This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C:2012:069:FULL
Official Journal of the European Union, C 69, 7 March 2012
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 69, 7 ta' Marzu 2012
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 69, 7 ta' Marzu 2012
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.069.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 069/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6480 – PetroFina/Fina Antwerp Olefins) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 069/02 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 069/03 |
||
2012/C 069/04 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6305 – DFDS/C.RO Ports/Älvsborg Ro/Ro) ( 1 ) |
|
2012/C 069/05 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6531 – Toshiba/HDD assets of Western Digital) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
2012/C 069/06 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6249 – Princes/ARIA) ( 1 ) |
|
2012/C 069/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6470 – TE/Deutsch) ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 069/08 |
||
2012/C 069/09 |
||
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
7.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6480 – PetroFina/Fina Antwerp Olefins)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 69/01
Fl-24 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6480. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
7.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-6 ta’ Marzu 2012
2012/C 69/02
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3153 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
106,66 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4344 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,83255 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,8906 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2055 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,4520 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,866 |
HUF |
Forint Ungeriż |
293,43 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,6981 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1495 |
RON |
Leu Rumen |
4,3538 |
TRY |
Lira Turka |
2,3485 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2418 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3137 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,2103 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6150 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6604 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 479,71 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,0079 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,3024 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5548 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 080,27 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
3,9854 |
PHP |
Peso Filippin |
56,624 |
RUB |
Rouble Russu |
38,8666 |
THB |
Baht Tajlandiż |
40,485 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,3007 |
MXN |
Peso Messikan |
16,9779 |
INR |
Rupi Indjan |
66,2710 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
7.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/3 |
Proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa għall-għoti u l-użu ta’ liċenzji għall-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni ta’ idrokarburi
ŻONI: IL-GOLF TA’ PATRAIKOS (PUNENT) (LIL HINN MILL-KOSTA), KATAKOLO (LIL HINN MILL-KOSTA), ΙOANNINA (FUQ L-ART)
2012/C 69/03
Introduzzjoni
1. |
Ir-Repubblika Ellenika, filwaqt li taġixxi permezz tal-Awtorità Kompetenti tagħha, il-Ministeru tal-Ambjent, l-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima (minn hawn ‘il quddiem, il-MINISTERU), tistieden lil persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi kwalifikati jew kwalunkwe grupp ta’ persuni tali (minn hawn ‘il quddiem, l-APPLIKANT) biex japplikaw għall-għoti u l-użu ta’ liċenzji għall-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni ta’ idrokarburi fir-rigward ta’ ċerti ejkers ta’ art fil-Punent tal-Greċja. |
2. |
L-istedina tirreferi għal tliet żoni disponibbli skont it-Taqsima 2, §17(c) tal-Liġi Nru 2289/1995, kif emendata bit-Taqsima 156, §10 tal-Liġi Nru 4001/2011; iż-żona fuq l-art magħrufa bħala “Ioannina” u ż-żoni lil hinn mill-kosta “il-Golf ta’ Patraikos (punent)” u “Katakolon”. L-applikanti jistgħu jippreżentaw offerta għall-għoti ta’ liċenzji f’aktar minn żona waħda. |
3. |
Din l-istedina hi soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 2289/1995 (il-Gazzetta tal-Gvern, Ħarġa Nru 27/A/8.2.1995) bit-titlu, “L-ipprospettar, l-Esplorazzjoni u l-Esplojtazzjoni ta' Idrokarburi u dispożizzjonijiet oħra”, kif emendata bil-Liġi Nru 4001/2011 (il-Gazzetta tal-Gvern, Ħarġa Nru 179/A/22.8.2011) bit-titlu “Il-Funzjonament tas-Swieq tal-Enerġija tal-Elettriku u tal-Gass, għall-Esplorazzjoni, il-Produzzjoni u n-netwerks tat-trażmissjoni tal-Idrokarburi, u dispożizzjonijiet oħra”. |
4. |
L-applikazzjonijiet/offerti kollha se jiġu ġġudikati skont it-termini tal-leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq u fl-isfond tal-ħtieġa kontinwa għal esplorazzjoni komprensiva, effiċjenti, sikura u bla telf ta’ żmien sabiex jiġu identifikati r-riżorsi taż-żejt u l-gass tal-Greċja filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-kunsiderazzjonijiet ambjentali. |
Il-Kriterji Ewlenin tal-għażla
5. |
L-offerti se jiġu meqjusa abbażi ta' dawn il-kriterji:
|
Liċenzji
6. |
Il-MINISTERU, skont il-Liġi Griega Nru 2289/1995 dwar il-Petroljum, kif emendata, għandu jidħol fi ftehim mal-Kuntrattur abbażi ta’ arranġamenti ta' Ħlas ta' Drittijiet/Taxxi (Ftehim ta' Kiri). |
Proċedura ta' Evalwazzjoni
7. |
Kull persuna li tixtieq tipparteċipa fil-proċedura ta’ sejħa għall-offerti ta’ ejkers ta’ art bħala applikant individwali għandu jkollha l-kwalifiki li tipparteċipa, b’mod partikolari billi tissodisfa l-kriterji finanzjarji u tekniċi. Il-kwalifiki tal-applikant jiġu evalwati abbażi tal-kapaċitajiet li jirnexxilu juri. Fil-każ ta’ grupp ta’ persuni, il-persuna li tiġi indikata bħala l-operatur trid tissodisfa l-kriterji tekniċi kif ukoll dawk finanzjarji, filwaqt li l-persuni l-oħra jridu jissodisfaw il-kriterji finanzjarji biss. |
8. |
Wara l-evalwazzjoni tal-kwalifiki tal-applikanti, kull persuna li tikkwalifika għall-offerta tiġi mistiedna mill-MINISTERU għal negozjar kompetittiv għall-ejkers ta’ art offerti. In-negozjar kompetittiv huwa kontinwazzjoni tal-proċess ta’ sejħa għall-offerti. |
9. |
In-negozjar isir abbażi tal-Abbozz ta’ Ftehim-Mudell u tal-elementi li jistgħu jsiru offerti għalihom flimkien mal-aspetti l-oħra kollha ta’ interess għall-MINISTERU u l-persuni li jkollhom il-kwalifiki li jipparteċipaw, għajr għal elementi li diġà huma mniżżla speċifikament fil-liġi Griega. |
10. |
Il-MINISTERU jirriżerva d-dritt, fi kwalunkwe żmien u fid-diskrezzjoni tiegħu biss, li jiddikjara nulla kwalunkwe offerta jew il-proċedura sħiħa, jew li jiskwalifika kwalunkwe applikant li jkun ikkwalifika. |
Reġim Fiskali
11. |
Il-ħlas ta’ drittijiet (Royalties) huwa marbut mal-proporzjon R/C, fejn R hija d-dħul gross akkumulat u C hija l-ispejjeż akkumulati. Bħala linja gwida, il-MINISTERU qed jipproponi dawn l-arranġamenti, li huma negozjabbli. Huwa maħsub li l-ħlas ta’ drittijiet ikun marbut mal-proporzjon R/C skont skala progressiva li tkun magħmula minn diversi kwoti tal-proporzjon bejn id-dħul (R) u l-ispejjeż (C). Il-ħlas ta’ drittijiet ikun ivarja minn limitu minimu ta’ 2 % tal-kwantità ta’ idrokarburi prodotta, fi flus jew in natura, sa limitu massimu ta’ 20 %. Għall-fini tat-taxxa, il-ħlas ta’ drittijiet huwa deduċibbli. |
12. |
Skont it-Taqsima 8, §1 tal-Liġi Nru 2289/1995, kif emendata bit-Taqsima 161, §1 tal-Liġi Nru 4001/2011, il-Kuntrattur għandu jkun soġġett għal taxxa speċjali fuq id-dħul, b’rata ta’ għoxrin fil-mija (20 %) u għal taxxa reġjonali, b’rata ta’ ħamsa fil-mija (5 %), u eżentat minn kwalunkwe kontribuzzjoni ordinarja jew straordinarja addizzjonali, dazju jew oneru ieħor ta’ kwalunkwe tip, favur l-Istat jew kwalunkwe parti terza oħra. |
Preżentazzjoni ta’ Offerti
13. |
Id-dettalji sħaħ u d-dokumenti rilevanti kollha, inkluż il-mapep taż-żoni offruti flimkien ma' lista tal-koordinati, il-pakketti ta’ informazzjoni eżistenti, tagħrif dwar l-għoti u l-użu ta’ liċenzji, it-termini ta’ Abbozz ta’ Ftehim-Mudell, id-dejta neċessarja li trid tintbagħat mal-offerta, l-ammont tat-tariffa li trid titħallas għall-parteċipazzjoni fis-sejħa għall-offerti, it-tariffa għat-taħriġ ta’ persunal tal-amministrazzjoni pubblika li jaħdem f’dan is-settur, kif ukoll kwalunkwe dettall neċessarju ieħor għall-proċedura tas-sejħa għall-offerti u tal-għażla tal-Kuntrattur, se jkunu disponibbli fid-data li s-Sejħa tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fuq dan il-websajt: http://www.ypeka.gr/Default.aspx?tabid=765&language=en-US |
14. |
L-offerti għandhom jiġu ppreżentati, bil-Grieg jew bl-Ingliż, f’envelop issiġillat, fi tliet kopji, lil:
|
15. |
Fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa, l-offerti jistgħu jiġu ppreżentati sal-aħħar jum tax-xogħol tal-ewwel u t-tieni semestru ta’ kull sena kalendarja. Fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti attwali, l-offerti jistgħu jiġu ppreżentati fil-perjodu li jintemm fit-3:00 pm tat-2 ta’ Lulju 2012. L-envelops li jaslu fil-MINISTERU wara din id-data ma jistgħux jitqiesu fil-proċedura ta’ sejħa għall-offerti attwali. |
16. |
Għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, il-partijiet interessati jistgħu jikkuntattjaw lil:
|
17. |
Il-kjarifiki jistgħu jingħataw ukoll mill-MINISTERU bil-miktub, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' applikant, u jiġu kkomunikati lill-applikanti kollha. |
AREAS UNDER CONCESSION IN WESTERN GREECE
7.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/6 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6305 – DFDS/C.RO Ports/Älvsborg Ro/Ro)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 69/04
1. |
Fis-27 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi DFDS A/S (“DFDS”, id-Danimarka) u C.RO Ports SA (“C.RO Ports”, il-Lussemburgu), jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1) (b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt ta' Älvsborg Ro/Ro AB (“Älvsborg”, l-Isvezja) permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6305 – DFDS/C.RO Ports/Älvsborg Ro/Ro, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
7.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/7 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6531 – Toshiba/HDD assets of Western Digital)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 69/05
1. |
Fit-28 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Toshiba Corporation (“Toshiba”, il-Ġappun) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklussiv ta’ ċerti assi tanġibbli u intanġibbli għall-produzzjoni ta’ 3,5′′ ħardisk drives (flimkien, in-“Negozju Mibjugħ”) permezz tax-xiri tal-ishma minn Western Digital Corporation (“WD”, l-Istati Uniti tal-Amerika). |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6531 – Toshiba/HDD assets of Western Digital, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
7.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/8 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6249 – Princes/ARIA)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 69/06
1. |
Fid-29 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Princes Limited (“Princes”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Mitsubishi Corporation (“Mitsubishi”, il-Ġappun) takkwista, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll ta’ ċerti assi, u l-kummerċ li attwalment huwa kkontrollat minn AR Industrie Alimentari SpA (“ARIA”, l-Italja) permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida, Princes Industrie Alimentari S.r.L. (“PIA”, l-Italja). |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6249 – Princes/ARIA, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
7.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/9 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6470 – TE/Deutsch)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 69/07
1. |
Fis-27 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u skont referenza għal Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża TE Connectivity Ltd (2) (“TE”, l-Isvizzera) takkwista, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Deutsch Group SAS (“Deutsch”, Franza) permezz ta' xiri ta' titoli. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6470 – TE/Deutsch, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) Qabel kienet magħrufa bħala Tyco Electronics Ltd, il-kumpannija bidlet isimha għal TE Connectivity f'Marzu 2011.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
7.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/10 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2012/C 69/08
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“ACEITUNA ALOREÑA DE MÁLAGA”
KE Nru: ES-PDO-0005-0785-03.08.2009
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Isem:
“Aceituna Aloreña de Málaga”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip tal-prodott:
Klassi 1.6. |
Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati. |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott bl-isem mogħti fil-punt 1:
Żebbuġa tal-mejda mħawra, miksuba mill-frott bnin taż-żebbuġ (Olea europea, L.) tal-varjetà “Aloreña”, maħsuda meta tkun saret biżżejjed qabel ma tkanġi l-kulur, maqsuma, u bil-ħlewwa miżjuda fis-salmura permezz tal-fermentazzjoni naturali. Iż-żebbuġ jitħawwar bis-sagħtar, bil-bużbież, bit-tewm u bil-bżar, jew b'estratti ta’ dawn il-ħwawar fi proporzjon li jvarja bejn 1 % u 3 %. Dan il-proċess jissejjes fuq drawwiet li ġejjin mill-qedem, li ntirtu minn ġidd għal ġidd tul is-sekli.
L-“Aceituna Aloreña de Málaga” tiġi ppreparata fi tliet forom differenti: verdes frescas (żebbuġ aħdar u frisk), tradicionales (tradizzjonali) u curadas (immaturat). Dawn it-tliet tipi jaqsmu karatteristiċi fiżiċi u kimiċi, imnissla esklussivament mill-metodu ta’ preparazzjoni mħaddem fir-reġjun fejn iż-żebbuġ jitkabbar u jiġi pproċessat:
(a) |
Iż-żebbuġ jiġi mmaturat fis-salmura. B'kontenut baxx ta’ olewropejina, dan iż-żebbuġ m'għandux bżonn trattament b'idrossidu tas-sodju biex tiżdiedlu l-ħlewwa, u b'hekk joħlew biss fl-ilma mielaħ, u jitħawru bis-sagħtar, bil-bużbież, bit-tewm u bil-bżar. Iż-żebbuġ ikun frisk u naturali, bi gradi varji ta’ fermentazzjoni. |
(b) |
Hueso flotante, jiġifieri għadma li tinqala' faċilment minn mal-laħam taż-żebbuġa. Din il-karatteristika hija mfittxa ħafna fiż-żebbuġ tal-ikel. |
(c) |
F'dak li jirrigwarda l-karatteristiċi ta’ ġewwa, ta’ min jissemma l-preġju li d-dewwieqa jagħtu lil dan iż-żebbuġ għall-proporzjon ta' bejn il-laħam u l-għadma, għall-konsistenza tqarmeċ, u għall-omoġeneità u sodizza tiegħu. |
(d) |
Billi dan il-prodott ma jiġix ittrattat bl-alkali, iż-żebbuġ jispikka għall-preżenza tal-ġilda u għall-konsistenza mlaħħma tiegħu. |
(e) |
Fejn jidħlu r-riħa u t-togħma, f'diversi analiżijiet organolettiċi, id-dewwieqa faħħru t-taħwir, l-aroma, il-bilanċ xieraq bejn il-melħ u l-isfumatura ta’ mrar (li huwa tipiku wkoll tal-metodu ta’ tħejjija mingħajr trattament bl-alkali), eċċ. Il-livell ta’ mrar jiddependi mill-grad ta’ fermentazzjoni taż-żebbuġ; b'hekk, iż-żebbuġ aħdar u frisk ġeneralment ikun iktar morr miż-żebbuġ li jkunu għaddew mill-fermentazzjoni sħiħa. |
L-ipproċessar tal-“Aceituna Aloreña de Málaga” jwassal għal tliet prodotti li jistgħu jintgħażlu minn xulxin, skont il-metodu ta’ fermentazzjoni mħaddem:
1. “Aceituna Aloreña de Málaga”verde fresca (żebbuġ aħdar u frisk):
Iż-żebbuġ jinqasam u jitqiegħed minnufih f'reċipjenti f'post frisk, fejn jista' jinżamm mingħajr ma jintlaqtu l-karatteristiċi tiegħu organolettiċi u fiżiko-kimiċi tipiċi ta' din iż-żebbuġa; jista' jinżamm ukoll fi kmamar frigorifiċi b'temperatura massima ta' 15 °C, ukoll biex ma jintlaqtux il-karatteristiċi organolettiċi u fiżiko-kimiċi tipiċi ta' dan il-metodu ta' produzzjoni. Iridu jgħaddu tal-anqas 3 ijiem minn meta ż-żebbuġ jinqasam u jitqiegħed fis-salmura sa meta jiġu ppakkjati.
Iż-żebbuġ tat-tip verde fresca (aħdar u frisk) huwa karatterizzat minn lewn aħdar ċar, b'riħa pjaċevoli ta’ frott aħdar u ta’ ħaxix, li tissuġġerixxi l-freskizza u l-ħsad riċenti tiegħu. B'mod simili, jispikkaw ukoll il-ħwawar karatteristiċi użati fil-preparazzjoni tiegħu. Dan iż-żebbuġ għandu konsistenza soda u tqarmeċ, bl-għadma tinqala' faċilment minn mal-laħam. Il-fdal tal-qoxra jibqa' wara li ż-żebbuġ ikun ġie mixtarr. Fost it-togħmiet bażiċi, ta’ min isemmi l-isfumatura morra karatteristika tiegħu, kif ukoll, xi minn daqqiet, il-preżenza tal-melħ skont kif ikun tħawwar. Bħala sensazzjonijiet fuq il-palat, iż-żebbuġ ikun qares u pikkanti.
2. “Aceituna Aloreña de Málaga”tradicional (tradizzjonali):
Wara t-twassil, il-klassifikazzjoni u l-qsim, iż-żebbuġ jitqiegħed f'reċipjienti li jinżammu f'postijiet mingħajr kundizzjonament tal-arja, tul mhux inqas minn għoxrin jum, biex imbagħad jiġi ppakkjat għall-konsum. Iż-żebbuġ jista' jibqa' f'dawn il-kundizzjonijiet sakemm ma jintlaqtux il-karatteristiċi organolettiċi u fiżiko-kimiċi tipiċi ta’ din il-forma ta' preparazzjoni.
Iż-żebbuġ imħawwar b'mod tradizzjonali huwa ta’ lewn aħdar li jagħti fl-isfar pallidu, inqas sfiq mill-aħdar taż-żebbuġ tat-tip verdes frescas. Ir-riħa tiegħu tfakkar fil-frott frisk u fil-ħwawar tipiċi użati fil-preparazzjoni tiegħu, mingħajr l-isfumatura ta’ ħaxix frisk li jkollu ż-żebbuġ tat-tip verdes frescas. Għandu konsistenza inqas soda iżda xorta tqarmeċ, bl-għadma tinqala' faċilment minn mal-laħam, u bil-preżenza tal-qoxra. Dan iż-żebbuġ huwa kemxejn morr, u inqas qares u pikkanti minn tat-tip verdes frescas.
3. “Aceituna Aloreña de Málaga”curada (immaturat):
Wara t-twassil u t-tlaħliħ, iż-żebbuġ ta’ dan it-tip jitqiegħed, mingħajr ma jinqasam, f'kontenituri ta’ fermentazzjoni fejn jgħaddi minn proċess ta’ maturazzjoni ta’ mhux inqas minn 90 jum, biex imbagħad jiġi ppakkjat għall-konsum. Iż-żebbuġ jista' jibqa' f'dawn il-kundizzjonijiet sakemm ma jintlaqtux il-karatteristiċi organolettiċi u fiżiko-kimiċi tipiċi ta’ din il-forma ta' preparazzjoni.
Iż-żebbuġ immaturat huwa kkaratterizzat minn lewn isfar li jagħti fl-ismar, b'riħa ta’ frott misjur u ta’ ħaxix frisk. Barra minn hekk, tispikka l-preżenza tal-ħwawar u ta’ sfumaturi tal-ħalib, karatteristiċi li ġejjin mill-elaborazzjoni u fermentazzjoni tiegħu. Dan iż-żebbuġ għandu konsistenza inqas soda u tqarmeċ, bl-għadma tinqala' faċilment minn mal-laħam. Il-fdal tal-qoxra jibqa' wara li ż-żebbuġ ikun ġie mixtarr. Għandu togħma aċiduża u mhux morra, u jħalli togħma pikkanti fit-tul.
Iż-żebbuġ protett bid-Denominazzjoni tal-Oriġini “Aceituna Aloreña de Málaga” għandu jkun bilfors żebbuġ ta’ kwalità suprema jew superior:
Żebbuġ ta’ kwalità suprema: Jinkludi ż-żebbuġ tal-kategorija extra, skont ir-regolamenti tekniċi tas-saħħa għall-kummerċjalizzazzjoni taż-żebbuġ tal-ikel, b'daqs ta' 140-200.
Żebbuġ ta’ kwalità superior: Jinkludi ż-żebbuġ tal-kategorija I, skont ir-regolamenti tekniċi tas-saħħa għall-kummerċjalizzazzjoni taż-żebbuġ tal-ikel, b'daqs ta' 140-260.
Il-metodu ta’ valutazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi jissejjes fuq l-istandard COI/OT/NC Nru 1. L-istandard kummerċjali applikabbli għaż-żebbuġ tal-mejda huwa COI/OT/MO Nru 1, 2008. Il-metodu għall-analiżi sensorjali taż-żebbuġ tal-ikel, li jissejjes fuq ir-riċerka mwettqa mid-Dipartiment tax-Xjenza u t-Teknoloġija Alimentari tal-Università ta' Córdoba, huma miġbur fil-manwal tal-kwalità u tal-proċeduri tal-organu ta’ spezzjoni.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
Mhux applikabbli.
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
Mhux applikabbli.
3.5. Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:
L-istadji kollha tal-produzzjoni tal-“Aceituna Aloreña de Málaga” għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita: il-produzzjoni tal-materja prima, l-elaborazzjoni tal-prodott, u l-ippakkjar aħħari.
L-ippakkjar isir hekk kif jaslu l-ordnijiet, u ż-żebbuġ għandu jitħalla tal-anqas tliet ijiem fir-reċipjenti qabel ma jiġi ppakkjat. Meta ż-żebbuġ jasal biex jiġi ppakkjat, jiżdiedu miegħu l-ħwawar tipiċi lokali. Minħabba li dan il-prodott jitħassar biż-żmien, u minħabba l-karatteristiċi speċifiċi u l-metodu ta' produzzjoni tiegħu, l-ippakkjar għandu jsir dejjem fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni u tal-elaborazzjoni tad-DPO “Aceituna Aloreña de Málaga”; b'hekk jinżammu l-karatteristiċi organolettiċi tipiċi ta' dan iż-żebbuġ sa wara li jkun tqiegħed fis-suq.
3.6. Regoli speċifiċi dwar il-qtugħ, il-ħakk, l-ippakkjar, eċċ.:
L-ippakkjar isir skont il-kategorija, hekk kif inhu stipulat fir-regolamenti tekniċi tas-saħħa. F'dan is-sens, iż-żebbuġ protett bid-Denominazzjoni tal-Oriġini “Aceituna Aloreña de Málaga” għandu jkun bilfors żebbuġ ta’ kwalità suprema jew superior.
Biex jittawwal il-perjodu tal-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, iż-żebbuġ jista' jgħaddi minn ċertu trattament, bħal ngħidu aħna l-pasturizzazzjoni jew l-ippakkjar bil-vakwu f'atmosfera kkontrollata, bil-kundizzjoni li l-prodott aħħari jżomm il-karatteristiċi organolettiċi u fiżiċi oriġinali tiegħu.
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:
Fit-tikketta għandha tidher b'mod obbligatorju t-tismija tad-DPO “Aceituna Aloreña de Málaga”. L-ippakkjar għandu jkollu siġill innumerat ta' garanzija maħruġ mill-organu ta’ spezzjoni.
Fuq it-tikketta għandu jiġi speċifikat it-tip taż-żebbuġ: verdes frescas (aħdar u frisk), tradicionales (tradizzjonali) jew curadas (immaturat).
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Iż-żona ta' produzzjoni tinstab fix-Xlokk tal-provinċja ta' Málaga, u tinkludi total ta' 19-il muniċipalità: Alhaurín de la Torre, Alhaurín el Grande, Almogía, Álora, Alozaina, Ardales, El Burgo, Carratraca, Cártama, Casarabonela, Coín, Guaro, Málaga, Monda, Pizarra, Ronda, Tolox, El Valle de Abdalajís u Yunquera.
5. Rabta maż-żona ġeografika ddefinita:
5.1. L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:
Ir-reġjun naturali ta’ Guadalhorce (Sierra de las Nieves u Valle del Guadalhorce) jinsab fiż-żona tal-ktajjen tal-muntanji magħrufin bħala l-Cordilleras Béticas. Ix-xmara u l-wied tal-Guadalhorce huma delimitati minn sensiela ta' muntanji u għoljiet. Din is-sistema ta' muntanji tħaddan biċ-ċar iż-żona ta’ produzzjoni, bl-unika fetħa tkun l-estwarju tax-xmara Guadalhorce.
Il-klima ta’ dan ir-reġjun hija taħlita ta’ dik kontinentali u dik tipika tal-baċin Mediterran, jiġifieri mikroklima partikulari ħafna li tagħti lok għal diversità wiesgħa ta’ wċuħ tar-raba', li jvarjaw minn dawk tipiċi taż-żoni tropikali (bħall-avokado) saċ-ċereali tipiċi tal-agrikultura f'art watja. F'dan l-ambjent, is-siġar taż-żebbuġ jinstabu l-iktar f'żoni niexfa tul il-wileġ li jdawru l-wied. Dan, flimkien mal-klima moderata, jinfluwenza sew il-karatteristiċi aħħarija tal-prodott, iż-żmien tal-ħsad, id-daqs tas-siġar, eċċ.
Mill-banda l-oħra, l-orografija tal-art hija mħarbta ħafna, bl-imsaġar taż-żebbuġ jikbru tul il-wileġ li jdawru l-wied ta' Guadalhorce, li min-naħa tiegħu jinsab perfettament iddelimitat mill-katina ta' muntanji. Dan ifisser li s-siġar taż-żebbuġ jikbru f'ħamrija marġinali u fqira, u b'hekk ma jkollhomx il-produttività għolja tas-siġar tal-art watja. Il-produttività ta' dan it-tip ta' żebbuġ hija baxxa, iżda ta' kwalità liema bħalha.
Fost it-tekniċi agrikoli għat-tkabbir tas-siġar taż-żebbuġ fil-wied ta' Guadalhorce, l-iktar teknika li tolqot il-karatteristiċi aħħarija tal-prodott hija ż-żabra, ikkaratterizzata f'dan ir-reġjun għas-severità tagħha u għall-istruttura finali tas-siġra. Din iż-żabra ssir l-iktar fuq l-iżgħar friegħi, mingħajr ma jitneħħew il-friegħi ewlenin tas-siġra li jagħtu lis-siġra sura ta’ tazza tal-inbid u li fuqhom titħalla veġetazzjoni ħafifa, wara li jkunu tneħħew fil-biċċa l-kbira minnhom il-friegħi sekondarji. Dan jagħti lis-siġra struttura sferika, partikulari għaliha.
Il-proċess tal-preparazzjoni taż-żebbuġ jinkludi diversi trattamenti li jneħħulu l-imrar u jżidulu l-ħwawar. Dan il-proċess jissejjes fuq drawwiet tal-qedem, mgħoddija minn ġidd għal ġidd tul is-sekli. Il-metodu ta’ llum huwa prattikament l-istess bħal fil-qedem, u għaldaqstant, huwa distint u partikularissmu għaż-żona oriġinarja ta’ dan il-prodott.
5.2. L-ispeċifiċità tal-prodott:
1. |
Il-kontenut ta’ olewropejina, polifenol li jagħti liż-żebbuġ it-togħma morra tagħhom. Iż-żebbuġ tad-DPO “Aceituna Aloreña de Málaga” jkollu madwar 103 mg olewropejina kull kilo, u b'hekk tista' tiżdiedlu l-ħlewwa biss permezz ta’ trattament bis-salmura. Wara 48 siegħa fl-ilma mielaħ, iż-żebbuġ ikun ħola. |
2. |
Iż-żebbuġa jkollha għadma flotante, jiġifieri li tinqala' faċilment minn mal-laħam. Fit-tradizzjoni lokali, biex wieħed jiddetermina l-iktar mument xieraq għall-ħsad, għandu jaqsam iż-żebbuġa mill-ewkatur, u jekk il-laħam jinqala' faċilment minn fuq l-għadma, ikun ifisser li wasal iż-żmien għall-ħsad. Din hija karatteristika mfittxija ħafna fiż-żebbuġ tal-mejda, u li ftit varjetajiet taż-żebbuġ igawdu minnha. |
3. |
Il-proporzjon ta’ bejn il-laħam u l-għadma, b'minumu ta’ 3:1, huwa fost l-ogħla proporzjonijiet għaż-żebbuġ tal-mejda. |
4. |
L-“Aceituna Aloreña de Málaga” ikollha daqs ta’ bejn 140 u 260, firxa li tikklassifikaha fil-kategorija extra, skont il-punt 3.2.1 tal-“Klassifika kwantitattiva” tal-istandard COI/OT/NC Nru 1. Tradizzjonalment, dan il-parametru huwa apprezzat ħafna mill-produtturi u mill-konsumaturi, u b'hekk jinħolqu u jitwettqu prattiċi agrikoli speċifiċi biex jiksbuh. |
5. |
Deskrizzjoni organolettika tat-tipi differenti tal-“Aceituna Aloreña de Málaga”:
|
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott:
Kif ġie spjegat aktar 'il fuq, is-siġra taż-żebbuġ hija sensittiva ħafna għall-kundizzjonijiet ambjentali li fihom titkabbar u tiġi manipulata. Is-siġra taż-żebbuġ hija versatili ħafna, fis-sens li tadatta ruħha faċilment għall-kundizzjonijiet tal-ambjent. Ta’ min jisħaq fuq il-fatt li ż-żona ta' produzzjoni tal-imsaġar taż-żebbuġ Aloreño tinsab perfettament iddelimitata minn katina ta' muntanji li tikkundizzjona l-karatteristiċi speċjali tal-klima, tal-ħamrija u tal-riliev tagħha. Dan, flimkien mal-esperjenza u s-sengħa tal-popolazzjoni lokali, wassal għal prodott li jiddistingwi ruħu biċ-ċar mill-bqija taż-żebbuġ tal-mejda li nsibu fis-suq.
Il-kontenut ta’ olewropejina tal-“Aceituna Aloreña de Málaga” huwa wieħed mill-elementi li ddeterminaw l-iktar il-proċess ta’ produzzjoni u elaborazzjoni ta’ dan it-tip ta’ żebbuġ. Bis-saħħa tal-kontenut baxx ta' dan il-polifenol, iż-żebbuġ jista' joħla fi ftit jiem permezz ta’ trattament sempliċi bis-salmura. Dan iwassal ukoll biex iż-żebbuġa tinqasam, b'mod li s-salmura tidħol aktar faċilment ġewwa l-frott u tneħħi l-olewropejina li tagħti togħma morra li żebbuġ.
It-tqegħid tal-“Aceituna Aloreña de Málaga” fis-salmura jiddetermina l-konsistenza mlaħħma u tqarmeċ tal-prodott. Il-konsistenza mlaħħma tal-frott frisk tiġi kkonservata sforz il-fatt li ma jiġix mgħolli fl-idrossidu tas-sodju. Din il-konsistenza mlaħħma hija influwenzata wkoll mit-tipi tal-ħamrija fejn jikbru l-imsaġar taż-żebbuġ, is-soltu f'art marġinali ta’ żoni muntanjużi.
Il-faċilità li biha tinqala' l-għadma minn mal-laħam taż-żebbuġa, magħrufa fiż-żona bħala hueso flotante, influwenzat sew il-forma ta’ preparazzjoni tal-“Aceituna Aloreña de Málaga”. Din il-karatteristika tippermetti li ż-żebbuġ jiġi ppreparat maqsum, b'mod li l-għadma tibqa' ħielsa fil-laħam. Fit-tradizzjoni taż-żona, biex wieħed jiddetermina l-iktar mument xieraq għall-ħsad, iż-żebbuġa għandha tinqasam min-nofs, u jekk il-laħam jinfired faċilment fi tnejn, ikun ifisser li wasal iż-żmien għall-ħsad.
It-togħma u l-aroma proprji tal-“Aceituna Aloreña de Málaga” huma marbutin mill-qrib mal-forma ta’ preparazzjoni tagħha, jiġifieri l-fattur tabilħaqq uman. Il-prodott jiġi ppreparat skont drawwiet qodma, li ntirtu tul is-sekli minn ġidd għal ġidd, bl-użu tal-ħwawar tipiċi taż-żona ġeografika: taħlita ta’ xtieli aromatiċi li tinkludi s-sagħtar, il-bużbież, il-bżar u t-tewm. Storikament, dawn il-ħwawar kienu jitkabbru jew jinħasdu fl-istess żona, iżda jistgħu jinġiebu wkoll minn postijiet oħra.
Id-daqs tal-“Aceituna Aloreña de Málaga” hija karatteristika oħra mill-aktar apprezzata u mfittxija ta’ dan il-prodott. Biex jinkiseb dan id-daqs, il-bdiewa jsegwu tekniki taż-żabra tipiċi taż-żona, li jispikkaw għas-severità tagħhom, u għas-sura sferika, b'veġetazzjoni ħafifa, li jagħtu lis-siġar. Dan it-tip ta’ tekniki kulturali jinfluwenza wkoll il-proporzjon ta’ bejn il-laħam u l-għadma, li d-dewwieqa kklassifikaw bħala eċċellenti.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:
(l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa disponibbli fl-indirizz:
http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal/export/sites/default/comun/galerias/galeriaDescargas/cap/industrias-agroalimentarias/denominacion-de-origen/Pliegos/Pliego_aceituna.pdf
jew inkella, huwa disponibbli wkoll fuq il-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Consejería de Agricultura y Pesca
(http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal), billi wieħed isegwi l-mogħdija li ġejja: “Industrias Agroalimentarias”/“Calidad y Promoción”/“Denominaciones de Calidad”/“Otros Productos” – l-ispeċifikazzjoni tinsab taħt l-isem tad-denominazzjoni tal-kwalità.
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
7.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/15 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2012/C 69/09
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għat-talba skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal- Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). L-istqarrijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“NEWMARKET SAUSAGE”
KE Nru: UK-PGI-0005-0882-21.06.2011
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“Newmarket Sausage”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Ir-Renju Unit
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta’ prodott:
Il-kategorija 1.2 |
Prodotti abbażi ta’ laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ) |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1:
In-Newmarket Sausage huwa zalzett imħawwar tal-laħam tal-majjal magħmul mill-użu ta' qatgħat ewlenin u friski tal-laħam mill-karkassa sħiħa, l-ispalla jew iż-żaqq u mħawwar b’għażla ta’ ħxejjex aromatiċi u ħwawar.
Iz-zalzett mhux imsajjar għandu l-kulur naturali tal-laħam tal-majjal, roża-kafellatte skur bi ftit tikek viżibbli ta' ħwawar, b’għamla niexfa u raffa b'xi bċejjeċ viżibbli ta' dgħif u xaħam, li jagħtu z-zalzett ċerta konsistenza mal-gidma. It-togħma hija prinċipalment tal-laħam tal-majjal u mħawra moderatament bit-taħlita ta' ħxejjex aromatiċi u ħwawar użati fil-produzzjoni tiegħu, għalkemm it-togħma u l-kulur jistgħu jvarjaw skont it-taħlita partikolari ta’ ħwawar li juża l-biċċier.
It-taħwir tradizzjonali għan-Newmarket Sausages jinkludi taħlit ta' dan li ġej u għandu jifforma sa massimu ta' 3 % tal-prodott lest:
— |
bżar iswed |
— |
bżar abjad |
— |
melħ |
— |
sagħtar |
— |
tursin |
— |
noċemuskata |
Barra minn hekk, jistgħu anke jiġu miżjuda t-togħmiet naturali tal-lumi niexef bħala antiossidant, sulfiti bħala preservattivi u fosfat tas-sodju bħala aġent li jgħaqqad. Iz-zalzett għandu jkollu kontenut minimu ta’ laħam ta’ 70 % li jinkludi kontenut ta’ xaħam ta’ anqas minn 20 %. Il-bqija tal-ingredjenti huma ħobż, qarmeċ u ilma skont ir-riċetta tal-manifattur.
In-Newarket Sausages is-soltu jiġu ppreżentati f’tul ta’ madwar 10 sa 15-il ċm, dijametru ta’ 2,5 sa 3,5 ċm, u huma kemxejn mgħawġin fid-dehra. Jiġu prodotti anke bħala: zalzett stil chipolata li hu twil bejn 8 u 12-il ċm, zalzett cocktail (6 ċm) u “jumbo” (bejn 20 u 24 ċm).
Jinbigħu ppakkjati minn qabel jew wieħed wieħed mill-ħanut permezz ta’ bejjiegħa bl-imnut u delicatessens.
3.3. Materja prima (għal prodotti proċessati biss):
In-Newmarket Sausages huwa zlazet imħawra tal-laħam tal-majjal magħmula mill-użu ta' qatgħat ewlenin u friski tal-laħam mill-karkassa sħiħa, l-ispalla jew iż-żaqq u mħawra b’għażla ta’ ħxejjex aromatiċi u ħwawar. Il-laħam użat fit-tħejjija tan-Newmarket Sausages għandu jkun laħam tal-majjal li ma jkunux inqata' b’mod raffinat, u b’hekk ikollu għamla raffa. Il-laħam jista' jkun ġej minn barra ż-żona ġeografika, iżda ma għandu jkollu ebda ġilda, qarquċa, qoxra, ġewwiena jew kwalunkwe forma ta' laħam irkuprat b’mod mekkaniku.
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika definita:
Il-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tħejjija tan-Newmarket Sausage għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika definita. Dan jinkludi l-preparazzjoni tal-materja prima kif ġej:
— |
Ikkapuljar tal-laħam |
— |
Żieda ta’ ħwawar u ingredjenti oħra |
— |
Taħlit u għaġin tal-ingredjenti |
— |
Mili fl-imsaren naturali tal-majjal |
— |
iffurmar |
3.6. Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:
Xejn
3.7. Regoli speċifiċi għat-tikkettar:
Xejn
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Iż-żona ta’ produzzjoni tan-Newmarket Sausage tinkludi l-belt ta’ Newmarket u r-reġjun tal-madwar, speċifikament is-sistema tat-toroq li ġejja: mill-ħruġ 37 fuq l-A14, direzzjoni Tramuntana fuq l-A142, fuq ix-xellug ta' River Lane, li tgħaddi minn Fordham għal Collins Hill sal-ħruġ B1102. Max-xellug mal-ħruġ għall-B1102 sakemm tiltaqa' mal-A142. Imbagħad itla’ lejn it-Tramuntana tul l-A142 għall-ħruġ tagħha mal-A1123. Ibqa’ għaddej mill-villaġġ ta’ Wicken fid-direzzjoni tal-Majjistral, dur lejn in-Nofsinhar minn Upware Road għall-villaġġ ta’ Upware. Kompli għaddej mit-toroq minuri, li huma Great Drove, Headlake Drove, Little Fen Drove, Marston Drove, Fair Green għall-villaġġ ta’ Reach. Kompli sejjer għal Swaffham Prior, ikser lejn il-Lbiċ fuq il-B1102 għal Swaffham Bulbeck, u mbagħad ikser fid-direzzjoni tal-Grigal lejn Swaffham Heath Road, aqsam għall-A14 sa fejn tiltaqa' mal-A1304 għal Dullingham. Aqsam il-B1061 f’Dullingham, kompli sejjer fuq Stetchworth Road u minn Ditton Green, għal Woodditton. Minn hemmhekk ikser fuq il-lemin (Xlokk) għal Kirtling Road, u għal Woodditton Road għal Kirtling Green. Ikser fuq ix-xellug (Tramuntana) għal The Street u lejn Kirtling. Itla’ lejn il-Grigal minn Kirtling u aqbad l-ewwel waħda fuq il-lemin (Xlokk) f'Upend lejn il-B1063, u dur lejn it-Tramuntana fuq il-B1063. Segwi l-B1063 lejn fejn tikser lejn it-Tramuntana għall-B1085 sa Dalham, segwi l-B1085 u dur fid-direzzjoni tal-Majjistral sa Kentford biex terġa' tidħol fl-A14 u segwi l-A14 lejn il-Punent għall-ħruġ 37.
5. Rabta maż-żona Ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
Il-belt ta’ Newmarket ilha magħrufa għat-tiġrijiet taż-żwiemel mis-seklu 17. Iz-zalzett żviluppa mit-tradizzjoni tat-trobbija tal-majjali assoċjata mal-istalel taż-żwiemel tat-tiġrijiet, fejn l-majjali kienu jinżammu biex jirgħu fuq il-fdalijiet tal-ikel mill-istalel u jżommuhom ħielsa mill-iskart. Sa mill-bidu tas-seklu 20, numru ta' biċċiera fi Newmarket bdew jipproduċu z-zalzett kif ippruvat fiċ-ċensimenti tal-1881 u tal-1891.
Newmarket ilu assoċjat mat-tlielaq taż-żwiemel minn mindu r-Re Ġakbu I organizza hemmhek l-ewwel tellieqa fl-1622. Ir-Re kien żar Newmarket fis-27 ta' Frar 1604 meta kien mar għall-kaċċa tal-fniek fil-moxa madwar il-belt, u minn dak iż-żmien sar viżitatur frekwenti tal-belt. L-aktar tellieqa taż-żwiemel antika fid-dinja, The Town Plate, 1ġiet stabbilita fl-1665 minn Karlu II fi Newmarket, u tradizzjonalment in-Newmarket Sausages ilhom mill-1952 jingħataw bħala parti mill-premijiet f'din it-tellieqa.
Il-majjali ma jinżammux aktar fl-istalel, iżda ż-żona ta' East Anglia fir-Renju Unit, fejn jinsab Newmarket, hija magħrufa sew għat-trobbija tal-majjali. Dan minħabba l-farms predominanti tal-uċuħ/ċereali, ikkonċentrati fiż-żona fejn il-majjali jintemgħu l-prodotti sekondarji taċ-ċereali. Il-ħobż oriġinarjament użat fiz-zalzett kien il-ħobż mhux mibjugħ li jkun fadal għand il-furnara lokali, li sabu mezz tajjeb biex jeħilsu mill-ħobż li jkun ilu hemm ġurnata u ma kienx ikun jista' jinbiegħ bħala 'frisk'. Din id-drawwa għadha tiġi prattikata sal-lum.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
In-Newmarket Sausages għandhom kontenut għoli ta’ laħam u għamla raffa u mħawra. Il-produtturi lokali jkomplu jagħmlu z-zalzett bl-użu tar-riċetti tradizzjonali li ntirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra.
In-Newmarket Sausage huwa magħruf għall-għamla raffa u ferm imħawra tiegħu li tinkludi l-bżar abjad u iswed, il-melħ, is-sagħtar, it-tursin, in-noċimuskata u ż-żieda ta' togħmiet naturali ta' lumi niexef bħala antiossidant. In-Newmarket Sausages intrabtu sfiq mat-tiġrijiet taż-żwemel għaliex kienu jinbigħu bħala ikla sħuna ħafifa għal matul it-tiġrijiet u fit-taverni varji matul l-istaġun tat-tiġrijiet. Dawk li kienu jmorru jaraw it-tiġrijiet kienu jixtruhom ukoll biex jeħduhom magħhom id-dar wara l-avveniment. Il-popolarità tagħhom xterdet lilhinn mill-korsa u jibqgħu popolari mal-familja Rjali.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP):
In-Newmarket Sausages minnufih saru ikla ħafifa popolari mad-dilettanti tat-tiġrijiet taż-żwiemel, li jinkludu membri mill-Familja Rjali. Is-Sausages ilhom popolari mad-Dar Irjali sa mill-bidu tas-Seklu 19. Ir-riċetta għaz-zalzett ta’ Newmarket ilha l-istess sa minn żmien ir-Reġina Vittorja, u tibqa' issir fuq l-istess standards eżiġenti kif dejjem kien. isirubl-idejn u bl-akbar reqqa f’lottiijet żgħar, u jkunu ħielsa minn kuluri u togħmiet artifiċjali.
Il-popolarità taz-zalzett kibret lilhinn miċ-ċrieki tat-tiġrijiet taż-żwiemel, u silta mill-kronaka tan-Newmarket Local History Society fiha dokumentazzjoni ta' noti ta’ skrivan ferrovjarju li kien iqatta’ sagħtejn tlieta kull ġimgħa tat-tlielaq, waqt l-istaġun intens tagħhom, iħejji l-pakketti taz-zalzett fuq il-ferroviji sejrin lejn l-inħawi tat-tlielaq, meta l-komunikazzjonijiet ferrovjarji saru aktar frekwenti.
Il-produzzjoni taz-zalzett kienet inevitabbli fi Newmarket minħabba l-pożizzjoni tiegħu f’Suffolk. Il-kontea kienet ilha produttur ewlieni ta’ laħam tal-majjal tajjeb, u l-laħam tal-majjal l-iswed ta’ Suffolk kien preġjat bħala ħelu u delikat. Fiż-żona ta’ Newmarket dawk li jieħdu ħsieb l-istalel u l-kampanjoli lokali kienu jżommu l-majjali li kienu jitħallew jimirħu fil-libertà u jieklu l-fdalijiet u l-foraġġ. Il-belt kellha mat-tnax-il biċċier jew aktar fi tmiem is-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20; ħafna minnhom kienu jrabbu, isemmnu u jbiċċru l-majjali tagħhom sabiex jipprovdu z-zalzett tagħhom.
Għalkemm jingħad li kienu joperaw mat-tnax-il biċċier fi Newmarket fil-bidu tas-seklu 20, li kull wieħed minnhom kien jipproduċi z-zalzett tiegħu, in-numru ta’ ħwienet naqas bil-mod il-mod u baqgħu biss tliet produtturi tan-Newmarket Sausage. Għalkemm l-aktar referenza bikrija għal Newmarket u z-zalzett insibuha fl-1618, tip distint ta’ zalzett li jissejjaħ “Newmarket Sausage” jidher biss fil-letteratura ta’ nofs l-1800, ir-referenza tal-1849 hawn fuq tkun l-aktar waħda bikrija li nstabet s'issa.
Aktar riċentement, kien hemm bosta referenzi għan-Newmarket Sausage f’kotba tat-tisjir u kotba gwida. Huma deskritti f' “Traditional Foods of Britain”, (Laura Mason ma’ Catherine Brown, Prospect Books 1999), parti minn inventarju tal-prodotti tal-ikel mir-reġjuni kollha tal-Unjoni Ewropea, u Clarissa Dickson-Wright, fl-aktar ktieb riċenti tagħha, tfakkar l-aktar esperjenza bikrija tagħha maz-zalzett ta’ Newmarket. Il-Google għandu 4 190 referenza għan-“Newmarket sausage”. In-Newmarket Local History Society, fl-istorja tagħha ta' Newmarket tagħti artiklu sħiħ tal-produzzjoni lokali taz-zalzett, u tissostanzja kull ma hu affermat. Wieħed mill-produtturi tan-Newmarket Sausages ilu jforni z-zalzett tiegħu skont Mandat Irjali mill-1907 u bħalissa għandu Mandat bħala fornitur tal-Maestà Tagħha r-Reġina. Iz-zalzett ta’ produttur ieħor jingħata bħala premju tradizzjonali lill-ġerrejja rebbieħa fl-aktar tiġrija antika taż-żwiemel tal-pajjiż, in-Newmarket Town Plate. Issir ukoll referenza għan-Newmarket Sausages mill-British Tourist Authority fil-pubblikazzjoni tagħhom “Taste England” u fuq is-sit http://www.EnjoyEngland.com
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
http://archive.defra.gov.uk/foodfarm/food/industry/regional/foodname/products/documents/newmarket-sausage-pgi-110822.pdf
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.