Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2013:108:FULL

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 108, 13 ta' April 2013


    Display all documents published in this Official Journal
     

    ISSN 1977-0987

    doi:10.3000/19770987.C_2013.108.mlt

    Il-Ġurnal Uffiċjali

    tal-Unjoni Ewropea

    C 108

    European flag  

    Edizzjoni bil-Malti

    Informazzjoni u Avviżi

    Volum 56
    13 ta' April 2013


    Avviż Nru

    Werrej

    Paġna

     

    IV   Informazzjoni

     

    INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

     

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

    2013/C 108/01

    L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 101, 6.4.2013

    1

     

    V   Avviżi

     

    PROĊEDURI TAL-QORTI

     

    Il-Qorti tal-Ġustizzja

    2013/C 108/02

    Kawża C-543/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Refcomp SpA vs Axa Corporate Solutions Assurance SA, Axa France IARD, Emerson Network, Climaveneta SpA (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Interpretazzjoni tal-Artikolu 23 — Klawżola ta’ ġurisdizzjoni li tinsab f’kuntratt konkluż bejn il-produttur u x-xerrej inizjali ta’ beni — Kuntratt li jagħmel parti minn sensiela ta’ kuntratti li jagħtu titolu ta’ proprjetà — Possibbiltà li din il-klawżola tiġi invokata kontra s-subakkwirent tal-beni)

    2

    2013/C 108/03

    Kawża C-122/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li topponi l-indiċjar, għall-perijodu sal-1 ta’ Awwissu 2004, tal-pensjonijiet taċ-ċittadini ta’ Stat Membru li ma kkonkludiex ftehim ta’ reċiproċità jew li ma jissodisfawx il-kundizzjoni ta’ residenza fl-Unjoni Ewropea — Residenza fi Stat terz — Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità — Inammissibbiltà)

    2

    2013/C 108/04

    Kawża C-454/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — Gunārs Pusts vs Lauku atbalsta dienests (Agrikoltura — FAEGG — Regolamenti (KE) Nri 1257/1999 u 817/2004 — Sostenn għall-iżvilupp rurali — Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti tal-għajnuna agroambjentali għal talba annwali flimkien ma’ ċerti dokumenti — Benefiċjarju li ssodisfa l-obbligi tiegħu marbuta mal-użu taż-żona kkonċernata, imma li ma ppreżentax applikazzjoni skont l-imsemmija leġiżlazzjoni — Irtir tal-għajnuna, mingħajr smigħ tal-benefiċjarju, fil-każ li ma jkunx osserva d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal għajnuna agroambjentali)

    3

    2013/C 108/05

    Kawża C-517/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali — Artikolu 6(2) — Deterjorament u tniġġis tal-lag ta’ Koroneia — Protezzjoni — Insuffiċjenza tal-miżuri adottati — Direttiva 91/271/KEE — Trattament tal-ilma urban mormi — Artikoli 3 u 4(1) u (3) — Agglomerazzjoni ta’ Langadas — Sistema ta’ ġbir u ta’ trattament tal-ilma urban mormi — Assenza)

    3

    2013/C 108/06

    Kawża C-433/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove — is-Slovakkja) — SKP k.s. vs Polhošová (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti tal-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali — Domandi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta effettiva — Assenza ta’ preċiżazzjonijiet dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari — Inammissibbiltà manifesta)

    4

    2013/C 108/07

    Kawża C-593/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Diċembru 2012 — Alliance One International Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordju — Suq Taljan tax-xiri u tal-ewwel trasformazzjoni ta’ tabakk mhux maħdum — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ sussidjarji lill-kumpanniji parent tagħhom — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni)

    4

    2013/C 108/08

    Kawża C-603/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juridiction de Proximité de Chartres — Franza) — Hervé Fontaine vs Mutuelle Générale de l’Éducation Nationale (Kompetizzjoni — Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE — Assigurazzjoni komplementari għas-saħħa — Ftehim ta’ tariffi ta’ kumpanniji mutual ma’ tobba tal-għażla tagħhom — Differenza fit-trattament — Inammissibbiltà manifesta)

    5

    2013/C 108/09

    Kawża C-627/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-27 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Inalta Curte de Casație și Justiție — ir-Rumanija) — SC AUGUSTUS Iași SRL vs Agenția de Plăți pentru Dezvoltare Rurală și Pescuit (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Inammissibbiltà manifesta)

    5

    2013/C 108/10

    Kawża C-647/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Novembru 2012 — Dimos Peramatos vs Il-Kummissjoni (Appell — Għajnuna finanzjarja mogħtija favur proġett fil-qasam tal-ambjent — LIFE — Deċiżjoni ta’ rkupru parzjali tal-ammont imħallas — Determinazzjoni tal-obbligi tal-benfiċċjarju — Aspettattivi leġittimi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żbalji ta’ liġi)

    6

    2013/C 108/11

    Kawża C-650/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — Ilgvars Brunovskis vs Lauku atbalsta dienests (Politika agrikola komuni — Regolament (KE) Nru 1728/2003 — Implementazzjoni ta’ skemi ta’ sostenn fl-Istati Membri ġodda — Pagamenti diretti nazzjonali addizzjonali — Kundizzjonijiet għall-għoti — Regolament (KE) Nru 1973/2004 — Inapplikabbiltà)

    6

    2013/C 108/12

    Kawża C-682/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Diċembru 2012 — GS Gesellschaft für Umwelt- und Energie-Serviceleistungen mbH vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Regolament (UE) Nru 1210/2010 — Awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro — Trattament ta’ muniti tal-euro li ma humiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni — Artikolu 8(2) — Possibbiltà għall-Istati Membri li jirrifjutaw ir-rimbors tal-muniti tal-euro li ma humiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Persuna direttament ikkonċernata)

    7

    2013/C 108/13

    Kawża C-21/12 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Jannar 2013 — Abbott Laboratories vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Sinjal verbali RESTORE — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Dritt għal smigħ — Regolament (KE) Nru207/2009 — Artikoli 7(1)(b) u (c), et 75, it-tieni sentenza — Ugwaljanza fit-trattament)

    7

    2013/C 108/14

    Kawża C-37/12 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja(Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 — Saupiquet SAS vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Tariffa Doganali Komuni — Kwoti tariffarji — Għeluq fil-Ħdud tal-uffiċċji doganali — Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Imputabbiltà)

    8

    2013/C 108/15

    Kawża C-42/12 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Novembru 2012 — Václav Hrbek vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Blacks Outdoor Retail Ltd, li kienet The Outdoor Group Ltd (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(1)(b) — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Trade mark figurattiva — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti — Appell manifestament inammissibbli u manifestament infondat)

    8

    2013/C 108/16

    Kawża C-117/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Burgos — Spanja) — La Retoucherie de Manuela S.L. vs La Retoucherie de Burgos S.C. (Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura — Kompetizzjoni — Ftehim bejn impriżi — Artikolu 81 KE — Eżenzjoni skont il-kategoriji ta’ ftehim vertikali — Regolament (KE) Nru 2790/1999 — Artikolu 5(b) — Obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni impost fuq ix-xerrej fi tmiem ta’ kuntratt ta’ frankiġja — Bini u art minn fejn ix-xerrej ħadem waqt il-perijodu tal-kuntratt)

    8

    2013/C 108/17

    Kawża C-118/12 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Jannar 2013 — Enviro Tech Europe Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Enviro Tech International Inc. (Appell — Direttivi 67/548/KEE u 2004/73/KE — Klassifikazzjoni, ippakkjar u ttikkettjar ta’ sustanzi perikolużi — Klassifikazzjoni ta’ n-propil bromid)

    9

    2013/C 108/18

    Kawża C-145/12 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Novembru 2012 — Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft mbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Bavaria Immobilien Beteiligungsgesellschaft mbH & Co. Objekte Neubrandenburg KG, Bavaria Immobilien Trading GmbH & Co. Immobilien Leasing Objekt Neubrandenburg KG (Appell — Għajnuna mill-Istat — Interess ġuridiku — Ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    9

    2013/C 108/19

    Kawża C-154/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Bruxelles (il-Belġju) — Isera & Scaldis Sugar SA, Philippe Bedoret and Co SPRL, Jean Rigot, Mathieu Vrancken vs Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB) (Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura — Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Zokkor — Regolament (KE) Nru 318/2006 — Artikolu 16 — Regolament (KE) Nru 1234/2007 — Artikolu 51 — Impożizzjoni ta’ taxxa fuq il-produzzjoni — Validità — Nuqqas ta’ bażi legali — Nuqqas ta’ motivazzjoni ċara u inekwivoka — Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità)

    10

    2013/C 108/20

    Kawża C-173/12 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Jannar 2013 — Verenigde Douaneagenten BV vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 220(2) tal-Kodiċi Doganali — Recouvrement a posteriori de droits à l’importation — Preżentazzjoni inkorretta tal-fatti — Importazzjoni taz zokkor tal-kannamiela mhux irraffinat)

    10

    2013/C 108/21

    Kawża C-194/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social de Benidorm — Spanja — Concepción Maestre García vs Centros Comerciales Carrefour SA (Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura — Direttiva 2003/88/KE — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal-leave annwali mħallas — Leave annwali ffissat mill-impriża li jikkoinċidi ma’ leave tal-mard — Dritt li l-leave annwali jittieħed f’perijodu ieħor — Kumpens finanzjarju għal leave annwali mhux meħud)

    11

    2013/C 108/22

    Kawża C-304/12 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2012 minn Petrus Kerstens mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) fit-23 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-498/09 P-DEP, Petrus Kerstens vs Il-Kummissjoni Ewropea

    11

    2013/C 108/23

    Kawża C-312/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Huy (il-Belġju) — Agim Ajdini vs L-Istat Belġjan (Regoli tal-Proċedura — Artikoli 53(2), 93(a) u 99 — Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Eżami tal-konformità ta’ dispożizzjoni legali nazzjonali kemm mad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mal-Kostituzzjoni nazzjonali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi n-natura prijoritarja ta’ proċedura inċidentali ta’ stħarriġ ta’ kostituzzjonalità — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Assenza ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

    12

    2013/C 108/24

    Kawża C-369/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Curtea de Apel Brașov — ir-Rumanija) — Corpul Național al Polițiștilor — Biroul Executiv Central, reprezentant al reclamanților Chițea Constantin și alții vs Ministerul Administrației și Internelor, Inspectoratul General al Poliției Române, Inspectoratul de Poliție al Județului Brașov (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Validità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi tnaqqis fis-salarji lil diversi kategoriji ta’ uffiċjali pubbliċi — Assenza ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja)

    12

    2013/C 108/25

    Kawża C-467/12: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2012 — Christophe Gassiat vs Ordre des avocats de Paris

    13

    2013/C 108/26

    Kawża C-498/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Tivoli — l-Italja) — Antonella Pedone vs N (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-Drittijet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Neċessità ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

    13

    2013/C 108/27

    Kawża C-499/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Tivoli — l-Italja) — Elisabetta Gentile vs Ufficio Finanziario della Direzione Ufficio Territoriale di Tivoli et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Neċessità ta’ relazzjoni mad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas manifest ta’ kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja)

    13

    2013/C 108/28

    Kawża C-318/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil régional d’expression française de l’ordre des médecins vétérinaires (il-Belġju) fit-28 ta’ Ġunju 2012 — proċeduri dixxiplinari kontra Jean Devillers

    14

    2013/C 108/29

    Kawża C-6/13 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2013 minn IDT Biologika GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-25 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża T-503/10 — IDT Biologika GmbH vs Il-Kummissjopni Ewropea

    14

    2013/C 108/30

    Kawża C-16/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Jannar 2013 — Jürgen Langenbächer et vs Condor Flugdienst GmbH

    14

    2013/C 108/31

    Kawża C-25/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Barcelona (Spanja) fil-21 ta’ Jannar 2013 — France Telecom España, SA vs Diputación de Barcelona

    15

    2013/C 108/32

    Kawża C-29/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Jannar 2013 — Global Trans Lodzhistik OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna

    15

    2013/C 108/33

    Kawża C-30/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia- grad (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Jannar 2013 — Global Trans Lodzhistik OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna

    16

    2013/C 108/34

    Kawża C-47/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Germanja) fid-29 ta’ Jannar 2013 — Martin Grund vs Landesamt für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume des Landes Schleswig-Holstein

    16

    2013/C 108/35

    Kawża C-57/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Norte (il-Portugall) fl-4 ta’ Frar 2013 — Marina da Conceição Pacheco Almeida vs Fundo de Garantia Salarial, IP, Instituto da Segurança Social, IP

    17

    2013/C 108/36

    Kawża C-65/13: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2013 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kummissjoni Ewropea

    17

    2013/C 108/37

    Kawża C-315/11: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Breda — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Adrianus Theodorus Gerardus Martines van de Ven, Michaele Anna Harriet Tiny van de Ven-Janssen vs Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV

    18

    2013/C 108/38

    Kawża C-464/11: Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Palermo — Sezione Distaccata di Bagheria — Italja) — Paola Galioto vs Maria Guccione, Maria Piera Savona, Fabio Savona.

    18

    2013/C 108/39

    Kawża C-571/11: Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Comercial Cluj — ir-Rumanija) — SC Volksbank România SA vs Andreia Câmpan, Ioan Dan Câmpan

    18

    2013/C 108/40

    Kawża C-641/11: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

    18

    2013/C 108/41

    Kawża C-662/11: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

    18

    2013/C 108/42

    Kawża C-680/11: Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal — ir-Renju Unit) — Anita Chieza vs Secretary of State for Work and Pensions

    18

    2013/C 108/43

    Kawża C-44/12: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Session in Scotland — ir-Renju Unit) — Andrius Kulikauskas vs Macduff Shellfish Limited, Duncan Watt

    18

    2013/C 108/44

    Kawża C-48/12: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

    18

    2013/C 108/45

    Kawżi magħquda C-51/12 sa C-54/12: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Giudice di Pace di Revere — Italja) — Procura della Repubblica vs Xiaomie Zhu, Guo HO Xia, Xie Fmr Ye, Jian Hui Luo, Ua Zh Th

    19

    2013/C 108/46

    Kawża C-130/12: Digriet tal-President tal-Qorti tal-14 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

    19

    2013/C 108/47

    Kawża C-305/12: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

    19

    2013/C 108/48

    Kawża C-311/12: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeitsgericht Nienburg — il-Ġermanja) — Heinz Kassner vs Mittelweser-Tiefbau GmbH & Co. KG

    19

    2013/C 108/49

    Kawża C-325/12: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

    19

    2013/C 108/50

    Kawża C-332/12: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

    19

    2013/C 108/51

    Kawża C-364/12: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Barcelona — Spanja) — Miguel Fradera Torredemer, Teresa Torredemer Marcet, Enrique Fradera Ohlsen, Alicia Fradera Torredemer vs Corporación Uniland SA

    19

    2013/C 108/52

    Kawża C-395/12: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel — il-Lussemburgu) — État du Grand-duché de Luxembourg, Administration de l’enregistrement et des domaines vs Edenred Luxembourg SA

    19

     

    Il-Qorti Ġenerali

    2013/C 108/53

    Kawża T-9/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta Frar 2013 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi esterni relatati mal-provvista ta’ pubblikazzjonijiet elettroniċi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Kriterji ta’ selezzjoni u ta’ għoti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

    20

    2013/C 108/54

    Kawżi magħquda T-65/10, T-113/10 u T-138/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni (FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Programmi operattivi li jaqgħu taħt l-Objettiv 1 (1994-1999), Andalucía u Komunità ta’ Valencia — Programm operattiv li jaqa’ taħt l-Objettiv 2 (1997-1999), Pais Vasco — Estrapolazzjoni)

    20

    2013/C 108/55

    Kawża T-241/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2013 — Polonja vs Il-Kummissjoni (FAEGG, FAEG u FAEŻR — Taqsima Garanzija — Infiq eskluż mill-finanzjament — Pagamenti indiretti — Sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ ta’ art agrikoli — Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Insuffiċjenza ta’ effiċjenza u ta’ affidabbiltà — Irregularitajiet intenzjonali — Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004)

    21

    2013/C 108/56

    Kawża T-367/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2013 — Bloufin Touna Ellas Naftiki Etaireia et vs Il-Kummissjoni (Sajd — Konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd — Rikostituzzjoni tal-ħażniet tat-tonn aħmar — Miżuri li jipprojbixxu l-attivitajiet tas-sajd permezz tal-bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew tal-Greċja — Rikors għal annullament — Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni — Interess dirett — Ammissibbiltà — Rata ta’ kwota għal kull Stat u kull bastiment — Kapaċità vera ta’ qbid)

    21

    2013/C 108/57

    Kawża T-444/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2013 — Esge vs UASI — De’Longhi Benelux (KMIX) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KMIX — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BAMIX — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    21

    2013/C 108/58

    Kawża T-224/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Caventa vs UASI — Anson’s Herrenhaus (BERG) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BERG — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Christian Berg — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    22

    2013/C 108/59

    Kawża T-225/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Caventa vs UASI — Anson’s Herrenhaus (BERG) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BERG — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Christian Berg — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    22

    2013/C 108/60

    Kawża T-378/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Langguth Erben vs UASI (MEDINET) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MEDINET — Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti MEDINET — Talba tal-anzjanità tat-trade marks nazzjonali u internazzjonali preċedenti — Trade marks preċedenti bil-kulur u trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni li ma turi l-ebda kulur b’mod partikolari — Assenza ta’ identiċità tas-sinjali — Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Espedjenza tal-proċedimenti orali — Artikolu 77 tar-Regolament Nru 207/2009)

    23

    2013/C 108/61

    Kawża T-387/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2013 — Nitrogénművek Vegyipari vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Settur bankarju — Krediti garantiti mill-Ungerija u mogħtija minn bank tal-iżvilupp — Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli u li tordna l-irkupru tagħhom — Kriterju tal-investitur privat)

    23

    2013/C 108/62

    Kawża T-427/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2013 — Laboratoire Bioderma vs UASI — Cabinet Continental (BIODERMA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali BIODERMA — Assenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża — Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009)

    23

    2013/C 108/63

    Kawża T-631/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Caventa vs UASI — Anson’s Herrenhaus (B BERG) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva B BERG — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Christian Berg — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    24

    2013/C 108/64

    Kawżi magħquda T-278/00 sa T-280/00, T-282/00 sa T-286/00 u T-288/00 sa T-295/00: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Albergo Quattro Fontane et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li timponi l-irkupru tal-għajnuna mogħtija — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

    24

    2013/C 108/65

    Kawża T-369/00 RENV: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Département du Loiret vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Prezz tal-bejgħ ta’ art — Deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Ftehim li permezz tiegħu l-attiv kollu tal-benefiċjarju tal-għajnuna tħallas lura lill-awtoritajiet li taw l-għajnuna — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    25

    2013/C 108/66

    Kawża T-85/11 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Mard gravi — Rimbors tal-ispejjeż mediċi — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta r-rimbors ta’ 100 % tal-ispejjeż mediċi esposti mill-appellant — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 72 tar-Regolament tal-Persunal — Kriterji stabbiliti mill-Kunsill Mediku — Produzzjoni ta’ parir tat-tabib konsulent matul l-istanza — Kompetenza tal-kap tal-Uffiċċju tal-Ħlasijiet — Appell manifestament infondat)

    25

    2013/C 108/67

    Kawżi magħquda T-15/12 u T-16/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Frar 2013 — Provincie Groningen et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ sussidji għall-akkwist ta’ żoni naturali sabiex jiġi protett l-ambjent — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà)

    26

    2013/C 108/68

    Kawża T-336/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Frar 2013 — Klizli vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Irtirar mil-lista ta’ persuni kkonċernati — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    26

    2013/C 108/69

    Kawża T-418/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Frar 2013 — Beninca vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Interess ġuridiku — Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    27

    2013/C 108/70

    Kawża T-507/12 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013 — Slovenja vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha mill-benefiċjarju — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

    27

    2013/C 108/71

    Kawża T-576/12: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2012 — Łaszkiewicz vs UASI — Capital Safety Group EMEA (PROTEKT)

    27

    2013/C 108/72

    Kawża T-15/13: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2013 — Group Nivelles vs UASI — Easy Sanitairy Solutions (Rappreżentazzjoni ta’ pajp għall-evakwazzjoni tal-ilma tad-doċċa)

    28

    2013/C 108/73

    Kawża T-18/13: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2013 — Łaszkiewicz vs UASI — CABLES Y ESLINGAS (PROTEKT)

    28

    2013/C 108/74

    Kawża T-61/13: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2013 — Melt Water vs UASI (NUEVA)

    29

    2013/C 108/75

    Kawża T-66/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2013 — Langguth Erben vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ flixkun)

    30

    2013/C 108/76

    Kawża T-68/13: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2013 — Novartis vs UASI (CARE TO CARE)

    30

    2013/C 108/77

    Kawża T-76/13: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2013 — Compagnie des montres Longines, Francillon vs UASI — Staccata (QUARTODIMIGLIO)

    30

    2013/C 108/78

    Kawża T-77/13: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2013 — Laboratoires Polive vs UASI — Arbora & Ausonia (DODIE)

    31

    2013/C 108/79

    Kawża T-78/13: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2013 — Red Bull vs UASI — Sun Mark (BULLDOG)

    31

    2013/C 108/80

    Kawża T-81/13: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2013 — FTI Touristik vs UASI (BigXtra)

    32

    2013/C 108/81

    Kawża T-84/13: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2013 — Samsung SDI et vs Il-Kummissjoni

    32

    2013/C 108/82

    Kawża T-89/13: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2013 — Calestep vs ECHA

    33

    2013/C 108/83

    Kawża T-91/13: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2013 — LG Electronics vs Il-Kummissjoni

    34

    2013/C 108/84

    Kawża T-92/13: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2013 — Philips vs Il-Kummissjoni

    35

    2013/C 108/85

    Kawża T-95/13: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2013 — Walcher Meßtechnik vs UASI (HIPERDRIVE)

    36

    2013/C 108/86

    Kawża T-105/13: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2013 — Ludwig Schokolade vs UASI — Immergut (TrinkFix)

    36

    2013/C 108/87

    Kawża T-322/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Frar 2013 — Clasado vs Il-Kummissjoni

    37

    2013/C 108/88

    Kawża T-527/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Luxembourg Patent Co. vs UASI — DETEC (FIREDETEC)

    37

     

    It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

    2013/C 108/89

    Kawża F-149/12: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    38

    2013/C 108/90

    Kawża F-4/13: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    38

    2013/C 108/91

    Kawża F-6/13: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    39

    2013/C 108/92

    Kawża F-8/13: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2013 — ZZ vs Il-Parlament

    39

    2013/C 108/93

    Kawża F-10/13: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

    39

    2013/C 108/94

    Kawża F-12/13: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2013 — ZZ vs Il-Parlament

    40

    2013/C 108/95

    Kawża F-14/13: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    40

    2013/C 108/96

    Kawża F-16/13: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    40

    MT

     


    IV Informazzjoni

    INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/1


    2013/C 108/01

    L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    ĠU C 101, 6.4.2013

    Pubblikazzjonijiet preċedenti

    ĠU C 86, 23.3.2013

    ĠU C 79, 16.3.2013

    ĠU C 71, 9.3.2013

    ĠU C 63, 2.3.2013

    ĠU C 55, 23.2.2013

    ĠU C 46, 16.2.2013

    Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

    EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


    V Avviżi

    PROĊEDURI TAL-QORTI

    Il-Qorti tal-Ġustizzja

    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Refcomp SpA vs Axa Corporate Solutions Assurance SA, Axa France IARD, Emerson Network, Climaveneta SpA

    (Kawża C-543/10) (1)

    (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Interpretazzjoni tal-Artikolu 23 - Klawżola ta’ ġurisdizzjoni li tinsab f’kuntratt konkluż bejn il-produttur u x-xerrej inizjali ta’ beni - Kuntratt li jagħmel parti minn sensiela ta’ kuntratti li jagħtu titolu ta’ proprjetà - Possibbiltà li din il-klawżola tiġi invokata kontra s-subakkwirent tal-beni)

    2013/C 108/02

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour de cassation

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Refcomp SpA

    Konvenuti: Axa Corporate Solutions Assurance SA, Axa France IARD, Emerson Network, Climaveneta SpA

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(1) u 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam kuntrattwali — Kawża bejn is-subakkwirent ta’ oġġett u l-manifattur tiegħu — Portata tal-klawżola ta’ ġurisdizzjoni fi ħdan sensiela Komunitarja ta’ kuntratti

    Dispożittiv

    L-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola ta’ ġurisdizzjoni miftehma fil-kuntratt konkluż bejn il-produttur ta’ prodott u x-xerrej ta’ dan ma tistax tiġi opponuta mis-subakkwirent terz li, minħabba suċċessjoni ta’ kuntratti li jagħtu titolu ta’ proprjetà konklużi bejn partijiet stabbiliti fi Stati Membri differenti, kiseb dan il-prodott u jrid iressaq kawża għad-danni fir-rigward tal-produttur, ħlief jekk ġie stabbilit li dan it-terz ta l-kunsens effettiv tiegħu fir-rigward tal-imsemmija klawżola fil-kundizzjonijiet imsemmija f’dan l-artikolu.


    (1)  ĠU C 46, 12.02.2011.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

    (Kawża C-122/11) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li topponi l-indiċjar, għall-perijodu sal-1 ta’ Awwissu 2004, tal-pensjonijiet taċ-ċittadini ta’ Stat Membru li ma kkonkludiex ftehim ta’ reċiproċità jew li ma jissodisfawx il-kundizzjoni ta’ residenza fl-Unjoni Ewropea - Residenza fi Stat terz - Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità - Inammissibbiltà)

    2013/C 108/03

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Kreuschitz u G. Rozet, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck u C. Pochet, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E.-M. Mamouna, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72) kif ukoll tal-Artikoli 18 u 45 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li topponi l-indiċjar, għall-perijodu sal-1 ta’ Awwissu 2004, tal-pensjonijiet taċ-ċittadini ta’ Stat Membru li ma kkonkludiex ftehim ta’ reċiproċità jew li ma jissodisfawx il-kundizzjoni ta’ residenza fl-Unjoni Ewropea — Residenza fi Stat terz — Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità — Assenza ta’ ġustifikazzjonijiet

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

    (3)

    Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 160, 28.05.2011.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — Gunārs Pusts vs Lauku atbalsta dienests

    (Kawża C-454/11) (1)

    (Agrikoltura - FAEGG - Regolamenti (KE) Nri 1257/1999 u 817/2004 - Sostenn għall-iżvilupp rurali - Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti tal-għajnuna agroambjentali għal talba annwali flimkien ma’ ċerti dokumenti - Benefiċjarju li ssodisfa l-obbligi tiegħu marbuta mal-użu taż-żona kkonċernata, imma li ma ppreżentax applikazzjoni skont l-imsemmija leġiżlazzjoni - Irtir tal-għajnuna, mingħajr smigħ tal-benefiċjarju, fil-każ li ma jkunx osserva d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal għajnuna agroambjentali)

    2013/C 108/04

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Augstākās tiesas Senāts

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Gunārs Pusts

    Konvenuta: Lauku atbalsta dienests

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāta — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar is sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 391) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 817/2004, tad-29 ta’ April 2004, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal Kunsill (KE) Nru 1257/1999 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 46, p. 87) — Għajnuna agroambjentali u għajnuna għal żoni — Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti tal-għajnuna għal żona għal applikazzjoni annwali flimkien ma’ ċerti dokumenti — Benfiċjarju li ssodisfa l-obbligi tiegħu relatati mal-operat taż-żona kkonċernata, iżda li jkun ippreżenta applikazzjonijiet inkompleti — Irtirar tal-għajnuna, mingħajr ma jinstema’ l-benefiċjarju, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza minnu tad-dispożizzjonijiet applikabbli għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni

    Dispożittiv

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1783/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 817/2004, tad-29 ta’ April 2004, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1257/1999, kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-benefiċjarju ta’ għajnuna mogħtija bħala korrispettiv għall-impenji agroambjentali tiegħu li jkopru diversi snin għandu jirrimborsa l-għajnuna kollha li diġà tħallset għas-snin preċedenti għaliex huwa ma jkunx ippreżenta applikazzjoni annwali skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli, meta dan il-benefiċjarju jafferma li kompla jwettaq l-obbligi tiegħu marbuta mal-użu taż-żoni kkonċernati, meta huwa ma nstemax mill-amministrazzjoni kompetenti, iżda meta t-twettiq tal-kontroll fuq il-post taż-żoni kkonċernati ma għadux possibbli minħabba li s-sena inkwistjoni għaddiet.


    (1)  ĠU C 331, 12.11.2011


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-517/11) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Artikolu 6(2) - Deterjorament u tniġġis tal-lag ta’ Koroneia - Protezzjoni - Insuffiċjenza tal-miżuri adottati - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Artikoli 3 u 4(1) u (3) - Agglomerazzjoni ta’ Langadas - Sistema ta’ ġbir u ta’ trattament tal-ilma urban mormi - “Assenza”)

    2013/C 108/05

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia, S. Petrova, B. D. Simon u L. Banciella, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) — Ksur tal-Artikoli 3 u 4(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26) — Nuqqas milli tadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tevita d-deterjorament u t-tniġġis tal-lag ta’ Koroneia (Prefettura ta’ Thessaloniki) — Nuqqas milli tistabbilixxi s-sistema ta’ ġbir u ta’ trattament tal-ilma urban mormi għall-agglomerazzjoni ta’ Langadas

    Dispożittiv

    (1)

    Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tevita d-deterjorament tal-habitats naturali u tal-habitats tal-ispeċi li ġiet ikklassifikata għalihom iż-żona ta’ protezzjoni speċjali GR 1220009, u billi ma implementatx sistema ta’ ġbir u ta’ trattament tal-ilma urban mormi għall-agglomerazzjoni ta’ Langadas, ir-Repubblika Ellenika naqset, rispettivament, milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, moqri flimkien mal-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva, kif ukoll mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli 3 u 4(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.

    (2)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 362, 10.12.2011.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/4


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove — is-Slovakkja) — SKP k.s. vs Polhošová

    (Kawża C-433/11) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti tal-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali - Domandi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta effettiva - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari - Inammissibbiltà manifesta)

    2013/C 108/06

    Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

    Qorti tar-rinviju

    Krajský súd v Prešove

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: SKP k.s.

    Konvenuta: Kveta Polhošová

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Krajský súd v Prešove — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5 sa 9 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22), u tal-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288), kif ukoll tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Kunċett ta’ prattika kummerċjali żleali — Kuntratt ta’ bejgħ bin-nifs ta’ beni ma’ konsumatur u li fih klawżola inġusta — Ċessjoni minn impriża tal-kreditu li jirriżulta mill-kuntratt lil kumpannija li qed tfalli, li jwassal li jkun impossibbli għall-konsumatur li jirkupra l-ispejjez tal-proċedura f’każ li tintrebaħ il-kawża

    Dispożittiv

    It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja), permezz tad-deċiżjoni tal-10 ta’ Awwissu 2011, hija manifestament inammissibbli.


    (1)  ĠU C 340, 19.11.2011.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/4


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Diċembru 2012 — Alliance One International Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-593/11 P) (1)

    (Appell - Kompetizzjoni - Akkordju - Suq Taljan tax-xiri u tal-ewwel trasformazzjoni ta’ tabakk mhux maħdum - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ sussidjarji lill-kumpanniji parent tagħhom - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni)

    2013/C 108/07

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Alliance One International Inc. (rappreżentant: G. Mastrantonio, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: E. Gippini Fournier, aġent)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tad-9 ta’ Settembru 2011, Alliance One International vs Il-Kummissjoni (T-25/06), li tiċħad rikors li għandu bħala suġġett l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/901/KE, tal-20 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE (Każ COMP/C.38.281/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Italja) [innotifikata bin-numru C(2005) 4012] (ĠU L 353, p. 45), li tikkonċerna akkordju intiż għall-iffissar tal-prezzijiet imħallsa lill-produtturi u intermedjarji oħra u għat-tqassim tal-fornituri fis-suq Taljan tat-tabakk mhux maħdum, kif ukoll it-tnaqqis tal-multa imposta fuq l-appellanti

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Alliance One International Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  GU C 25, 28.01.2012


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/5


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juridiction de Proximité de Chartres — Franza) — Hervé Fontaine vs Mutuelle Générale de l’Éducation Nationale

    (Kawża C-603/11) (1)

    (Kompetizzjoni - Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE - Assigurazzjoni komplementari għas-saħħa - Ftehim ta’ tariffi ta’ kumpanniji mutual ma’ tobba tal-għażla tagħhom - Differenza fit-trattament - Inammissibbiltà manifesta)

    2013/C 108/08

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Juridiction de Proximité de Chartres

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Hervé Fontaine

    Konvenuta: Mutuelle Générale de l'Éducation Nationale

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Juridiction de Proximité, Chartres — Interpretazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE — Kompetizzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-kumpanniji mutual li jipprovdu assigurazzjoni komplementari tas-saħħa milli jvarjaw il-benefiċċji skont il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ ċertifikati u s-servizzi pprovduti — Projbizzjoni ta’ ftehim ta’ tariffi ta’ kumpanniji mutual ma’ tobba tal-għażla tagħhom — Differenza fit-trattament fir-rigward tal-impriżi u tal-istituti l-oħra għall-kura tas-saħħa rregolati mill-Code des assurances jew mill-Code de la sécurité sociale — Restrizzjonijiet

    Dispożittiv

    It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juridiction de Proximité de Chartres, permezz ta’ deċiżjoni tas-17 ta’ Novembru 2011, hija manifestament inammissibbli.


    (1)  ĠU C 39, 11.02.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/5


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-27 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Inalta Curte de Casație și Justiție — ir-Rumanija) — SC “AUGUSTUS” Iași SRL vs Agenția de Plăți pentru Dezvoltare Rurală și Pescuit

    (Kawża C-627/11) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Inammissibbiltà manifesta)

    2013/C 108/09

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Inalta Curte de Casație și Justiție

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: SC “AUGUSTUS” Iași SRL

    Konvenuta: Agenția de Plăți pentru Dezvoltare Rurală și Pescuit

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Inalta Curte de Casație și Justiție — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, dwar l-għajnuna mill-Komunità għal miżuri ta’ qabel l-Adeżjoni għal żvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti tal-Ewropa ċentrali u ta’ lvant matul il-perjodu ta’ qabel l-Adeżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 31, p. 268) kif ukoll tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31) — Kanċellament u rkupru, f’każ ta’ irregolarità, tal-għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija abbażi tal-programm SAPARD — Eliġibbiltà tal-ispejjeż sostnuti — Każ ta’ forza maġġuri — Ġustifikazzjoni — Kunċetti ta’ “effettività ekonomika” u ta’ “vijabbiltà”

    Dispożittiv

    It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție — Secția de contencios administrativ și fiscal (ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-3 ta’ Novembru 2011, hija manifestament inammissibbli.


    (1)  ĠU C 65, 03.03.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/6


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Novembru 2012 — Dimos Peramatos vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-647/11 P) (1)

    (Appell - Għajnuna finanzjarja mogħtija favur proġett fil-qasam tal-ambjent - “LIFE” - Deċiżjoni ta’ rkupru parzjali tal-ammont imħallas - Determinazzjoni tal-obbligi tal-benfiċċjarju - Aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żbalji ta’ liġi)

    2013/C 108/10

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Appellant: Dimos Peramatos (rappreżentant: G. Gerapetritis, avukat)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande u A.-M. Rouchaud-Joët, aġenti, assistiti minn A. Somou, avukat)

    Suġġett

    Appell dirett kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2011, Dimos Peramatos vs Il-Kummissjoni (T-312/07), li tiċħad rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-7 ta’ Diċembru 2005, li ġiet innotifikata lill-appellant permezz tal-marixxall fis-17 ta’ Mejju 2007, dwar l-irkupru tal-ammonti mħallsa sabiex tiġi eżegwita d-Deċiżjoni tal-Kummisjoni C71997/29 finali, tas-17 ta’ Lulju 1997, relatata ma’ proġett li jidħol fil-kuntest ta’ programm ta’ afforestazzjoni mill-ġdid jew, sussidjarjament, l-emendar tad-deċiżjoni kkontestata.

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Dimos Peramatos huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  GU C 49, 18.02.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/6


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — Ilgvars Brunovskis vs Lauku atbalsta dienests

    (Kawża C-650/11) (1)

    (Politika agrikola komuni - Regolament (KE) Nru 1728/2003 - Implementazzjoni ta’ skemi ta’ sostenn fl-Istati Membri ġodda - Pagamenti diretti nazzjonali addizzjonali - Kundizzjonijiet għall-għoti - Regolament (KE) Nru 1973/2004 - Inapplikabbiltà)

    2013/C 108/11

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Augstākās tiesas Senāts

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ilgvars Brunovskis

    Konvenuta: Lauku atbalsta dienests

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākā tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 125(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269) kif ukoll tal-Artikolu 102(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004, tad-29 ta’ Ottubru 2004, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mal-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba [art imserrħa] għall-produzzjoni ta’ materja prima (ĠU L 330M, p. 58) — Primjum għall-baqra li tredda’ — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-għoti tal-primjum għal kull sena kalendarja sħiħa għall-baqar li jreddgħu biss u l-għoġol irreġistrati taħt l-istatus ta’ bhejjem eliġibbli għall-benefiċċju tal-primjum, mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju tas-sena kalendarja inkwistjoni — Teħid inkunsiderazzjoni jew le, fil-kalkolu tal-primjum, tal-baqar li jreddgħu kollha eżistenti fis-sena kalendarja inkwistjoni

    Dispożittiv

    Id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 143ċ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, kif emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/281/KE, tat-22 ta’ Marzu 2004, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirregola ċerti pagamenti diretti nazzjonali addizzjonali marbuta mal-preżenza ta’ baqar li jreddgħu fi grupp u li tissuġġetta l-għoti tagħhom għall-kundizzjoni ta’ dikjarazzjoni effettiva qabel l-1 ta’ Lulju tas-sena kkonċernata, mingħajr ma tkun tista’ tieħu inkunsiderazzjoni l-baqar li saru kapaċi jreddgħu wara din id-data.


    (1)  ĠU C 49, 18.02.2012


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/7


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Diċembru 2012 — GS Gesellschaft für Umwelt- und Energie-Serviceleistungen mbH vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    (Kawża C-682/11 P) (1)

    (Appell - Regolament (UE) Nru 1210/2010 - Awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro - Trattament ta’ muniti tal-euro li ma humiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni - Artikolu 8(2) - Possibbiltà għall-Istati Membri li jirrifjutaw ir-rimbors tal-muniti tal-euro li ma humiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Persuna direttament ikkonċernata)

    2013/C 108/12

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: GS Gesellschaft für Umwelt- und Energie-Serviceleistungen mbH (rappreżentant: J. Schmidt, Rechtsanwalt)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: U. Rösslein u A. Neergaard, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Monteiro u M. Simm, aġenti)

    Suġġett

    Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2011, GS vs Il-Parlament u Il-Kunsill (T-149/11), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tat-tieni sentenza tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 2010, li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, p. 1) — Atti li jikkonċernaw direttament u individwalment lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Kundizzjoni tal-interess dirett

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    GS Gesellschaft für Umwelt- und Energie-Serviceleistungen mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  GU C 65, 03.03.2012


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/7


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Jannar 2013 — Abbott Laboratories vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    (Kawża C-21/12 P) (1)

    (Appell - Trade mark Komunitarja - Sinjal verbali “RESTORE” - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Dritt għal smigħ - Regolament (KE) Nru207/2009 - Artikoli 7(1)(b) u (c), et 75, it-tieni sentenza - Ugwaljanza fit-trattament)

    2013/C 108/13

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: Abbott Laboratories (rappreżentant: R. Niebel, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tal-15 ta’ Novembru 2011, Abbott Laboratories vs UASI (T-363/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1560/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali RESTORE bħala trade mark Komunitarja — Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u kif ukoll tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Karattru distintiv tas-sinjal verbali RESTORE

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud

    (2)

    Abbott Laboratories hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  GU C 98, 31.03.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/8


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja(Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 — Saupiquet SAS vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-37/12 P) (1)

    (Appell - Tariffa Doganali Komuni - Kwoti tariffarji - Għeluq fil-Ħdud tal-uffiċċji doganali - Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Imputabbiltà)

    2013/C 108/14

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Saupiquet SAS (rappreżentant: R. Ledru, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann u L. Keppenne, aġenti)

    Suġġett

    Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tal-24 ta’ Novembru 2011, Saupiquet vs Il-Kummissjoni (T-131/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10005 finali, tas-16 ta’ Diċembru 2009, li tikkonstata li ma huwiex iġġustifikat li jiġu rrimborsati lill-appellanti d-dazji fuq l-importazzjoni fuq tonn ippreservat li joriġina mit-Tajlandja — Għeluq tal-uffiċji doganali nhar ta’ Ħadd f’xi Stati Membri — Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Interpretazzjoni żbaljata

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Saupiquet SAS hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  GU C 89, 24.03.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/8


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Novembru 2012 — Václav Hrbek vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Blacks Outdoor Retail Ltd, li kienet The Outdoor Group Ltd

    (Kawża C-42/12 P) (1)

    (Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Trade mark figurattiva - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti - Appell manifestament inammissibbli u manifestament infondat)

    2013/C 108/15

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellant: Václav Hrbek (rappreżentant: M. Sabatier, avukat)

    Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Blacks Outdoor Retail Ltd, li kienet The Outdoor Group Ltd (rappreżentant: M. S. Malynicz, barrister)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tal-15 ta’ Novembru 2011, Hrbek vs UASI — Outdoor Group (Alpine Pro Sportswear & Equipment) (T-434/10), Václav Hrbek vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “ALPINE PRO SPORTSWEAR & EQUIPMENT” għal prodotti fil-klassijiet 18, 24, 25 u 28, kontra d-Deċiżjoni R 1441/2009-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-8 ta’ Lulju 2010, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali “alpine”, għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 — Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Václav Hrbek huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 98, 31.03.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/8


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Burgos — Spanja) — La Retoucherie de Manuela S.L. vs La Retoucherie de Burgos S.C.

    (Kawża C-117/12) (1)

    (Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Kompetizzjoni - Ftehim bejn impriżi - Artikolu 81 KE - Eżenzjoni skont il-kategoriji ta’ ftehim vertikali - Regolament (KE) Nru 2790/1999 - Artikolu 5(b) - Obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni impost fuq ix-xerrej fi tmiem ta’ kuntratt ta’ frankiġja - Bini u art minn fejn ix-xerrej ħadem waqt il-perijodu tal-kuntratt)

    2013/C 108/16

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Audiencia Provincial de Burgos

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: La Retoucherie de Manuela S.L.

    Konvenuta: La Retoucherie de Burgos S.C.

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Audiencia Provincial de Burgos — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999, tat-22 ta’ Diċembru 1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 364) — Eżenzjoni skont il-kategoriji — Effetti ħżiena fuq il-kompetizzjoni mhux eżentati — Kundizzjonijiet imposti fuq ix-xerrej fi tmiem ta’ kuntratt ta’ frankiġja — Kunċett ta’ “bini u art minn fejn ix-xerrej ħadem waqt il-perjodu tal-kuntratt”

    Dispożittiv

    L-Artikolu 5(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999, tat-22 ta’ Diċembru 1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) [KE] għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem tal-frażi “bini u art minn fejn ix-xerrej ħadem waqt il-perjodu tal-kuntratt” jirreferi biss għall-postijiet li minnhom il-beni jew is-servizzi kuntrattwali huma offruti għall-bejgħ u mhux għat-territorju kollu li fih dawn il-beni jew servizzi jistgħu jinbiegħu b’kuntratt ta’ frankiġja.


    (1)  ĠU C 151, 26.05.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/9


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Jannar 2013 — Enviro Tech Europe Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Enviro Tech International Inc.

    (Kawża C-118/12 P) (1)

    (Appell - Direttivi 67/548/KEE u 2004/73/KE - Klassifikazzjoni, ippakkjar u ttikkettjar ta’ sustanzi perikolużi - Klassifikazzjoni ta’ n-propil bromid)

    2013/C 108/17

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanta: Enviro Tech Europe Ltd (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u E. Manhaeve, aġenti), Enviro Tech International Inc.

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-291/04, Enviro Tech Europe Ltd u Enviro Tech International, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors bil-għan minn naħa tal-annullament parzjali tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE, tad-29 ta’ April 2004, li tadatta għall-progress tekniku għad-29 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardjaw il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u t-ttikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 448), sa fejn din tikklassifika l-n-propil bromid fil-lista tas-sustanzi “ferm fjammabbli” u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti — Interess ġuridiku — Nuqqas ta’ interess individwali

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Enviro Tech Europe Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 227, 28.07.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/9


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Novembru 2012 — Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft mbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Bavaria Immobilien Beteiligungsgesellschaft mbH & Co. Objekte Neubrandenburg KG, Bavaria Immobilien Trading GmbH & Co. Immobilien Leasing Objekt Neubrandenburg KG

    (Kawża C-145/12 P) (1)

    (Appell - Għajnuna mill-Istat - Interess ġuridiku - Ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2013/C 108/18

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft mbH (rappreżentanti: M. Núñez Müller u J. Dammann de Chapto, avukati)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u T. Maxian Rusche, aġenti), Bavaria Immobilien Beteiligungsgesellschaft mbH & Co. Objekte Neubrandenburg KG, Bavaria Immobilien Trading GmbH & Co. Immobilien Leasing Objekt Neubrandenburg KG (rappreżentant: C. von Donat, avukat)

    Suġġett

    Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tad-9 ta’ Jannar 2012, Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft vs Il-Kummissjoni (T-407/09), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors tar-rikorrenti li għandu bħala suġġett, minn naħa, talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tad-29 ta’ Lulju 2009 li tiddikjara li ċerti kuntratti konklużi mir-rikorrenti dwar il-bejgħ ta’ djar fil-kuntest tal-privatizzazzjoni ta’ djar pubbliċi f’Neubrandenburger ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE u, min-naħa l-oħra, talba intiża biex jiġi kkonstatat in-nuqqas tal-Kummissjoni, fis-sens tal-Artikolu 232 KE, sa fejn din tal-aħħar ma ħaditx pożizzjoni fuq l-imsemmija kuntratti abbażi tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [88 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8,Vol. 1, p. 339) — Ksur tar-raba paragrafu tal-Artikolu 263 u 265 TFUE, kif ukoll tad-dritt għal rimedju effettiv — Motivazzjoni insuffiċjenti tad-digriet tal-Qorti Ġenerali

    Dispożittiv

    (1)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell.

    (2)

    Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft mbH, il-Kummissjoni Ewropea, Bavaria Immobilien Beteiligungsgesellschaft mbH & Co. Objekte Neubrandenburg KG u Bavaria Immobilien Trading GmbH & Co. Immobilien Leasing Objekt Neubrandenburg KG għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta ma’ dan l-appell.


    (1)  GU C 138, 12.05.2012


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/10


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Bruxelles (il-Belġju) — Isera & Scaldis Sugar SA, Philippe Bedoret and Co SPRL, Jean Rigot, Mathieu Vrancken vs Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB)

    (Kawża C-154/12) (1)

    (Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Zokkor - Regolament (KE) Nru 318/2006 - Artikolu 16 - Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Artikolu 51 - Impożizzjoni ta’ taxxa fuq il-produzzjoni - Validità - Nuqqas ta’ bażi legali - Nuqqas ta’ motivazzjoni ċara u inekwivoka - Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità)

    2013/C 108/19

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de première instance de Bruxelles

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Isera & Scaldis Sugar SA, Philippe Bedoret and Co SPRL, Jean Rigot, Mathieu Vrancken

    Konvenut: Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Joseph Cockx et

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Bruxelles — Validità tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU L 58, p. 1) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 37(2) KE u 253 KE — Impożizzjoni ta’ taxxa fuq il-produzzjoni fis-settur “zokkor-pitravi” — Nuqqas ta’ bażi legali — Nuqqas ta’ motivazzjoni ċara u inekwivoka — Diskriminazzjoni fir-rigward tal-industriji l-oħra kif ukoll fir-rigward tas-setturi agrikoli u mhux agrikoli l-oħra — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

    Dispożittiv

    L-eżami tad-domanda preliminari ma wera’ ebda element ta’ natura li taffettwa l-validità tal-Artikoli 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, u 51 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS).


    (1)  ĠU C 174, 16.06.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/10


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Jannar 2013 — Verenigde Douaneagenten BV vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-173/12 P) (1)

    (Appell - Artikolu 220(2) tal-Kodiċi Doganali - Recouvrement a posteriori de droits à l’importation - Preżentazzjoni inkorretta tal-fatti - Importazzjoni taz zokkor tal-kannamiela mhux irraffinat)

    2013/C 108/20

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Appellant: Verenigde Douaneagenten BV [rappreżentant: S. Moolenaar, avukat]

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: B. Burggraaf u L. Keppenne, aġenti]

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali — Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Frar 2012, Verenigde Douaneagenten vs Il-Kummissjoni (T-32/11), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet parzjalment it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 6754 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2010, li tikkonstata, minn naħa, li huwa ġġustifikat li d-dazji fuq l-importazzjoni jiddaħħlu fil-kontijiet a posteriori u, min-naħa l-oħra, li l-maħfra ta’ dawn id-dazji ma hijiex iġġustifikata f’każ partikolari (REC 02/09)

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miħud

    (2)

    Verenigde Douaneagenten BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  GU C 184, 23.06.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/11


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social de Benidorm — Spanja — Concepción Maestre García vs Centros Comerciales Carrefour SA

    (Kawża C-194/12) (1)

    (Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Dritt għal-leave annwali mħallas - Leave annwali ffissat mill-impriża li jikkoinċidi ma’ leave tal-mard - Dritt li l-leave annwali jittieħed f’perijodu ieħor - Kumpens finanzjarju għal leave annwali mhux meħud)

    2013/C 108/21

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado de lo Social de Benidorm

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Concepción Maestre García

    Konvenuta: Centros Comerciales Carrefour SA

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Social de Benidorm — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381) — Dritt għal-leave annwali mħallas — Ħaddiem fuq leave tal-mard matul il-perijodu tal-leave annwali ffissat mill-impriża — Dritt tal-ħaddiem li jibbenefika mil-leave f’perijodu ieħor

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tagħtix id-dritt lil ħaddiem li jinsab fuq leave tal-mard matul il-perijodu ta’ leave annwali ffissat unilateralment fil-kalendarju tal-leave tal-impriża fejn huwa impjegat, wara li jispiċċa l-leave tal-mard, milli jibbenefika mil-leave annwali tiegħu f’data oħra li ma hijiex dik iffissata inizjalment, fil-każ preżenti barra mill-perijodu ta’ riferiment korrispondenti, għar-raġunijiet marbuta mal-produzzjoni jew mal-organizzazzjoni tal-impriża.

    (2)

    L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li, matul it-tul tal-kuntratt ta’ xogħol, il-perijodu ta’ leave annwali li l-ħaddiem ma setax jibbenefika minnu minħabba f’inkapaċità li jaħdem jiġi ssostitwit b’kumpens finanzjarju.


    (1)  ĠU C 227, 28.07.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/11


    Appell ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2012 minn Petrus Kerstens mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) fit-23 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-498/09 P-DEP, Petrus Kerstens vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-304/12 P)

    2013/C 108/22

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellant: Petrus Kerstens (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    B’digriet tas-7 ta’ Frar 2013, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lil P. Kerstens ibati l-ispejjeż tiegħu.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/12


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Huy (il-Belġju) — Agim Ajdini vs L-Istat Belġjan

    (Kawża C-312/12) (1)

    (Regoli tal-Proċedura - Artikoli 53(2), 93(a) u 99 - Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Eżami tal-konformità ta’ dispożizzjoni legali nazzjonali kemm mad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mal-Kostituzzjoni nazzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi n-natura prijoritarja ta’ proċedura inċidentali ta’ stħarriġ ta’ kostituzzjonalità - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Assenza ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

    2013/C 108/23

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal du travail de Huy

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Agim Ajdini

    Konvenut: L-Istat Belġjan

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal du Travail de Huy — Interpretazzjoni tal-Artikoli 20, 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 234 KE — Drittijiet fundamentali — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Ċittadin Serb b’diżabbiltà — Ammissibilità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi ċerti persuni mill-benefiċċju ta’ allowance għal persuni b’diżabbiltà minħabba n-nazzjonalità tagħhom — Ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa kandidat uffiċjali għal adeżjoni mal-Unjoni Ewropea — Possibbiltà għal qorti tar-rinviju li tagħmel referenza lill-Qorti tal-Ġustizzja — Ammissibilità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-qorti nazzjonali li l-ewwel tagħmel referenza lill-Qorti Kostituzzjonali

    Dispożittiv

    Il-Qorti tal-Qustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mit-Tribunal du travail de Huy (il-Belġju).


    (1)  ĠU C 287, 22.09.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/12


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Curtea de Apel Brașov — ir-Rumanija) — Corpul Național al Polițiștilor — Biroul Executiv Central, reprezentant al reclamanților Chițea Constantin și alții vs Ministerul Administrației și Internelor, Inspectoratul General al Poliției Române, Inspectoratul de Poliție al Județului Brașov

    (Kawża C-369/12) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Validità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi tnaqqis fis-salarji lil diversi kategoriji ta’ uffiċjali pubbliċi - Assenza ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja)

    2013/C 108/24

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Brașov

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Corpul Național al Polițiștilor — Biroul Executiv Central

    Konvenuti: Ministerul Administrației și Internelor, Inspectoratul General al Poliției Române, Inspectoratul de Poliție al Județului Brașov

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Brașov — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17(1), 20, 21(1) u 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi tnaqqis fis-salarji lil diversi kategoriji ta’ uffiċjali pubbliċi — Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ dritt għall-proprjetà

    Dispożittiv

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Brașov (ir-Rumanija), permezz tad-deċiżjoni tas-27 ta’ Ġunju 2012.


    (1)  ĠU C 343, 10.11.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/13


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2012 — Christophe Gassiat vs Ordre des avocats de Paris

    (Kawża C-467/12)

    2013/C 108/25

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Christophe Gassiat

    Konvenuta: Ordre des avocats de Paris

    B’digriet tal-21 ta’ Frar 2013, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) iddikjarat li hija manifestament ma għandiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar dan ir-rikors; b’konsegwenza ta’ dan ir-rikors huwa ddikjarat inammissibbli. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkundannat lil Christophe Gassiat ibati l-ispejjeż tiegħu.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/13


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Tivoli — l-Italja) — Antonella Pedone vs N

    (Kawża C-498/12) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Neċessità ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

    2013/C 108/26

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale di Tivoli

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Antonella Pedone

    Konvenuta: N

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Tivoli — Interpretazzjoni tal-Artikolu 47(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem, moqrija flimkien mal-Artikolu 6 TUE u l-Artikolu 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Għajnuna legali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li d-drittijiet tal-avukat jitnaqqsu bin-nofs meta l-klijent ikun ingħata l-għajnuna legali

    Dispożittiv

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mit-Tribunale di Tivoli (l-Italja).


    (1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/13


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Tivoli — l-Italja) — Elisabetta Gentile vs Ufficio Finanziario della Direzione Ufficio Territoriale di Tivoli et

    (Kawża C-499/12) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Neċessità ta’ relazzjoni mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja)

    2013/C 108/27

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale di Tivoli

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Elisabetta Gentile

    Konvenuti: Ufficio Finanziario della Direzione Ufficio Territoriale di Tivoli, Fabrizio Penna, Gianfranco Di Nicola

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Tivoli — Interpretazzjoni tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, moqri flimkien mal-Artikolu 6 TUE u mal-Artikolu 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Għajnuna legali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li r-remunerazzjoni tar-rappreżentant legali jitnaqqsu bin-nofs meta l-klijent jingħata l-għajnuna legali

    Dispożittiv

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex kompetenza sabiex tirrispondi għad-domandi mressqa mit-Tribunale di Tivoli (l-Italja).


    (1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil régional d’expression française de l’ordre des médecins vétérinaires (il-Belġju) fit-28 ta’ Ġunju 2012 — proċeduri dixxiplinari kontra Jean Devillers

    (Kawża C-318/12)

    2013/C 108/28

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil régional d’expression française de l’ordre des médecins vétérinaires

    Parti fil-kawża prinċipali

    Jean Devillers

    It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil régional d’expression française de l’ordre des médecins vétérinaires (il-Belġju), b’deċiżjoni tat-12 ta’ Mejju 2012 (Kawża C-318/12), hija manifestament inammissibbli.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/14


    Appell ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2013 minn IDT Biologika GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-25 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża T-503/10 — IDT Biologika GmbH vs Il-Kummissjopni Ewropea

    (Kawża C-6/13 P)

    2013/C 108/29

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: IDT Biologika GmbH (rappreżentanti: R. Gross u T. Kroupa, avukati)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tal-appellanti

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2012, innotifikata lir-rikorrenti/appellanti permezz ta’ faks fis-26 ta’ Ottubru 2012;

    tannulla d-deċiżjoni tal-1 ta’ Settembru 2010 tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tas-Serbja, li permezz tagħha hija, minn naħa, ċaħdet l-offerta li IDT Biologika GmbH ippreżentat għal-lott Nru 1 fil-kuntest tas-sejħa għal offerti bir-referenza EuropAid/129809/C/SUP/RS u li kellha bħala għan il-provvista ta’ vaċċini anti-rabies lill-Ministeru tal-Agrikoltura, tal-Foresta u tar-Riżorsi tal-Ilma tar-Repubblika tas-Serbja, u, min-naħa l-oħra, tat il-kuntratt inkwistjoni lil konsorzju ta’ impriżi mmexxija minn “Bioveta a.s.”.

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet ir-rikors tal-appellanti.

    Id-diskrezzjoni li l-Kummissjoni Ewropea, appellata, għandha teżerċita fil-kuntest tal-proċedura inkwistjoni ta’ sejħa għal offerti ma kinitx eżerċitata, fattwalment u teknikament, b’tali mod li ma tistax tiġi kkontestata.

    B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkunsidrat li Bioveta a.s., fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, ipproduċiet prova tas-sigurtà tal-prodott offert permezz ta’ awtorizzazzjonijiet nazzjonali korrispondenti, u li testijiet separati fuq primati sabiex jiġi stabbilit li l-prodott offert ma jikkawżax ħsara lill-bnedmin ma kinux meħtieġa.

    Minbarra dan, Bioventa a.s. ma pproduċietx il-prova li l-vaċċin tagħha ma kienx ibbażat fuq l-oriġinali, iżda fuq kampjun tal-virus SAD-Bern immodifikat.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Jannar 2013 — Jürgen Langenbächer et vs Condor Flugdienst GmbH

    (Kawża C-16/13)

    2013/C 108/30

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Frankfurt am Main

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Jürgen Langenbächer, Janet Langenbächer, Jaqueline Langenbächer

    Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH

    Il-kawża tħassret mir-reġistru permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Jannar 2013.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Barcelona (Spanja) fil-21 ta’ Jannar 2013 — France Telecom España, SA vs Diputación de Barcelona

    (Kawża C-25/13)

    2013/C 108/31

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado Contencioso-Administrativo número 17 de Barcelona

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: France Telecom España, SA

    Konvenut: Diputación de Barcelona

    Domandi preliminari

    (1)

    Il-limitazzjoni tal-applikabbiltà tat-tariffi tal-Artikolu 13 tad-Direttiva “awtorizzazzjoni” (1) unikament għall-proprjetarji tan-netweks ta’ telekomunikazzjonijiet, skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropa tat-12 ta’ Lulju 2012 (2), tista’ tiġi estiża għal kull remunerazzjoni oħra jew korrispettiv ieħor li l-proprjetarji ta’ proprjetajiet pubbliċi jew privati jirċievu inkambju għall-installazzjoni, fuq l-artijiet jew fil-proprjetajiet tagħhom, ta’ riżorsi ta’ netwerks ta’ telekomunikazzjonijiet?

    (2)

    Tali korrispettivi u dawk li għandhom iħallsuhom huma stabbiliti mid-dritt nazzjonali?


    (1)  Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.

    (2)  Sentenza tat-12 ta’ Lulju 2012, Vodafone España. C-55/11, C-57/11 u C-58/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Jannar 2013 — Global Trans Lodzhistik OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna

    (Kawża C-29/13)

    2013/C 108/32

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Administrativen sad Sofia-grad

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Global Trans Lodzhistik OOD

    Konvenut: Nachalnik na Mitnitsa Stolichna (Direttur tad-Dwana tal-kapitali)

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 243(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (1), tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, flimkien mal-Artikolu 245 tal-imsemmi kodiċi u l-prinċipji tad-drittijiet tad-difiża u tar-res judicata, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali bħalma huma l-Artikoli 220 u 211(a) tal-Liġi Bulgara tad-Dwana (Zakon za mitnitsite), skont liema diversi deċiżjonijiet ta’ awtorità doganali, li jinnotifikaw stima mill-ġdid tal-imsemmija dwana, fid-dawl tal-irkupru sussegwenti tagħha, jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors, inkluż meta l-adozzjoni ta’ deċiżjoni definittiva fis-sens tal-Artikolu 181a(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2), tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, huwa possibbli fil-kawża prinċipali, għall-finijiet tan-notifika tal-imsemmija stima mill-ġdid?

    (2)

    L-Artikolu 243(2) tar-Regolament Nru 2913/92, dwar id-dritt ta’ appell, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jissuġġettax l-ammissibiltà ta’ appell ġudizzjarju kontra deċiżjoni definittiva, fis-sens tal-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93, għall-eżerċizzju ta’ appell amministrattiv, bħala prerekwiżit?

    (3)

    L-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat, fid-dawl tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fis-sens li meta l-proċedura prevista f’din id-dispożizzjoni ma tkunx ġiet osservata f’dak li jirrigwarda id-dritt ta’ smigħ u dak li jitqajmu oġġezzjonijiet, id-deċiżjoni meħuda minn awtorità doganali bi ksur ta’ dawn ir-regoli ma tikkostitwixxix deċiżjoni definittiva fis-sens tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq, iżda biss stadju fil-proċedura tal-adozzjoni tagħha? Sussidjarjament, l-istess dispożizzjoni tista’ tiġi interpretata, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, fis-sens li d-deċiżjoni meħuda fid-dawl tal-imsemmi ksur proċedurali jista’ jkun direttament is-suġġett ta’ appell quddiem qorti li jkollha l-obbligu li tiddeċiedi fuq il-mertu?

    (4)

    L-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat, fid-dawl tal-fatti fil-kawża prinċipali u tal-prinċipju ta’ legalità, fis-sens li meta l-proċedura prevista fid-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq ma tiġix osservata f’dak li jirrigwarda id-dritt ta’ smigħ u f’dak li jitqajmu oġġezzjonijiet, id-deċiżjoni meħuda minn awtorità doganali bi ksur ta’ dawn id-drittijiet hija nulla minħabba difett proċedurali sostanzjali, ekwiparabbli għal ksur proċedurali sostanzjali, liema ksur jimplika n-nullità tal-att indipendentement mill-konsegwenzi konkreti tal-ksur, il-qorti li quddiemha tinstema’ l-kawża għandha tiddeċiedi fuq l-appell ippreżentat minn dan l-att, mingħajr ma tkun tista’ tirrinvija l-kawża quddiem l-awtorità amministrattiva sabiex il-kawża tingħalaq skont ir-regoli?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6 p. 3.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/16


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia- grad (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Jannar 2013 — Global Trans Lodzhistik OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna

    (Kawża C-30/13)

    2013/C 108/33

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Administrativen sad Sofia — grad

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Global Trans Lodzhistik OOD

    Konvenut: Nachalnik na Mitnitsa Stolichna (Direttur tad-dwana tal-kapitali)

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikou 243(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 (1) tat-Kunsill, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, moqri flimkien mal-Artikolu 245 tal-Kodiċi u l-prinċipji tad-drittijiet tad-difiża u tal-awtorità ta’ res judicata jippermettu leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikoli 220 u 211(a) tal-liġi Bulgara dwar id-dwana (Zakon za mitnitsite), li jgħid li diversi deċiżjonijiet ta’ awtorità doganali, li jinnotifikaw żieda fid-dejn doganali, sabiex jiġi rkuprat sussegwentement, inkluż meta l-adozzjoni ta’ deċiżjoni definittiva fis-sens tal-Artikolu 181a(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/93 (2), tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2913/92, huwa konċepibbli fil-kawża prinċipali, għall-finijiet tan-notifika tal-imsemmija żieda?

    (2)

    L-Artikolu 243(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92, dwar id-dritt ta’ appell, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jissuġġettax l-ammissibbiltà ta’ appell kontra deċiżjoni definittiva, fis-sens tal-Artikolu 181a(2) tar-Regolament (KE) Nru 2454/93, għall-eżerċizzju ta’ stħarriġ amministrattiv, bħala kundizzjoni vinkolanti?

    (3)

    L-Artikolu 181a(2) tar-Regolament (KE) Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat, fid-dawl tal-fatti tal-kawża prinċipali, fis-sens li meta l-proċedura prevista f’din id-dispożizzjoni ma ġietx osservata rigward id-dritt għal smigħ u d-dritt li jitqajmu oġġezzjonijiet, id-deċiżjoni meħuda mill-awtorità doganali bi ksur ta’ dawn ir-regoli ma tikkostitwixxix deċiżjoni finali fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, iżda hija biss parti mill-proċedura tal-adozzjoni tagħha? Sussidjarjament, din l-istess dispożizzjoni għandha tiġi interpretata, fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, fis-sens li d-deċiżjoni meħuda fil-preżenza tal-ksur proċedurali msemmi iktar ’il fuq tista’ tkun suġġett ta’ appell quddiem qorti li hija obbligata tiddeċiedi fuq il-mertu?

    (4)

    L-Artikolu 181a(2) tar-Regolament (KE) Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat, fid-dawl tal-fatti fil-kawża prinċipali u tal-prinċipju ta’ legalità, fis-sens li meta l-proċedura prevista minn din id-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq ma ġietx osservata rigward id-dritt għal smigħ u d-dritt li jitqajmu oġġezzjonijiet, id-deċiżjoni meħuda minn awtorità doganali bi ksur ta’ dawn id-drittijiet hija nulla minħabba vizzju ta’ proċedura sostanzjali, ekwivalenti għall-ksur sostanzjali, li l-ksur tiegħu jwassal għan-nullità tal-att indipendentement mill-konsegwenzi reali tal-ksur, peress li l-qorti adita hija obbligata li tiddeċiedi fuq l-appell li jsir kontra tali att, mingħajr ma hemm il-possibbiltà li l-kawża tiġi rrinvjata lill-awtorità amministrattiva sabiex il-kawża tingħalaq skont ir-regoli?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/16


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Germanja) fid-29 ta’ Jannar 2013 — Martin Grund vs Landesamt für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume des Landes Schleswig-Holstein

    (Kawża C-47/13)

    2013/C 108/34

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesverwaltungsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Martin Grund

    Konvenut: Landesamt für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume des Landes Schleswig-Holstein

    Intervenjent: Der Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

    Domanda preliminari

    Art agrikola hija mergħa permanenti fis-sens tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (1), jekk bħalissa u għal mill-inqas ħames snin ilha tintuża’ sabiex jitkabbru ħxejjex jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix, iżda matul dan il-perijodu, l-art f’din iż-żona inħartet u minflok l-għalf fil-forma ta’ ħaxix preżenti (f’dan il-każ silla) ġie miżrugħ għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix (f’dan il-każ ħaxix li jinħarat), jew dan huwa każ ta’ rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba li tipprekludi l-klassifikazzjoni bħala mergħat permanenti?


    (1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243).


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Norte (il-Portugall) fl-4 ta’ Frar 2013 — Marina da Conceição Pacheco Almeida vs Fundo de Garantia Salarial, IP, Instituto da Segurança Social, IP

    (Kawża C-57/13)

    2013/C 108/35

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Central Administrativo Norte

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Marina da Conceição Pacheco Almeida

    Konvenut: Fundo de Garantia Salarial, IP, Instituto da Segurança Social, IP

    Domanda preliminari

    Id-dritt tal-Unjoni, fil-kuntest konkret tal-garanzija tal-krediti salarjali fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega, b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 10 tad-Direttiva 80/987/KEE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tiggarantixxi biss il-krediti li saru eżiġibbli fis-sitt xhur ta’ qabel il-preżentata ta’ rikors sabiex tiġi kkonstatata l-insolvenza tal-persuna li timpjega anki meta l-ħaddiema jkunu ressqu kawża quddiem it-tribunal industrijali kontra min jimpjeghom sabiex jiksbu l-iffissar ġudizzjarju tal-ammont mhux imħallas u l-irkupru forzat ta’ dan l-ammont?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 217).


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/17


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2013 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-65/13)

    2013/C 108/36

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Tamás u J. Rodrigues, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2012 li tapplika r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għall-impjieg u l-istabbiliment mill-ġdid tal-EURES;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha għall-annullament, il-Parlament Ewropew iqajjem motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Billi adottat id-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni fil-fatt abbużat mill-poteri li taha l-leġiżlatur tal-Unjoni.

    L-Artikolu 38 tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq ma jagħtix ħlief poteri ta’ implementazzjoni lill-Kummisjoni, liema limiti jirriżultaw mill-Artikolu 291 TFUE. Skont il-Parlament, dan l-aħħar artikolu għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix l-adozzjoni tal-atti ta’ portata ġenerali li jikkompletaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv. Huma biss l-atti leġiżlattivi jew atti delegati fis-sens tal-Artikolu 290 TFUE jistgħu jikkompletaw l-elementi mhux essenzjali ta’ att bażiku.

    Issa, l-att adottat mill-Kummissjoni, peress li jiġi analizzat f’att ta’ implementazzjoni fis-sens tal-Artikolu 291 TFUE, jikkompleta wkoll ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (UE) Nru 492/2011. Għaldaqstant, il-Parlament ikkunsidra li, jekk huwa neċesarju li jiġu kkompletati l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, il-Kummissjoni kellha d-dmir li fl-assenza ta’ poter li tadotta atti delegati fis-sens tal-Artikolu 290 TFUE, tissottometti lil-leġiżlatur abbozz leġiżlattiv li tikkompleta jew tbiddel l-att bażiku.


    (1)  Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, p. 1).


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/18


    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Breda — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Adrianus Theodorus Gerardus Martines van de Ven, Michaele Anna Harriet Tiny van de Ven-Janssen vs Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV

    (Kawża C-315/11) (1)

    2013/C 108/37

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


    (1)  ĠU C 269, 10.09.2011


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/18


    Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Palermo — Sezione Distaccata di Bagheria — Italja) — Paola Galioto vs Maria Guccione, Maria Piera Savona, Fabio Savona.

    (Kawża C-464/11) (1)

    2013/C 108/38

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


    (1)  ĠU C 340, 19.11.2011.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/18


    Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Comercial Cluj — ir-Rumanija) — SC Volksbank România SA vs Andreia Câmpan, Ioan Dan Câmpan

    (Kawża C-571/11) (1)

    2013/C 108/39

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


    (1)  ĠU C 25, 28.01.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/18


    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

    (Kawża C-641/11) (1)

    2013/C 108/40

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


    (1)  ĠU C 58, 25.02.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/18


    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

    (Kawża C-662/11) (1)

    2013/C 108/41

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


    (1)  ĠU C 73, 10.03.2012


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/18


    Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal — ir-Renju Unit) — Anita Chieza vs Secretary of State for Work and Pensions

    (Kawża C-680/11) (1)

    2013/C 108/42

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


    (1)  ĠU C 65, 03.03.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/18


    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Session in Scotland, — ir-Renju Unit) — Andrius Kulikauskas vs Macduff Shellfish Limited, Duncan Watt

    (Kawża C-44/12) (1)

    2013/C 108/43

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


    (1)  ĠU C 109, 14.04.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/18


    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

    (Kawża C-48/12) (1)

    2013/C 108/44

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


    (1)  ĠU C 80, 17.03.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/19


    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Giudice di Pace di Revere — Italja) — Procura della Repubblica vs Xiaomie Zhu, Guo HO Xia, Xie Fmr Ye, Jian Hui Luo, Ua Zh Th

    (Kawżi magħquda C-51/12 sa C-54/12) (1)

    2013/C 108/45

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


    (1)  ĠU C 98, 31.03.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/19


    Digriet tal-President tal-Qorti tal-14 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

    (Kawża C-130/12) (1)

    2013/C 108/46

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


    (1)  ĠU C 133, 05.05.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/19


    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

    (Kawża C-305/12) (1)

    2013/C 108/47

    Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

    Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


    (1)  ĠU C 273, 08.09.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/19


    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeitsgericht Nienburg — il-Ġermanja) — Heinz Kassner vs Mittelweser-Tiefbau GmbH & Co. KG

    (Kawża C-311/12) (1)

    2013/C 108/48

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


    (1)  ĠU C 287, 22.09.2012


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/19


    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

    (Kawża C-325/12) (1)

    2013/C 108/49

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


    (1)  ĠU C 287, 22.09.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/19


    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

    (Kawża C-332/12) (1)

    2013/C 108/50

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


    (1)  ĠU C 287, 22.09.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/19


    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Barcelona — Spanja) — Miguel Fradera Torredemer, Teresa Torredemer Marcet, Enrique Fradera Ohlsen, Alicia Fradera Torredemer vs Corporación Uniland SA

    (Kawża C-364/12) (1)

    2013/C 108/51

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


    (1)  ĠU C 303, 06.10.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/19


    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel — il-Lussemburgu) — État du Grand-duché de Luxembourg, Administration de l’enregistrement et des domaines vs Edenred Luxembourg SA

    (Kawża C-395/12) (1)

    2013/C 108/52

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


    (1)  ĠU C 366, 24.11.2012.


    Il-Qorti Ġenerali

    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta Frar 2013 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-9/10) (1)

    (Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi esterni relatati mal-provvista ta’ pubblikazzjonijiet elettroniċi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Kriterji ta’ selezzjoni u ta’ għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

    2013/C 108/53

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Manhaeve u N. Bambara, aġenti, assistiti inizjalment minn E. Petritsi, avukat, sussegwentement minn E. Petritsi u O. Graber-Soudry, solicitor, iktar sussegwentement minn E. Manhaeve, assistit minn O. Graber-Soudry)

    Suġġett

    Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tad-29 ta Ottubru 2009, sa fejn din tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti għal-lott Nru 2, intitolat “Pubblikazzjoni elettronika ibbażata fuq Microsoft SharePoint Server”, u, b’mod partikolari, sa fejn tagħti l-kuntratti lill-offerenti magħżula, kif ukoll sa fejn tagħti żewġ kuntratti tal-lott Nru 3, intitolat, “Pubblikazzjoni elettronika bbażata fuq pjattaformi b’sors liberu”, lil impriża membru ta’ żewġ konsorzji differenti, fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO 10224 dwar il-provvista ta’ pubblikazzjonijiet elettroniċi (ĠU 2009/S 109-156511), u min-naħa l-oħra, talba għad-danni mressqa abbażi tal-Artikoli 268 TFUE u 340 TFUE.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 80, 27.03.2010


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi magħquda T-65/10, T-113/10 u T-138/10) (1)

    (FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Programmi operattivi li jaqgħu taħt l-Objettiv 1 (1994-1999), ‘Andalucía’ u ‘Komunità ta’ Valencia’ - Programm operattiv li jaqa’ taħt l-Objettiv 2 (1997-1999), ‘Pais Vasco’ - Estrapolazzjoni)

    2013/C 108/54

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment J. Rodríguez Cárcamo, sussegwentement A. Rubio González, abogados del Estado)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u J. Baquero Cruz, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament imressqa kontra d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2009) 9270, tat-30 ta’ Novembru 2009, C(2009) 10678, tat-23 ta’ Diċembru 2009, u C(2010) 337, tat-28 ta’ Jannar 2010, li jnaqqsu l-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mogħtija favur, rispettivament, il-programm operattiv “Andalucía”, li jaqa’ taħt l-Objettiv 1 (1994-1999) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 3456, tad-9 ta’ Diċembru 1994, il-programm operattiv “Pais Vasco” li jaqa’ taħt l-Objettiv 2 (1997-1999) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(1998) 121, tal-5 ta’ Frar 1998, u l-programm operattiv “Komunità ta’ Valencia” li jaqa’ taħt l-Objettiv 1 (1994-1999) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(1994) 3043/6, tal-25 ta’ Novembru 1994.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 100, 17.04.2010.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/21


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2013 — Polonja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-241/10) (1)

    (FAEGG, FAEG u FAEŻR - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament - Pagamenti indiretti - Sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ ta’ art agrikoli - Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Insuffiċjenza ta’ effiċjenza u ta’ affidabbiltà - Irregularitajiet intenzjonali - Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004)

    2013/C 108/55

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szpunar, B. Majczyna u D. Krawczyk, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi, A. Szmytkowska u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/152/UE, tal-11 ta’ Marzu 2010, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 63, p. 7), sa fejn din teskludi ċertu nfiq imġarrab mir-Repubblika tal-Polonja.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 209, 31.07.2010.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/21


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2013 — Bloufin Touna Ellas Naftiki Etaireia et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-367/10) (1)

    (Sajd - Konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd - Rikostituzzjoni tal-ħażniet tat-tonn aħmar - Miżuri li jipprojbixxu l-attivitajiet tas-sajd permezz tal-bastimenti li jistadu bil-‘purse seines’ li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew tal-Greċja - Rikors għal annullament - Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni - Interess dirett - Ammissibbiltà - Rata ta’ kwota għal kull Stat u kull bastiment - Kapaċità vera ta’ qbid)

    2013/C 108/56

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Bloufin Touna Ellas Naftiki Etaireia (Ateni, il-Greċja), Chrisderic (St. Cyprien, Franza), André Sébastien Fortassier (Grau D’Agde, Franza) (rappreżentanti: inizjalment V. Akritidis u E. Petritsi, avukati, sussegwentement V. Akritidis u F. Crespo, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Banks, A. Bouquet u D. Nardi, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 498/2010, tad-9 ta’ Ġunju 2010, li jipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd għall-bastimenti li jistadu bil “purse seines” li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew tal-Greċja jew li jkunu rreġistrati fi Franza jew fil-Greċja, u li jkunu qed jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45°W, u fil-Mediterran (ĠU L 142, p. 1).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Bloufin Touna Ellas Naftiki Etaireia, Chrisderic u André Sébastien Fortassier huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 301, 06.11.2010.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/21


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2013 — Esge vs UASI — De’Longhi Benelux (KMIX)

    (Kawża T-444/10) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KMIX - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BAMIX - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2013/C 108/57

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Esge AG (Bussnang, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Klink, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

    Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: De’Longhi Benelux SA, li kienet Kenwood Appliances Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Strickland, solicitor, u L. St Ville, barrister)

    Suġġett

    Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1249/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Esge AG u Kenwood Appliances Luxembourg SA.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Esge AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/22


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Caventa vs UASI — Anson’s Herrenhaus (BERG)

    (Kawża T-224/11) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BERG - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Christian Berg - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2013/C 108/58

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Caventa AG (Rekingen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment minn J. Krenzel, sussegwentement minn T. Stein u A. Segler, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn R. Manea, sussegwentement minn D. Walicka, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Anson’s Herrenhaus KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Löffel u P. Lange, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Frar 2011 (Każ R 1494/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Anson’s Herrenhaus KG u Caventa AG.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Caventa AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 194, 2.7.2011.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/22


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Caventa vs UASI — Anson’s Herrenhaus (BERG)

    (Kawża T-225/11) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BERG - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Christian Berg - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2013/C 108/59

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Caventa AG (Rekingen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment J. Krenzel, sussegwentement T. Stein u A. Segler, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Manea, sussegwentement D. Walicka, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Anson’s Herrenhaus KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Löffel u P. Lange, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Frar 2011 (Każ R 740/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Anson’s Herrenhaus KG u Caventa AG.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Caventa AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 194, 02.07.2011.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/23


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Langguth Erben vs UASI (MEDINET)

    (Kawża T-378/11) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MEDINET - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti MEDINET - Talba tal-anzjanità tat-trade marks nazzjonali u internazzjonali preċedenti - Trade marks preċedenti bil-kulur u trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni li ma turi l-ebda kulur b’mod partikolari - Assenza ta’ identiċità tas-sinjali - Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Espedjenza tal-proċedimenti orali - Artikolu 77 tar-Regolament Nru 207/2009)

    2013/C 108/60

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG (Traben-Trarbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Klüpfel u G. Schneider, aġenti)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Mejju 2011 (Każ R 1598/2010-4), dwar talba tal-anzjanità ta’ trade marks preċedenti, fil-kuntest ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv MEDINET bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 269, 10.09.2011.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/23


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2013 — Nitrogénművek Vegyipari vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-387/11) (1)

    (Għajnuna mill-Istat - Settur bankarju - Krediti garantiti mill-Ungerija u mogħtija minn bank tal-iżvilupp - Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli u li tordna l-irkupru tagħhom - Kriterju tal-investitur privat)

    2013/C 108/61

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Nitrogénművek Vegyipari Zrt. (Pétfürdő, l-Ungerija) (rappreżentanti: Z. Tamás u M. Le Berre, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche, P. Němečková u C. Urraca Caviedes, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/269/UE, tas-27 ta’ Ottubru 2010, dwar Għajnuna mill-Istat C 14/09 (ex NN 17/09) mogħtija mill-Ungerija lil Péti Nitrogénművek Vegyipari Zrt. (ĠU 2011, L 118, p. 9).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Nitrogénművek Vegyipari Zrt. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/23


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2013 — Laboratoire Bioderma vs UASI — Cabinet Continental (BIODERMA)

    (Kawża T-427/11) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali BIODERMA - Assenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża - Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009)

    2013/C 108/62

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Laboratoire Bioderma (Lyon, Franza) (rappreżentant: A. Teston, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cabinet Continental (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J.-C. Brun, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Frar 2011 (Każ R 861/2009-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Cabinet Continental u Laboratoire Bioderma.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Frar 2011 (Każ R 861/2009-1) hija annullata sa fejn din tikkonċerna s-sustanzi tad-dieta għal użu mediku li jaqgħu fil-klassi 5.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Laboratoire Bioderma għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-UASI u ta’ Cabinet Continental.

    (4)

    L-UASI u Cabinet Continental għandhom ibatu nofs l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 298, 08.10.2011.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/24


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Caventa vs UASI — Anson’s Herrenhaus (B BERG)

    (Kawża T-631/11) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva B BERG - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Christian Berg - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2013/C 108/63

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Caventa AG (Rekingen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment J. Krenzel, sussegwentement minn T. Stein u A. Segler, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Klüpfel u D. Walicka, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Anson’s Herrenhaus KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Löffel u P. Lange, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Settembru 2011 (Każ R 2014/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Anson’s Herrenhaus KG u Caventa AG.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud

    (2)

    Caventa AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 32, 04.02.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/24


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Albergo Quattro Fontane et vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi magħquda T-278/00 sa T-280/00, T-282/00 sa T-286/00 u T-288/00 sa T-295/00) (1)

    (Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li timponi l-irkupru tal-għajnuna mogħtija - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

    2013/C 108/64

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Albergo Quattro Fontane Snc (Venezia Lido, l-Italja) (Kawża T-278/00); Comitato “Venezia vuole vivere” (Marghera, l-Italja) (Kawżi T-278/00 sa T-280/00, T-282/00 sa T-286/00 u T-289/00 sa T-295/00); Hotel Gabrielli Sandwirth SpA (Venezia, l-Italja) (Kawża T-279/00); Astrocoop — Universale — Pulizie, manutenzioni e trasporti Soc. coop. rl (Marghera) (Kawża T-280/00); GE.AL.VE. Srl (Venezia) (Kawża T-282/00); Metropolitan Srl (Venezia) (Kawża T-283/00); Hotel Concordia Snc (Venezia) (Kawża T-284/00); Manutencoop Soc. coop. rl (Bologna, l-Italja) (Kawża T-285/00); Società per l’industria alberghiera (SPLIA) (Venezia) (Kawża T-286/00); Principessa Srl (Venezia) (Kawża T-288/00); Albergo ristorante “All’Angelo” Snc (Venezia) (Kawża T-289/00); Albergo Saturnia Internazionale SpA (Venezia) (Kawża T-290/00); Savoia e Jolanda Srl (Venezia) (Kawża T-291/00); Hotels Biasutti Snc (Venezia Lido) (Kawża T-292/00); Ge.A.P. Srl (Venezia) (Kawża T-293/00); Rialto Inn Srl (Venezia) (Kawża T-294/00); u Bonvecchiati Srl (Venezia) (rappreżentant: A. Bianchini) (Kawża T-295/00)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, aġent, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar miżuri ta’ għajnuna favur impriżi stabbiliti fit-territorji ta’ Venezia u ta’ Chioggia, previsti mil-Liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (ĠU 2000, L 150, p. 50).

    Dispożittiv

    (1)

    Il-Kawżi T-278/00 sa T-280/00, T-282/00 sa T-286/00 u T-288/00 sa T-295/00 huma magħquda għall-finijiet ta’ dan id-digriet.

    (2)

    L-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà rrilevati mill-Kummissjoni Ewropea huma magħquda fil-mertu.

    (3)

    Ir-rikorsi huma miċħuda bħala manifestament infondati fid-dritt.

    (4)

    Albergo Quattro Fontane Snc, Comitato “Venezia vuole vivere”, Hotel Gabrielli Sandwirth SpA, Astrocoop — Universale — Pulizie, manutenzioni e trasporti Soc. coop. rl, GE.AL.VE. Srl, Metropolitan Srl, Hotel Concordia Snc, Manutencoop Soc. coop. rl, Società per l’industria alberghiera (SPLIA), Principessa Srl, Albergo ristorante “All’Angelo” Snc, Albergo Saturnia Internazionale SpA, Savoia e Jolanda Srl, Hotels Biasutti Snc, Ge.A.P. Srl, Rialto Inn Srl u Bonvecchiati Srl, għandhom iħallsu l-ispejjeż tagħhom stess u dawk sostnuti mill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 372, 23.12.2000.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/25


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Département du Loiret vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-369/00 RENV) (1)

    (Għajnuna mill-Istat - Prezz tal-bejgħ ta’ art - Deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Ftehim li permezz tiegħu l-attiv kollu tal-benefiċjarju tal-għajnuna tħallas lura lill-awtoritajiet li taw l-għajnuna - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2013/C 108/65

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Département du Loiret (Franza) (rappreżentant: A. Carnelutti, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u J. Flett, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/14/KE, tat-12 ta’ Lulju 2000, dwar l-għajnuna mill-Istat ta’ Franza favur Scott Paper SA/Kimberly Clark (ĠU 2002, L 12, p. 1).

    Dispożittiv

    (1)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

    (2)

    Id-Département du Loiret huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.


    (1)  ĠU C 61, 24.02.2001.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/25


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-85/11 P) (1)

    (Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Mard gravi - Rimbors tal-ispejjeż mediċi - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta r-rimbors ta’ 100 % tal-ispejjeż mediċi esposti mill-appellant - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 72 tar-Regolament tal-Persunal - Kriterji stabbiliti mill-Kunsill Mediku - Produzzjoni ta’ parir tat-tabib konsulent matul l-istanza - Kompetenza tal-kap tal-Uffiċċju tal-Ħlasijiet - Appell manifestament infondat)

    2013/C 108/66

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellant: L. Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis Kayser, aġenti, mgħejuna minn A. DaI Ferro, avukat)

    Suġġett

    Appell kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla), tat-23 ta’ Novembru 2010, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-65/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


    (1)  ĠU C 103, 02.04.2011.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/26


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Frar 2013 — Provincie Groningen et vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi magħquda T-15/12 u T-16/12) (1)

    (Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ sussidji għall-akkwist ta’ żoni naturali sabiex jiġi protett l-ambjent - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà)

    2013/C 108/67

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Provincie Groningen (il-Pajjiżi l-Baxxi) u l-ħdax-il rikorrent l-ieħor li isimhom jinsab fl-anness tad-digriet (rappreżentanti: P. Kuypers u N. van Nuland, avukati) (Kawża T-15/12); Stichting Het Groninger Landschap (Haren, il-Pajjiżi l-Baxxi) u t-tnax-il rikorrent l-ieħor li isimhom jinsabu fl-anness tad-digriet (rappreżentanti: P. Kuypers u N. van Nuland) (Kawża T-16/12)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u P.J. Loewenthal, aġenti)

    Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, K. Petersen u A. Wiedmann, aġenti); u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, J. Langer u M. Bulterman, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 4945 finali, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi fil-forma ta’ sussidji għall-akkwist ta’ artijiet bil-għan li jiġi protett l-ambjent (N 308/2010 — Il-Pajjiżi l-Baxxi).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli.

    (2)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tal-Landgoed Den Alerdinck II, tal-Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters, tal-Landgoed wełna, u tal-Heerlijkheid Mariënwaerdt.

    (3)

    Provincie Groningen, Provincie Friesland, Provincie Drenthe, Provincie Overijssel, Provincie Gelderland, Provincie Flevoland, Provincie Utrecht, Provincie Noord-Holland, Provincie Zuid-Holland, Provincie Zeeland, Provincie Noord-Brabant, Provincie Limburg, Stichting Het Groninger Landschap, It Fryske Gea, Stichting Het Drentse Landschap, Stichting Landschap Overijssel, Stichting Het Geldersch Landschap, Stichting Flevo-landschap, Stichting Het Utrechts Landschap, Stichting Landschap Noord-Holland, Stichting Het Zuid-Hollands Landschap, Stichting Het Zeeuwse Landschap, Stichting Het Noordbrabants Landschap, Stichting Het Limburgs Landschap u Vereniging tot behoud van Natuurmonumenten in Nederland għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

    (4)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

    (5)

    Landgoed Den Alerdinck II, Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters, Landgoed Welna, u Heerlijkheid Mariënwaerdt, li talbu sabiex jintervjenu, għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 109, 14.4.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/26


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Frar 2013 — Klizli vs Il-Kunsill

    (Kawża T-336/12) (1)

    (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Irtirar mil-lista ta’ persuni kkonċernati - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2013/C 108/68

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Yousef Klizli (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: Z. Garkova-Lyutskanova, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Bishop, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK, tal-14 ta’ Mejju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 126, p. 9), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 126, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

    Dispożittiv

    (1)

    Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

    (2)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 287, 22.09.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/27


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Frar 2013 — Beninca vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-418/12) (1)

    (Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Interess ġuridiku - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2013/C 108/69

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Jürgen Beninca (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Zschocke, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Clotuche-Duvieusart, aġent)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Lulju 2012, li tirrifjuta li tagħti aċċess għal dokument.

    Dispożittiv

    (1)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Jürgen Beninca.


    (1)  ĠU C 366, 24.11.2012.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/27


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013 — Slovenja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-507/12 R)

    (Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha mill-benefiċjarju - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

    2013/C 108/70

    Lingwa tal-kawża: is-Sloven

    Partijiet

    Rikorrenti: Repubblika ta’ Slovenja (rappreżentanti: V. Klemenc u A. Grum, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, D. Kukovec u T. Maxian Rusche, aġenti)

    Suġġett

    Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 6345 finali tad-19 ta’ Settembru 2012, dwar miżuri meħuda favur l-impriża Elan d.o.o. [(SA.26379 (C 13/2010) (ex NN 17/2010)].

    Dispożittiv

    (1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    (2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/27


    Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2012 — Łaszkiewicz vs UASI — Capital Safety Group EMEA (PROTEKT)

    (Kawża T-576/12)

    2013/C 108/71

    Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrent: Grzegorz Łaszkiewicz (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Capital Safety Group EMEA, SAS (Carros Cedex, Franza)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-24 ta’ Ottubru 2012 fil-Każ R 700/2011-4;

    tagħti deċiżjoni finali — sa fejn l-istat tal-proċeduri jippermetti dan — li permezz tagħha tilqa’ r-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 8478331 li għaliha saret l-applikazzjoni;

    sussidjarjament — sa fejn l-istat tal-proċeduri jippermetti dan — tibgħat il-każ lura għal deċiżjoni mill-ġdid mir-Raba’ Bord tal-Appell, skont il-kriterji vinkolanti stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrent fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern;

    tieħu inkunsiderazzjoni l-provi msemmija fir-rikors;

    tmexxi l-proċeduri bil-miktub u bl-użu tal-lingwa Pollakka bħala l-lingwa tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “protekt” għal prodotti fil-klassijiet 6, 7, 9, 22 u 25 — Applikazzjoni Nru 008478331

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Capital Safety Group EMEA, SAS

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja Protecta, irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 6, 7 u 9

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati:

    ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

    ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll tar-Regoli 50 u 52 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/28


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2013 — Group Nivelles vs UASI — Easy Sanitairy Solutions (Rappreżentazzjoni ta’ pajp għall-evakwazzjoni tal-ilma tad-doċċa)

    (Kawża T-15/13)

    2013/C 108/72

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Group Nivelles (Gingelom, il-Belġju) (rappreżentant: H. Jonkhout, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Easy Sanitairy Solutions BV (Losser, il-Pajjiżi l-Baxxi)

    Talbiet

    tannulla d-Deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta’ Ottubru 2012 fil-Każ 2004/2010-3 u, f’dan il-każ wara korrezzjoni tal-motivi, tapprova d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI tat-23 ta’ Settembru 2010 fil-Każ ICD 000007024, b’notifika ta’ din id-deċiżjoni mirċevija fl-1 ta’ Ottubru 2010.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn li jirrappreżenta pajp għall-evakwazzjoni tal-ilma tad-doċċa — disinn Komunitarju Nru 107834-0025

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Easy Sanitary Solutions BV

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament Nru 6/2002

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: nullità tad-disinn

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni

    Motivi invokati: d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell hija bbażata fuq raġunijiet żbaljati u fuq kriterji ta’ paragun żbaljati fil-fatt


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/28


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2013 — Łaszkiewicz vs UASI — CABLES Y ESLINGAS (PROTEKT)

    (Kawża T-18/13)

    2013/C 108/73

    Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrent: Grzegorz Łaszkiewicz (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CABLES Y ESLINGAS, S.A. (Cerdanyola del Valles, Barcelona, Spanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-24 ta’ Ottubru 2012 fil-Każ R 701/2011-4;

    tagħti deċiżjoni finali — sa fejn l-istat tal-proċeduri jippermetti dan — li permezz tagħha tilqa’ r-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 8478331 li għaliha saret l-applikazzjoni;

    sussidjarjament — sa fejn l-istat tal-proċeduri jippermetti dan — tibgħat il-każ lura għal deċiżjoni mill-ġdid adottata skont kriterji vinkolanti stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrent fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni);

    tieħu inkunsiderazzjoni l-provi msemmija fir-rikors;

    tmexxi l-proċeduri bil-miktub u bl-użu tal-lingwa Pollakka bħala l-lingwa tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “protekt” għal prodotti fil-klassijiet 6, 7, 9, 22 u 25 — Applikazzjoni Nru 008478331

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: CABLES Y ESLINGAS, S.A.

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali PROTEK irreġistrata fi Spanja għal prodotti fil-klassijiet 6 u 9

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati:

    ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

    ksur tal-prinċipju ta’ legalità, speċifikament ksur tal-Artikolu 3(1)(a) sa (d) tad-Direttiva 2008/95;

    ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll tar-Regoli 50 u 52 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/29


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2013 — Melt Water vs UASI (NUEVA)

    (Kawża T-61/13)

    2013/C 108/74

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Partijiet

    Rikorrenti: Research and Production Company “Melt Water” UAB (Klaipeda, il-Litwanja) (rappreżentant: V. Viešūnaitė, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta’ Diċembru 2012 fil-Każ R 1794/2012-4 u tikkunsidra l-appell quddiem il-Bord tal-Appell, fir-rigward tat-trade mark “NUEVA” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 573 541), bħala ppreżentat,

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “NUEVA” għal prodotti fil-klassi 32 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 10 573 541

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell ikkunsidrat bħala li ma ġiex ippreżentat

    Motivi invokati: Fid-deċiżjoni kkontestata tat-3 ta’ Diċembru 2012, il-konvenut iddikjara b’mod żbaljat li l-appell ippreżentat mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell kellu jiġi kkunsidrat, skont l-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 207/2009 (1) u r-Regola 49 (3) tar-Regolament Nru 2685/95 (2), bħala li ma ġiex ippreżentat minħabba li t-tariffa tal-appell ma kinitx tħallset fit-terminu stabbilit. Ir-rikorrenti tikkontesta l-pożizzjoni meħuda mill-konvenut fis-sens li din it-tariffa għandha titħallas fit-terminu ta’ xahrejn previst għall-preżentata tal-att tal-appell. Hija ssostni li kemm mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni u kif ukoll mit-traduzzjoni uffiċjali tal-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 207/2009 bil-Litwan jirriżulta li t-tariffa tal-appell għandha tkun marbuta mal-preżentata tan-nota bil-motivi tal-appell u mhux mal-preżentata tal-att tal-appell. Għaldaqstant, ir-rikorrenti ġustament rabtet il-ħlas tat-tariffa tal-appell mat-terminu għall-preżentata tan-nota bil-motivi tal-appell u ħalset din it-tariffa matul dan it-terminu.

    Skont ir-rikorrenti, it-traduzzjoni tar-Regolament Nru 207/2009 bil-Litwan għandha titqies bħala vinkolanti u hija l-verżjoni Litwana ta’ dan ir-regolament li għandha tittieħed bħala bażi meta jiġi evalwat jekk it-tariffa tal-appell imħallsa mir-rikorrenti lill-konvenut kinitx riċevuta fil-ħin. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li, fil-każ li t-test vinkolanti fil-lingwa ta’ Stat Membru partikolari, f’dan il-każ bil-Litwan, ikun ambigwu, jew fil-każ li t-traduzzjoni tiegħu ma tikkorrispondix għat-test f’lingwi oħra, l-att għandu, sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali, jiġi interpretat bl-iktar mod konformi mal-interessi tal-persuna li lilha jkun indirizzat, b’mod partikolari jekk l-interpretazzjoni kuntrarja jista’ jkollha konsegwenzi negattivi għal din il-persuna.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).

    (2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189).


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/30


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2013 — Langguth Erben vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ flixkun)

    (Kawża T-66/13)

    2013/C 108/75

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG (Traben-Trarbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta’ Novembru 2012 fil-Każ R 129/2012-1;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tirrappreżenta flixkun, għal prodotti fil-klassi 33 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 005 866

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(2) kif ukoll l-Artikoli 75, 76(1) u 77 tar-Regolament Nru 207/2009.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/30


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2013 — Novartis vs UASI (CARE TO CARE)

    (Kawża T-68/13)

    2013/C 108/76

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tad-29 ta’ Novembru 2012 — R 953/2012-1;

    tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tal-proċeduri.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “CARE TO CARE” għal servizzi fil-klassijiet 41 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 224 657

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/30


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2013 — Compagnie des montres Longines, Francillon vs UASI — Staccata (QUARTODIMIGLIO)

    (Kawża T-76/13)

    2013/C 108/77

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Compagnie des montres Longines, Francillon SA (Saint-Imier, l-Isvizzera) (rappreżentanti: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Staccata Srl (Como, l-Italja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ Novembru 2012 (Każ R 62/2012-5) fuq il-bażi li l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 ġie sodisfatt;

    tordna lill-UASI u lil STACCATA S.r.l. ibatu l-ispejjeż tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi disinn ta’ ġwienah estiżi bl-element verbali “QUARTODIMIGLIO” għal prodotti fil-klassijiet 9, 14, 16, 18 u 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 260 597

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: Trade marks figurattivi li jinkludu disinn ta’ ġwienah estiżi u wħud minnhom l-element verbali “LONGINES” — Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 225 714, Reġistrazzjonijiet Internazzjonali Nru 401 319, Nru 529 334, Nru 610 902 u Nru 298 063 għal prodotti fil-klassijiet 9 u 14

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/31


    Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2013 — Laboratoires Polive vs UASI — Arbora & Ausonia (DODIE)

    (Kawża T-77/13)

    2013/C 108/78

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Laboratoires Polive (Levallois Perret, Franza) (rappreżentant: A. Sion, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Arbora & Ausonia, SL (Barcelona, Spanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell li annulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni,

    tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha, u

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “DODIE”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 665 104

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat: trade marks Komunitarji u trade marks nazzjonali figurattivi u trade marks verbali li jinkludu l-element verbali “DODIS”, “DODIES” jew “DODOT” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 10, 12, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 28, 35, u 44

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment milqugħ u d-deċiżjoni kkontestata annullata fir-rigward ta’ ċerti prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/31


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2013 — Red Bull vs UASI — Sun Mark (BULLDOG)

    (Kawża T-78/13)

    2013/C 108/79

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Red Bull GmbH (Fuschl am See, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Renck u I. Fowler, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sun Mark Ltd (Middlesex, ir-Renju Unit)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Novembru 2012 fil-Każ R0107/2012-2; u

    tordna li l-konvenut u l-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell jekk din tintervjeni jbatu l-ispejjeż tal-proċeduri.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BULLDOG”, għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 215 567

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: reġistrazzjoni tat-trade marks nazzjonali u internazzjonali tat-trade mark verbali “BULL” u “RED BULL” għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/32


    Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2013 — FTI Touristik vs UASI (BigXtra)

    (Kawża T-81/13)

    2013/C 108/80

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: FTI Touristik GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Parr, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern), tad-29 ta’ Novembru 2012, fil-Każ R 2521/2011-1;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BigXtra” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 39, 41, 42 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 925 868

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/32


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2013 — Samsung SDI et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-84/13)

    2013/C 108/81

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Samsung SDI Co. Ltd (Gyeonggi-do, il-Korea), Samsung SDI Germany GmbH (Berlin, il-Ġermanja), Samsung SDI (il-Malasja) Bhd (Negeri Sembilan Darul Khusus, il-Malasja) (rappreżentanti: G. Berrisch, avukat, D. Hull, solicitor, u L.-A. Grelier, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla l-Artikoli 1(2) u 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 8839 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2012, fil-Każ COMP/39.437 — Tubi għal skrijns tat-televiżjoni u tal-kompjuters (id-“deċiżjoni kkontestata”), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;

    sussidjarjament, tannulla parzjalment l-Artikolu 1(2) tad-deċiżjoni sa fejn din tikkonċerna d-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur tat-tubi għall-istampa bil-kulur użati fit-televiżjonijiet (“CPT”), u tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti bl-Artikolu 2(2) tad-deċiżjoni kkontestata;

    tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw, fir-rigward tal-ksur CPT, tliet motivi. Fir-rigward tal-ksur tat-tubi għall-istampa bil-kulur użati fi skrijns tal-kompjuter (“CDT”), ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni żbaljat meta applikat l-Artikolu 101 TFUE sabiex tikkonstata li kien hemm ksur uniku u kontinwat li jkopri t-tipi kollha ta’ CPT matul it-tul kollu tal-ksur u l-arranġamenti kollha li seħħew fl-Asja.

    (2)

    It-tieni motiv, sussidjarjament, ibbażat fuq li l-Kummissjoni żbaljat meta ddeterminat kemm id-data tal-bidu u dik tat-tmien tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur CPT, li wassal sabiex it-tul totali tal-kartell jiġi estiż b’minn tal-inqas 16-il xahar.

    (3)

    It-tielet motiv, sussidjarjament, ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tagħtix lir-rikorrenti t-tnaqqis ta’ klemenza massimu ta’ 50 % huwa bbażat fuq fatti inkorretti u manifestament żbaljati.

    Fir-rigward tal-ksur CDT, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi li ġejjin:

    (1)

    L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret il-Linji Gwida tal-Multi (1) tagħha billi inkludiet il-bejgħ ta’ CDT ikkunsinnati lil Samsung Electronics fl-Ewropa fil-valur tal-bejgħ għall-kalkolu tal-multi, minkejja l-fatt li l-kompetizzjoni għal dan il-bejgħ seħħet totalment fil-Korea.

    (2)

    It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret il-Linji Gwida tal-Multi meta ħadet il-fatturat annwali medju fuq il-perijodu kollu tal-ksur sabiex tikkalkola l-multa, u b’hekk iddevjat mir-regola li tittieħed l-aħħar sena finanzjarja sħiħa tal-ksur.

    (3)

    It-tielet motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tagħtix lir-rikorrenti t-tnaqqis ta’ klemenza massimu ta’ 50 % hija bbażata fuq fatti inkorretti u manifestament żbaljati.


    (1)  Linji gwida dwar il-metodu tal-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 210, p. 2)


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/33


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2013 — Calestep vs ECHA

    (Kawża T-89/13)

    2013/C 108/82

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Calestep, SL (Estepa, Spanja) (rappreżentant: E. Cabezas Mateos, avukat)

    Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha tkompli bil-proċedura fl-istadji kollha tagħha u tiddeċiedi fuq it-talba billi tiddikjara nulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li għaliha tirreferi.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrenti f’din il-kawża, minħabba fil-klassifikazzjoni tagħha bħala impriża żgħira kienet tħallas it-tariffa mnaqqsa msemmija fl-Artikolu 74(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008, tas-16 ta’ April 2008, dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 107, p. 6), li jirreferu għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, tas-6 ta’ Mejju 2003, dwar id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, p. 36).

    Wara verifika, l-ECHA kkunsidrat li ma tistax titqies bħala impriża żgħira, dik l-impriża li tagħmel parti minn grupp. Meta wieħed iqis li din l-impriża ma tissodisfax ir-rekwiżiti meħtieġa, il-konvenuta talbet lir-rikorrenti sabiex tipproċedi għall-ħlas tal-bilanċ tal-ammont kollu tat-tariffa li jifdal għal kumpannija ta’ daqs medju, flimkien ma’ tariffa amministrattiva.

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed ibbażat fuq nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ tnejn mir-rekwiżiti tal-Artikolu 2(2) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni ċċitata iktar ’il fuq.

    F’dan ir-rigward huwa affermat li sabiex impriża tiġi eskluża milli tiġi kkunsidrata bħala żgħira ma huwiex biżżejjed li din għandha iktar minn 50 impjegat, iżda huwa wkoll neċessarju li tissodisfa wieħed mir-rekwiżiti l-oħra ta’ din id-dispożizzjoni, peress li din timponi l-konġunzjoni “u”, li ma huwiex minnu f’dan il-każ.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/34


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2013 — LG Electronics vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-91/13)

    2013/C 108/83

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentanti: G. van Gerven u T. Franchoo, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla, kompletament jew parzjalment, l-Artikoli 1.1(d) u 1.2(g), l-Artikoli 2.1(d) u 2.1(e) u l-Artikoli 2.2(d) u 2.2(e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2012) 8839 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2012, fil-Każ COMP/39.437 — Tubi għall-iskrinijiet tat-televiżjoni u tal-kompjuter, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti; u/jew

    tnaqqas il-multi imposti fuq ir-rikorrenti fl-Artikoli 2.1(d) u 2.1(e) u fl-Artikoli 2.2(d) u 2.2(e) tad-deċiżjoni kkontestata;

    tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti (ksur ta’ rekwiżit proċedurali sostanzjali), sa fejn LG Philips Displays (iktar ’il quddiem “LPD”) ma kinitx inkluża fil-proċeduri bħala konvenuta.

    Motivi insostenn tal-annullament (parzjali) tal-Artikoli 1 u 2 tad-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 263 TFUE u tat-tnaqqis korrispondenti tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti skont l-Artikolu 261 TFUE:

    (2)

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 23.2 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1), fuq ksur tal-prinċipju ta’ responsabbiltà personali, u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn ir-rikorrenti nżammet responsabbli għal ksur imwettaq minn LPD.

    (3)

    It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata żżomm lir-rikorrenti responsabbli għal aġir li jippreċedi l-1 ta’ Lulju 2001.

    (4)

    Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 23.2 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE, u fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tinkludi l-bejgħ dirett fiż-ŻEE permezz ta’ prodotti pproċessati fil-kalkolu tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

    (5)

    Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 23.2 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, fuq ksur tal-prinċipju ta’ responsabbiltà personali, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorenti, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata żżomm lir-rikorrenti responsabbli għall-multa bbażata fuq il-bejgħ dirett fiż-ŻEE permezz ta’ prodotti pproċessati magħmul minn Philips.

    (6)

    Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata (i) ma tipprovdix raġunijiet suffiċjenti għalfejn il-bejgħ dirett fiż-ŻEE permezz ta’ prodotti pproċessati ma kienx inkluż fir-rigward ta’ Samsung, u/jew (ii) tinkludi jew teskludi dan il-bejgħ b’mod arbitrarju b’tali mod li toħloq nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn ir-rikorrenti u Samsung.

    (7)

    Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 23.2 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba, sa fejn (i) id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex indirizzata lil LPD jew lis-sussidjarji ta’ LPD li pparteċipaw fil-ksur filwaqt li impriża konġunta kienet indirizzata flimkien mal-kumpanniji parent tagħha, u (ii) il-kumpanniji parent l-oħra fl-istess sitwazzjoni bħar-rikorrenti ma kinux indirizzati mid-deċiżjoni kkontestata.

    Motiv ibbażat fuq il-ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 261 TFUE u l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003:

    (8)

    It-tmien motiv jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha sabiex tnaqqas il-multa tar-rikorrenti minħabba li hija eċċessiva u sproporzjonata.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/35


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2013 — Philips vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-92/13)

    2013/C 108/84

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Koninklijke Philips Electronics NV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. de Pree u S. Molin, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fil-Każ COMP/39.437 — Tubi katodici għal televisions u screens tal-computers, sa fejn tirrigwarda lil Koninklijke Philips Electronics NV;

    sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas il-multi imposti fuq Koninklijke Philips Electronics NV fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, u

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv jallega ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali peress li l-Kummissjoni kkonstatat ksur min-naħa tal-Grupp Philips u attribwiet ir-responsabbiltà għal dan il-ksur lir-rikorrenti.

    (2)

    It-tieni motiv jallega ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 27(1) tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), ksur tad-drittijiet tad-difiża, inkluż id-dritt għal smigħ u l-prinċipju tal-amministrazzjoni tajba peress li l-Kummissjoni ma attribwixxietx ir-responsabbiltà lil LG Philips Display (“LPD”) għall-allegat ksur tagħha stess.

    (3)

    It-tielet motiv jallega ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, żball manifest ta’ evalwazzjoni, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, ksur tal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (2) u ksur ta’ drittijiet tad-difiża, inkluż il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-dritt għal smigħ, peress li l-Kummissjoni applikat standards differenti għal impriżi suġġetti għall-istess proċedura u attribwixxiet ir-responsabbiltà għall-ksur allegat u peress li l-Kummissjoni applikat standards differenti fl-iffissar tal-multi għall-impriżi suġġetti għall-istess proċedura.

    (4)

    Ir-raba’ motiv jallega ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, ksur tal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u tal-Linji Gwida dwar il-metodu għall-kalkolu tal-multi (3) u ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali peress li l-Kummissjoni inkludiet bejgħ barra miż-ŻEE fid-dħul mill-bejgħ relevanti għall-kalkolu tal-ammont bażiku tal-multi.

    (5)

    Il-ħames motiv jallega ksur tal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u l-Linji Gwida dwar il-metodu għall-kalkolu tal-multi, peress li l-Kummissjoni ma kkalkulatx id-dħul totali relevanti fuq il-bażi tal-aħħar sena finanzjarja sħiħa relatata mal-ksur allegat.

    (6)

    Is-sitt motiv jallega ksur tal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 peress li ma ġiex applikat il-limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ fir-rigward tad-dħul mill-bejgħ ta’ LPD Group's għal multi imposti għall-ksur allegat ta’ LPD Group.

    (7)

    Is-seba’ motiv jallega ksur tal-prinċipju ta’ żmien raġonevoli, l-Artikoli 41 u 47 Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar Drittijiet tal-Bniedem.

    (8)

    It-tmien motiv jallega ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità; talba sabiex il-Qorti Ġenerali teżerċita l-ġurisdizzjoni illimitata tagħha skont l-Artikolu 261 TFUE u l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 sabiex tnaqqas il-multi imposti fuq ir-rikorrenti.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

    (2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, tas-7 ta’ April 2004, dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81).

    (3)  Linji gwida dwar il-metodu għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 210, p. 2).


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/36


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2013 — Walcher Meßtechnik vs UASI (HIPERDRIVE)

    (Kawża T-95/13)

    2013/C 108/85

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Walcher Meßtechnik GmbH (Kirchzarten, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Walter, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Diċembru 2002 fil-Każ R 1779/2012-1;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HIPERDRIVE” għal prodotti tal-klassijiet 7 u 9

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud

    Motivi invokati:

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/36


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2013 — Ludwig Schokolade vs UASI — Immergut (TrinkFix)

    (Kawża T-105/13)

    2013/C 108/86

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ludwig Schokolade GmbH & Co. KG (Bergisch Gladbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Fischer u A. Brodkorb, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Immergut GmbH & Co. KG (Elsdorf, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Diċembru 2012 fil-Każ R 34/2012-1;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż inklużi dawk inkorsi fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “TrinkFix” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 045 634

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Immergut GmbH & Co. KG

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali u Komunitarja “Drinkfit” għal prodotti fil-klassijiet 29 u 32

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati:

    ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009

    ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/37


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Frar 2013 — Clasado vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-322/10) (1)

    2013/C 108/87

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


    (1)  ĠU C 260, 25.09.2010


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/37


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Luxembourg Patent Co. vs UASI — DETEC (FIREDETEC)

    (Kawża T-527/11) (1)

    2013/C 108/88

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


    (1)  ĠU C 370, 17.12.2011.


    It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/38


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-149/12)

    2013/C 108/89

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    L-annullament tal-irkupru ta’ kull xahar tas-somma ta’ EUR 500 mnaqqsa mill-allowances tal-invalidità tar-rikorrent fix-xhur ta’ bejn April u Ġunju 2012.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannualla d-deċiżjoni, inkluża fir-rendikont tal-ħlas tal-pensjoni tar-rikorrent għax-xahar ta’ April 2012, li titnaqqas b’EUR 500 l-allowance tal-invalidità li r-rikorrent kellu dritt għaliha fir-rigward tax-xahar imsemmi;

    jannualla d-deċiżjoni, inkluża fir-rendikont tal-ħlas tal-pensjoni tar-rikorrent għax-xahar ta’ Mejju 2012, li titnaqqas b’EUR 500 l-allowance tal-invalidità li r-rikorrent kellu dritt għaliha fir-rigward tax-xahar imsemmi;

    jannualla d-deċiżjoni, inkluża fir-rendikont tal-ħlas tal-pensjoni tar-rikorrent għax-xahar ta’ Ġunju 2012, li titnaqqas b’EUR 500 l-allowance tal-invalidità li r-rikorrenti kellu dritt għaliha fir-rigward tax-xahar imsemmi;

    quatenus oportet, jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilmenti, imressqa permezz tad-deċiżjonijiet iċċitati iktar ’il fuq;

    jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lir-rikorrent tas-segwenti somom: EUR 500, flimkien mal-interessi fuq l-imsemmija somma, bir-rata ta’ 10 % fis-sena u bil-kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Mejju 2012 sal-jum tal-ħlas effettiv tas-somma imsemmija; EUR 500, flimkien mal-interessi fuq l-imsemmija somma, bir-rata ta’ 10 % fis-sena u bil-kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Ġunju 2012 sal-jum tal-ħlas effettiv tas-somma imsemmija; EUR 500, flimkien mal-interessi fuq l-imsemmija somma, bir-rata ta’ 10 % fis-sena u bil-kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Lulju 2012 sal-jum tal-ħlas effettiv tas-somma imsemmija;

    jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/38


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-4/13)

    2013/C 108/90

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    Annullament tad-deċiżjoni dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu mill-1995 sal-1997 u talba għad-danni.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali Amministrattiv tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna tat-12 ta’ Marzu 2012, dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu mill-1995 sal-1997;

    sa fejn huwa meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ottubru 2012, li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrent fl-20 ta’ Ġunju 2012 taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ somma ta’ EUR 25 000 bħala kumpens għad-dannu morali;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/39


    Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-6/13)

    2013/C 108/91

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni li jiġi applikat il-koeffiċjent korrettiv għall-belt ta’ Varese skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010, tal-20 ta’ Diċembru 2010, għar-remunerazzjoni tar-rikorrent tax-xahar ta’ April 2012 u tax-xhur sussegwenti.

    Talbiet tar-rikorrent

    jiddikjara illegali l-Artikolu 1 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal u l-manwal tal-metodoloġija msemmi fl-Anness I tar-Regolament Nru 1445/2007, tal-11 ta’ Diċembru 2007;

    jiddikjara illegali l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010, tal-20 ta’ Diċembru 2010, li jiffissa l-koeffiċjent korrettiv għall-kalkolu tar-remunerazzjoni tal-membri tal-persunal assenjati f’Varese għal 92,3;

    jannulla d-deċiżjonijiet dwar l-istabbiliment tar-rendikonti tar-remunerazzjoni tar-rikorrent abbażi tal-koeffiċjent korrettur għall-belt ta’ Varese msemmi fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010, tal-20 ta’ Diċembru 2010, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2010;

    jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-5 ta’ Ottubru 2012, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent dwar il-koeffiċjent korrettiv applikat għal Varese;

    jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/39


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2013 — ZZ vs Il-Parlament

    (Kawża F-8/13)

    2013/C 108/92

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konfermazzjoni tar-rikorrent fil-funzjonijiet tiegħu ta’ kap ta’ unità u tat-trasferiment tiegħu lejn id-Direttorat Ġenerali għall-politiki interni.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konfermazzjoni tar-rikorrent fil-funzjonijiet tiegħu ta’ kap ta’ unità u tat-trasferiment bl-impjieg tiegħu lejn id-Direttorat Ġenerali għall-politiki interni tat-23 ta’ Marzu 2012;

    sa fejn ikun neċessarju, jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Bureau tal-Parlament Ewropew, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tat-22 ta’ Ġunju 2012;

    jordna l-ħlas ta’ kumpens għad-danni finanzjarji u morali subiti mir-rikorrent b’riżultat ta’ dawk id-deċiżjonijiet;

    tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/39


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża F-10/13)

    2013/C 108/93

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad talba għall-kumpens għad-dannu mressqa mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 90(1), tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba żbalji mwettqa matul l-iffissar tad-drittijiet tiegħu fid-dħul fis-servizz tiegħu u għad-dewmien li sar sabiex jiġu kkoreġuti l-iżbalji.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-28 ta’ Marzu 2012 ikkontestata mill-Awtorità tal-Ħatra għat-talba għal kumpens tat-13 ta’ Jannar 2012 tar-rikorrent;

    jikkundanna lill-Kummissjoni biex tikkumpensa lir-rikorrent bl-ammont ta’ EUR 172 236,42;

    sussidjarjament, tikkundanna lill-Kummissjoni tikkumpensa lir-rikorrent bl-ammont tas-somma indebitament imħallsa, bis-seħħ mill-jum ta’ meta ġiet skoperta iżda mhux ikkoreġuta l-irregolarità jew, fi kwalunkwe każ, mill-inqas bl-ammont ta’ somma indebitament imħallsa mix-xaħar ta’ Novembru 2010, data tal-korrezzjoni tal-fattur multiplikatur tiegħu biss;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/40


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2013 — ZZ vs Il-Parlament

    (Kawża F-12/13)

    2013/C 108/94

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: C. Bernard-Glanz)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew li tiċħad l-allegazzjoni ta’ fastidju tar-rikorrenti.

    Talbiet tar-rikorrenti

    jannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Mejju 2012, li tiċħad l-ilment lill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Fastidju u l-Prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol u kkonkludiet li ma kenitx mogħtija fastidju mill-ex kap tal-unità tagħha;

    jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Ottubru 2012, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2012 skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea;

    jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/40


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-14/13)

    2013/C 108/95

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Sagias, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST/117/11 li r-rikorrent ma jitħalliex jagħmel l-eżamijiet ta’ evalwazzjoni tal-imsemmija kompetizzjoni minħabba n-nuqqas tal-esperjenzi professjonali meħtieġa.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST/117/11 li r-rikorrent ma jitħalliex jagħmel l-eżamijiet ta’ evalwazzjoni tal-kompetizzjoni, liema deċiżjoni ġiet ikkomunikata lilu permezz ta’ ittra tat-18 ta’ April 2012 u ġiet sussegwentement ikkonfermata, liema konferma ġiet ikkomunikata lilu permezz ta’ ittra tal-24 ta’ Mejju 2012;

    jannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Novembru 2012, li tiċħad l-ilment imressaq kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla msemmi iktar ’il fuq;

    jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/40


    Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-16/13)

    2013/C 108/96

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni tal-iSKAM sa fejn din tikkonferma l-formulazzjoni tal-abbozz tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal rikonoxximent li l-marda li wasslet għall-mewt ta’ mart ir-rikorrent, ex uffiċjal, kienet ikkaġunata mix-xogħol.

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deċiżjoni tal-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard tat-23 ta’ Marzu 2012, sa fejn din tikkonferma l-formulazzjoni tal-abbozz tad-deċiżjoni tat-23 ta’ Ġunju 1995;

    sa fejn huwa meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Ottubru 2012, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent fid-6 ta’ Lulju 2011 abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top