EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2012:193:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 193, 30 ta' Ġunju 2012


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.193.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 193

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
30 ta' Ġunju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2012/C 193/01

Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2012 dwar is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni Produttività u Sostenibbiltà Agrikola

1

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

30.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/1


Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2012 dwar is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni "Produttività u Sostenibbiltà Agrikola"

2012/C 193/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

FILWAQT LI JFAKKAR

fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar "Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv";

fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2010 intitolati "Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020 "Unjoni tal-Innovazzjoni": Inħaffu t-trasformazzjoni tal-Ewropa permezz tal-innovazzjoni f'dinja li qed tinbidel malajr";

fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar 2011 li appellaw għal sinerġiji bejn l-UE u l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li innovazzjonijiet li huma ta' benefiċċju għas-soċjetà jilħqu lis-suq aktar malajr;

fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2011 dwar "Is-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni";

fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2011 dwar "Pjan direzzjonali għal Ewropa li tuża r-riżorsi b'effiċjenza";

fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Sħubiji Ewropej għall-Innovazzjoni tal-Kunsill ("Kompetittività") tat-30 u l-31 ta' Mejju 2012;

fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Innovazzjoni għal Tkabbir Sostenibbli: Bijoekonomija għall-Ewropa" u d-Dikjarazzjoni ta' Copenhagen għal bijoekonomija fl-azzjoni ta' Marzu 2012;

fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Orizzont 2020 – Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni”;

1.

JILQA' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni "Produttività u Sostenibbiltà Agrikola", li għandha l-għan li trawwem agrikolutura u forestrija kompetittiva u sostenibbli;

2.

JINSAB KONXJU tal-isfidi u l-possibbiltajiet fil-kuntest taż-żieda fid-domanda globali għall-prodotti agrikoli u konsegwentement għal żieda fil-produzzjoni agrikola; KIF UKOLL tal-isfida li jittejbu s-sostenibbiltà u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi filwaqt li jiġu indirizzati kwistjonijiet ambjentali fir-rigward tal-produzzjoni agrikola inġenerali;

3.

JENFASIZZA l-potenzjal tas-settur Ewropew agroalimentari u tal-forestrija li jikkontribwixxi b'mod attiv għal soluzzjonijiet għal dawn l-isfidi, u l-potenzjal ta' qligħ minn sorsi ġodda għall-bdiewa Ewropej fil-bijoekonomija li qed tespandi;

4.

JISSOTTOLINJA n-neċessità li jiġi realizzat il-potenzjal tas-settur agroalimentari Ewropew u tas-setturi 'l fuq u 'l isfel fil-katina ta' attivitajiet billi titrawwem l-innovazzjoni fil-prodotti, proċessi u servizzi tul il-katina tal-provvista alimentari kollha kemm hi u b'dan il-mod jinħoloq ambjent fejn l-ideat jistgħu aktar faċilment jiġu ttrasformati f'suċċessi kummerċjali biex b'hekk tissaħħaħ il-kompetittività tas-settur agrikolu u dan jippermetti li l-bdiewa jkollhom qligħ minn sorsi ġodda;

5.

JENFASIZZA l-ħtieġa jitnaqqas id-distakk eżistenti bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-applikazzjonijiet prattiċi tagħha fl-agrikoltura, li jirriżulta f'żieda sostenibbli fil-produzzjoni b'użu aktar sostenibbli tar-riżorsi, u;

6.

JAQBEL mal-għan tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (SEI) li titħaffef il-veloċità tal-iskambju ta' għarfien u t-trasferiment teknoloġiku mix-xjenza għall-prattika tal-biedja, kif ukoll li jingħata feedback sistematiku rigward il-ħtiġijiet prattiċi mill-biedja lix-xjenza, u b'hekk jiġi pprovdut ambitu operattiv komuni bejn l-agrikoltura, il-bijoekonomija, ix-xjenza, u oħrajn f'livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali;

7.

JIRRIKONOXXI li mod importanti kif jintlaħaq l-għan tas-SEI hu li jinġiebu flimkien l-atturi rilevanti kollha fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali u li jingħataw ideat ġodda lill-Istati Membri dwar kif strumenti u inizjattivi eżistenti jistgħu jiġu razzjonalizzati, simplifikati u kkoordinati aħjar;

8.

JENFASIZZA li l-innovazzjoni għandha tifsiriet differenti fi Stati Membri differenti, u li l-innovazzjoni tista' tkun teknoloġika, mhux teknoloġika, jew soċjali, u tista' tkun ibbażata fuq prattiki ġodda jew tradizzjonali u għalhekk azzjonijet innovattivi għandhom jieħdu kont ta' dawn id-differenzi;

9.

JIRRIKONOXXI l-valur miżjud tal-approċċ minn isfel għal fuq previst mill-Kummissjoni, ibbażat fuq gruppi operattivi u li jiddependi minn razzjonalizzazzjoni effettiva ta' linji ta' politika eżistenti tal-Unjoni u l-involviment tal-Istati Membri u l-partijiet interessati;

10.

JENFASIZZA l-fatt li l-EIP ser tisserraħ prinċipalment fuq mekkaniżmi diġà stabbiliti u b'hekk jiġi evitat il-ħolqien ta' strutturi ġodda, iżda ser tissaħħaħ l-effiċjenza ta' dawk eżistenti għall-Politika ta' Żvilupp Rurali u għall-Programm tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-EU, u b'dan il-mod jiġu evitati piżijiet amministrattivi żejda u JTENNI li l-implimentazzjoni tas-SEI għandha tiġi indirizzata permezz tal-mezzi xierqa politiċi u amministrattivi inkluż il-Kumitati tal-Programmi;

11.

JINNOTA li l-bord ta' tmexxija ta' livell għoli, li jikkonsisti minn rappreżentanti minn Stati Membri u partijiet interessati magħżulin b'mod trasparenti, ser jipprovdi konsulenza strateġika u ser jagħti orjentazzjonijiet lis-SEI bl-istabbiliment ta' pjan strateġiku ta' implimentazzjoni, U JIRRIKONOXXI l-esperjenza tas-SEI pilota dwar "it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu" imsemmi fil-Komunikazzjoni u li għalhekk il-governanza tas-SEI għandha tibqa' sempliċi;

12.

JISTIEDEN lill-Kummissjoni biex tieħu passi konkreti lejn it-twettiq ta' pjan strateġiku ta' implimentazzjoni tas-SEI mfassal bil-għan li jinvolvi lill-partijiet interessati kollha fil-kisba ta' riżultati speċifiċi u innovazzjoni fis-settur agroalimentari, u JISTENNA B'INTERESS li japprova l-Pjan Strateġiku ta' Implimentazzjoni "Produttività u Sostenibbiltà Agrikola", li ser jagħti konsulenza strateġika lis-SEI.


Top