Sejħa jridu jintbagħtu bil-posta elettronika lil: Olaf-anti-fraud-training@ec.europa.eu

8.   Skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

Żewġ kopji tal-formola ta’ applikazzjoni għall-għotja u tad-dokumenti meħtieġa kollha għandhom jintbagħtu bil-posta (ittra rreġistrata) (id-data tat-timbru tal-posta sservi bħala evidenza tat-twassil fil-ħin) jew peremezz tas-servizzi tal-courier (id-data tal-irċevuta tad-depożitu sservi bħala evidenza tat-twassil fil-ħin) fl-indirizz li ġej sad-data tal-iskadenza (29 ta’ Mejju 2013) jew qabel:

Bil-posta jew is-servizz tal-courier (żewġ kopji):

HERCULE II — Training — Call for proposals 2013

European Anti-Fraud Office (OLAF)

Unit D.5 — Hercule, Pericles and Euro Protection

Office JII 30 — 09/41

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Jew ikkunsinjata bl-idejn (żewġ kopji), personalment jew minn rappreżentant awtorizzat (id-data tal-konferma tar-riċevuta mill-Kummissjoni sservi bħala evidenza tat-twassil fil-ħin) fl-indirizz li ġej:

Entratura prinċipjali tal-bini tad-Dipartiment tal-Posta Ċentrali tal-Kummissjoni Ewropea

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1140 Bruxelles/Brussel (Evere)

BELGIQUE/BELGIË

http://ec.europa.eu/oib/buildings_en.cfm

Dan is-servizz huwa miftuħ mit-08 00 sal-17 00 mit-Tnejn sal-Ħamis u mit-08 00 sal-16 00 il-Ġimgħa; ikun magħluq is-Sibt, il-Ħadd u fil-btajjel tal-Kummissjoni.

Bil-messaġġ li ġej:

HERCULE II — Training — Call for proposals 2013

European Commission — OLAF

Unit D.5 — Hercule, Pericles and Euro Protection

Office JII 30 — 09/41

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Għandhom jintbagħtu wkoll bil-posta elettronika, fil-format zip, formola waħda ta' applikazzjoni għall-għotja (format word) u formola waħda tal-baġit (format excel) fil-format oriġinali (mhux pdf), u d-dokumenti rikjesti kollha fl-indirizz li ġej fid-29 ta' Mejju 2013 jew qabel

Olaf-anti-fraud-training@ec.europa.eu

Jekk jogħġbok innota li l-formoli mhux kompluti u mhux iffirmati u l-applikazzjonijiet imressqa wara d-data tal-għeluq ma jitqisux għall-evalwazzjoni. L-applikanti huma mħeġġa li jżommu l-prova li jkunu bagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom bil-posta qabel id-data tal-iskadenza.


(1)  ĠU L 193, 25.7.2007, p. 18.

(2)  C(2013) 612 final tas-7 ta’ Frar 2013.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

30.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 124/7


Avviż ta’ bidu ta’ analiżi interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ biodiżil li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika, kif estiżi għall-importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le

2013/C 124/04

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal analiżi interim parzjali skont l-Artikoli 11(3) u 13(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal analiżi

It-talba għal analiżi tressqet minn Ocean Nutrition Canada (“l-applikant”), produttur esportatur mill-Kanada (“il-pajjiż ikkonċernat”).

L-analiżi hija limitata fl-ambitu għall-eżami tal-possibbiltà li tingħata eżenzjoni mill-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ biodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika, kif estiżi għall-importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le, sa fejn huwa kkonċernat l-applikant.

2.   Il-prodott taħt analiżi

Il-prodott li huwa soġġett għal din l-analiżi huwa esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmija u/jew nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, spiss magħruf bħala “biodiżil”, f’forma pura jew f’taħlita li fiha skont il-piż iktar minn 20 % ta’ esteri monoalkiliċi aċidi xaħmija u/jew nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili (“il-prodott li qed jiġi analizzat”), li bħalissa huwa kklassifikat fil-kodiċi NM ex 1516 20 98, ex 1518 00 91, ex 1518 00 99, ex 2710 19 43, ex 2710 19 46, ex 2710 19 47, ex 2710 20 11, ex 2710 20 15, ex 2710 20 17, ex 3824 90 97, ex 3826 00 10 u ex 3826 00 90.

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ huma dazju definittiv tal-anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 599/2009 (2) fuq l-importazzjonijiet ta’ biodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika kif estiżi għall-importazzjonijiet tal-biodiżil ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le, b’Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 444/2011 (3).

4.   Raġunijiet għall-analiżi

It-talba skont l-Artikoli 11(3) u 13(4) hija bbażata fuq evidenza prima facie, ipprovduta mill-applikant, li turi li l-applikant huwa produttur ġenwin tal-prodott analizzat li jista’ jipproduċi l-kwantità kollha li tkun mibgħuta lejn l-Unjoni mill-bidu tal-perjodu tal-investigazzjoni tal-investigazzjoni ta’ kontra l-elużjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti.

Barra minn hekk, l-applikant jallega li mhuwiex relatat mal-produtturi esportaturi li huma suġġetti għall-miżuri, u li ma eludiex il-miżuri applikabbli għall-biodiżil li joriġina mill-Istati Uniti.

5.   Proċedura

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta’ analiżi parzjali interim limitata għall-eżaminazzjoni tal-possibbiltà li tingħata eżenzjoni, sa fejn huwa kkonċernat l-applikant, mill-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ biodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika, kif estiżi għall-importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada u kemm jekk le, il-Kummissjoni qiegħda b’dan tagħti bidu għal analiżi b’konformità mal-Artikoli 11(3) u 13(4) tar-Regolament bażiku.

5.1.    L-investigazzjoni tal-produttur esportatur

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hi meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-applikant, bħala produttur esportatur. Din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.2.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l- avviż, il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna li jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, iressqu l-informazzjoni u jipprovdu l-evidenza li ssostniha. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan it-tagħrif u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.3.    Il-possibbiltà ta' smigħ mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu smigħ mis-servizzi tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal seduta trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.4.    L-istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan l-avviż, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li jintalab trattament kunfidenzjali għaliha, għandhom ikunu mmarkati “Ristrett” (4).

Il-partijiet interessati li jipprovdu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali ta' dan skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jkunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji jridu jkunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.

Jeħtieġ li l-partijiet interessati jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kull prokura, kull ċertifikazzjoni ffirmata, u kull aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju għandhom jitressqu f'għamla ta' dokument, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Jekk xi parti interessata ma tkunx tista' tressaq is-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, din trid tikkuntattja lill-Kummissjoni minnufih, b'konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. Għal aktar tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 08/020

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22985746

Posta elettronika: TRADE-BIODIESEL-OCEAN@ec.europa.eu

6.   In-nuqqas ta’ kooperazzjoni

F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tagħtix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti ta' żmien stipulati, jew tfixkel b'mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista' tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u għalhekk is-sejbiet jissejsu fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kienet ikkooperat.

7.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet għal smigħ minn partijiet terzi. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza seduta ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b'mod sħiħ.

It-talba għal smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha ssir talba għal smigħ fil-perjodi ta’ żmien speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta se jagħti wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, il-probabbiltà li tingħata eżenzjoni lill-applikant.

Għal aktar tagħrif u għad-dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-DĠ Trade: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tiġi konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   L-Ipproċessar tad-dejta personali

Kwalunkwe dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (5).


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 179, 10.7.2009, p. 26.

(3)  ĠU L 122, 11.5.2011, p. 12.

(4)  Dokument “Ristrett” huwa dokument li jitqies kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Anti-Dumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


30.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 124/10


Avviż ta’ bidu ta’ analiżi interim parzjali tal-miżuri ta’ kontra s-sussidji applikabbli għal importazzjonijiet ta’ biodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika, kif estiżi għall-importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le

2013/C 124/05

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal analiżi interim parzjali skont l-Artikoli 19 u 23(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal analiżi

It-talba għal analiżi tressqet minn Ocean Nutrition Canada (“l-applikant”), produttur esportatur mill-Kanada (“il-pajjiż ikkonċernat”).

L-analiżi hija limitata fl-ambitu għall-eżami tal-possibbiltà li tingħata eżenzjoni mill-miżuri ta’ kontra s-sussidji applikabbli għal importazzjonijiet ta’ biodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika, kif estiżi għall-importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le, sa fejn jikkonċerna l-applikant.

2.   Il-prodott taħt analiżi

Il-prodott li huwa soġġett għal din l-analiżi huwa esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmija u/jew nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, spiss magħruf bħala “biodiżil”, f’forma pura jew f’taħlita li fiha skont il-piż iktar minn 20 % ta’ esteri monoalkiliċi aċidi xaħmija u/jew nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili (“il-prodott li qed jiġi analizzat”), li bħalissa huwa kklassifikat fil-kodiċi NM ex 1516 20 98, ex 1518 00 91, ex 1518 00 99, ex 2710 19 43, ex 2710 19 46, ex 2710 19 47, ex 2710 20 11, ex 2710 20 15, ex 2710 20 17, ex 3824 90 97, ex 3826 00 10 u ex 3826 00 90.

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ huma dazju definittiv ta’ kontra s-sussidji imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 598/2009 (2) fuq l-importazzjonijiet ta’ biodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika kif estiżi għall-importazzjonijiet tal-biodiżil ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le, b’Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 443/2011 (3).

4.   Raġunijiet għall-analiżi

It-talba skont l-Artikoli 19(23) u 6(4) hija bbażata fuq evidenza prima facie, ipprovduta mill-applikant, li turi li l-applikant huwa produttur ġenwin tal-prodott analizzat li jista’ jipproduċi l-kwantità kollha li tkun mibgħuta lejn l-Unjoni mill-bidu tal-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni ta’ kontra l-elużjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti.

Barra minn hekk, l-applikant jallega li ma għandux x’jaqsam mal-produtturi esportaturi li huma suġġetti għall-miżuri, u li ma eludiex il-miżuri applikabbli għall-biodiżil li joriġina mill-Istati Uniti.

5.   Proċedura

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta’ analiżi parzjali interim limitata għall-eżaminazzjoni tal-possibbiltà li tingħata eżenzjoni, sa fejn huwa kkonċernat l-applikant, mill-miżuri ta’ kontra s-sussidji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ biodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika, kif estiżi għall-importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada u kemm jekk le, il-Kummissjoni qiegħda b’dan tagħti bidu għal analiżi b’konformità mal-Artikoli 19 u 23(6) tar-Regolament bażiku.

5.1.    L-investigazzjoni tal-produttur esportatur

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hi meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-applikant, bħala produttur esportatur. Din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.2.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-avviż, il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna li jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, iressqu l-informazzjoni u jipprovdu l-evidenza li ssostniha. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan it-tagħrif u l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.3.    Il-possibbiltà ta' smigħ mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu smigħ mis-servizzi tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal seduta trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.4.    L-istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan l-avviż, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li jintalab trattament kunfidenzjali għaliha, għandhom ikunu mmarkati “Ristrett” (4).

Il-partijiet interessati li jipprovdu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali ta' dan skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, li jkunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji jridu jkunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.

Jeħtieġ li l-partijiet interessati jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kull prokura, kull ċertifikazzjoni ffirmata, u kull aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju għandhom jitressqu f'għamla ta' dokument, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Jekk xi parti interessata ma tkunx tista' tressaq is-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, din għandha tikkuntattja lill-Kummissjoni minnufih, b'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament bażiku. Għal aktar tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Uffiċċju: N105 08/020

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22985746

Posta elettronika: TRADE-BIODIESEL-OCEAN@ec.europa.eu

6.   In-nuqqas ta’ kooperazzjoni

F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tagħtix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti ta' żmien stipulati, jew tfixkel b'mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista' tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u għalhekk is-sejbiet jissejsu fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kienet ikkooperat.

7.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet għal smigħ minn partijiet terzi. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza seduta ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b'mod sħiħ.

It-talba għal smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, trid issir talba għal smigħ fil-perjodi ta’ żmien speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta se jagħti wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, il-probabbiltà li tingħata eżenzjoni lill-applikant.

Għal aktar tagħrif u għad-dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-DĠ Trade: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tiġi konkluża, skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   L-Ipproċessar tad-dejta personali

Kwalunkwe dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (5).


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  ĠU L 179, 10.7.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 122, 11.5.2011, p. 1.

(4)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93) u l-Artikolu 12 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji. Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

30.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 124/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6896 – SPAR/Allianz/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 124/06

1.

Fit-22 ta’ April 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-imprenditur Allianz SE (“Allianz”, il-Ġermanja) jakkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' ħames ċentri kummerċjali (il-mira) permezz tax-xiri ta' ishma f'żewġ impriżi konġunti stabbiliti ġidda (NewCo Austria u NewCo Italy) ma' SPAR Holding AG (“SPAR”, l-Awstrija), sussidjarja ta' Holdag Beteilungsgesellschaft m.b.H. (“Holdag”, l-Awstrija). SPAR se jżomm sehem ta' 50 % u għalhekk il-kontroll konġunt fuq dawn il-ħames ċentri kummerċjali

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal SPAR: il-bejgħ bl-imnut ta' prodotti tal-ikel u prodotti sportivi, propjetà immobbli u attivitajiet konnessi ma' ċentri kummerċjali fl-Awstrija u f'pajjiżi ġirien,

għal Allianz: servizzi ta' assigurazzjoni u servizz finanzjarji oħra,

għal NewCo Austria: is-sjieda u l-operazzjoni ta' tliet ċentri kummerċjali fl-Awstrija, jiġifieri Q19 (Vjenna), Sillpark (Innsbruck), Atrio (Villach),

għal NewCo Italy: is-sjieda u l-operazzjoni ta' żewġ ċentri kummerċjali f'Padova, l-Italja, jiġifieri Le Brentelle u Ipercity.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6896 – SPAR/Allianz/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top