EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2012:223:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 223, 27 ta' Lulju 2012


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.223.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 223

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
27 ta' Lulju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 223/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2012/C 223/02

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2012/C 223/03

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

3

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 223/04

Sejħa għall-proposti – Appoġġ għal miżuri ta’ informazzjoni relatati mal-politika agrikola komuni (PAK) – L-implimentazzjoni ta' miżuri ta' informazzjoni skont l-intestatura tal-baġit 05 08 06 għall-2013

4

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-26 ta’ Lulju 2012

2012/C 223/01

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2260

JPY

Yen Ġappuniż

95,79

DKK

Krona Daniża

7,4384

GBP

Lira Sterlina

0,78280

SEK

Krona Żvediża

8,4505

CHF

Frank Żvizzeru

1,2010

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,3990

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,505

HUF

Forint Ungeriż

284,81

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6963

PLN

Zloty Pollakk

4,1506

RON

Leu Rumen

4,6230

TRY

Lira Turka

2,2317

AUD

Dollaru Awstraljan

1,1790

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2356

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,5107

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5353

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5336

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 404,59

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,1680

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8283

HRK

Kuna Kroata

7,5260

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 622,38

MYR

Ringgit Malażjan

3,8766

PHP

Peso Filippin

51,485

RUB

Rouble Russu

39,6880

THB

Baht Tajlandiż

38,729

BRL

Real Brażiljan

2,4806

MXN

Peso Messikan

16,5217

INR

Rupi Indjan

68,0740


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/2


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2012/C 223/02

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta' EUR 2, maħsuba għaċ-ċirkulazzjoni u maħruġa minn Monako.

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta' muniti tal-euro, għandhom il-permess joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi intenzjonati għaċ-ċirkulazzjoni, sakemm jiġu rrispettati ċerti kundizzjonijiet, partikolarment li tintuża biss id-denominazzjoni ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż tal-ħruġ: Monako

Suġġett tal-kommemorazzjoni: il-500 anniversarju mit-twaqqif tas-Sovranità ta’ Monako, mill-fundatur Lucien 1 GRIMALDI.

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti ta’ ġewwa tal-munita fiha stampa ta' wiċċ Lucien 1 GRIMALDI fi profil iħares lejn ix-xellug. Il-kliem “SOUVERAINETE DE MONACO” jidhru fuq l-istampa f'arka matul it-tarf ta' fuq tal-parti ta' ġewwa tal-munita, u ħdejhom hemm is-snin “1512” u “2012”. Hemm minquxa żewġ dettalji ornamentali fil-bidu u fl-aħħar tat-test. Fil-qiegħ, il-qarn tal-abbundanza, il-marka taz-zekka “Monnaie de Paris” u l-“fleurette”, il-marka tas-siġill tal-post tat-tinqix, ilkoll jinsabu biswiet l-istampa fuq ix-xellug u l-lemin rispettivament. Fuq il-marka taz-zekka hemm minquxa l-iskrizzjoni “Lucien Ier”.

Iċ-ċirku ta' barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta' muniti li se jinħarġu:

Data tal-ħruġ: 1 ta’ Lulju 2012.


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14 1 2009, p. 52).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/3


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2012/C 223/03

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

12.6.2012

Tul ta' żmien

12.6.2012-31.12.2012

Stat Membru

Spanja

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

BLI/5B67-

Speċi

Linarda (Molva dypterygia)

Żona

L-ilmijiet internazzjonali u tal-UE taż-żoni Vb, VI, VII

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta' referenza


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/4


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI

“Appoġġ għal miżuri ta’ informazzjoni relatati mal-politika agrikola komuni (PAK)”

L-implimentazzjoni ta' miżuri ta' informazzjoni skont l-intestatura tal-baġit 05 08 06 għall-2013

2012/C 223/04

1.   INTRODUZZJONI

Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000 tas-17 ta’ April 2000 dwar il-miżuri ta' informazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-politika agrikola komuni (PAK) li jiddefinixxi t-tip u l-kontenut tal-miżuri ta’ informazzjoni li l-Unjoni tista’ tikkofinanzja. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2208/2002, emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1820/2004, jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000.

Din hija sejħa għall-proposti għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ informazzjoni, kif deskritti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000, mill-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-2013. Din is-sejħa għall-proposti tikkonċerna miżuri ta’ informazzjoni li għandhom jiġu implimentati (inklużi l-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-evalwazzjoni) bejn l-1 ta’ Marzu 2013 u t-28 ta’ Frar 2014.

Miżura ta' informazzjoni hija sensiela indipendenti u koerenti ta' attivitajiet ta’ informazzjoni mwettqa abbażi ta' baġit uniku.

Kif speċifikat fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2208/2002, l-applikanti għal din is-sejħa għall-proposti għandhom ikunu persuni ġuridiċi kkostitwiti legalment fi Stat Membru għal mill-anqas sentejn fil-ħin tat-tressiq tal-offerta.

Din is-sejħa għall-proposti hija rregolata wkoll mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej,

2.   IL-PRIJORITAJIET U TIPI TA’ MIŻURI GĦALL-2013

2.1.   Prijoritajiet

L-2013 ser tkun sena ewlenija fid-diskussjonijiet dwar il-Politika Agrikola Komuni ġdida.

Suġġett prijoritarju

Is-suġġett prijoritarju għal din is-sejħa għall-proposti ser ikun il-PAK b’mod ġenerali, u r-riformi proposti tal-politika, b’mod partikolari.

Skont din il-prijorità, il-proġetti proposti għandhom ifittxu l-għanijiet biex:

jiżguraw aħjar l-għarfien pubbliku tal-PAK, partikolarment fil-kuntest tal-proposti għar-riforma;

juru r-rwol tal-PAK fl-iżvilupp tat-tkabbir li huwa intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, kif stipulat fl-istrateġija Ewropa 2020;

jiġi mtejjeb il-fehim tal-kontribut tal-Politika Agrikola Komuni li jiggarantixxi l-produzzjoni tal-ikel tajjeb għas-saħħa u ta’ kwalità liċ-ċittadini Ewropej, għall-preservazzjoni tal-ambjent u biex jgħin biex jiġu żviluppati ż-żoni rurali fl-Unjoni Ewropea;

jistimulaw l-interess pubbliku fir-rwol tal-bdiewa, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fis-soċjetà tagħna bil-promozzjoni ta' diversi rwoli u juru l-kontributi tal-PAK billi jappoġġjaw lill-bdiewa, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fl-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) tinkoraġġixxi bil-qawwa l-kooperazzjoni tad-diversi partijiet interessati fil-livell nazzjonali u dak Ewropew.

Xi eżempji tat-tip tal-għodod ta’ komunikazzjoni li jistgħu jiġi proposti bħala parti minn kampanji ta’ informazzjoni huma mogħtija fil-punt 2.2.

Miżuri prijoritarji

Il-Kummissjoni ser tagħti prijorità lil proġetti fil-livell nazzjonali jew tal-UE li aktarx li jkollhom impatt kbir, li huma innovattivi u kreattivi.

Il-Kummissjoni se tagħti prijorità wkoll għal miżuri ta’ informazzjoni proposti minn netwerks stabbiliti formalment jew informalment fil-livell Ewropew jew miżuri ta’ informazzjoni li jinkludi l-istabbiliment u/jew l-iżvilupp ta’ dawn in-netwerks.

2.2.   Tipi ta’ miżuri ta’ informazzjoni

Fil-kuntest tas-sejħa attwali għall-proposti, il-Kummissjoni tipprevedi li tagħżel żewġ tipi ta’ miżuri integrati ta’ komunikazzjoni għall-pubbliku:

fil-livell nazzjonali, billi jingħaqdu flimkien diversi sħab fi proġett kbir konġunt;

fil-livell Ewropew, f’għadd massimu ta’ Stati Membri sabiex jiżdied l-impatt tal-miżuri.

Dawn il-kampanji ta’ komunikazzjoni integrati huma kampanji li jipproponu l-aħjar taħlita ta’ għodod ta’ komunikazzjoni sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti minn qabel u sabiex jilħqu kemm jista’ jkun persuni mill-pubbliku.

Il-kampanji ta’ komunikazzjoni integrati għandu jkollhom impatt sinifikanti li jista' jiġi mkejjel permezz ta’ indikaturi oġġettivament verifikabbli esterni u interni li għandhom jiġu stabbiliti billi jitqiesu l-kriterji SMART (speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u li jistgħu jintlaħqu, rilevanti u orjentati lejn iż-żmien).

L-attivitajiet differenti għandhom ikunu interkonnessi, ċari fl-approċċ kunċettwali tagħhom u fir-rigward tar-riżultati li għandhom jinkisbu. L-iskeda tax-xogħol għandha tkun konformi mal-għanijiet tal-proġett u għandha tkun realistika.

Il-kampanji għandhom jinkludu diversi attivitajiet ta’ komunikazzjoni jew għodod elenkati hawn taħt (il-lista mhix eżawrjenti):

Il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ materjal awdjoviżiv u multimedjatiku.

Il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' materjal stampat (pubblikazzjonijiet, kartelluni, eċċ).

It-twaqqif ta’ għodod tal-internet u ta’ netwerking soċjali.

L-avvenimenti tal-midja.

Konferenzi, seminars jew sessjonijiet ta’ ħidma.

Avvenimenti tat-tip “ażjenda agrikola fil-belt” (city farm) li jgħinu biex tiġi spjegata l-importanza tal-agrikoltura lill-popolazzjoni urbana.

Avvenimenti tat-tip “bibien miftuħa” li jimmiraw li juru r-rwol tal-agrikoltura liċ-ċittadini.

Wirjiet statiċi jew mobbli jew punti ta’ informazzjoni.

2.3.   Gruppi fil-mira

Il-pubbliku inġenerali (b’enfasi speċjali fuq iż-żgħażagħ fiż-żoni urbani), il-midja, is-soċjetà ċivili u l-atturi ewlenin fis-settur rurali.

3.   TUL TA' ŻMIEN U BAĠIT

Din is-sejħa għall-proposti tikkonċerna miżuri ta' informazzjoni li għandhom jiġu implimentati (inklużi l-preparazzjoni, il-prestazzjoni, is-segwitu u l-evalwazzjoni) bejn l-1 ta' Marzu 2013 u t-28 ta' Frar 2014.

Il-pakkett finanzjarju globali għall-miżuri ta’ informazzjoni li għandhom jitwettqu skont din is-sejħa għall-proposti huwa ta' EUR 3 000 000. Dan l-ammont ser jitqassam fost l-applikanti li jkunu ġabu l-ogħla marki mill-Kumitat tal-Evalwazzjoni skont il-kriterji tal-evalwazzjoni stabbiliti fl-Anness I u li jissodisfaw il-kriterji kollha tal-għażla, l-esklużjoni u l-eliġibbiltà stabbiliti fl-Anness III. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tnaqqas dan l-ammont globali li għandu jingħata jekk tqis li l-kwalità tal-proposti ma tkunx suffiċjenti.

L-ammont totali tal-għotja mitluba mill-Kummissjoni għandu jkun bejn EUR 100 000 u EUR 500 000 għal kull ftehim ta’ għotja li jkopri l-miżuri ta’ informazzjoni kif imsemmija fil-punt 2.2 (inkluż ammont fiss għall-ispejjeż tal-persunal).

Il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Kummissjoni fl-applikazzjonijiet magħżula huwa limitat għal 50 % tal-ispejjeż eliġibbli globali (ara l-Anness IV – it-tfassil tal-baġit). L-ispejjeż eliġibbli ġenerali ma jinkludux l-ispejjeż tal-persunal. L-ispejjeż tal-persunal huma koperti b'ammont separat fiss b’massimu ta’ EUR 10 000 għal miżuri li l-ispejjeż totali eliġibbli tagħhom (eskluża r-rata fissa għall-ispejjeż tal-persunal) huma anqas minn EUR 400 000 u b'massimu ta’ EUR 25 000 għal miżuri li l-ispejjeż totali eliġibbli tagħhom (eskluża r-rata fissa għall-ispejjeż tal-persunal) huma bejn EUR 400 000 u EUR 950 000.

Għall-miżuri ta’ informazzjoni ta’ natura eċċezzjonali, u jekk l-applikant jitlob dan, il-perċentwali tal-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni jista' jitla’ sa 75 %.

Miżura ta’ informazzjoni tiġi rikonoxxuta bħala ta’ natura eċċezzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 2208/2002 jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

tkun tinkludi pjan ta’ tixrid li jkun kapaċi jilħaq firxa wiesgħa kemm jista' jkun ta’ pubbliku, li jkopri l-pubbliku ta’ tal-anqas 3 Stati Membri, u li r-riżultati mistennija (ex-ante) u miksuba (ex-post) jintwerew bi prova esterna suffiċjenti (stabbiliment ta’ indikaturi ta’ għanijiet ivverifikati esternament li jqisu l-kriterji SMART),

(2)

f'kull Stat Membru kopert mill-miżura, din għandha tiġi implimentata minn, tal-inqas, koorganizzatur nazzjonali,

(3)

il-Kumitat tal-evalwazzjoni, (minn hawn ’il quddiem “il-Kumitat”), ikun taha tal-anqas 75 punt minn 100 għall-kriterji tal-evalwazzjoni stipulati fl-Anness I.

Mhu ser jingħata l-ebda finanzjament minn qabel għall-miżuri ta’ informazzjoni li jirċievu għotja skont din is-sejħa għall-proposti. Il-benefiċjarju jista’ jitlob ħlas intermedju billi jressaq rapport tekniku intermedju u rapport finanzjarju. L-ammont ta’ ħlas intermedju ma jaqbiżx it-30 % tal-ammont totali (esklużi l-ispejjeż tal-persunal) previst fil-ftehim tal-għotja. L-ammont ser jiġi determinat abbażi tal-miżura li tkun qed titwettaq u tal-ispejjeż eliġibbli realment imħallsa, ippreżentat fid-dikjarazzjoni finanzjarja intermedja u vvalidata mill-Kummissjoni; il-perċentwali tal-kofinanzjament previst fil-ftehim tal-għotja ser jiġi applikat għal dawn l-ispejjeż. L-ammont b’rata fissa għall-ispejjeż tal-persunal jingħata biss mal-pagament finali.

L-għażla ta’ applikazzjoni ma tobbligax lill-Kummissjoni tagħti l-ammont sħiħ mitlub mill-applikant. Fl-ebda ċirkostanza l-għotja ma għandha taqbeż l-ammont mitlub. Għotja ma tistax tingħata lil miżura li tkun qed tirċievi finanzjament ieħor mill-Unjoni Ewropea.

4.   STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦAT-TRESSIQ TA’ TALBA

4.1.   Kif għandha titħejja applikazzjoni

Kull applikant huwa awtorizzat iressaq applikazzjoni għal miżura ta’ informazzjoni waħda biss għal kull sena tal-baġit.

L-applikazzjoni għandha titressaq bil-formoli xierqa disponibbli fl-indirizz tal-internet li ġej: http://ec.europa.eu/agriculture/grants-for-information-measures/

L-applikazzjoni għandha titfassal b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, sabiex ikun iffaċilitat l-ipproċessar fil-pront, l-applikanti huma mħeġġa jressqu l-applikazzjoni tagħhom bl-Ingliż jew bil-Franċiż, jew jekk dan ma jkunx possibbli, l-applikanti għandhom tal-anqas jinkludu traduzzjoni tad-deskrizzjoni ddettaljata tal-proposta bl-Ingliż jew bil-Franċiż (il-Formola 3).

L-applikazzjoni għandha tinkludi d-dokumenti li ġejjin li l-mudelli tagħhom huma disponibbli fl-indirizz tal-internet imsemmi hawn fuq:

l-ittra tal-applikazzjoni li ssemmi t-titolu tal-miżura ta’ informazzjoni proposta u li tindika l-ammont tal-għotja mitluba, iffirmata mir-rappreżentant awtorizzat legalment fl-organizzazzjoni li tkun qed tapplika; wieħed għandu jinnota li l-ammont tal-għotja mitlub fl-ittra għandu jkun identiku għall-ammont ta' kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea indikat fit-tabella tad-dħul tal-baġit (il-punti g u h);

Il-Formola 1 (Informazzjoni dwar l-applikant), il-Formola 2 (Informazzjoni dwar il-koorganizzaturi eventwali), il-Formola 3 (Deskrizzjoni dettaljata tal-miżura ta’ informazzjoni). Jekk mistoqsija ma tkunx tapplika għall-miżura ta’ informazzjoni proposta, għandek iddaħħal “mhux applikabbli” jew “mhix disponibbli”. Jiġu kkunsidrati biss l-applikazzjonijiet ippreżentati fuq dawn il-formoli. Barra minn hekk, jekk il-Formola 2 ma tapplikax jekk jogħġbok ikteb “Mhux Applikabbli” fuq l-ewwel paġna tagħha;

baġit għall-miżura ta' informazzjoni proposta (li jkun magħmul minn tabella dettaljata tan-nefqa u tabella dettaljata tad-dħul ibbilanċjati), debitament mimli kif xieraq, iffirmat u ddatat mir-rappreżentant awtorizzat legalment fl-organizzazzjoni li tkun qed tapplika;

id-dokumenti addizzjonali kollha elenkati fl-Anness II.

4.2.   Skadenza u indirizz fejn jintbagħtu l-applikazzjonijiet

L-applikanti għandhom jibagħtu kopja tal-applikazzjoni sħiħa tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2012 bil-posta rreġistrata li tkun tinkludi rikonoxximent li l-applikazzjoni waslet (it-timbru tal-posta fuq l-envelopp iservi ta' prova tad-data ta' meta tkun intbagħtet) fl-indirizz li ġej:

European Commission

Unit AGRI. K.1.

Call for proposals 2012/C 223/04

Attn. Angela Filote

L130 4/148A

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu ġo envelopp jew kaxxa tal-kartun issiġillata li titqiegħed ġo envelopp ieħor jew kaxxa tal-kartun issiġillata. Fuq l-envelopp jew il-kaxxa tal-kartun ta’ ġewwa, barra l-indirizz tad-destinatarju, kif inhu indikat fis-sejħa għall-proposti, għandu jkun hemm ukoll it-titlu “Sejħa għall-proposti – M'għandux jinfetaħ mis-servizzi postali”. Meta jintużaw enveloppijiet li jkun fihom il-kolla, dawn għandhom ikunu ssiġillati b’tejp adeżiv u min jibgħathom għandu jiffirma fuq dak it-tejp.

Peress li d-dokumenti kollha li jintbagħtu lill-Kummissjoni għandhom jiġu skennjati paġna paġna, l-applikanti huma mitluba biex ma jwaħħlux flimkien il-paġni tal-ittra ta’ applikazzjoni jew l-annessi tagħhom. Barra minn hekk, għal raġunijiet ambjentali, l-applikanti huma mħeġġa jressqu l-applikazzjoni tagħhom fuq karti riċiklati u jistampawhom fuq iż-żewġ naħat tal-paġna.

Fl-istess ħin, mhux aktar tard minn nofsillejl (ħin ta’ Brussell) tal-31 ta' Ottubru 2012, l-applikanti għandhom jibagħtu wkoll verżjoni elettronika tal-applikazzjoni tagħhom, li jkun fiha għall-inqas l-ittra ta' applikazzjoni, il-Formoli 1, 2 u 3 u l-baġit fl-indirizz li ġej:

AGRI-GRANTS-APPLICATIONS-ONLY@ec.europa.eu

L-applikanti huma responsabbli li jiżguraw li kemm l-applikazzjoni elettronika kif ukoll l-applikazzjonijiet bil-miktub tagħhom ikunu identiċi, mimlija kompletament u mibgħuta sad-data tal-iskadenza. L-applikazzjonijiet (l-applikazzjoni bil-miktub u l-verżjoni elettronika) li jintbagħtu wara d-data tal-iskadenza jiġu rrifjutati. F’każ ta’ diskrepanza bejn il-verzjoni elettronika u l-applikazzjonijiet bil-miktub, l-informazzjoni bil-miktub dejjem tieħu preċedenza.

Jistgħu jintbagħtu mistoqsijiet dwar is-sejħa għall-proposti fl-indirizz tal-posta elettronika AGRI-GRANTS@ec.europa.eu mhux aktar tard mis-17 ta’ Ottubru 2012. Il-Kummissjoni Ewropea m’għandha l-ebda obbligu li twieġeb il-mistoqsijiet irċevuti wara dik id-data.

Ir-risposti ser jingħataw mhux aktar tard mill-24 ta’ Ottubru 2012. Fl-interess ta’ trattament ugwali tal-applikanti, il-Kummissjoni Ewropea ma tistax tagħti opinjoni minn qabel dwar l-eliġibbiltà tal-applikant, il-miżura ta’ informazzjoni jew l-attivitajiet speċifiċi li jinsabu fiha. Il-mistoqsijiet li jistgħu jkunu rilevanti għal applikanti oħra, flimkien mat-tweġibiet, ser ikunu ppubblikati fuq is-sit tal-Internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali fit-taqsima tal-Mistoqsijiet Frekwenti dwar it-tħejjijja ta' applikazzjoni għal għotja:

http://ec.europa.eu/agriculture/grants-for-information-measures/

5.   PROĊEDURA U SKEDA TAŻ-ŻMIEN

5.1.   Wasla u reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet

Il-Kummissjoni tirreġistra l-applikazzjoni u tibgħat konferma tal-wasla tagħha bil-posta elettronika bin-numru assenjat għall-applikazzjonijiet fi żmien 15-il jum mit-terminu tas-sottomissjoni.

5.2.   Evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet fid-dawl tal-kriterji tal-għotja

Matul din il-fażi, il-Kumitat għandu jevalwa l-applikazzjonijiet fid-dawl tal-kriterji tal-evalwazzjoni deskritti fl-Anness I (il-kriterji tal-evalwazzjoni). Għandhom jiġu ammessi għall-fażi li jmiss l-applikazzjonijiet biss li matul din il-fażi tal-valutazzjoni, jkunu kisbu total ta’ tal-anqas 60 minn 100 punt disponibbli, u tal-anqas 50 % tal-punti disponibbli għal kull kriterju.

Id-dokumenti li jingħataw inqas minn 60 mill-100 punt potenzali ser jiġu rrifjutati. Id-dokumenti li jingħataw inqas minn 50 % tal-punti disponibbli f'wieħed mid-diversi kriterji se jiġu rrifjutati wkoll.

Wieħed għandu jinnota li jekk l-evalwazzjoni ta’ kriterju twassal għaċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għaliex ma tkunx kisbet tal-anqas 50 % tal-punti disponibbli għal dak il-kriterju, il-kriterji tal-evalwazzjoni li jmiss mhux se jiġu vvalutati.

Madankollu, il-fatt li miżura tirċievi 60 mill-100 punt disponibbli mhuwiex garanzija li l-miżura ta’ informazzjoni se tingħata l-għotja. Il-Kummissjoni tista' tgħolli r-rata minima aċċettabbli fid-dawl tal-għadd ta' applikazzjonijiet ta' suċċess u tar-riżorsi baġitarji disponibbli.

5.3.   Eżami tal-applikazzjonijiet fid-dawl tal-kriterji tal-għażla tal-eliġibbiltà u tal-esklużjoni

L-applikanti li jgħaddu mill-ewwel fażi ser jiġu eżaminati fid-dawl tal-għażla, tal-kriterji tal-esklużjoni u tal-eliġibbiltà.

Kumitat ta’ evalwazzjoni ad hoc għandu jeżamina l-għażla, il-kriterji tal-esklużjoni u l-eliġibbiltà tal-applikazzjonijiet fuq il-bażi tad-dokumenti previsti fl-Anness II.

5.3.1.   Kriterji tal-għażla – il-kapaċità teknika u finanzjarja tal-applikanti

Matul din il-fażi, il-kumitat ad hoc ser jeżamina l-kapaċità teknika u finanzjarja tal-applikanti eliġibbli fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni u skont il-kriterji deskritti fl-Anness III (1) (Kriterji tal-għażla). Ser jiġu evalwati biss l-applikanti li jgħaddu minn din il-fażi fid-dawl tal-kriterji tal-esklużjoni u tal-eliġibbiltà.

5.3.2.   Kriterji tal-esklużjoni

Il-Kumitat ad hoc tal-evalwazzjoni għandu jeżamina l-kriterji tal-esklużjoni. Kwalunkwe applikant li fiż-żmien tal-proċedura, jkun f'waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Anness III (2) (kriterji tal-esklużjoni) ser jiġi eskluż u l-applikazzjoni tiegħu mhux se tiġi evalwata fid-dawl tal-kriterji tal-eliġibbiltà.

5.3.3.   Il-kriterji tal-eliġibbiltà

Matul din il-fażi l-Kumitat ad hoc ser jeżamina l-eliġibbiltà tal-applikanti u l-applikazzjonijiet fuq il-bażi tad-dokumenti pprovduti u skont il-kriterji deskritti fl-Anness III (3) (Kriterji tal-eliġibbiltà).

5.4.   Kif tingħata għotja

Fi tmiem il-proċess tal-għoti tal-kuntratt u wara d-deċiżjoni tal-għotja meħuda mill-Kummissjoni, l-applikant magħżul ser jirċievi ftehim tal-għotja (liema kampjun jista’ jitniżżel mill-Internet mis-sit elettroniku mogħti fil-punt 4.1 ta’ din is-sejħa għall-proposti), denominat f'euro, li jispeċifika l-kundizzjonijiet u l-ammont tal-finanzjament, li jista’ jkun inqas mill-ammont mitlub fl-applikazzjoni. Fil-każ ta’ żbalji ta' kalkolu, l-ispejjeż li jeċċedu l-ammonti massimi eliġibbli u l-ispejjeż ikkunsidrati bħala mhux eliġibbli jew mhux realistiċi, il-Kummissjoni tista’ titlob kjarifiki u tikkorreġi l-baġit jekk ikun neċessarju. Jekk il-korrezzjoni twassal għal ammont ogħla tal-ispejjeż totali, l-ammont mitlub mill-Kummissjoni għandu jibqa’ mhux mibdul u l-kontribuzzjoni tal-applikant għandha tiżdied kif xieraq. Il-Kummissjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li titlob evidenza ulterjuri mingħand l-applikant, u, jekk ikun meħtieġ, titlob dokumenti ġustifikattivi oħrajn (jiġifieri l-ftehimiet għax-xandir, ir-reklamar, il-produzzjoni awdjoviżiva, eċċ.). Dawn il-verifiki jistgħu jwasslu lill-Kummissjoni biex tirrifjuta l-applikazzjoni fil-każ ta' dikjarazzjoni falza. Huwa għalhekk fl-interess tal-applikanti li jipprovdu informazzjoni korretta u realistika u baġit kosteffettiv.

Jekk l-applikazzjoni tiġi rrifjutata f’waħda mill-fażijiet, l-applikanti għandhom jirċievu notifika bil-miktub li tispeċifika r-raġunijiet għar-rifjut fi tmiem il-proċess tal-għoti tal-kuntratt.

Il-proċess tal-għoti tal-kuntratt huwa skedat li jintemm fi tmiem Jannar 2013. Is-servizzi tal-Kummissjoni mhumiex awtorizzati li jinfurmaw lill-applikanti dwar l-istat tal-evalwazzjoni tal-fajls tagħhom qabel id-deċiżjoni tal-għotja. Għal din ir-raġuni, l-applikanti huma mitluba biex ma jċemplux jew jiktbu lill-Kummissjoni biex ikunu jafu dwar ir-riżultat tal-applikazzjoni tagħhom qabel dik id-data.

Il-kandidat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea bi kwalunkwe bidla (status, rappreżentant legali, kundanna legali, eċċ.) li seħħet bejn it-trasmissjoni tal-applikazzjoni u l-iffirmar tal-ftehim. Il-Kummissjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li ma tagħtix l-għotja jekk din l-informazzjoni ma tkunx ġiet notifikata jew jekk il-Kummissjoni tiġġudika li l-applikazzjoni tqanqal dubji.

6.   PROMOZZJONI

6.1.   Responsabbiltajiet tal-benefiċjarju

Għall-azzjonijiet kollha, il-benefiċjarji għandhom l-obbligu li jiżguraw, bil-mezzi adegwati kollha u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tal-għotja, li tul iż-żmien kollu tal-miżura, kull komunikazzjoni jew pubblikazzjoni jew materjal promozzjonali dwar il-miżura għandu jsemmi l-fatt li l-Unjoni Ewropea tkun qed tagħti appoġġ finanzjarju għal dan.

Barra minn hekk, kull komunikazzjoni jew pubblikazzjoni mill-benefiċjarju, fi kwalunkwe forma u format, għandha tispeċifika li l-informazzjoni pprovduta hija r-responsabbiltà tal-awtur u li din mhux neċessarjament tkun tirrappreżenta il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni.

L-evidenza ta’ dan ir-reklamar għandha tiġi inkluża fir-rapporti tekniċi ta’ implimentazzjoni. Mudell tal-logo tal-UE jista’ jitniżżel mill-indirizz tal-internet li ġej: http://europa.eu/about-eu/basic-information/symbols/flag/index_mt.htm u jissemma “Proġett appoġġjat mill-Unjoni Ewropea”.

Jekk l-organizzazzjoni benefiċjarja ma tikkonformax mal-obbligi ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tnaqqas l-ammont tal-għotja allokat għall-miżura ta' informazzjoni konċernata jew saħansitra li tirrifjuta li tħallasha.

7.   PROTEZZJONI TAD-DEJTA PERSONALI

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura li kwalunkwe dejta personali inkluża fl-applikazzjoni tiġi ipproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (1). Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw b’mod partikolari għall-kunfidenzjalità u s-sigurtà tad-dejta inkwistjoni.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS I

KRITERJI TAL-EVALWAZZJONI

Kull miżura ta’ informazzjoni ser tiġi evalwata mill-kumitat adegwat fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:

(1)

(massimu ta’ 35 punt): ir-rilevanza u l-interess ġenerali tal-miżura għandha tiġi vvalutata b’mod partikolari fid-dawl tas-sommarju tal-proposta pprovduta fil-parti A tal-formola 3, u abbażi:

tal-kwalità globali tal-proposta. L-approċċ kunċettwali u r-riżultati li għandhom jinkisbu għandhom ikunu definiti b'mod ċar fil-proposti tal-proġetti. Id-deskrizzjoni tal-miżura u l-għanijiet u l-miri pubbliċi għandhom ikunu preċiżi u r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-applikant u ta’ kull koorganizzatur għandhom ikunu ċari. Il-programm tal-miżura għandu jkun iddettaljat u l-iskeda tal-ħidma għandha tkun realistika u konformi mal-għanijiet tal-proġett (20 punt);

il-limitu ta’ kemm l-għanijiet u l-kontenut tal-miżura jkunu konformi mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 814/2000 u mal-prijoritajiet stabbiliti fil-punt 2.1 u t-tipi ta’ kampanji ta’ informazzjoni deskritti fil-punt 2.2 tas-sejħa għall-proposti (15-il punt);

(2)

(massimu ta’ 25 punti): il-valur miżjud ġenerali tal-proposta għandu jiġi vvalutat b’mod artikolari fid-dawl tal-partijiet B, C u D tal-formola 3. L-aspetti li ser jiġu kkunsidrati huma:

l-għadd ta’ pajjiżi u l-popolazzjoni koperti mill-miżura. Il-miżuri ser jingħataw preferenza f’rabta mal-għadd ta’ pajjiżi fejn l-attivitajiet huma implimentati u l-perċentwali tal-popolazzjoni tagħhom mmirata mill-miżura (ara l-punti 2.2 u 2.3 ta’ din is-sejħa għall-proposti) (15-il punt);

il-kompletezza, l-innovazzjoni u l-oriġinalità tat-taħlita tal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni proposti (10 punti);

(3)

(massimu ta’ 20 punt): l-impatt tal-miżura u l-politika ta' tixrid adottati għandhom ikunu vvalutati b’mod partikolari fid-dawl tal-informazjoni pprovduta fil-partijiet E u F tal-formola 3, kif ukoll fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta fil-formoli 1 u 2. L-aspetti li ser jiġu kkunsidrati huma:

id-dimensjoni, l-istatus u r-rappreżentanza tal-pubbliku fil-mira (inklużi l-benefiċjarji indiretti) f’rabta mat-tip ta’ miżura (10 punti);

il-kapaċità tal-applikant u tal-koorganizzaturi li jiżguraw segwitu effikaċi u tixrid tar-riżultati miksuba kif ukoll li jiżguraw mezzi ta' tixrid użati (b’mod partikolari l-istampa, ir-radju u t-televiżjoni, l-internet, id-distribuzzjoni diretta) u r-rwol tagħhom fil-qafas tal-miżura (10 punti);

(4)

(massimu ta’ 10 punti): l-evalwazzjoni tal-miżura għandha tiġi vvalutata b’mod partikolari fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta fil-parti G tal-formola 3 u abbażi:

tal-analiżi tal-impatt mistenni tal-miżura qabel l-eżekuzzjoni tagħha, u l-analiżi tar-riżultati ladarba din tkun lesta, b'attenzjoni speċjali għall-indikaturi użati (verifikati esternament u oġġettivi) (5 punti);

tat-tekniki użati (stħarriġ, kwestjonarji, statistiċi, eċċ.) sabiex jitkejjel l-impatt tal-messaġġi mibgħuta (5 punti);

(5)

(massimu ta’ 10 punti): il-kwalità finanzjarja tal-proposta għandha tiġi vvalutata b’mod partikolari fid-dawl tat-tabelli finanzjarji. L-aspetti li ser jiġu kkunsidrati huma:

Il-proposti għandhom juru li l-miżura ser toffri valur tajjeb għall-flus u li l-proposta finanzjarja hija koerenti mal-prezzijiet tas-suq (10 punti).


ANNESS II

DOKUMENTI ADDIZZJONALI MEĦTIEĠA GĦALL-APPLIKAZZJONI GĦALL-GĦOTJA

Sabiex jiġu meqjusa kompluti, l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu (minbarra l-ittra tal-applikazzjoni, il-formoli tal-applikazzjoni u tal-preżentazzjoni tal-baġit, li jista’ jitniżżel mill-indirizz tal-internet mogħti fil-punt 4.1 ta’ din is-sejħa għall-proposti) id-dokumenti addizzjonali kollha li ġejjin. L-applikanti għandhom jiżguraw li d-dokumenti jkunu mehmuża fl-ordni ppreżentata fit-tabella hawn taħt. Jekk wieħed minn dawn id-dokumenti jkun nieqes, l-applikazzjoni tista’ titqies bħala waħda mhux kompluta u ma tinżammx aktar.

Dokument

Deskrizzjoni

Kummenti

Dokument A

Formola ta’ identifikazzjoni tal-entità legali

Għall-applikanti kollha. Il-Formola hija disponibbli fuq l-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta’ din is-sejħa għall-proposti.

Dokument B

Formola ta’ identifikazzjoni finanzjarja

Għall-applikanti kollha. Il-formola hija disponibbli fuq l-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta’ din is-sejħa għall-proposti.

Dokument C

L-istrumenti li jikkostitwixxu l-assoċjazzjoni (statuti).

Għall-applikanti kollha li mhumiex entitajiet pubbliċi.

Dokument D

Estratt riċenti mir-reġistu uffiċjali stipulat skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit (pereżempju mill-ġurnal uffiċjali jew mir-reġistru ta’ kumpanija) li juri biċ-ċar l-isem u l-indirizz tal-applikant u d-data ta' reġistrazzjoni.

Għall-applikanti kollha.

Dokument E

Jekk l-applikant huwa soġġett għall-VAT, kopja tad-dokument ta’ reġistrazzjoni.

Għall-applikanti li huma rregolati b’liġi privata (il-vat imħallsa mill-entitajiet pubbliċi mhix eliġibbli fl-ebda ċirkostanza).

Jekk l-applikant mhuwiex intitolat li jirkupra l-VAT, dokument uffiċjali li jikkonferma dan.

Jekk il-VAT ma tkunx tinġabar lura, l-applikant għandu jehmeż ċertifikat mill-awtorità tal-VAT jew mingħand kwalunkwe persuna esterna oħra responsabbli mill-istabbiliment jew mill-awditjar tal-kontijiet (accountant indipendenti, awditur, eċċ.)

Dokument F

Karti tal-bilanċ u kontijiet tal-qligħ u t-telf tal-aħħar sentejn finanzjarji li għalihom ġew magħluqa l-kontijiet, jew kwalunkwe dokument ieħor (bħal ċertifikat bankarju) li jagħti prova tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant u l-kapaċità tiegħu li jżomm l-attività matul il-perjodu li fih tkun qed titwettaq il-miżura ta' informazzjoni.

Għall-applikanti kollha li mhumiex entitajiet pubbliċi.

Dokument G

curriculum vitae tal-persuni li ser iwettqu t-tħejjija, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-evalwazzjoni tal-miżura ta' informazzjoni proposta.

Għall-applikanti u l-koorganizzaturi kollha.

Dokument H

Prova tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn fornituri oħrajn tal-fond (anke jekk il-fornitur tal-fond huwa koorganizzatur ukoll) għall-miżura ta' informazzjoni proposta (li għandha tikkonsisti tal-anqas f’ċertifikat uffiċjali tal-finanzjament minn kull wieħed mill-fornituri previsti li fuqu jkunu jidhru t-titolu tal-miżura ta' informazzjoni u l-ammont tal-kontribuzzjoni).

Formola li għandha tkun mehmuża f'każ li jkun hemm kontribuzzjoni minn fornituri oħrajn tal-fondi.

Fir-rigward tal-VAT (dok E), huwa importanti ħafna li jiġu ppreżentati d-dokumenti meħtieġa anke jekk l-applikant mhuwiex suġġett għall-VAT. Fir-rigward ta’ provi ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji (dok H), dawn għandhom jitressqu mill-fornituri kollha tal-fond (il-punti c, d u f tat-tabella tad-dħul tal-baġit).


ANNESS III

KRITERJI TAL-GĦAŻLA, TAL-ESKLUŻJONI U TAL-ELIĠIBBILTÀ

1.   Kriterji tal-għażla

Sabiex jagħtu prova tal-kapaċità teknika tagħhom, l-applikanti għandhom juru li:

għandhom il-ħiliet tekniċi neċessarji ta’ rilevanza diretta għat-tħejjija, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-evalwazzjoni tat-tip ta’ miżura ta’ informazzjoni proposta;

ikunu wettqu tal-anqas kampanja waħda ta’ komunikazzjoni integrata matul l-aħħar sentejn;

għandhom tal-anqas sentejn esperjenza fit-trattament tas-suġġett(i) propost(i).

Sabiex jagħtu prova tal-kapaċità finanzjarja tagħhom, l-applikanti għandhom juru li:

is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom hija b’saħħitha biżżejjed biex ikomplu jwettqu l-attività tagħhom matul il-perjodu li fih tkun qiegħda titwettaq il-miżura ta' informazzjoni.

Il-kapaċità teknika u finanzjarja tal-applikanti għandhom jiġu vvalutati abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-fajl tal-applikazzjoni tagħhom u fl-informazzjoni addizzjonali (l-Anness II). Madankollu, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali. L-applikanti huma mfakkra li l-Kummissjoni ma hija se tagħti l-ebda finanzjament minn qabel għal dawk il-miżuri ta’ informazzjoni li jingħataw għotja skont din is-sejħa għall-proposti. L-applikanti ser ikollhom iġorru l-ispiża totali tal-miżuri ta’ informazzjoni huma stess. L-għotja tal-Kummissjoni ser titħallas biss wara l-approvazzjoni tar-rapport tekniku u finanzjarju finali ta' implimentazzjoni mressaq mill-benefiċjarji wara t-tmiem tal-miżura ta' informazzjoni u, fejn meħtieġ, wara li teskludi n-nefqa li mhix eliġibbli.

L-applikanti jistgħu jitolbu pagament intermedju (ara d-dettalji mogħtija fil-punt 3 tas-sejħa għall-proposti: It-tul ta' żmien u l-Baġit).

2.   Kriterji tal-esklużjoni

Il-Kummissjoni ser teskludi l-applikanti kollha li jsibu ruħhom f’waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2208/2002 u fl-Artikoli 93(1), 94 u 96 (2), il-punt (a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, (Ir-Regolament Finanzjarju tal-25 ta’ Ġunju 2002 applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea). L-għotjiet ma jistgħux jingħataw lill-applikanti li fiż-żmien tal-proċedura tal-għotja, jkunu f'waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin: applikanti li

huma falluti jew ikunu qed jiġu likwidati, qed ikollhom in-negozju tagħhom amministrat mill-qrati, ikunu daħlu f’arranġamenti mal-kredituri, issospendew l-attivitajiet kummerċjali tagħhom, ikunu soġġetti għal proċeduri li jikkonċernaw dawn il-materji, jew ikunu jinsabu fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga maħluqa minn proċedura simili prevista fil-leġiżlazzjoni jew fir-regolamenti nazzjonali;

kienu nstabu ħatja ta’ offiża li tikkonċerna l-kondotta professjonali tagħhom b’sentenza ta’ forza ta’ res judicata;

kienu ħatja ta’ kondotta professjonali ħażina serja pprovata bi kwalunkwe mezz li l-awtorità kontraenti tista’ tiġġustifika;

ma jkunux issodisfaw l-obbligi relatati mal-pagament tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew dawk relatati mal-ħlas ta’ taxxi skont id-dispożizzjonijet legali tal-pajjiż fejn huma stabbiliti jew dawk tal-pajjiż tal-awtorità kontraenti jew dawk tal-pajjiż fejn sejra titwettaq il-miżura;

kienu s-suġġett ta' sentenza li għandha s-saħħa ta' res judicata għall-frodi, il-korruzzjoni, l-involviment f'organizzazzjoni kriminali jew kwalunkwe attività illegali oħra li hija ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

wara proċedura oħra ta' akkwist jew proċedura oħra ta' għotja ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni Ewropea, kienu ddikjarati li kisru b'mod serju l-kuntratt minħabba li ma kkonformawx mal-obbligi kuntrattwali tagħhom;

huma suġġetti għal kunflitt ta’ interessi,

huma ħatja jew ta' dikjarazzjonijiet foloz fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa partikolarment mid-dipartiment awtorizzanti jew talli ma pprovdewx din l-informazzjoni.

L-applikanti għandhom jiddikjaraw fuq l-unur tagħhom li mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ hawn fuq (ara l-ittra ta’ applikazzjoni disponibbli fl-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta’ din is-sejħa għall-proposti). Skont ir-riżultati tal-analiżi tar-riskji tal-ġestjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob evidenza addizzjonali. Applikanti li jinsabu ħatjin ta’ dikjarazzjonijiet foloz jistgħu jiġu soġġetti għal pieni finanzjarji u amministrattivi.

3.   Il-kriterji tal-eliġibbiltà

(a)   Il-kriterji tal-eliġibbiltà li jikkonċernaw l-applikant:

L-applikant għandu jkun persuna ġuridika kostitwita legalment fi Stat Membru għal tal-anqas sentejn fil-ħin tas-sottomissjoni tal-proposta. Dan irid jintwera b'mod ċar fl-applikazzjoni u fid-dokumenti addizzjonali. Għandhom jiġu rrifjutati l-applikanti li ma ġewx kostitwiti legalment fi Stat Membru għal tal-anqas sentejn fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-proposta, jew jonqsu milli jippruvaw dan,.

(b)   Il-kriterji tal-eliġibbiltà li jikkonċernaw l-applikazzjoni:

Kull applikazzjoni skont din is-sejħa għall-proposti għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

għandha titressaq (kemm bil-posta u bil-posta elettronika) mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2012 (it-timbru postali fuq l-envelopp iservi bħala prova tad-data tal-impostar);

għandha tinkludi kopji stampati tal-formoli rilevanti pprovduti għall-applikazzjoni u għall-baġit li jistgħu jitniżżlu mill-indirizz tal-internet mogħti fil-punt 4.1, u, għandha tinkludi wkoll verżjoni elettronika,

għandha tinkiteb b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni;

għandha tinkludi d-dokumenti kollha elenkati fil-punt 4.1 ta’ din is-sejħa għall-proposti;

l-applikanti jistgħu jressqu applikazzjoni waħda biss għal kull sena baġitarja;

l-ammont tal-għotja mitlub lill-Kummissjoni (inkluż l-ammont tar-rata fissa għall-ispejjeż tal-persunal) għandu jkun ta' bejn EUR 100 000 u EUR 500 000;

il-baġit tal-miżuri ta’ informazzjoni proposti għandu:

ikun denominat f’Euro,

jinkludi tabella tal-bilanċ għall-infiq u tabella tan-nefqa u tabella tad-dħul ibbilanċjati;

ikun datat u ffirmat kemm għall-partijiet tal-infiq u kemm għal dawk tad-dħul minn persuna awtorizzata legalment fl-organizzazzjoni li tkun qed tapplika (jekk ffirmata minn delegazzjoni, għandu jiġi pprovdut dokument li juri din id-delega);

jitfassal billi jintużaw kalkoli dettaljati (kwantitajiet, prezzijiet tal-unità, prezzijiet totali) u l-ispjegazzjonijiet rilevanti fil-kolonna “kummenti”; l-ebda ammont b'rata fissa (ħlief għall-ispejjeż tal-persunal) mhu ser jiġi aċċettat,

jirrispetta l-ammonti massimi stabbiliti mill-Kummissjoni għal ċertu tip ta’ infiq (ara l-Anness IV) u għall-akkomodazzjoni (jekk jogħġbok irreferi għad-dokument intitolat “spejjeż massimi għall-akkomodazzjoni (lukanda) aċċettati mill-Kummissjoni” li huwa disponibbli fuq l-indirizz tal-internet mogħti fil-punt 4.1);

ikun ippreżentat mingħajr VAT jekk l-applikant huwa soġġett għall-VAT u intitolat li jnaqqasha, jew jekk l-applikant huwa entità pubblika,

jinkludi fil-parti tad-dħul il-kontribuzzjoni diretta mill-applikant, il-finanzjament mitlub mingħand il-Kummissjoni, u (jekk applikabbli) id-dettalji dwar kwalunkwe kontribuzzjoni minn fornituri oħrajn ta’ fondi, kif ukoll id-dħul kollu ġġenerat mill-proġett, inkluż, fejn xieraq, il-ħlasijiet meħtieġa mill-parteċipanti.

Id-dati għall-implimentazzjoni tal-miżura ta’ informazzjoni proposta għandhom ikunu bejn l-1 ta’ Marzu 2013 u t-28 ta’ Frar 2014.

Dawn li ġejjin mhumiex eliġibbli:

il-miżuri obbligatorji bil-liġi,

il-miżuri li jirċievu finanzjament mill-Unjoni Ewropea minn linja baġitarja oħra,

il-miżuri li jagħmlu l-qligħ;

laqgħat ġenerali jew laqgħat statutorji.

Kwalunkwe applikazzjoni li tonqos milli twettaq wieħed jew iktar mill-kriterji ta’ hawn fuq jistgħu jitqiesu bħala mhux eliġibbli u jistgħu jiġu rrifjutati.


ANNESS IV

TFASSIL TAL-BAĠIT

Il-baġit għandu jirrispetta r-regoli rilevanti kollha previsti fl-Anness III (3) (Il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-esklużjoni). Għandu jiġi ppreżentat bl-użu tal-formoli oriġinali (tabelli tal-infiq u tad-dħul).

It-tabella tal-infiq għandha tkun speċifika u għandha tippermetti fehim ċar ta’ kull nefqa (pereżempju l-ebda “spejjeż oħrajn”). Il-kategoriji differenti tal-ispejjeż għandhom ikunu riflessi fid-deskrizzjoni tal-miżura ta’ informazzjoni (Formola Nru 3).

It-tabella tad-dħul għandha tkun speċifika u għandha tippermetti fehim ċar ta’ kull kontribuzzjoni ta’ dħul/dik finanzjarja u għandha tkun konformi mar-regola ta’ bla profitt. Il-provi tal-kontribuzzjonijiet minn fornituri oħrajn ta’ fondi għandhom ikunu annessi (ara d-dokoment H tal-Anness II).

Sabiex ikun iffaċilitat it-tfassil tal-baġit, mudell ta’ baġit mimli b'mod korrett jinsab fl-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1.

It-tabella tal-infiq tal-baġit għandha tinkludi biss spejjeż eliġibbli (ara iktar 'l isfel).

Kwalunkwe nefqa li ssir qabel ikun iffirmat il-ftehim issir b’riskju proprju tal-applikant u ma hi se toħloq l-ebda rabta, la legali u lanqas finanzjarja, min-naħa tal-Kummissjoni.

(1)   Spejjeż eliġibbli

L-ispejjeż eliġibbli għall-miżuri ta' informazzjoni huma spejjeż li fil-fatt saru mill-benefiċjarju, li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)

huma relatati mas-suġġett tal-ftehim u huma stipulati f'baġit globali previst għall-miżura ta’ informazzjoni;

(b)

huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżura ta’ informazzjoni li hija s-suġġett tal-għotja;

(c)

huma r-responsabbiltà tal-benefiċjarju u jitħallsu minnu matul il-perjodu tal-miżura ta’ informazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu I.2.2 tal-ftehim tal-għotja, jiġifieri sostnuti mid-dokumenti ġustifikattivi oriġinali (ara t-tabella fil-punt (3) hawn taħt) u bid-dokumenti rispettivi li jipprovaw il-pagament;

(d)

huma identifikabbli u verifikabbli, b'mod partikolari jkunu rreġistrati fir-rekords tal-kontabbiltà tal-benefiċjarju u kkalkulati skont l-istandards tal-kontabbiltà applikabbli tal-pajjiż fejn il-benefiċjarju jkun stabbilit u skont il-prattika normali tal-kontabbiltà tal-ispejjeż tal-benefiċjarju;

(e)

huma raġonevoli, ġustifikati, u jimxu skont ir-rekwiżiti ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari rigward l-ekonomija u l-effiċjenza;

(f)

jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tat-taxxa u tal-leġiżlazzjoni soċjali fis-seħħ.

FORNITURI/SOTTOKUNTRATTURI għal servizzi li jaqbżu l-EUR 10 000

Tajjeb li wieħed jinnota li fejn l-applikant għandu l-intenzjoni li juża fornituri/sottokuntratturi u fejn l-ammont tas-servizzi kollha li ser jingħataw mill-istess fornitur/sottokuntrattur jaqbżu l-EUR 10 000, l-applikant għandu jippreżenta lill-Kummissjoni tal-anqas tliet offerti, mitluba minn tliet kumpaniji differenti u jehmeż l-offerta magħżula filwaqt li juri li l-fornitur/is-sottokuntrattur magħżul jirrappreżenta l-aħjar valur għall-flus, u għandu jiġġustifika l-għażla fejn l-offerta magħżula ma tkunx l-irħas waħda.

Dawn id-dokumenti għandhom jiġu ppreżentati malajr kemm jista' jkun lill-Kummissjoni u dan mhux aktar tard mir-rapporti tekniċi u finanzjarji finali.

Jekk dan ma jsirx, il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn l-ispejjeż mhumiex eliġibbli.

Wieħed għandu jinnota wkoll li l-azzjonijiet ma jistgħux jiġu kompletament sottokuntrattati. Jista’ jiġi sottokuntrattat biss ammont limitat tal-attivitajiet li jaqgħu taħt miżura speċifika ta’ informazzjoni.

(2)   Spejjeż li mhumiex eliġibbli

L-ispejjeż li ġejjin m’għandhomx jitqiesu bħala eliġibbli:

il-kontribuzzjonijiet f’oġġetti,

l-infiq mhux speċifikat jew b'rata fissa, ħlief fil-każ ta' spejjeż tal-persunal,

l-ispejjeż indiretti (kera, elettriku, ilma, gass, assigurazzjoni, taxxi, eċċ.),

l-ispejjeż għal materjal għall-uffiċċju (bħal karti, kartolerija, eċċ.),

l-ispejjeż li ġejjin mix-xiri ta’ tagħmir ġdid jew użat,

l-ispejjeż ta’ deprezzament tat-tagħmir,

l-ispejjeż mhux ipprovduti fil-baġit previst,

il-VAT, ħlief meta l-benefiċjarju jista' juri li ma jistax jiġborha lura skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli. Madankollu, il-VAT imħallsa mill-entitajiet pubbliċi mhijiex eliġibbli,

ir-redditu fuq il-kapital,

id-dejn u l-ħlas fuq servizzi ta’ djun,

il-provvedimenti għal telf jew djun potenzjali fil-futur,

l-imgħax dovut,

id-djun dubjużi,

it-telf mill-kambju,

l-ispejjeż iddikjarati mill-benefiċjarju u koperti minn miżura oħra jew minn programm ta’ ħidma ieħor li jkun qiegħed jirċievi l-għotja mill-UE,

l-infiq eċċessiv jew bla kontroll.

(3)   Dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-ispejjeż eliġibbli u d-dokumenti ta’ ġustifikazzjoni mitluba

Kategorija tan-nefqa

Eliġibbli

Dokumenti ġustifikattivi meħtieġa (NB: Meta jkun elenkat aktar minn dokument wieħed, għandhom jiġu pprovduti d-dokumenti kollha)

Spejjeż tal-persunal

(1)

Impjegati

Ser titħallas somma b'rata fissa: EUR 10 000 għal miżuri li għalihom l-ispejjeż totali eliġibbli (esklużi l-ammont b’rata fissa għall-ispejjeż tal-persunal) huma anqas minn EUR 400 000 u EUR 25 000 għal miżuri li għalihom l-ispejjeż totali eliġibbli (esklużi l-ammont b’rata fissa għall-ispejjeż tal-persunal) huma bejn EUR 400 000 u massimu ta’ EUR 950 000. Dan ser ikopri l-ispejjeż tal-persunal għat-tħejjija, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-evalwazzjoni.

Ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ġustifikattivi biex tinkiseb ir-rata fissa.

Madankollu, għal skopijiet ta' analiżi, il-benefiċjarji ser jintalbu jehmżu dokument li jindika l-ispejjeż reali tal-persunal imġarrbin b'rabta mal-miżura ta' informazzjoni mar-rapport finali.

(2)

Persuni li jaħdmu għal rashom

Fattura li tindika għall-inqas it-titolu tal-miżura ta' informazzjoni, in-natura tax-xogħol imwettaq u d-dati ta' meta jkun sar ix-xogħol.

Prova tal-pagament.

Spejjeż għat-trasport (1)

(1)

Ferrovija

L-ispiża tal-ivvjaġġar fit-tieni klassi bl-użu tal-iqsar rotta (2).

Biljett.

Prova tal-pagament.

(2)

Ajruplan

It-tariffi tal-prenotazzjoni u l-ispiża tal-vjaġġ bl-ajru fi klassi ekonomija, bl-użu tal-irħas tariffa promozzjonali disponibbli fis-suq.

Reġistrazzjoni elettronika (inkluż il-prezz).

Il-biljett użat tat-tlugħ fuq l-ajruplan. Il-biljett tat-tlugħ fuq l-ajruplan għandu jindika l-isem, id-data, il-post tat-tluq u d-destinazzjoni.

Il-fattura tal-aġenzija tal-ivvjaġġar, jekk applikabbli.

Prova tal-pagament.

(3)

Kowċ

Ivvjaġġar bejn l-ibliet (“intercity”) bl-iqsar rotta.

Fattura li tindika tal-anqas il-postijiet tat-tluq u l-wasla, l-għadd ta’ passiġġieri u d-dati tal-ivvjaġġar.

Prova tal-pagament.

(4)

Vapuri

Il-biljett.

Prova tal-pagament.

Akkomodazzjoni

(1)

Matul il-preparazzjoni tal-miżura ta' informazzjoni

Akkomodazzjoni f’lukanda sa ammont massimu kull lejl stabbilit skont il-pajjiż (eskluża l-VAT). Dan l-ammont massimu jinsab fl-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta’ din is-sejħa għall-proposti (“Spejjeż massimi għall-akkomodazzjoni (lukanda) aċċettati mill-Kummissjoni”).

Fattura ddettaljata tal-lukanda li tindika isem il-persuni, id-dati u n-numru ta’ ljieli. Jekk il-fattura hija għal grupp, għandha tingħata l-istess informazzjoni.

Deskrizzjoni mill-benefiċjarju tal-għotja tal-iskop tal-akkomodazzjoni, ir-rabta bejn il-miżura ta’ informazzjoni kkofinanzjata u r-rwol tal-persuni kkonċernati.

Meta applikabbli, il-minuti tal-laqgħa.

Prova tal-pagament.

(2)

Waqt l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ informazzjoni

Akkomodazzjoni f’lukanda sa ammont massimu kull lejl stabbilit skont il-pajjiż (eskluża l-VAT). Dan l-ammont massimu jinsab fl-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta’ din is-sejħa għall-proposti (“Spejjeż massimi għall-akkomodazzjoni (lukanda) aċċettati mill-Kummissjoni”).

Fattura ddettaljata tal-lukanda li tindika isem il-persuni, id-dati u n-numru ta’ ljieli. Jekk il-fattura hija għal grupp, għandha tingħata l-istess informazzjoni.

Lista tal-attendenza ffirmata mill-parteċipanti kif mitlub għar-rapport tekniku (ara l-Artikolu I.5.2.2 tal-ftehim tal-għotja).

Prova tal-pagament.

Ikliet

Waqt l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ informazzjoni biss sal-ammont massimu (eskluża l-VAT) ta’:

EUR 5 kull persuna għal waqfa għall-kafè

EUR 25 kull persuna għall-ikla ta' nofsinhar

EUR 40 kull persuna għall-ikla ta’ filgħaxija

Fattura globali (3) (minn kumpanija li tipprovdi l-ikel, mil-lukanda, miċ-ċentru għall-konferenzi, eċċ.) li tindika tal-anqas it-titlu tal-miżura ta' informazzjoni, id-data, in-numru ta' persuni, it-tip ta' servizzi mogħtija (waqfiet għall-kafè, ikliet ta' nofsinhar u/jew ikliet ta' filgħaxija), il-prezzijiet unitarji u l-prezz totali.

Lista tal-attendenza ffirmata mill-parteċipanti kif mitlub għar-rapport tekniku (ara l-Artikolu I.5.2.2 tal-ftehim tal-għotja).

Prova tal-pagament.

Interpretazzjoni

(1)

Impjegati: l-ispejjeż tas-salarji huma inklużi fir-rata fissa massima prevista li titħallas taħt il-kategorija “spejjeż tal-persunal”.

Mhuwa meħtieġ l-ebda dokument.

(2)

Persuni li jaħdmu għal rashom sal-ammont massimu ta’ EUR 600 għal kull ġurnata (eskluża l-VAT).

Fattura li tindika tal-anqas it-titolu tal-miżura ta' informazzjoni, il-lingwi li minnhom u li fihom ġiet ipprovduta l-interpretazzjoni, id-dati ta' meta twettaq ix-xogħol, u n-numru ta' sigħat maħduma.

Prova tal-pagament.

Traduzzjoni

(1)

Impjegati: l-ispejjeż tas-salarji huma inklużi fir-rata fissa massima prevista li titħallas taħt il-kategorija “spejjeż tal-persunal”.

Mhuwa meħtieġ l-ebda dokument.

(2)

Persuni li jaħdmu għal rashom sa ammont massimu ta’ EUR 45 għal kull paġna (eskluża l-VAT).

N.B. Paġna waħda tikkorrispondi għal 1 800 karattru mingħajr spazji.

Fattura li tindika tal-anqas it-titolu tal-miżura ta' informazzjoni, il-lingwi li minnhom u li fihom ġiet ipprovduta t-traduzzjoni, u n-numru ta' paġni tradotti.

Prova tal-pagament.

Miżati għall-konsulenti u l-kelliema

Sa ammont massimu ta’ EUR 600 kuljum (eskluża l-VAT).

Il-miżati tal-esperti jew tal-kelliema mhumiex eliġibbli fejn il-persuni konċernati jkunu ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali, tal-Unjoni Ewropea jew internazzjonali jew (meta dawn ikunu) membri jew impjegati tal-organizzazzjoni li tirċievi l-għotja jew ta’ organizzazzjoni assoċjata jew affiljata magħha.

L-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u t-trasport: jekk jogħġbok irreferi għal dawn il-kategoriji ta’ nfiq.

Fattura li tindika tal-anqas it-titolu tal-miżura ta’ informazzjoni, in-natura tax-xogħol imwettaq, u d-dati ta’ meta sar ix-xogħol.

Il-programm finali tal-konferenza li jinkludi l-isem u l-funzjoni tal-kelliem.

Prova tal-pagament.

Kiri ta’ swali għall-konferenzi u l-apparat

NB: il-kiri ta’ kabini għall-interpretazzjoni simultanja huwa limitat għal ammont massimu ta’ EUR 750 għal kull ġurnata (eskluża l-VAT).

Fattura li tindika tal-anqas it-titolu tal-miżura ta’ informazzjoni, in-natura tal-apparat u d-dati ta’ meta nkrew is-swali għall-konferenzi u l-apparat.

Prova tal-pagament.

Spejjeż tal-posta

Is-servizz postali jew ta’ kurrier biex jintbagħtu d-dokumenti relatati mal-miżura ta’ informazzjoni (bħal stediniet, eċċ.).

Fattura dettaljata li tindika tal-anqas t-titlu u n-numru involut tad-dokumenti mibgħuta jew riċevuta tal-posta bil-ġustifikazzjoni tal-benefiċjarju flimkien ma’ prova mogħtija mill-benefiċjarju.

Prova tal-pagament.


(1)  L-ispejjeż għat-trasport komuni biss se jiġu ffinanzjati (ferrovija, ajruplan, vapur). Madankollu, wieħed għandu jinnota li t-tariffi tal-karozzi tal-linja, tal-metro, tat-tramm u tat-taxi mhumiex eliġibbli. L-ebda karozza privata ma hija aċċettata.

(2)  Meta tintuża klassi oħra li ma tkunx dik ekonomika, l-ispejjeż ikunu eliġibbli biss jekk tiġi ppreżentata dikjarazzjoni mill-kumpanija tat-trasport li tindika l-prezz ta' vjaġġ fit-tieni klassi. F'dan il-każ, in-nefqa eliġibbli ser tkun limitata għal dak l-ammont.

(3)  Mhumiex se jiġu aċċettati rċevuti individwali tar-ristoranti.


Top