EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2012:071:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 71, 9 ta' Marzu 2012


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.071.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 71

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
9 ta' Marzu 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 071/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2012 dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-faċilità SPIRAL-2, li tinsab fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 071/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6507 – Anglo American/De Beers) ( 1 )

2

2012/C 071/03

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2012/C 071/04

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 rigward miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fil-Côte d'Ivoire

6

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 071/05

Rata tal-kambju tal-euro

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (Cedefop)

2012/C 071/06

Sejħa pubblika għall-proposti – GP/RPA/ReferNet-FPA/001/12 – ReferNet – In-Netwerk Ewropew għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) tas-Cedefop

8

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 071/07

Notifika ta' bidu ta' reviżjoni interim tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

10

2012/C 071/08

Notifika tal-ftuħ ta' reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti elettrodi tat-tungstenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

23

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 071/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6510 – Remondis/Sortiva/Stam Papier Recycling) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

32

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 071/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

33

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Marzu 2012

dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-faċilità SPIRAL-2, li tinsab fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom

(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)

2012/C 71/01

Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom, u hija bla ħsara għal kwalunkwe valutazzjoni oħra li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li joħorġu minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja.

Fil-15 ta' Settembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern Franċiż, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom, Dejta Ġenerali b'rabta mal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-faċilità SPIRAL-2 fi Franza.

Abbażi ta' din id-dejta, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

(1)

Id-distanza bejn il-faċilità u l-eqreb punt fi Stat Membru ieħor, f'dan il-każ ir-Renju Unit, hija 170 km.

(2)

F’kundizzjonijiet ta' operat normali, it-tnixxijiet ta’ effluwenti radjuattivi likwidi u tal-gass ma jwassalx għal esponiment tal-popolazzjoni ta' Stat Membru ieħor li jkun sinifikanti mill-aspett sanitarju.

(3)

Skart radjuattiv solidu jinħażen temporanjament fis-sit qabel ma jiġi ttrasferit għal faċilità awtorizzata tat-trattament jew tar-rimi fi Franza.

(4)

Fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara xi inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li aktarx jaslu għand il-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor ma jkunux sinifikanti mill-aspett sanitarju.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv fi kwalunkwe forma mill-faċilità SPIRAL-2 fi Franza, kemm f'operat normali kif ukoll fil-każ ta' inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, x'aktarx li ma jirriżultax f'kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta' Stat Membru ieħor li tkun sinifikanti mill-aspett sanitarju.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6507 – Anglo American/De Beers)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 71/02

Fis-6 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6507. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/3


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 71/03

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

12.10.2011

In-numru ta’ referenza tal-għajnuna

SA.33023 (11/NN)

Stat Membru

L-Irlanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Restructuring of Quinn Insurance Ltd through the contribution of the Insurance Compensation Fund

Il-bażi legali

Insurance Act 1964

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 738 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Insurance Compensation Fund

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

26.1.2012

In-numru ta’ referenza tal-għajnuna

SA.33314 (11/N)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Cataluña

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Subvenciones para la producción de largometrajes cinematográficos que tengan méritos artísticos y culturales

Il-bażi legali

Resolución CLT/876/2011, de 4 de abril, de convocatoria para la concesión de subvenciones, en régimen de concurrencia competitiva, para la producción de largometrajes cinematográficos que tengan méritos artísticos y culturales.

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit annwali: EUR 1 miljun

 

Baġit globali: EUR 6 miljun

L-intensità

20 %

It-tul ta' żmien

13.4.2011-31.12.2016

Setturi ekonomiċi

Il-Midja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

ICIC

Rambla Santa Mónica, 8

08002 Barcelona

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.12.2011

In-numru ta’ referenza tal-għajnuna

SA.33422 (11/N)

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Przedłużenie programu gwarancji kontraktów eksportowych

Il-bażi legali

1.

Ustawa z dnia 7 lipca 1994 r. o gwarantowanych przez Skarb Państwa ubezpieczeniach eksportowych

2.

Uchwała nr 111/2006 Komitetu Polityki Ubezpieczeń Eksportowych z dnia 20 grudnia 2006 r. w sprawie szczegółowych zasad działalności Korporacji Ubezpieczeń Kredytów Eksportowych Spółka Akcyjna w zakresie gwarantowanych przez Skarb Państwa gwarancji ubezpieczeniowych dotyczących kontraktu eksportowego oraz zasad ustalania wynagrodzeń z tytułu udzielonych gwarancji ubezpieczeniowych

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

L-esportazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Se jiġi stabbilit fl-Att dwar il-Baġit annwali.

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.1.2012-31.12.2016

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

KUKE SA

ul. Sienna 39

00-121 Warszawa

POLSKA/POLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/6


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 rigward miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fil-Côte d'Ivoire

2012/C 71/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK (1), kif implimentata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/144/PESK (2), u fl-Anness IA għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 (3), kif implimentata mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 193/2012 (4), li jimponi ċerti miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-Côte d'Ivoire.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea iddetermina li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jibqgħu inklużi fil-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/656/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 560/2005.

Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 560/2005, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex id-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

Unita tal-Koordinazzjoni DG K

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà wkoll li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.

(2)  ĠU L 71, 9.3.2012, p. 50.

(3)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 71, 9.3.2012, p. 5.


Il-Kummissjoni Ewropea

9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta’ Marzu 2012

2012/C 71/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3242

JPY

Yen Ġappuniż

108,18

DKK

Krona Daniża

7,4344

GBP

Lira Sterlina

0,83865

SEK

Krona Żvediża

8,8894

CHF

Frank Żvizzeru

1,2050

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4210

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,767

HUF

Forint Ungeriż

292,90

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6977

PLN

Zloty Pollakk

4,1135

RON

Leu Rumen

4,3558

TRY

Lira Turka

2,3514

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2441

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3178

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2720

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6045

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6593

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 477,43

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,9663

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3664

HRK

Kuna Kroata

7,5575

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 097,94

MYR

Ringgit Malażjan

3,9772

PHP

Peso Filippin

56,430

RUB

Rouble Russu

39,3346

THB

Baht Tajlandiż

40,441

BRL

Real Brażiljan

2,3298

MXN

Peso Messikan

16,9511

INR

Rupi Indjan

66,7463


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (Cedefop)

9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/8


Sejħa pubblika għall-proposti – GP/RPA/ReferNet-FPA/001/12

ReferNet – In-Netwerk Ewropew għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) tas-Cedefop

2012/C 71/06

1.   Objettivi u deskrizzjoni

Bil-għan li jkun stabbilit netwerk Ewropew għall-VET – ReferNet, din is-sejħa għandha l-iskop li tagħżel applikant wieħed mill-Irlanda u Spanja, rispettivament (ara punt 3 hawn taħt, fil-kriterji ta’ eliġibbiltà), u li ma’ dan l-applikant Cedefop ser jikkonkludi ftehim qafas ta’ sħubija għal erba’ snin; u ma’ kull applikant magħżul tiġi miftehma għotja speċifika għal pjan ta’ ħidma ta’ 8 xhur li jrid isir fl-2012.

Stabbilit fl-1975 u bbażat fil-Greċja sa mill-1995, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) huwa aġenzija tal-Unjoni Ewropea (UE). Rikonoxxut bħala sors awtorevoli ta’ informazzjoni u kompetenza dwar il-VET, il-ħiliet u l-kompetenzi, il-missjoni tiegħu huwa li jappoġġa l-iżvilupp ta’ politika Ewropea dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) u li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tagħha.

ReferNet huwa n-netwerk Ewropew ta’ Cedefop għall-VET. Il-missjoni ddedikata għal ReferNet hija li dan jappoġġa lil Cedefop billi jirrapporta dwar sistemi nazzjonali tal-VET u dwar żviluppi ta’ politika u billi jgħolli l-viżibbiltà tal-VET u tal-prodotti ta’ Cedefop. Huwa jinkludi 29 membru magħrufin bħala l-imsieħba nazzjonali ta’ ReferNet minn xi Stat Membru tal-UE, mill-Islanda u min-Norveġja. L-imsieħba nazzjonali ta’ ReferNet huma l-istituzzjonijiet ewlenin involuti fil-VET fil-pajjiż li jirrappreżentaw.

Il-ftehimiet qafas ta’ sħubija jiġu implimentati permezz ta’ ftehimiet speċifiċi ta’ għotja. Għaldaqstant, l-applikanti mhux biss għandhom jissottomettu proposta għal sħubija qafas ta’ 4 snin (li, jekk tintagħżel, twassal għall-firma tal-Ftehim Qafas ta’ Sħubija għas-snin 2012 sal-2015) iżda wkoll l-applikazzjoni tal-għotja għall-azzjoni tal-2012 (li tista’ twassal għall-firma tal-Ftehim Speċifiku ta’ Għotja għal tmien xhur fis-sena 2012). L-applikant irid juri l-kapaċità li jwettaq l-attivitajiet mistennija matul il-perjodu ta’ erba’ snin u jassigura kofinanzjament xieraq tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma.

2.   Baġit u tul tal-proġett

Il-baġit stmat li huwa disponibbli għat-tul tal-erba’ snin tal-ftehimiet qafas ta’ sħubija jammonta għal EUR 4 000 000, jiddependi mid-deċiżjonijiet annwali tal-Awtorità Baġitarja.

Il-baġit totali disponibbli għall-pjan ta’ ħidma annwali tal-2012 (dewmien tal-proġett: 12-il xahar) huwa ta’ EUR 955 000 għas-27 Stat Membru, l-Islanda u n-Norveġja.

L-għotja tvarja skont il-popolazzjoni tal-pajjiż u tingħata għat-twettiq ta’ pjan ta’ ħidma annwali. Il-baġit totali disponibbli għall-pjan ta’ ħidma tal-2012 sejjer jitqassam fuq bażi ta’ tliet gruppi ta’ pajjiżi skont il-popolazzjoni tal-pajjiż:

—   Grupp ta’ pajjiżi 1: Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, is-Slovenja u l-Islanda. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 23 615.

—   Grupp ta’ pajjiżi 2: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, ir-Rumanija, ir-Repubblika Slovakka, l-Isvezja u n-Norveġja. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 33 625.

—   Grupp ta’ pajjiżi 3: Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja, Spanja, ir-Renju Unit. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 43 620.

Minħabba li l-azzjoni annwali għas-sieħeb ReferNet fl-Irlanda u Spanja se ddum inqas minn 12-il xahar fl-2012, l-għotja relevanti kif mogħtija se tkun inqas mill-massimu msemmi hawn fuq għal kull pajjiż għal dik is-sena.

L-għotja tal-Unjoni hija kontribuzzjoni finanzjarja għall-ispejjeż tal-benefiċjarju (u/jew tal-ko-benefiċjarji) li jridu jiġu ssupplimentati bil-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom stess u/jew kontribuzzjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u /jew privati. Il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż 70 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Cedefop jirriserva d-dritt li ma jagħtix il-baġit totali disponibbli.

3.   Kriterji ta’ eliġibbilità

Biex ikunu eliġibbli, l-applikanti jridu jissodifaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

a)

ikunu organizzazzjoni pubblika jew privata, bi status legali u b’personalità ġuridika (persuni fiżiċi, jiġifieri individwi, ma humiex eliġibbli).

b)

ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

l-Iralnda,

Spanja.

4.   Data tal-għeluq

L-applikazzjonijiet għall-ftehim qafas ta’ sħubija u l-pjan ta’ ħidma għall-2012 irid jiġi sottomess mhux aktar tard mis-16 ta’ April 2012.

Il-pjan ta’ ħidma għall-2012 wara l-għoti tal-premju għall-ftehim speċifiku ta’ għotja għall-2012 se jibda f’Mejju 2012 u se jdum 8 xhur.

5.   Aktar informazzjoni

Aktar informazzjoni ddettaljata fuq l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħiet għall-proposti, il-formola tal-applikazzjoni u l-annessi tagħha se jkunu disponibbli fuq is-sit tas-Cedefop minn nhar it-13 ta’ Marzu 2012 ’il quddiem f’dan l-indirizz:

http://www.cedefop.europa.eu/EN/working-with-us/public-procurements/calls-for-proposals.aspx

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-test sħiħ tas-sejħa u għandhom jiġu sottomessi fuq il-formoli uffiċjali pprovduti.

L-evalwazzjoni tal-proposti sejra tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali.

L-applikazzjonijiet kollha sottomessi sejrin jiġu evalwati minn kumitat ta’ esperti fuq il-kriterji tal-eliġibbilità, tal-esklużjoni, tal-għażla u tal-għoti stabbiliti fil-verżjoni tat-test komplet tas-sejħa.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/10


Notifika ta' bidu ta' reviżjoni interim tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

2012/C 71/07

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) iddeċidiet, fuq inizjattiva tagħha stess, li tniedi investigazzjoni ta' reviżjoni interim tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu 11(3) u 13(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Il-Prodott

Il-prodott li huwa s-soġġett ta' din l-investigazzjoni ta' reviżjoni huwa roti u tipi ta' roti oħra (inklużi t-triċikli għall-ġarr tal-prodotti iżda esklużi l-uniċikli), mhux motorizzati (“il-prodott li qed jiġi rivedut”). Il-prodott li qabel instab li qiegħed ikun oġġett ta' dumping (2) huwa l-prodott li qiegħed jiġi rivedut, li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), u li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 8712 00 30 u ex 8712 00 70.

2.   Il-miżuri eżistenti

Permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2474/93 (3), il-Kunsill impona dazju definittiv antidumping ta' 30,6 % fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

Wara investigazzjoni dwar ċirkomvenzjoni ta’ miżuri skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, dan id-dazju ġie estiż permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (4) għall-importazzjonijiet ta’ ċertu parts ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”). Barra minn hekk, ġie deċiż li għandha tinħoloq skema ta' eżenzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku (“l-iskema tal-eżenzjoni”). Il-qafas legali għat-tħaddim tal-iskema tal-eżenzjoni kien previst fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (5). Biex jirċievu eżenzjoni mid-dazju estiż, il-produtturi tar-roti fl-Unjoni jridu jirrispettaw proporzjon ta’ inqas minn 60 % tal-parts tar-roti Ċiniżi fl-operazzjoni tagħhom jew iż-żieda ta’ valur ta’ aktar minn 25 % għall-parts kollha mdaħħla fl-operazzjoni. Bħalissa aktar minn 250 kumpanija qed jibbenefikaw minn eżenzjoni.

Wara t-twettiq ta’ investigazzjoni ta' reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1095/2005 (6), iddeċieda li jżid d-dazju ta' antidumping fis-seħħ għal 48,5 % (“ir-reviżjoni interim li temenda”).

Wara reviżjoni tal-estensjoni tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta' ċerti parts tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 171/2008 (7), iddeċieda li jżomm il-miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni.

Wara investigazzjoni ta’ reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 (8), iddeċieda li l-miżuri hawn fuq imsemmija għandhom jinżammu.

3.   Ir-Raġunijiet għar-reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza prima facie li, safejn huma kkonċernati d-dumping u l-ħsara, iċ-ċirkostanzi li minħabba fihom ġew imposti l-miżuri eżistenti nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta' natura dejjiema.

B'mod partikolari, it-tagħrif għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni jindika li s-sistema tal-kwoti tal-esportazzjoni li tapplika għall-produtturi tar-roti fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li kien ta' ostaklu għall-produtturi esportaturi biex jingħataw trattament ta' ekonomija tas-suq fir-reviżjoni interim li temenda, ġiet abolita f'Jannar 2011.

Barra minn hekk, saru bidliet sinifikanti fl-istruttura tal-industrija tal-Unjoni. B'mod partikolari, bosta produtturi tal-Unjoni għaddew miċ-ċiklu komplut ta' produzzjoni għal operazzjonijiet ta' immuntar (parzjali) bl-użu ta' parts importati.

Barra minn hekk, minħabba t-tkabbir tal-UE tal-2004 u l-2007, numru sinifikanti ta' produtturi ssieħbu fl-industrija tar-roti tal-Unjoni. Barra minn hekk, bosta produtturi li kienu parti mill-industrija tal-UE qabel iż-żewġ rawnds ta' tkabbir ċaqilqu l-faċilitajiet ta' produzzjoni tagħhom jew waqqfu faċilitajiet ġodda fl-Istati Membri l-ġodda. B'riżultat ta' dan, il-livell tal-ispiża tal-industrija tal-Unjoni seta' nbidel.

Fl-aħħar nett, il-livell attwali tal-eliminazzjoni tal-ħsara ġie kkalkulat fuq il-bażi ta' roti li huma magħmula mill-azzar, filwaqt li jidher li bħalissa l-maġġoranza tar-roti huma magħmula minn ligi tal-aluminju. Dawn l-iżviluppi kollha jidhru li huma ta' natura dejjiema u għalhekk jiġġustifikaw il-ħtieġa li jiġu vvalutati mill-ġdid is-sejbiet dwar il-ħsara.

Barra minn hekk, l-għadd ta' kumpaniji li jibbenefikaw mill-iskema ta' eżenzjoni qed jikber b'mod rapidu, u l-iskema qatt ma ġiet adattata minn meta ddaħħlet fl-1997. B'żieda ma' dan, is-sistema ta' monitoraġġ tal-importazzjonijiet tal-parts li huma eżenti mill-miżuri antidumping saret kumplessa ħafna u ta' piż, u dan jista' jaffettwa ħażin l-effikaċja tagħha.

Fuq il-bażi ta' dak li ntqal hawn fuq, jidher li l-impożizzjoni kontinwa tal-miżuri fil-livelli eżistenti ma għadhiex xierqa biex tpatti għall-effetti tal-ħsara tad-dumping.

4.   Il-proċedura

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv, u ġie ddeterminat li hemm evidenza biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni ta' reviżjoni interim, il-Kummissjoni qiegħda b’dan tibda investigazzjoni ta' reviżjoni b’konformità mal-Artikoli 11(3) u 13(4) tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni ta' reviżjoni għandha tivvaluta jekk l-impożizzjoni kontinwa tal-miżura ma għadhiex aktar meħtieġa biex tpatti għad-dumping u jekk il-ħsara x'aktarx ma titkompliex jew ma terġax tiġri li kieku l-miżura kellha titneħħa jew tiġi mibdula, jew jekk il-miżura eżistenti hix, jew għadhiex aktar, biżżejjed sabiex tpatti għad-dumping li jkun qiegħed jikkawża ħsara.

L-investigazzjoni ta' reviżjoni għalhekk se tiddetermina jekk hemmx bżonn li jitkomplew, jitneħħew jew jiġu emendati l-miżuri eżistenti.

Barra minn hekk, l-investigazzjoni ta' reviżjoni se tivvaluta wkoll l-iskema ta' eżenzjoni u t-tħaddim tagħha u se tiddetermina jekk hemmx ħtieġa għal xi tibdil fiha.

4.1.    Il-Proċedura fir-rigward tad-dumping  (9)

Il-produtturi esportaturi (10) tal-prodott li qed jiġi rivedut mill-pajjiż ikkonċernat, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-emenda u ż-żamma tal-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni.

4.1.1.   L-Investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

4.1.1.1.   Il-proċedura għall-għażla ta' produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati fil-pajjiż ikkonċernat

(a)   Teħid ta' kampjuni

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta' produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f'dan il-proċediment u sabiex titlesta l-investigazzjoni ta’ reviżjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom quddiem il-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom mitluba fl-Anness A ta' dan l-Avviż.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.

Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun il-każ, dwar liema huma l-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula fil-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.

Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-avviż tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kwestjonarju se jkollu fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/i tal-produttur esportatur, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott li qed jiġi rivedut, l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi rivedut fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat u l-bejgħ lill-Unjoni tal-prodott li qed jiġi rivedut.

Il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma ntgħażlux għall-kampjun għandhom jitqiesu li qed jikkooperaw (“produtturi esportaturi li qed jikkooperaw iżda li mhumiex fil-kampjun”). Bla ħsara għat-taqsima (b) ta' hawn taħt, id-dazju tal-antidumping li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun mhux se jkun aktar mill-marġini medju peżat tad-dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (11).

(b)   Marġni ta’ dumping individwali għall-kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun

Il-produtturi esportaturi li jkunu kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-marġnijiet ta’ dumping individwali tagħhom (“marġni ta’ dumping individwali”). Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jitolbu marġni ta’ dumping individwali għandhom jitolbu kwestjonarju u formoli ta' talba applikabbli oħra u jibagħtuhom lura mimlija kif meħtieġ fl-iskadenzi speċifikati fis-sentenza li ġejja u fit-taqsima 4.1.2.2. hawn taħt. Il-kwestjonarju mimli għandu jiġi ppreżentat fi żmien 37 jum mid-data tal-avviż tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Għandu jiġi enfasizzat li, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi marġni ta’ dumping individwali għal dawk il-produtturi esportaturi fil-pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq, għandu jkun hemm provi li dawn jissodisfaw il-kriterji sabiex jingħataw trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) jew tal-inqas trattament individwali (“TI”) kif speċifikat fit-taqsima 4.1.2.2. hawn taħt.

Madankollu, il-produtturi esportaturi li jitolbu marġini individwali ta’ dumping għandhom ikunu konxji li l-Kummissjoni xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġini ta’ dumping individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi tant ikun kbir li tali determinazzjoni tkun partikolarment diffiċli u ma tkunx tippermetti li l-investigazzjoni ta’ reviżjoni titlesta fil-ħin.

4.1.2.   Proċedura addizzjonali dwar il-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq

4.1.2.1.   Għażla ta’ Pajjiż Terz b’Ekonomija tas-Suq

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-taqsima 4.1.2.2. hawn taħt, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, fil-każ ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat il-valur normali għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq. Għal dan l-għan il-Kummissjoni għandha tagħżel pajjiż terz b’ekonomija tas-suq xierqa. Il-Kummissjoni għażlet il-Messiku b'mod provviżorju, li ntgħażel ukoll fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-emenda u ż-żamma tal-miżuri fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rivedut mill-pajjiż ikkonċernat. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkumentaw dwar kemm hi xierqa din l-għażla fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.1.2.2.   Trattament tal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq

B'konformità mal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi individwali fil-pajjiż ikkonċernat, li jqisu li l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq jippredominaw għalihom fir-rigward tal-manifattura u l-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi rivedut, jistgħu jressqu talba sostanzjata kif xieraq għal dan l-għan (“talba għal TES”). Jingħata trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) jekk il-valutazzjoni tat-talba għal TES turi li l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku (12) jkunu ssodisfati. Il-marġini ta’ dumping tal-produtturi esportaturi li ngħataw TES se jiġi kkalkulat, safejn hu possibbli u bla ħsara għall-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, billi jintuża l-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tagħhom stess skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku.

Produtturi esportaturi individwali fil-pajjiż ikkonċernat jistgħu wkoll, jew bħala alternattiva, jitolbu trattament individwali (“TI”). Biex jingħataw it-TI dawn il-produtturi esportaturi għandhom iġibu provi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku (13). Il-marġni ta' dumping tal-produtturi esportaturi li jingħataw TI se jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tagħhom stess. Il-valur normali għall-produtturi esportaturi li jingħataw TI se jissejjes fuq il-valuri stabbiliti għall-pajjiż terz b’ekonomija tas-suq magħżul kif deskritt hawn fuq.

Fit-taqsima 9 ta' dan l-avviż jista' jinsab tagħrif importanti addizzjonali.

(a)   Trattament tal-ekonomija tas-suq (TES)

Il-Kummissjoni se tibgħat il-formoli ta' talba għal TES lill-produtturi esportaturi kollha fil-pajjiż ikkonċernat, magħżula biex ikunu parti mill-kampjun u lill-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun u li jixtiequ japplikaw għal marġni ta’ dumping individwali, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi, kif ukoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.

Il-produtturi esportaturi kollha li jitolbu TES għandhom jissottomettu formola mimlija ta’ talba għal TES fi żmien 21 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun jew tad-deċiżjoni li ma jintgħażilx kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

(b)   Trattament individwali (TI)

Biex japplikaw għal TI, il-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat magħżula biex ikunu fil-kampjun, flimkien mal-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u li jixtiequ japplikaw għal marġni ta’ dumping individwali, għandhom jissottomettu l-formola ta’ talba għat-TES bit-taqsimiet rilevanti għat-TI mimlija kif xieraq fi żmien 21 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

4.1.3.   L-investigazzjoni tal-importaturi mhux relatati  (14)  (15)

L-importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi rivedut mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-emenda u ż-żamma tal-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni.

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan il-proċediment u biex tlesti l-investigazzjoni ta' reviżjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal għadd raġonevoli l-importaturi mhux relatati li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom quddiem il-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom mitluba fl-Anness B ta' dan l-Avviż.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista' wkoll tikkuntattja kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu skont l-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi rivedut fl-Unjoni u li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi kollha mhux relatati magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet għandhom iressqu kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju mimli għandu jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/i tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott li qed jiġi rivedut u dwar il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi rivedut.

4.2.    Il-proċedura dwar il-ħsara  (16) u l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi rivedut, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-emenda u ż-żamma tal-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni.

Fid-dawl tal-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’din il-proċedura u biex tlesti l-investigazzjoni ta' reviżjoni fil-limiti ta' żmien statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta' kampjuni”). It-teħid tal-kampjuni jitwettaq skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk iva, tagħżel kampjun, il-produtturi tal-Unjoni kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, b’dan qed jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom mitlub fl-Anness C ta' dan l-Avviż.

Sabiex tikseb t-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni.

Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi rivedut fl-Unjoni u li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u/jew lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji li fl-aħħar mill-aħħar ikunu intgħażlu għall-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet għandhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju mimli għandu jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/i tagħhom, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija/i tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott taħt reviżjoni, l-ispejjeż ta’ produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt reviżjoni.

4.3.    Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma, l-emenda jew ir-revoka tal-miżuri tal-antidumping ikunux kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jagħtu d-dettalji tagħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor. Biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni ta' reviżjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi għandhom juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm konnessjoni oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qiegħed jiġi rivedut.

Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom fl-iskadenza ta' hawn fuq jistgħu jipprovdu tagħrif lill-Kummissjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. It-tagħrif irid jingħata f'għamla libera jew inkella billi jimtela kwestjonarju li ħejjiet il-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, it-tagħrif mogħti skont l-Artikolu 21 jitqies biss jekk meta jingħata jkun sostnut b’evidenza fattwali.

4.4.    Il-proċedura dwar l-iskema ta' eżenzjoni

Bla ħsara għall-eżitu ta' din ir-reviżjoni, il-partijiet interessati b'dan qegħdin jiġu mistiedna biex jikkummentaw dwar it-tħaddim attwali u l-mudell possibbli futur tal-iskema ta' eżenzjoni. Tali kummenti għandhom b'mod partikolari jkunu relatati mat-tħaddim u l-ġestjoni tal-iskema ta' eżenzjoni fil-forma attwali tagħha. F'dan ir-rigward, din ir-reviżjoni se tiffoka b'mod partikolari fuq l-isfidi li jiffaċċjaw l-impriżi żgħar u medji.

Il-partijiet interessati jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni kummenti dwar l-iskema ta' eżenzjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

4.5.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-avviż, il-partijiet interessati kollha b'dan huma mistiedna juru fehmiethom, iressqu t-tagħrif u jipprovdu l-evidenza ta’ sostenn. Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan it-tagħrif u l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.6.    Il-possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi investigattivi tal-Kummissjoni. Kwalunkwe talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni, it-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal seduta ta' smigħ għandha tiġi sottomessa fil-limiti ta' żmien speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

4.7.    Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

Il-partijiet interessati jeħtieġ li jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'għamla elettronika (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-email, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz tal-email, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kwalunkwe Prokura, ċertifikazzjonijiet iffirmati u aġġornamenti tagħhom li jakkumpanjaw il-formoli tad-dikjarazzjonijiet tat-TES u tat-TI, jew it-tweġibiet tal-kwestjonarju, għandhom jiġu sottomessi f'għamla ta' dokument, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Jekk parti interessata ma tkunx tista' tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, hija għandha tikkuntattja lill-Kummissjoni b'dan minnufih skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. Għal aktar tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna tal-web rilevanti fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Comission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 04/092

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22985353

Posta elettronika: TRADE-R546-BICYCLES-A@ec.europa.eu

(għall-użu mill-esportaturi, l-importaturi relatati, l-assoċjazzjonijiet u r-rappreżentanti tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-produtturi fil-pajjiż terz b'ekonomija tas-suq), u

TRADE-R546-BICYCLES-B@ec.europa.eu

(għall-użu mill-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi mhux relatati, l-utenti, il-konsumaturi, l-assoċjazzjonijiet fl-Unjoni)

5.   Nuqqas ta' kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif jista' jiġi injorat u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet ikunu għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

6.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi investigattivi tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi talbiet għal aċċess għall-fajl, tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, talbiet għal estensjoni tal-iskadenzi u talbiet għal smigħ minn partijiet terzi. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta' smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet għad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qegħdin jitħaddmu b’mod sħiħ.

Talba għal seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet li għalihom tkun qiegħda ssir. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni, it-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Minn hemm 'il quddiem, talba għal smigħ għandha titressaq sad-dati speċifiċi ta' skadenza stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjonijiet tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll l-opportunitajiet biex issir seduta ta' smigħ li tinvolvi l-partijiet u tippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, id-dumping, il-ħsara, ir-rabta kawżali u l-interess tal-Unjoni.

Għal aktar tagħrif u dettalji tal-kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm

7.   Skeda tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni

L-investigazzjoni ta’ reviżjoni se tkun konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

8.   L-ipproċessar tad-dejta personali

Kull dejta personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni ta’ reviżjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta (17).

9.   Tagħrif importanti għall-produtturi esportaturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina: l-implikazzjonijiet tar-Rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO EC-Antidumping measures on fasteners (WT/DS397) dwar il-mod li bih il-Kummissjoni se tmexxi din l-investigazzjoni ta' reviżjoni

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-produtturi esportaturi kollha mill-pajjiż ikkonċernat li huwa meqjus bħala pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, biex jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk huma interessati li jikkooperaw u jiksbu dazju antidumping individwali, anke jekk jaħsbu li ma jikkonformawx mal-kriterji biex jinkiseb TI. Il-Kummissjoni tiġbdilhom l-attenzjoni għal dan li ġej (18)

F’EC-Certain Iron or Steel fasteners from China (WT/DS397), il-Korp tal-Appell tad-WTO sab, inter alia, li l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku huwa inkonsistenti ma' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Antidumping u mal-Artikolu XVI:4 tal-Ftehim tad-WTO.

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (19) (“ir-Regolament ta' awtorizzazzjoni”) jistipula li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jista, inter alia, jemenda l-miżuri tal-Unjoni li jittieħdu skont ir-Regolament bażiku sabiex jitqiesu l-interpretazzjonijiet legali li saru f'rapport adottat mill-Korp tad-WTO għas-Soluzzjoni tat-Tilwim fir-rigward ta’ miżura mhux ikkontestata, jekk dan jitqies xieraq.

Għaldaqstant, jekk l-investigazzjoni ta’ reviżjoni li qiegħda titnieda permezz ta' din in-Notifika ta' Bidu tirriżulta fl-emenda tal-miżuri antidumping fis-seħħ, fil-fehma tal-Kummissjoni l-imsemmi Artikolu 2 jikkostitwixxi bażi legali għall-konformità mal-interpretazzjonijiet legali żviluppati mill-Korp tal-Appell fit-tilwima msemmija hawn fuq. Dan jimplika, f'termini aktar prattiċi, li jekk produttur esportatur ippreżenta ruħu fi żmien l-iskadenza stipulata hawn fuq u kkoopera bis-sħiħ billi pprovda t-tagħrif kollu rilevanti iżda ma applikax għal TI, jew applika iżda nstab li ma jissodisfax il-kriterji, l-Artikolu 2 li ssemma qabel tar-Regolament ta' awtorizzazzjoni jista’ jservi, f’każijiet debitament ġustifikati, bħala bażi legali għad-determinazzjoni ta’ dazju individwali għal dak il-produttur esportatur. Fl-eżaminazzjoni ta' din il-kwistjoni, il-Kummissjoni se tqis ir-raġunament tal-Korp tal-Appell fit-tilwima msemmija hawn fuq, u b'mod partikolari, l-elementi diskussi fil-paragrafi 371-384 tar-rapport tiegħu.

L-operaturi li jiksbu dazju individwali abbażi ta’ din il-parti ta' din in-Notifika ta' Bidu għandhom ikunu konxji mill-fatt li s-sejbiet jistgħu jirriżultaw f'żieda fid-dazju meta mqabbel mad-dazju li japplika kieku ma kien ġie determinat l-ebda dazju individwali.


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Id-dumping huwa l-prattika tal-bejgħ ta’ prodott għall-esportazzjoni (“il-prodott ikkonċernat”) bi prezz aktar baxx mill-“valur normali” tiegħu. Il-valur normali normalment jitqies bħala prezz komparabbli għall-prodott “simili” fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat. It-terminu “prodott simili” huwa interpretat li jfisser prodott li jixbah fl-aspetti kollha lill-prodott ikkonċernat jew, fin-nuqqas ta’ tali prodott, prodott li jixbah ħafna lill-prodott ikkonċernat.

(3)  ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.

(5)  ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.

(6)  ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1.

(7)  ĠU L 55, 28.2.2008, p. 1.

(8)  ĠU L 261, 6.10.2011, p. 2.

(9)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 2.

(10)  Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi rivedut lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.

(11)  Skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, kull marġni żero u de minimis, u marġnijiet stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, għandhom jitwarrbu.

(12)  Il-produtturi esportaturi għandhom juru b’mod partikolari li: (i) id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż tan-negozju jsiru b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr indħil sinifikanti mill-Istat; (ii) il-kumpaniji għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords ta’ kontabilità bażika li jiġu vverifikati b’mod indipendenti skont standards internazzjonali ta’ kontabilità u li jiġu applikati għall-għanijiet kollha; (iii) ma hemmx distorsjoni sinifikanti ttrasferita mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq; (iv) il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà jiggarantixxu ċertezza u stabilità legali u (v) il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq.

(13)  Il-produtturi esportaturi għandhom juru b’mod partikolari li: (i) fil-każ ta’ ditti jew impriżi konġunti kompletament jew parzjalment barranin, l-esportaturi huma ħielsa biex jirripatrijaw il-kapital u l-qligħ; (ii) il-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ esportazzjoni u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ huma ddeterminati liberament; (iii) il-maġġoranza tal-ishma jappartjenu lil persuni privati. L-uffiċjali tal-Istat li jiffurmaw parti mill-Bord tad-Diretturi jew li għandhom pożizzjonijiet maniġerjali ewlenin għandhom ikunu f’minoranza jew għandu jintwera li l-kumpanija hija madankollu indipendenti biżżejjed mill-indħil tal-Istat; (iv) il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq u (v) l-indħil mill-Istat mhuwiex tali li jippermetti evażjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħataw rati differenti ta’ dazju.

(14)  Importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi biss jistgħu jintgħażlu għall-kampjun. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi għandhom jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 rigward l-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni għandhom jitqiesu relatati biss jekk: (a) huma uffiċjali jew diretturi tan-negozji ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala msieħba fin-negozju; (c) ikunu min jimpjega u impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament hija s-sid, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-ishma ta' kwoti ta' ishma li jivvutaw jew tat-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament, jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma huma direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) ikunu membri tal-istess familja. Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja biss jekk ikollhom ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess żewġ ġenituri jew aħwa minn genitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(15)  Id-dejta li taw l-importaturi li mhumiex relatati tista' tintuża wkoll fir-rigward ta' aspetti ta' din l-investigazzjoni għajr għad-determinazzjoni tad-dumping.

(16)  Il-ħsara tfisser ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni, jew theddida ta' ħsara materjali lill-industrija, jew dewmien materjali tal-istabbiliment ta' tali industrija.

(17)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(18)  Jekk ikun meqjus li hu meħtieġ it-teħid ta' kampjun ta' produtturi esportaturi, dazju anti-dumping individwali se jiġi determinat biss għal dawk il-produtturi esportaturi li jew (i) jintgħażlu biex ikunu fil-kampjun inkella (ii) ikun ġie determinat dazju antidumping individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku.

(19)  ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10.


ANNESS A

Image

Image


ANNESS B

Image

Image


ANNESS C

Image

Image


9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/23


Notifika tal-ftuħ ta' reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti elettrodi tat-tungstenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

2012/C 71/08

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri tal-anti-dumping fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet ta' ċerti elettrodi tat-tungstenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   It-talba għal reviżjoni

It-talba tressqet fit-12 ta’ Diċembru 2011 minn Eurométaux (“l-applikant”) f’isem produttur tal-Unjoni li jirrappreżenta proporzjon prinċipali, f’dan il-każ aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti elettrodi tat-tungstenu.

2.   Il-prodott rivedut

Il-prodott li qed jiġi rivedut huwa elettrodi tat-tungstenu tal-iwweldjar, li jinkludi staneg u vireg tat-tungstenu biex jiwweldjaw l-elettrodi, u fih 94 % jew aktar fil-piż ta' tungstenu, barra minn dawk miksuba sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana (sintering), kemm jekk ikunu maqtugħin f'tulijiet kemm jekk mhumiex, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott li qed jiġi rivedut”), attwalment ikklassifikat fil-kodiċi NM ex 8101 99 10 u ex 8515 90 00 (Kodiċijiet TARIC 8101991010 u 8515900010).

3.   Miżuri Eżistenti

Il-miżuri li hemm bħalissa fis-seħħ huma dazju definittiv ta' anti-dumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2007 (3).

4.   Raġunijiet għar-reviżjoni ta’ skadenza

L-applikant ta biżżejjed provi li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx tirriżulta fi tkomplija ta' dumping u ħsara.

4.1.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' tkomplija tad-dumping

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, l-applikant stabbilixxa l-valur normali għall-produtturi esportaturi mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li ma ngħatawx trattament ta’ ekonomija tas-suq matul l-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-bejgħ f’pajjiż b’ekonomija tas-suq xieraq, li huwa msemmi fil-punt 5.1(d). Għal dawk il-kumpaniji li ngħataw trattament ta' ekonomija tas-suq matul l-investigazzjoni, il-valur normali ġie stabbilit abbażi ta' valur normali kostrutt fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. L-allegazzjoni tat-tkomplija tad-dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valur normali, kif stabbilit fis-sentenzi ta’ qabel, mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi rivedut meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Abbażi ta' dan, il-marġnijiet ta' dumping li ġew ikkalkolati huma sinifikanti.

4.2.   Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta' tkomplija tad-dumping

Barra minn hekk, huwa allegat ukoll li l-importazzjonijiet tal-prodott fir-reviżjoni mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina baqgħu jidħlu fi kwantitajiet sinifikanti u komplew jikkawżaw ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

Il-provi prima facie li pprovda l-applikant turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott impurtat fir-reviżjoni kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa, il-livelli tal-prezzijiet mitluba u s-sehem mis-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f'effetti negattivi konsiderevoli fuq il-prestazzjoni ġenerali u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

Barra minn hekk, l-applikant jallega li kull żieda ta' importazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat aktarx li jwasslu għal aktar ħsara għall-industrija tal-Unjoni, jekk dawn il-miżuri jitħallew jiskadu. F'dan ir-rigward, l-applikant ippreżenta provi li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell tal-importazzjoni attwali tal-prodott ikkonċernat probabbilment jiżdied minħabba l-eżistenza ta' kapaċità mhux użata fil-pajjiż ikkonċernat.

5.   Proċedura

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed provi biex ikun iġġustifikat ftuħ ta' reviżjoni tal-iskadenza, il-Kummissjoni b'dan tagħti bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina huwiex probabbli, jew improbabbli, li l-iskadenza tal-miżuri twassal għal tkomplija jew rikkorrenza ta' dumping u ħsara.

5.1.   Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza ta' dumping

5.1.1.   Investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

Il-produtturi esportaturi (4) tal-prodott fir-reviżjoni li huma mill-pajjiż ikkonċernat, huma mistiedna jieħdu sehem f'din l-investigazzjoni ta' reviżjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid tal-kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jidentifikaw ruħhom quddiem il-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu hekk fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu t-tagħrif mitlub fl-Anness A ma' din in-notifika dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom, lill-Kummissjoni.

Biex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika Poplari taċ-Ċina u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, għandhom jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet tal-prodott li qiegħed jiġi rivedut fl-Unjoni u li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi magħrufa kollha, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk dan ikun xieraq, dwar liema huma l-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Biex jinkiseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula għall-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.

Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-avviż tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kwestjonarju mimli se jkun fih tagħrif dwar, fost l-oħrajn, l-istruttura tal-kumpanija/i tal-produttur esportatur, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott li qed jiġi rivedut, l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi rivedut fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat u l-bejgħ lill-Unjoni tal-prodott li qed jiġi rivedut.

Il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jkunux intgħażlu biex ikunu fil-kampjun għandhom jitqiesu li kkooperaw (“produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”).

5.1.2.   L-investigazzjoni ta' importaturi mhux relatati  (5)  (6)

Importaturi tal-prodott li qed jiġi investigat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li mhumiex relatati, huma mistiedna jieħdu sehem f'din l-investigazzjoni.

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan il-proċediment u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta' żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal numru raġonevoli l-għadd ta’ importaturi mhux relatati li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta' kampjun”). It-teħid tal-kampjun se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ it-teħid ta' kampjun, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jagħtu d-dettalji tagħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu t-tagħrif dwar il-kumpanija/i tagħhom li hu mitlub fl-Anness B ma' dan l-avviż lill-Kummissjoni:

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ wkoll tikkuntattja kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, għandhom jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi rivedut fl-Unjoni u li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati kollha magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula għall-kampjun.

Biex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet għandhom iressqu kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kwestjonarju mimli għandu jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/i tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott li qed jiġi rivedut u dwar il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi rivedut.

5.1.3.   Għażla tal-pajjiż terz b'ekonomija tas-suq

Fl-investigazzjoni preċedenti l-Istati Uniti tal-Amerika ntużaw bħala l-pajjiż adekwat b'ekonomija tas-suq għall-finijiet tal-istabbiliment ta' valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-Kummissjoni tipprevedi li terġa’ tuża lill-Istati Uniti tal-Amerika għal dan l-għan. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna jamgħlu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-adegwatezza ta' dan il-pajjiż. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.2.   Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza tal-ħsara u għall-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott fir-reviżjoni huma mistiedna li jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Biex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħrufa jew lil produtturi tal-Unjoni rappreżentanti u lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni kollha u l-assoċjazzjonijiet kollha tal-produtturi tal-Unjoni huma mistiedna li jikkuntattjaw lill-Kummissjoni preferibbilment bl-email, minnufih iżda mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, biex jagħtu d-dettalji tagħhom u jitolbu kwestjonarju.

Il-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni għandhom jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju mimli għandu jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/i tagħhom, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija/i tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott fir-reviżjoni.

5.3.   Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi kkonfermata t-tkomplija jew ir-rikorrenza ta’ dumping u ħsara, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma ta’ miżuri tal-anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jibagħtu d-dettalji tagħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Biex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi għandhom juru, fl-istess limitu ta' skadenza, li hemm konnessjoni oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott fir-reviżjoni.

Il-partijiet li jibagħtu d-dettalji tagħhom fl-iskadenza ta' hawn fuq jistgħu jipprovdu tagħrif lill-Kummissjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Dan it-tagħrif jista’ jingħata jew f'format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, it-tagħrif mogħti skont l-Artikolu 21 jitqies biss jekk meta jingħata jkun sostnut b’evidenza fattwali.

5.4.   Sottomissjonijiet oħra bil-miktub

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-notifika, il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna biex juru fehmiethom, iressqu t-tagħrif u jipprovdu l-evidenza ta' sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan it-tagħrif u l-provi ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.5.   Il-possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal seduta ta' smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi tal-bidu tal-investigazzjoni, it-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha titressaq talba għal seduta ta' smigħ fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.6.   Istruzzjonijiet dwar kif għandhom isiru s-sottomissjonijiet bil-miktub u kif għandhom jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’din in-notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali, għandhom ikunu mmarkati “Ristretti” (7).

Il-partijiet interessati li jipprovdu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali ta' dan skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li għandhom ikunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jagħtu fehma raġonevoli tas-sustanza tat-tagħrif sottomess b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u l-kwalità mitluba, dan it-tagħrif kunfidenzjali jista’ jiġi injorat.

Il-partijiet interessati huma mitluba jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, u n-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kull Prokura, ċertifikazzjoni iffirmata, u kull aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju għandhom jiġu ppreżentati f'għamla ta' dokument, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, jekk parti interessata ma tkunx tista' tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, hija għandha tikkuntatta lill-Kummissjoni minnufih. Għal aktar tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna tal-web rilevanti fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Comission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 04/092

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22985353

Posta elettronika: TRADE-R547-Tungsten-el-A@ec.europa.eu

(biex jintuża minn produtturi esportaturi, importaturi relatati, assoċjazzjonijiet u rappreżentanti tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, produtturi fil-pajjiż terz b'ekonomija tas-suq), u

TRADE-R547-Tungsten-el-B@ec.europa.eu

(biex jintuża minn produtturi tal-Unjoni, importaturi mhux relatati, utenti, konsumaturi, assoċjazzjonijiet fl-Unjoni)

6.   Nuqqas ta' kooperazzjoni

F’każi fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif jista' jitwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet ikunu għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

7.   L-Uffiċjal tas-Seduta ta' Smigħ

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet minn partijiet terzi għal seduta tas-smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qegħdin jitħaddmu b’mod sħiħ.

Talba għal seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet li għalihom tkun qiegħda ssir. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi tal-bidu tal-investigazzjoni, it-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha tiġi sottomessa talba għal smigħ fil-limiti taż-żmien speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, it-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping u tal-ħsara, u l-interess tal-Unjoni.

Għal aktar tagħrif u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fil-websajt tad-DĠ għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm

8.   L-iskeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tiġi konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Il-possibbiltà li tintalab reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Peress li din ir-reviżjoni tal-iskadenza ngħatat bidu skont d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tagħha mhux se jwasslu biex il-livell tal-miżuri eżistenti jiġi emendat iżda biex dawn il-miżuri jiġu rrevokati jew miżmuma f'konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti interessata tqis li tkun meħtieġa reviżjoni tal-livell tal-miżuri biex tippermetti l-possibbiltà li jiġi emendat (jiġifieri miżjud jew imnaqqas) il-livell tal-miżuri, dik il-parti tista' titlob reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jkunu jixtiequ jitolbu din ir-reviżjoni, li ssir indipendentement mir-reviżjoni tal-iskadenza msemmija f'din in-notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.

10.   L-ipproċessar tad-dejta personali

Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (8).


(1)  ĠU C 169, 9.6.2011, p. 14.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(3)  ĠU L 72, 13.3.2007, p. 1.

(4)  Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi rivedut lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott fir-reviżjoni.

(5)  Jistgħu jintgħażlu għall-kampjun biss importaturi li ma jkunux relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi iridu jimlew l-Anness mal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni għandhom jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta' xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament tippossjedi, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-ishma jew ta' kwoti ta' ishma li jivvutaw jew tat-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament, jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jinsabu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien, direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja biss jekk ikollhom ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenituri u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess żewġ ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(6)  Id-dejta pprovduta minn importaturi li mhumiex relatati tista' tintuża wkoll fir-rigward ta’ aspetti ta’ din l-investigazzjoni ħlief għad-determinazzjoni tad-dumping.

(7)  Dokument “Ristrett” huwa dokument li jitqies bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343 22.12.2009 p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(8)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS A

Image

Image


ANNESS B

Image

Image


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/32


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6510 – Remondis/Sortiva/Stam Papier Recycling)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 71/09

1.

Fil-5 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Sortiva B.V. (“Sortiva”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Remondis Nederland B.V. (“Remondis”, il-Pajjiżi l-Baxxi) jiksbu fi ħdan id-definizzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Sortiva Papier en Kunststoffen B.V. (“Sortiva P&K”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Stam Papier-Recycling B.V. (“Stam”, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Remondis: il-ġbir, is-separazzjoni u t-tqassim ta’ karti, ta’ kartun u ta’ flussi oħrajn ta’ skart,

għal Sortiva: is-separazzjoni, it-tqassim u r-riċiklaġġ ta’ flussi ta’ skart mhux perikoluż, bħal injam u biċċiet tal-ġebelġebel maħmuġ,

għal Sortiva P&K: is-separazzjoni u t-tqassim ta’ karti u ta’ kartun,

għal Stam: il-ġbir, is-separazzjoni u t-tqassim ta’ karti u ta' kartun u l-qerda ta' arkivji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6510 – Remondis/Sortiva/Stam Papier Recycling, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/33


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 71/10

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“CARNE MARINHOA”

Nru tal-KE: PT-PDO-0117-0233-09.01.2006

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott effettwata mill-emenda:

Isem il-prodott

Image

Deskrizzjoni tal-prodott

Image

Żona ġeografika

Image

Prova tal-oriġini

Metodu tal-produzzjoni

Rapport

Image

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (għandu jiġi speċifikat)

2.   Tip ta' bidla:

Emenda fid-Dokument Uniku jew tal-Iskeda tas-Sommarju

Image

Emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP irreġistrati li għalihom ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Skeda tas-Sommarju

Emenda fl-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppublikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja fl-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i:

3.1.   Deskrizzjoni tal-prodott:

L-għan huwa li jkun żgurat li l-“Carne Marinhoa” jista’ jitqiegħed fis-suq fi klassifikazzjonijiet ta’ età u piż f’konformità mal-leġislazzjoni kurrenti skont il-bażi tal-piż attwali tal-annimali fid-data tat-tbiċċir, fid-dawl tat-titjib ġenetiku immirat biex jipprijoritizza l-“laħam” aktar milli l-aspett ta’ “xogħol”.

In-nomini varji tal-klassijiet tal-prodotti huma konformi mal-leġislazzjoni fis-seħħ, f’termini ta età u piż tal-annimali għat-tbiċċir.

3.2.   Żona ġeografika:

Dawk li jrabbu fil-muniċipalitajiet ta’ Coimbra, Figueira da Foz, Montemor-o-Velho u Soure, fil-bordura taż-żona ġeografika fejn jiġi prodott il-“Carne Marinhoa”, talbu lill-Agrupamento de Produtores Gestor da Denominação de Origem sabiex din iż-żona tiġi estiża abbażi tal-fatt li l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jinkiseb il-prodott, speċifikament f’termini ta’ għalf, it-trobbija tal-annimali, l-ammont ta’ bhejjem, il-metodu tat-trobbija, ir-razza u t-tradizzjonjiet, jiġu ssodisfati. F’dawn il-muniċipalitajiet, dawn li ġejjin huma simili jekk mhux identiċi: il-ħamrija u l-kundizzjonijiet klimatiċi, il-prattiki ta’ trobbija, l-ammont ta’ bhejjem, il-flora dominanti, ir-razza Marinhoa nfisha, il-prattiki agrikoli u l-metodu tat-trobbija u l-għalf, li kollha jirriżultaw fi prodott bl-istess fatturi fiżiċi, kimiċi u sensorji eżatt bħal dawk tal-“Carne Marinhoa”.

3.3.   Prova tal-oriġini:

L-għan huwa li jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 510/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1898/2006 fir-rigward tal-provi ta’ oriġini, li jiżguraw li l-proċeduri li min irabbi, il-biċċiera, l-impjanti tat-tqattigħ u l-impjanti tal-ippakkjar għandhom jimplimentaw huma aktar ċari u espliċiti sabiex ikunu żgurati l-garanziji rigward l-oriġini ġeografika tal-prodott.

3.4.   Tikkettar:

Id-dispożizzjonijiet hawn fuq qed jiġu rfinuti u ċċarati u dispożizzjonijiet oħra qed ikunu adottati sabiex jipprevjenu partijiet terzi milli jieħdu vantaġġ mill-valur u l-prestiġju tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini, u sabiex jipprojbixxu t-tehmiż ta’ ismijiet u distributuri u aġenti oħra mad-DPO. Madanakollu, ma hemm l-ebda projbizzjoni fuq jekk dawn il-marki għandhomx jidhru fuq it-tikketta tal-prodott.

Saru wkoll xi bidliet editorjali u lingwistiċi fl-Ispeċifikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“CARNE MARINHOA”

Nru tal-KE: PT-PDO-0117-0233-09.01.2006

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Carne Marinhoa”

2.   Stat membru jew pajjiż terz:

Il-Portugall

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew l-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.1.

Laħam frisk (u l-intern)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f'(1):

Laħam tari ħafna u sukkulenti li ġej mir-razza tal-baqar Marinhoa, li hija kkaratterizzata minn kemm hija mlaħħma u l-geddum twil tagħha. Il-lewn tal-laħam tal-Marinhoa jvarja minn roża ċar fil-vitella għal aħmar skur fil-laħam taċ-ċanga; għandu konsistenza soda, u huwa kemxejn umdu u għalhekk sukkulenti. Il-lewn tax-xaħam ukoll ivarja bejn abjad u safrani, jiddependi fuq l-età tal-annimal. Il-laħam jinbiegħ kif ġej:

Vitella – karkassi jew qatgħat minn annimali mbiċċra sal-età ta’ 8 xhur. Piż tal-karkassa bejn 70 kg u 180 kg.

Laħam taċ-ċanga – karkassi jew qatgħat minn annimali mbiċċra ta' età bejn 8 u 12-il xahar. Piż tal-karkassa sa 240 kg.

Annimal bovin maskili jew femminili – karkassi jew qatgħat minn annimali maskili jew femminili mbiċċra ta’ età bejn 12 u 30-il xahar. Piż tal-karkassa ta’ aktar minn 180 kg.

Baqra – karkassi jew qatgħat minn annimli femminili li jaqbżu l-età ta’ 30 xahar. Piż tal-karkassa ta’ aktar minn 220 kg.

Barri – karkassa jew biċċiet minn annimali maskili ta' età ta' aktar minn 30 xahar. Piż tal-karkassa ta’ aktar minn 220 kg.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti proċessati biss):

Mhux applikabbli.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

It-trobbija tal-merħla Marinhoa, kif ipprattikat fiż-żona ġeografika inkwistjoni, huwa bbażat fuq l-għalf tradizzjonali bħall-art miksija bil-ħaxix permanenti f’dan ir-reġjun.

Matul iż-żmien fis-sena meta l-merħla tinżamm ġewwa, jingħataw għalf ibbażat fuq is-sikrana, qamħirrum (imżiewed), qamħ u tiben prodotti fuq ir-razzett innifsu jew minn irziezet fir-reġjun.

Hija wkoll prattika komuni li l-annimali jiġu pprovduti b’għalf prodott fir-razzett ibbażat fuq il-qamħirrum, ir-ross jew ċereali oħra u prodotti sekondarji tal-oriġini minn pjanti li wieħed isib f’razzett.

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika definita:

L-annimali li jipproduċu l-“Carne Marinhoa” jridu jkunu twieldu, trabbew u tbiċċru fiż-żona ġeografika definita. L-annimali kollha għandhom jiddaħħlu fir-Reġistru tat-Twelid, filwaqt li l-friegħ tal-baqar li jiddaħħlu fil-ktieb tal-merħla tar-razza Marinhoa, għandhom ukoll jiddaħħlu f’dan il-ktieb tal-merħla.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar:

Tkun kif tkun il-preżentazzjoni kummerċjali tal-laħam, il-kliem “Carne Marinhoa — Denominação de Origem Protegida” iridu jidhru fuq it-tikketti, flimkien mal-marka għall-konformità indelibbli u għal kontra t-tbagħbis għall-“Carne Marinhoa”.

Image

L-isem tal-kummerċjalizzazzjoni – “Carne Marinhoa DPO” – ma jistax ikollu miegħu xi referenza oħra jew imsemmi mod ieħor, lanqas mill-isem tad-ditta tad-distributuri jew oħrajn, għalkemm dawn jistgħu jidhru fuq it-tikketti.

4.   definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika li fiha jitwieldu, jitrabbew u jitbiċċru l-annimali li jipproduċu l-“Carne Marinhoa” tinkludi l-muniċipalitajiet ta’ Águeda, Albergaria-a-Velha, Anadia, Aveiro, Cantanhede, Coimbra, Estarreja, Figueira da Foz, Ílhavo, Mealhada, Mira, Montemor-o-Velho, Murtosa, Oliveira do Bairro, Ovar, Sever do Vouga, Soure u Vagos, u wkoll il-parroċċi ta’ Ul, Loureiro, Pinheiro da Bemposta u Palmaz fil-muniċipalità ta’ Oliveira de Azeméis.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika hija waħda mill-aktar żoni fertili fil-Portugall, u tkopri l-baċiri tax-xmajjar Vouga, Águeda u Antuã. Iż-żona tal-Marinha għandha ħamrija relattivament imtajna u fertili, b’ilma ta’ taħt l-art li mhux fond ħafna, u għandu kapaċità kbir ta’ għalf. It-tkabbir taċ-ċereali, b’mod partikolari l-qamħirrum, huwa predominanti fiż-żoni anqas mistagħdra. Minħabba l-karatteristiċi ta’ din it-tip ta’ ħamrija, il-mekkanizzazzjoni kienet diffiċli, għalhekk kienu meħtieġa baqar kbar li kienu kapaċi jaħdmu fuq ħamrija tqila ħafna. Huma għaldaqstant kienu nġiebu hawnhekk għal żewġ raġunijiet: ix-xogħol u l-laħam.

Minħabba dawn il-kundizzjonijiet, l-annimali jirgħu fil-libertà fuq biċċiet żgħar ta’ art jew jiġu mgħalfa għalf u prodotti taċ-ċereali.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Il-baqar Marinhoa, li huma adattati sew għar-reġjun, fil-bidu inġiebu hemm għal żewġ raġunijiet – ix-xogħol u l-laħam. Filwaqt li l-għelejjel tradizzjonali u l-għalf baqgħu jitkabbru, il-baqar ma għadhomx jintużaw aktar għax-xogħol. It-titjib tar-razez għalhekk twettaq bil-għan li tittejjeb il-kapaċità tal-produzzjoni tal-laħam tal-baqar.

Il-baqar Marinhoa għandhom il-konformazzjoni u l-fattizi fiżiċi kompatibbli mat-tip ta’ ħamrija tqila li tinstab fir-reġjun; it-trobbija tal-annimali prattikata hija karatteristika ta' dawn il-kundizzjonijiet.

Il-karkassi miksuba minn din is-sistema ta' produzzjoni huma relattivament kbar. Il-lewn tal-laħam miksub minn dawn il-karkassi jvarja minn roża ċar fil-vitella għal aħmar skur fil-laħam taċ-ċanga; għandu konsistenza soda, u huwa kemxejn umdu. Il-lewn tax-xaħam ukoll ivarja bejn abjad u safrani, jiddependi fuq l-età tal-annimal.

Il-laħam huwa sukkulenti ħafna u b’ħafna togħma.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP):

Il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u dawk klimatiċi fir-reġjun, il-karatteristiċi tar-razza u t-tip ta’ għalf ipprovdut b’mod naturali jipproduċu annimali kbar jew ta' daqs medju b’karkassi xi drabi tqal ikkumparati mal-età tat-tbiċċir, bi ftit depożiti ta’ xaħam fuq u fil-karkassi u fil-kavitajiet. Il-karatteristiċi speċifiċi tal-laħam huma s-sukkulenza u l-irtubija, togħma qawwija, sawra soda u konsistenza pjaċevoli fl-immastikar u, fuq kollox, riħa u togħma karatteristiċi li mhumiex intensi ħafna minħabba l-ambjent u l-ħaxix li l-annimali ragħaw fuqu fil-libertà jew l-għalf naturali li ngħataw.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.gpp.pt/Valor/doc/CE_Carne_marinhoa_DOP.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


Top