EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2011:302:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 302, 13 ta' Ottubru 2011


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.302.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 302

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
13 ta' Ottubru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 302/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6230 – Solvay/Rhodia) ( 1 )

1

2011/C 302/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6313 – Ashland/International Specialty Products) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 302/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku

2011/C 302/04

Deċiżjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-21 ta’ Settembru 2011 dwar il-provvediment u l-ġbir ta’ informazzjoni għas-sorveljanza makro-prudenzjali tas-sistema finanzjarja fi ħdan l-Unjoni (BERS/2011/6)

3

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2011/C 302/05

Rakkomandazzjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tat-2 ta’ Diċembru 2009 dwar notifiki, limiti taż-żmien u konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 7 tal-Att imsemmi fil-punt 5cl tal-Anness XI għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi), kif adottata mill-Protokoll 1 tagħha

12

 

Il-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati EFTA

2011/C 302/06

Prodotti mediċinali – Lista ta' awtorizzazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni mogħtija mill-Istati tal-EFTA taż-ŻEE għat-tieni nofs tas-sena 2010

22

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6230 – Solvay/Rhodia)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 302/01

Fil-5 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6230. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


13.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6313 – Ashland/International Specialty Products)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 302/02

Fit-18 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6313. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta’ Ottubru 2011

2011/C 302/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3766

JPY

Yen Ġappuniż

105,77

DKK

Krona Daniża

7,4444

GBP

Lira Sterlina

0,87535

SEK

Krona Żvediża

9,1171

CHF

Frank Żvizzeru

1,2367

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7830

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,779

HUF

Forint Ungeriż

292,03

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7054

PLN

Zloty Pollakk

4,2941

RON

Leu Rumen

4,3131

TRY

Lira Turka

2,5188

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3609

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3996

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7104

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7373

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7583

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 603,63

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,7389

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,7534

HRK

Kuna Kroata

7,4780

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 260,14

MYR

Ringgit Malażjan

4,3038

PHP

Peso Filippin

59,782

RUB

Rouble Russu

42,8550

THB

Baht Tajlandiż

42,399

BRL

Real Brażiljan

2,4462

MXN

Peso Messikan

18,2463

INR

Rupi Indjan

67,3980


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku

13.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/3


DEĊIŻJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU

tal-21 ta’ Settembru 2011

dwar il-provvediment u l-ġbir ta’ informazzjoni għas-sorveljanza makro-prudenzjali tas-sistema finanzjarja fi ħdan l-Unjoni

(BERS/2011/6)

2011/C 302/04

IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 3(2), 4(2) u 8(2) u l-Artikolu 15 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2), u partikolarment l-Artikolu 2(b), l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 jistipula illi l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) irid jiddetermina u/jew jiġbor u janalizza l-informazzjoni kollha relevanti u neċessarja għas-sorveljanza makro-prudenzjali tas-sistema finanzjarja fi ħdan l-Unjoni sabiex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni jew it-tnaqqis tar-riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni li jirriżultaw minn żviluppi fi ħdan is-sistema finanzjarja, billi jitqiesu żviluppi makroekonomiċi, sabiex jiġu evitati perijodi ta’ nkwiet finanzjarju mifrux.

(2)

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 jistipula illi l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASEi), is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), il-Kummissjoni Ewropea, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali (NSAs) u l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jridu jikkollaboraw mill-qrib mal-BERS u jipprovdulu l-informazzjoni kollha neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tiegħu skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, il-BERS jista’ jitlob informazzjoni mingħand l-ASEi, bħala regola jew fil-qosor jew f’forma aggregata sabiex istituzzjonijiet finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.

(4)

Premessa 10 tar-Regolament (UE) Nru 1096/2010 tistipula illi “Il-BĊE għandu jkun fdat bil-kompitu li jipprovdi appoġġ statistiku lill-BERS”, skont il-premessa 9 tiegħu.

(5)

Din id-Deċiżjoni ma tindaħalx fid-dritt tal-BĊE li juża għall-iskopijiet tiegħu l-informazzjoni illi huwa jiġbor taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (4).

(6)

Il-kontenut tal-informazzjoni aggregata li hija neċessarja fiż-żmien qasir għall-attività tal-BERS ġie definit f’kooperazzjoni mal-BĊE u l-ASEi fuq il-bażi ta’ rapport konġunt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ambitu

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-informazzjoni aggregata meħtieġa mill-BERS għat-twettiq tal-kompiti tiegħu u tistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-provvediment u l-ġbir ta’ dik l-informazzjoni.

Artikolu 2

Provvediment regolari ta’ informazzjoni aggregata

1.   Il-provvediment regolari tal-informazzjoni aggregata meħtieġa mill-BERS għat-twettiq tal-kompiti tiegħu għandu jseħħ kif speċifikat fl-Annessi I u II.

2.   L-informazzjoni aggregata stabbilita fl-Anness I għandha tkun ipprovduta mill-BĊE.

3.   L-informazzjoni aggregata stabbilita fl-Anness II għandha tkun ipprovduta mill-ASEi rispettivi.

4.   Is-Segretarjat tal-BERS għandu:

(a)

jistabbilixxi, fejn neċessarju, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jikkonċernaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, wara li jkun ikkonsulta mal-BĊE u/jew mal-ASEi kif xieraq, u

(b)

jiġbor l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jikkoopera mal-BĊE u mal-ASEi skont il-każ.

Artikolu 3

Provvediment ad hoc ta’ informazzjoni aggregata

Il-proċeduri li għandhom jiġu applikati mis-Segretarjat tal-BERS biex jagħmel talbiet għal informazzjoni aggregata fuq bażi ad hoc huma stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2011.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-21 ta’ Settembru 2011.

Il-President tal-BERS

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162.

(3)  ĠU C 58, 24.2.2011, p. 4.

(4)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.


ANNESS I

Provvediment regolari ta’ informazzjoni aggregata mill-Bank Ċentrali Ewropew

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jirrapporta settijiet ta’ dejta, ippubblikati u mhumiex, għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fil-qasam tal-istatistika monetarja u finanzjarja, li huma rregolati fir-rigward tal-kontenut, il-frekwenza u t-tempestività mill-atti legali msemmijin aktar ’l isfel, jew kif stabbilit mill-prattika komuni. Sa fejn id-dejta għall-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro ssir disponibbli fuq bażi volontarja bl-approvazzjoni tal-banek ċentrali nazzjonali relevanti, il-BĊE jirrapporta dik id-dejta wkoll.

1.

Dejta tal-karta tal-bilanċ ta’ istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) kif definiti fir-Regolament BĊE/2008/32 tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (1).

2.

Statistika dwar ir-rati ta’ mgħax applikati minn MFIs kif definiti fir-Regolament BĊE/2001/18 tal-20 ta’ Diċembru 2001 dwar l-istatistika dwar ir-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji fuq id-depożiti u s-self miżmuma mill-familji u l-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (2).

3.

Statistika dwar fondi ta’ investiment kif definiti fir-Regolament BĊE/2007/8 tas-27 ta’ Lulju 2007 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (3).

4.

Statistika dwar it-titolizzazzjoni kif definita fir-Regolament BĊE/2008/30 tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta’ korporazzjonijiet vetturi finanzjarji ingaġġati fi tranżazzjonijiet ta’ securitisation  (4).

5.

Statistika magħżula monetarja, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq kif definita fil-Linja Gwida BĊE/2007/9 tal-1 ta’ Awwissu 2007 dwar l-istatistika monetarja, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u dik tas-swieq (riformulazzjoni) (5).

6.

Dejta bankarja kkonsolidata, kif approvata mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u mill-Kunsill Ġenerali, li tkopri dejta fuq il-karta tal-bilanċ, il-kont ta’ qligħ u telf u s-solvibbiltà ta’ gruppi bankarji fuq bażi aggregata.


(1)  ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14.

(2)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 24.

(3)  ĠU L 211, 14.8.2007, p. 8.

(4)  ĠU L 15, 20.1.2009, p. 1.

(5)  ĠU L 341, 27.12.2007, p. 1.


ANNESS II

Provvediment regolari ta’ informazzjoni aggregata mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej

REGOLA ĠENERALI

Informazzjoni aggregata pprovduta mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASEi) tinkludi dejta dwar tal-anqas tliet persuni legali, li l-ebda waħda minnhom ma tirrappreżenta 85 % jew aktar tas-suq relevanti, kemm jekk jikkonsisti minn Stat Membru wieħed jew aktar kif ukoll mill-Unjoni kollha. Madankollu, jekk miżuri ta’ varjazzjoni huma pprovduti flimkien mal-informazzjoni aggregata, l-informazzjoni aggregata tinkludi dejta dwar tal-anqas ħames persuni legali meta tkun qed tirreferi għal dejta disponibbli għall-pubbliku, u dejta dwar tal-anqas sitt persuni legali meta hemm ħtieġa li tiġi protetta dejta kunfidenzjali f’livell ta’ impriża.

A.   Awtorità Bankarja Ewropea (ABE)

L-ABE tirrapporta s-settijiet ta’ dejta li ġejjin għal kampjun ta’ gruppi bankarji kbar kif definit bejn il-BERS u l-ABE:

A1.   Sett ta’ dejta: dejta trimestrali minn mudelli tal-COREP u tal-FINREP  (1)

Sa fejn l-informazzjoni relevanti tkun inġabret b’kooperazzjoni mal-NSAs, l-ABE tittrażmetti lill-BERS id-dejta neċessarja biex jiġu kkumpilati l-indikaturi msemmija aktar ’l isfel, li huma pprovduti wkoll lill-ABE, kif ukoll korrelazzjonijiet bejn l-indikaturi u l-miżuri ta’ varjazzjoni li ġejjin: minimu, l-ewwel (aktar baxx) u t-tielet (ogħla) quartile, mezzan, medju, massimu. L-ABE għandha tittrażmetti din l-informazzjoni kull trimestru, ħamest ijiem tax-xogħol wara li l-ABE tkun irċeviet id-dejta mingħand l-NSAs, li jseħħ 90 jum wara d-data ta’ referenza. Id-data għall-ewwel trażmissjoni ta’ informazzjoni għandha tiġi miftehma bejn il-BERS u l-ABE. Dejta b’lura konsistenti għall-ħames sat-tmien trimestri preċedenti għandha tiġi ppreżentata wkoll, jekk disponibbli, fuq bażi tal-aħjar sforz.

L-indikaturi li ġejjin għandhom jiġu pprovduti:

(a)

indikaturi tas-solvibbiltà:

proporzjon tal-kapital tier 1; proporzjon tal-kapital totali; proporzjon ta’ tier 1 (esklużi l-istrumenti ibridi); rekwiżiti tal-kapital ta’ kreditu ta’ riskju tar-rekwiżiti tal-kapital totali; rekwiżiti tal-kapital tar-rekwiżiti tal-kapital totali b’metodu standardizzat; rekwiżiti tal-kapital ta’ titolizzazzjoni tar-rekwiżiti tal-kapital totali; rekwiżiti tal-kapital b’metodu “bbażat fuq klassifika interna” tar-rekwiżiti tal-kapital totali; ir-rekwiżiti tal-kapital tar-riskju tas-suq tar-rekwiżiti tal-kapital totali; ir-rekwiżiti tal-kapital tar-riskju operazzjonali tar-rekwiżiti tal-kapital totali; rekwiżiti tal-kapital tar-riskju għas-saldu u l-kunsinna tar-rekwiżiti tal-kapital totali; rekwiżiti tal-kapital oħrajn tar-rekwiżiti tal-kapital totali;

(b)

indikaturi tar-riskju ta’ kreditu u tal-kwalità tal-assi:

self dovut (> 90 jum) għal self totali u ħlasijiet bil-quddiem; self ippreġudikat għal self totali; proporzjon tal-kopertura (benefiċċji speċifiċi għat-total tas-self gross ippreġudikat); self dovut (> 90 jum) u strumenti ta’ dejn għal self totali u l-istrumenti ta’ dejn; proporzjon tal-kopertura (benefiċċji speċifiċi għal self u strumenti ta’ dejn għat-total tas-self gross ippreġudikat u l-istrumenti ta’ dejn); proporzjon tal-kopertura (benefiċċji kollha għal self u strumenti ta’ dejn għat-total tas-self gross ippreġudikat u l-istrumenti ta’ dejn); assi finanzjarji ppreġudikati għall-assi totali; strumenti ta’ dejn ippreġudikati għat-total tal-istrumenti ta’ dejn; indeboliment akkumulat tal-assi finanzjarji għat-total tal-assi (gross);

(c)

indikaturi tar-riskji għall-qligħ:

redditu fuq l-ekwità; redditu fuq ir-rekwiżiti tal-kapital regolatorju; proporzjon tal-kost-dħul; redditu fuq l-assi; dħul mill-imgħax nett għat-total tad-dħul operattiv; miżata nett u dħul bħala kummissjoni għat-total tad-dħul operattiv; dħul minn dividend għat-total tad-dħul operattiv; qligħ (telf) realizzat nett fuq assi finanzjarji u passiv mhux imkejjel b’valur ġust permezz ta’ qligħ jew telf għat-total tad-dħul operattiv; dħul nett fuq assi finanzjarji u passiv miżmumin għan-negozju għat-total tad-dħul operattiv; dħul nett fuq assi finanzjarji u passiv indikati b’valur ġust permezz ta’ qligħ jew telf għat-total tad-dħul operattiv; dħul operattiv ieħor nett għat-total tad-dħul operattiv; dħul nett għat-total tad-dħul operattiv; indeboliment tal-assi finanzjarji għat-total tad-dħul operattiv

(d)

struttura tal-karta ta’ bilanċ:

proporzjon self-għal-depożitu; depożiti tal-klijenti għat-total tal-passiv; proporzjon ta’ lieva finanzjarja (kapital tieri 1 għal (total tal-assi); titoli ta’ dejn għat-total tal-passiv; depożiti minn istituzzjonijiet ta’ kreditu għat-total tal-passiv; ekwità għat-total tal-passiv u tal-ekwità; flus kontanti u assi għan-negozju għat-total tal-assi; flus kontanti, assi għan-negozju u assi disponibbli-għal-bejgħ għat-total tal-assi; assi finanzjarji miżmumin għan-negozju għat-total tal-assi; passiv finanzjarju miżmum għan-negozju għat-total tal-passiv u tal-ekwità; self u ħlasijiet bil-quddiem (eskluż il-ktieb tan-negozju) għat-total tal-assi; proporzjon dejn-għal-ekwità; partiti barra l-karta tal-bilanċ għat-total tal-assi;

(e)

rati ta’ tkabbir (%) fis-sena:

total tal-assi; self totali; total tad-depożiti tal-klijenti; total tad-dħul operattiv; indeboliment tal-assi finanzjarji; self u strumenti ta’ dejn dovuti (> 90 jum); total gross tas-self ippreġudikat u l-istrumenti ta’ dejn; assi stmati abbażi tar-riskju.

A2.   Sett ta’ dejta: dejta trimestrali dwar il-likwidità

L-ABE tittrażmetti lill-BERS id-dejta neċessarja biex jiġu kkumpilati l-indikaturi elenkati hawn isfel, li huma wkoll ipprovduti mill-ABE, kif ukoll il-miżuri ta’ varjazzjoni li ġejjin: minimu, l-ewwel (aktar baxx) u t-tielet (ogħla) quartile, mezzan, medju, massimu. Din l-informazzjoni tiġi trażmessa kull trimestru, ħamest ijiem tax-xogħol wara li l-ABE tkun irċeviet id-dejta mingħand l-NSAs, li jseħħ 90 jum wara d-data ta’ referenza. L-informazzjoni fl-ewwel trażmissjoni għandha tirreferi għal nofs l-2013, u skont l-aħħar bidliet għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rapportar stabbiliti fid-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u t-tkomplija tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (tfassil mill-ġdid) (2) u d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (tfassil mill-ġdid) (3). Id-data għall-ewwel trażmissjoni ta’ informazzjoni għandha tiġi miftehma bejn il-BERS u l-ABE. L-ebda informazzjoni storika ma hija meħtieġa.

L-indikaturi li ġejjin għandhom ikunu pprovduti: sostituti fuq il-bażi ta’ dejta disponibbli għall-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità u l-proporzjon tal-iffinanzjar stabbli nett.

A3.   Sett ta’ dejta: dejta trimestrali minn mudelli tal-ABE għar-rappurtar komuni ta’ skoperturi kbar  (4)

Sa fejn l-informazzjoni relevanti tkun inġabret b’kooperazzjoni mal-NSAs u skont ir-regola ġenerali dwar l-informazzjoni aggregata, l-ABE tittrażmetti lill-BERS id-dejta neċessarja biex jiġu kkumpilati l-indikaturi elenkati hawn isfel, li huma pprovduti wkoll mill-ABE, kif ukoll il-miżuri ta’ varjazzjoni miftehma bejn il-BERS u l-ABE. Din l-informazzjoni tiġi trażmessa kull trimestru, ħamest ijiem tax-xogħol wara li tkun ġiet riċevuta id-dejta mingħand l-NSAs, li jseħħ 90 jum wara d-data ta’ referenza. L-informazzjoni fl-ewwel trażmissjoni għandha tirreferi għall-aħħar ta’ Diċembru 2011. Id-data għall-ewwel trażmissjoni ta’ informazzjoni għandha tiġi miftehma bejn il-BERS u l-ABE. L-ebda informazzjoni storika ma hija meħtieġa.

L-indikaturi li ġejjin għandhom ikunu pprovduti: in-numru ta’ skoperturi kbar tal-gruppi bankarji kbar tal-Unjoni; l-ammont ta’ skoperturi kbar maqsumin skont il-pajjiż u s-settur tal-kontroparti (gvern; gruppi bankarji kbar oħrajn tal-Unjoni; banek oħra; intermedjarji finanzjarji oħra; korporazzjonijiet mhux finanzjarji; imnut); l-ammont (l-iskopertura qabel it-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu) ta’ skoperturi kbar tal-gruppi bankarji l-kbar tal-Unjoni maqsumin skont l-istrument (assi; derivati; barra l-karta tal-bilanċ; skoperturi indiretti) u l-persentaġġ tal-fondi proprji; l-ammont (l-iskopertura wara t-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu, tal-ktieb bankarju) ta’ skoperturi kbar ta’ gruppi bankarji kbar tal-Unjoni u l-persentaġġ ta’ fondi proprji.

B.   L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX)

L-AEAPX tirrapporta s-settijiet ta’ dejta li ġejjin. Is-sett ta’ dejta B1 jirreferi għal kumpaniji tal-assigurazzjoni kbar tal-Unjoni, kif identifikati mill-AEAPX. Is-sett ta’ dejta B2 jirreferi għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni kollha tal-Unjoni, b’din l-informazzjoni aggregata tinġabar fuq bażi individwali.

B1.   Sett ta’ dejta: rappurtar annwali rapidu

Sa fejn l-informazzjoni relevanti tkun inġabret b’kooperazzjoni mal-NSAs u skont ir-regola ġenerali dwar l-informazzjoni aggregata, l-AEAPX tittrażmetti lill-BERS id-dejta neċessarja biex jiġu kkumpilati l-indikaturi elenkati hawn isfel, li huma pprovduti wkoll mill-AEAPX, jew bħala ammonti totali jew bħala l-miżuri ta’ varjazzjoni li ġejjin: medja mhux ippeżata, medja ppeżata bil-primjums gross, mezzan, l-ewwel quartile, it-tielet quartile, minimu, massimu. L-informazzjoni hija trażmessa ta’ kull sena, madwar 80 jum tal-kalendarju wara s-sena ta’ referenza. Id-data għall-ewwel trażmissjoni ta’ informazzjoni għandha tiġi miftehma bejn il-BERS u l-AEAPX.

L-indikaturi li ġejjin għandhom jiġu pprovduti:

(a)

ammonti totali (somma):

(i)

total tan-negozju tal-assigurazzjoni (fuq il-ħajja u mhux fuq il-ħajja): primjums miktubin gross; primjums iggwadanjati nett; klejms imġarrba nett; spejjeż operattivi nett; kapital tas-solvibbiltà disponibbli; kapital tas-solvibbiltà meħtieġ;

(ii)

negozju tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja: primjums gross miktubin maqsumin skont il-linja tan-negozju (kontra l-inċidenti u tas-saħħa; ta’ vetturi bil-mutur; ir-responsabbiltà ta’ terzi għar-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur; klassijiet oħra; tal-baħar, tal-avjazzjoni u tat-trasport; kontra n-nar u ħsara oħra lill-proprjetà; responsabbiltà ġenerali; kreditu u garanzija; assigurazzjoni oħra mhux fuq il-ħajja); primjums iggwadanjati nett; klejms imġarrba nett; spejjeż operattivi nett; kapital tas-solvibbiltà disponibbli; kapital tas-solvibbiltà meħtieġ;

(iii)

negozju tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja: primjums gross miktubin maqsumin skont il-linja tan-negozju (assigurazzjoni fuq il-ħajja konnessa; assigurazzjoni fuq il-ħajja mhux konnessa; assigurazzjoni fuq il-fidi ta’ kapital; assigurazzjoni tal-pensjoni ta’ grupp; assigurazzjoni oħra fuq il-ħajja); primjums iggwadanjati nett; klejms imġarrba nett; spejjeż operattivi nett; kapital tas-solvibiltà disponibbli; kapital tas-solvibbiltà meħtieġ;

(b)

miżuri ta’ varjazzjoni:

(i)

negozju tal-assigurazzjoni totali (fuq il-ħajja u mhux fuq il-ħajja); rata ta’ tkabbir ta’ primjums gross miktubin; redditu fuq l-ekwità; redditu fuq l-assi; proporzjon ta’ solvibbiltà;

(ii)

negozju tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja: rata ta’ tkabbir tal-primjums gross miktubin maqsumin skont il-linja tan-negozju (kontra l-inċidenti u tas-saħħa; ta’ vetturi bil-mutur; ir-responsabbiltà ta’ terzi għar-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur; klassijiet oħra; tal-baħar, tal-avjazzjoni u tat-trasport; kontra n-nar u ħsara oħra lill-proprjetà; responsabbiltà ġenerali; kreditu u garanzija; assigurazzjoni oħra li mhijiex fuq il-ħajja); proporzjon tat-telf; proporzjon tal-ispiża; proporzjon ikkombinat; redditu fuq l-ekwità; redditu fuq l-assi; proporzjon ta’ solvibbiltà;

(iii)

negozju tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja: rata ta’ tkabbir ta’ primjums gross miktubin maqsumin skont il-linja tan-negozju (assigurazzjoni fuq il-ħajja konnessa; assigurazzjoni fuq il-ħajja mhux konnessa; assigurazzjoni fuq il-fidi ta’ kapital; assigurazzjoni tal-pensjoni ta’ grupp; assigurazzjoni oħra fuq il-ħajja); redditu fuq l-ekwità; redditu fuq l-assi; proporzjon ta’ solvibbiltà;

B2.   Sett ta’ dejta: rappurtar annwali regolari

Sa fejn l-informazzjoni relevanti tkun inġabret b’kooperazzjoni mal-NSAs u skont ir-regola ġenerali dwar l-informazzjoni aggregata, l-AEAPX tittrażmetti lill-BERS id-dejta neċessarja biex jiġu kkumpilati l-indikaturi elenkati aktar ’l isfel, li huma wkoll ipprovduti mill-AEAPX, bħala ammonti totali: medja mhux ippeżata, medja ppeżata bil-primjums gross, proporzjonijiet tal-assiguraturi l-kbar tal-Unjoni, mezzan, l-ewwel quartile, it-tielet quartile, minimu, massimu. Din l-informazzjoni hija trażmessa ta’ kull sena, madwar 270 jum tal-kalendarju wara s-sena ta’ referenza. Id-data għall-ewwel trażmissjoni ta’ dejta għandha tiġi miftehma bejn il-BERS u l-AEAPX. Serje storiċi huma pprovduti sa mill-2003.

L-indikaturi li ġejjin għandhom jiġu pprovduti:

(a)

total tan-negozju tal-assigurazzjoni (fuq il-ħajja u mhux fuq il-ħajja): primjums miktubin gross; primjums iggwadanjati nett; klejms imġarrba nett; spejjeż operattivi nett; kapital tas-solvibbiltà disponibbli; kapital tas-solvibbiltà meħtieġ;

(b)

negozju tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja: primjums gross miktubin maqsumin skont il-linja tan-negozju (kontra l-inċidenti u tas-saħħa; ta’ vetturi bil-mutur; ir-responsabbiltà ta’ terzi għar-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur; klassijiet oħra; tal-baħar, tal-avjazzjoni u tat-trasport; kontra n-nar u ħsara oħra lill-proprjetà; responsabbiltà ġenerali; kreditu u garanzija; assigurazzjoni oħra mhux fuq il-ħajja), primjums iggwadanjati nett; klejms imġarrba nett; spejjeż operattivi nett; kapital tas-solvibbiltà disponibbli; kapital tas-solvibbiltà meħtieġ;

(c)

negozju tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja: primjums gross miktubin maqsumin skont il-linja tan-negozju (assigurazzjoni fuq il-ħajja konnessa; assigurazzjoni fuq il-ħajja mhux konnessa; assigurazzjoni fuq il-fidi tal-kapital; assigurazzjoni tal-pensjoni ta’ grupp; assigurazzjoni oħra fuq il-ħajja); primjums iggwadanjati nett; klejms imġarrba nett; spejjeż operattivi nett; kapital tas-solvibbiltà disponibbli; kapital tas-solvibbiltà meħtieġ.

C.   L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS)

L-AETS tirrapporta s-settijiet ta’ dejta li ġejjin:

C1.   Sett ta’ dejta: Database tad-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji  (5) (“MiFiD”)

L-AETS tittrażmetti lill-BERS dejta, miġbura b’kooperazzjoni mal-NSAs, meħtieġa biex jiġu kkumpilati l-indikaturi elenkati aktar ’l isfel, li huma wkoll ipprovduti wkoll mill-AETS. Din l-informazzjoni hija trażmessa fuq bażi trimestrili, ħamest ijiem wara l-perijodu ta’ referenza. Id-data għall-ewwel trażmissjoni ta’ informazzjoni għandha tiġi miftehma bejn il-BERS u l-AETS. Informazzjoni storika hija pprovduta sa minn Novembru tal-2007.

L-indikaturi li ġejjin għandhom jiġu pprovduti: l-isem u l-identifikazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat l-internalizzaturi sistematiċi: l-isem u l-identifikazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat il-faċilitajiet ta’ negozju multilaterali; l-isem u l-indikazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat is-suq regolat; l-isem u l-indikazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat l-istabbilimenti tar-rilaxx tal-kontroparti ċentrali.

C2.   Sett ta’ dejta: database tas-sistema ta’ dejta ta’ referenza

L-AETS tittrażmetti lill-BERS dejta, miġbura b’kooperazzjoni mal-NSAs, meħtieġa biex jiġu kkumpilati l-indikaturi elenkati aktar ’l isfel, li huma wkoll ipprovduti wkoll mill-AETS, kif ukoll il-miżuri ta’ varjazzjoni miftehma bejn il-BERS u l-AETS. Din l-informazzjoni hija trażmessa fuq bażi trimestrili, ħamest ijiem wara l-perijodu ta’ referenza. Id-data għall-ewwel trażmissjoni ta’ informazzjoni għandha tiġi miftehma bejn il-BERS u l-AETS. Informazzjoni storika hija pprovduta sa minn Ġunju tal-2009.

L-indikaturi li ġejjin għandhom jiġu pprovduti: it-tqassim tal-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozju fis-swieq taż-Żona Ekonomika Ewropea li l-kodiċi tal-Klassifikazzjoni tal-Istrumenti Finanzjarji tagħhom huwa ES (ishma ordinarji/komuni); numru ta’ strumenti skont l-Istati Membri; numru ta’ strumenti ammessi mis-suq; numru ta’ strumenti ġodda maħruġin mis-suq; numru ta’ strumenti ġodda maħruġin mill-Istati Membri.


(1)  Il-mudelli tal-COREP u tal-FINREP, fis-seħħ fid-data tar-rapportar, kif prodotti bħala linji gwida tal-ABE ppubblikati fis-sit elettroniku tal-ABE http://www.eba.europa.eu jew, kif xieraq, bħala standards tekniċi żviluppati mill-ABE u adottati mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 74(2) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u t-tkomplija tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

(4)  Il-mudelli għall-iskoperturi kbar, fis-seħħ fid-data tar-rappurtar, kif prodotti bħala linji gwida tal-ABE ppubblikati fis-sit elettroniku tal-ABE http://www.eba.europa.eu jew, kif xieraq, bħala standards tekniċi żviluppati mill-ABE (parti mill-qafas tal-COREP) u adottati mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 110 tad-Direttiva 2006/48/KE.

(5)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).


ANNESS III

Talbiet ad hoc mill-BERS għal informazzjoni aggregata

A.   KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

1.   Identifikazzjoni tal-ħtieġa għal stħarriġ ad hoc

1.1.   Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) jista’ jitlob li tiġi pprovduta informazzjoni aggregata fuq bażi ad hoc. Dawn it-talbiet għal informazzjoni ad hoc mill-BERS jistgħu jiġu indirizzati billi: (a) tiġi pprovduta informazzjoni li hija diġà disponibbli mingħand is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASEi), fornituri ta’ dejta kummerċjali jew id-databases ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, eż. il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BIS); jew (b) it-twettiq ta’ stħarriġ ad hoc.

1.2.   Fl-isfond ta’ dak imsemmi hawn fuq, talbiet inizjali ad hoc għal informazzjoni aggregata ppreżentata mill-istrutturi tal-BERS ġeneralment iwasslu biex l-ewwel tiskatta fażi ta’ investigazzjoni, li l-għan tagħha huwa li tidentifika jekk jinħtieġx li jitwettaq stħarriġ ad hoc. Il-fażi ta’ investigazzjoni għandha, b’mod partikolari, tevalwa liema dejta kwantitattiva u kwalitattiva hija diġà disponibbli u jekk hijiex tajba għall-iskop. Fejn id-dejta disponibbli mhijiex tajba għall-iskop u jkun hemm ħtieġa biex id-dejta tinġabar mingħand aġenti għar-rapportar permezz ta’ stħarriġ ad hoc, il-fażi ta’ investigazzjoni tista’ diġà tidentifika il-popolazzjoni tar-rapportar u l-implikazzjonijiet wiesa’ tal-kost għall-aġenti għar-rapportar fit-twettiq ta’ stħarriġ ad hoc. L-eżitu tal-investigazzjoni jista’ jinvolvi l-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-Bord Ġenerali tal-BERS biex l-informazzjoni aggregata tinġabar permezz ta’ stħarriġ ad hoc.

1.3.   Il-BERS u ASE waħda jew aktar jistgħu jaqblu, minħabba l-interess komuni tagħhom f’suġġett speċifiku, li jniedu stħarriġ ad hoc konġunt, f’liema każ fażi ta’ investigazzjoni ma tkunx neċessarja.

2.   Tipi ta’ stħarriġ ad hoc

2.1.   Jistgħu jintużaw żewġ tipi ta’ stħarriġ ad hoc:

(a)

Stħarriġ ta’ tip 1 jiffokaw fuq kwistjonijiet speċifiċi, eż. evalwazzjoni adegwata tal-iskoperturi, u normalment jimmiraw li jipprovdu tqassim aktar dettaljat f’eżerċizzji regolari ta’ ġbir ta’ dejta, eż. il-pożizzjonijiet “ta’ liema”. Stħarriġ ta’ tip 1 jistgħu jkopru wkoll settijiet ta’ dejta li jwasslu għal ġbir ta’ dejta (regolari) f’kuntest differenti jew minn organizzazzjoni differenti, bħalma huwa l-Fond Monetarju Internazzjonali jew il-BIS, u li għalihom diġà jeżistu oqfsa metodoloġiċi stabbiliti;

(b)

Stħarriġ ta’ tip 2 ikopru fenomeni li ma ġewx analizzati qabel u li għalihom ma ġiet stabbilita l-ebda metodoloġija u ma jitwettaq l-ebda ġbir regolari tal-informazzjoni. Stħarriġ ta’ tip 2 jeħtieġu konsiderevolment ħafna aktar xogħol mill-istħarriġ ta’ tip 1 u jista’ ma jkollhomx kriterju ta’ referenza. Informazzjoni estratta minn stħarriġ ta’ tip 2 tista’ tkun aktar diffiċli biex tiġi interpretata. Il-ħtieġa li jiġu identifikati l-aġenti għar-rapportar relevanti u li jiġi stabbilit qafas metodoloġiku tista’ timplika illi huwa meħtieġ żmien kunsiderevoli qabel ma tinġabar l-informazzjoni.

2.2.   Meta jkun qed jiddeċiedi dwar jekk huwiex meħtieġ stħarriġ ad hoc, il-Bord Ġenerali tal-BERS għandu jkun informat dwar u jikkunsidra l-kost li x’aktarx ikun involuti u l-iskeda għat-twettiq ta’ dan l-istħarriġ.

B.   PRINĊIPJI U PROĊEDURA GĦALL-ĠESTJONI TA’ TALBIET AD HOC

3.   Prinċipji

Is-Segretarjat tal-BERS, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-ASEi (minn hawn ‘il quddiem il-“partijiet”) ser jimxu mal-prinċipji li ġejjin meta jkunu qed jaħdmu fuq talbiet għall-informazzjoni ad hoc mingħand il-BERS:

(a)

isegwu l-passi proċedurali miftiehma, li għandhom ikunu applikati b’mod trasparenti;

(b)

jevitaw interazzjoni eċċessiva mal-aġenti għar-rapportar;

(c)

jimmassimizzaw l-użu ta’ informazzjoni eżistenti għal diversi raġunijiet analitiċi u operattivi, filwaqt illi jirrispettaw ir-restrizzjonijiet legali neċessarji u l-miżuri għall-ħarsien tal-kunfidenzjalità;

(d)

sa fejn huwa possibbli, jużaw metodoloġiji u ġabriet ta’ dejta eżistenti li huma kemm jista’ jkun armonizzati;

(e)

jiżviluppaw l-aħjar prattiki għal stħarriġ ad hoc billi jintroduċu mekkaniżmi għall-feedback u jaqsmu l-informazzjoni dwar il-metodoloġiji fost il-partijiet kollha involuti.

4.   Proċedura

4.1.   Fażi tal-investigazzjoni

4.1.1.

L-istrutturi tal-BERS iwasslu t-talbiet inizjali tagħhom għal ġabra ad hoc ta’ informazzjoni aggregata lis-Segretarjat tal-BERS, li mbagħad jorganizza l-fażi tal-investigazzjoni bl-appoġġ tal-BĊE, billi jieħu l-azzjonijiet deskritti hawn taħt. It-talba għall-informazzjoni inizjali hija trasformata f’rekwiżiti tad-dejta attwali u d-disponibbiltà u l-kwalità ta’ informazzjoni relevanti hija evalwata fi ħdan organizzazzjonijiet relevanti. L-ASEi u l-Kumitat Konġunt tal-ASEi huma mgħarrfa bil-kontenut tat-talba ad hoc inizjali u huma mistednin biex jikkooperaw mal-BĊE fl-evalwazzjoni tal-informazzjoni disponibbli, bil-ħsieb li jiġi mmassimizzat l-użu ta’ informazzjoni miġbura preċedentement u li jiġi evitat piż miżjud ta’ rapportar. Il-fażi tal-investigazzjoni tista’ tiddependi wkoll fuq is-SEBĊ, inkluż il-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ (STC), il-Kumitat għall-Istabbiltà Finanzjarja tas-SEBĊ (FSC), jew sorsi oħrajn fi ħdan is-Sistema Statistika Ewropea, fornituri ta’ dejta kummerċjali u organizzazzjonijiet internazzjonali, eż. il-BIS.

4.1.2.

Jekk, bħala riżultat tal-fażi tal-investigazzjoni: (a) dejta tajba għall-użu jew sostituti aċċettabbli huma disponibbli u ta’ kwalità suffiċjenti, u (b) tkun inkisbet l-awtorizzazzjoni tas-sid biex tintuża dejta li mhijiex kollha pubblika, din id-dejta tiġi pprovduta permezz tas-Segretarjat tal-BERS lill-istruttura relevanti tal-BERS li qed titlob l-informazzjoni, flimkien mal-evalwazzjoni tal-kwalità meħtieġa u l-informazzjoni dwar il-kost tad-dejta miksuba minn sorsi kummerċjali.

4.1.3.

F’każijiet oħrajn, b’mod partikoalri fejn isseħħ xi waħda minn dawn li ġejjin: (a) sostituti huma disponibbli iżda huma ta’ kwalità mhux magħrufa jew insuffiċjenti, (b) dejta u sostituti mhumiex disponibbli, (c) ma tinkisibx awtorizzazzjoni biex tintuża dejta li mhijiex kollha pubblika, il-BĊE jipprovdi lill-BERS bl-eżitu tal-valutazzjoni relatata mad-disponibbiltà tal-informazzjoni u jipproponi sorsi u metodoloġiji possibbli għal stħarriġ ad hoc, inklużi: (i) il-kategoriji u n-numru ta’ aġenti għar-rapportar, (ii) il-mezzi tar-rapportar, eż. l-STC, il-FSC jew l-ASEi, (iii) stima approssimattiva tal-kost u l-perijodu ta’ żmien, (iv) diffikultajiet previsti.

4.2.   Fażi tal-ġbir tad-dejta

4.2.1.

Wara li jirċievi r-riżultati tal-investigazzjoni, is-Segretarjat tal-BERS jissottometti permezz tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BERS u għall-approvazzjoni tal-Bord Ġenerali tal-BERS proposta għal azzjoni ta’ segwitu flimkien ma’ evalwazzjoni approssimattiva tal-merti u tal-kost. Il-Bord Ġenerali tal-BERS jiddeċiedi jekk jagħmilx stħarriġ ad hoc, li jista’ jitlob l-involviment ta’ aġenti għar-rapportar. Id-deċiżjoni tal-Bord Ġenerali tista’ tiddetermina, b’mod partikolari: (a) it-tqassim tal-informazzjoni mitluba fuq livell istituzzjonali u ta’ partita, (b) il-sistema ta’ kunfidenzjalità li għandha tiġi applikata, b’mod partikolari min ser jitħalla jaċċessa liema dejta u kif id-dejta għandha tiġi maħżuna u trażmessa, (c) il-perijodi ta’ żmien għall-għoti tal-informazzjoni.

4.2.2.

Fejn stħarriġ ad hoc jitmexxa minn ASE, is-Segretarjat tal-BERS jikkuntattja lill-ASE relevanti u lill-Kumitat Konġunt. Id-dejta tista’ tiġi trażmessa permezz tal-BĊE, b’konformità sħiħa mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1).

4.2.3.

Fejn stħarriġ ad hoc jitmexxa mis-SEBĊ, is-Segretarjat tal-BERS jikkuntattja lill-BĊE, li mbagħad jibda l-kuntatt mal-aġenti għar-rapportar potenzjali permezz tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti billi jintużaw il-kumitati tas-SEBĊ xierqa u billi jiġu rrispettati l-limitazzjonijiet applikabbli fuq il-kunfidenzjalità.

4.2.4.

Wara t-tlestija ta’ kull stħarriġ ad hoc, il-partijiet għandhom jaqsmu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-istħarriġ u, b’mod partikolari, dwar il-metodoloġiji u l-kontrolli tal-kwalità applikati kif ukoll dwar diffikultajiet li jkunu ltaqgħu magħhom, bil-ħsieb li jtejbu l-effettività u l-effiċjenza ta’ stħarriġ futuri.


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

13.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/12


RAKKOMANDAZZJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

tat-2 ta’ Diċembru 2009

dwar notifiki, limiti taż-żmien u konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 7 tal-Att imsemmi fil-punt 5cl tal-Anness XI għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi), kif adottata mill-Protokoll 1 tagħha

2011/C 302/05

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (1),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim tal-Istati tal-EFTA dwar il-Ħolqien ta’ Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja, u partikolarment l-Artikolu 5(2)(b) tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Att imsemmi fil-punt 5cl tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (3) (id-Direttiva Kwadru) kif adottata mill-Protokoll 1 tagħha, u b'mod partikolari l-Artikolu 19(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont il-qafas regolatorju għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali huma obbligati li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern billi jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Awtorità b’mod trasparenti sabiex jiżguraw l-iżvillup ta’ prattika regolatorja konsistenti u l-applikazzjoni konsistenti tad-Direttivi li jiffurmaw il-qafas regolatorju.

(2)

Biex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet mittieħda fuq livell nazzjonali ma jkollhomx effett ħażin fuq is-suq uniku jew fuq l-għanijiet segwiti mill-qafas regolatorju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jridu jinnotifikaw lill-Awtorità u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-oħra dwar dawk il-miżuri abbozzati li huma stipulati fl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru).

(3)

Bħala kundizzjoni addizzjonali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jridu jiksbu l-awtorizzazzjoni tal-Awtorità għal obbligi koperti bit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 8(3) tal-Att imsemmi fil-punt 5cj tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (4) (id-Direttiva tal-Aċċess), kif adottat mill-Protokol 1 tiegħu, li huwa proċess separat.

(4)

Jekk ikunu jixtiequ, l-Awtorità tagħti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-opportunità biex jiddiskutu kwalunkwe miżuri fi stadju ta' abbozz, qabel issir notifika formali ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru) u l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva tal-Aċċess). Meta, f’konformità mal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru), l-Awtorità tkun tat indikazzjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali li hi jidhrilha li l-miżura abbozz tkun ser toħloq xkiel għall-ftehim taż-ŻEE jew meta jkollha dubji serji dwar kemm il-miżura hija kompatibbli mal-liġi taż-ŻEE, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha tingħata opportunità minn kmieni biex tesprimi l-fehmiet tagħha dwar il-kwistjonijiet imqajma mill-Awtorità.

(5)

Id-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru) tistabbilixxi ċerti skadenzi vinkolanti għall-eżaminar tan-notifiki skont l-Artikolu 7.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni u konsultazzjoni stabbilit fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru) u sabiex tiġi ggarantita ċertezza legali, regoli ċari li jittrattaw dwar l-aspetti proċedurali prinċipali tan-notifiki magħmula skont l-Artikolu 7 ġew stabbiliti bir-Rakkomandazzjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tal-14 ta' Lulju 2004 dwar in-notifiki, l-iskadenzi u l-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks u s-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika (5). Ir-Rakkomandazzjoni tal-14 ta' Lulju 2004 għandha tiġi sostitwita b'din ir-Rakkomandazzjoni bil-għan li jiġi simplifikat u jittejjeb il-proċess ta' notifika u tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata tal-qafas regolatorju dwar in-netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika madwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

(7)

Biex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar il-kontenut tal-miżuri abbozz ikunu aktar iggwidati u biex tiżdied iċ-ċertezza legali dwar il-kompletezza tan-notifika, ċertu tagħrif minimu għandu jingħata dwar f'xiex għandha tikkonsisti miżura abbozz sabiex tkun tista' tiġi vvalutata b'mod xieraq.

(8)

Tqieset il-ħtieġa biex tiġi assigurata valutazzjoni effettiva, minn naħa, u biex kemm jista' jkun tiġi ssimplifikata l-amministrazzjoni, min-naħa l-oħra. F’dan ir-rigward, il-mekkaniżmu ta’ notifika m’għandu jinvolvi l-ebda piż amministrattiv bla ħtieġa fuq spallejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Ikun ukoll ta' benefiċċju li jiġu ċċarati arranġamenti proċedurali fil-kuntest tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva tal-Aċċess).

(9)

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jużaw formati standard għan-notifiki sabiex jgħinu fis-simplifikazzjoni ta' miżura abbozz innotifikata u biex iħaffu l-proċess.

(10)

Bi ftehim komuni bejn l-Istati EFTA u l-Partijiet Contraenti għall-Ftehim EFTA, il-lingwa Ingliża għandha tintuża bħala l-lingwa tal-operar għall-komunikazzjonijiet kollha bejn l-Istati tal-EFTA u l-Awtorità. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-partijiet privati u l-impriżi biex jissottomettu dokumenti b'kull lingwa oħra taż-ŻEE, kif previst bil-Ftehim taż-ŻEE.

(11)

Sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-mekkaniżmu tan-notifika, tiżdied iċ-ċertezza legali għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-aġenti tas-suq, u tiġi żgurata implimentazzjoni fil-waqt tal-miżuri regolatorji, hemm ix-xewqa li notifika minn awtorità regolatorja nazzjonali li tkopri analiżi tas-suq għandha tinkludi wkoll ir-rimedji proposti mill-awtorità regolatorja nazzjonali indirizzati lejn in-nuqqasijiet tas-suq identifikati. Meta l-miżura abbozz tkun marbuta ma’ suq li jinstab li hu kompetittiv u r-rimedji diġà jkunu jeżistu fejn għandu x’jaqsam dak is-suq, in-notifika għandha tinkludi wkoll il-proposti għall-irtirar ta’ dawk l-obbligi.

(12)

In ġenerali, għal ċerti kategoriji tal-miżuri abbozz għandha tintuża formola qasira għan-notifiki sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Awtorità. Notifiki ta’ dawn il-kategoriji bil-proċedura standard huma possibli.

(13)

Fejn awtorità regolatorja nazzjonali għandha l-intenzjoni li tirtira l-obbligi regolatorji f'relazzjoni mas-swieq ma tinkludix ir-Rakkomandazzjoni tal-Awtorità tal-5 ta' Novembru 2008 dwar il-prodott relevanti u s-swieq tas-servizzi fi ħdan is-settur ta' komunikazzjoni elettroniċi suxxettibbli għar-regolament ex ante  (6), in-notifika ta' tali miżura abbozz taħt l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru) għandha ssir permezz tal-formola qasira ta' notifika.

(14)

Meta awtorità regolatorja nazzjonali teżegwixxi analiżi ta' suq li jkun instab li kien effettivament kompetittiv f'analiżi preċedenti u għal darba oħra jerġa' jinstab li dan is-suq huwa effettivament kompetittiv, in-notifika għandha tintgħamel permezz tal-formola qasira għan-notifiki.

(15)

Frekwentement, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jemendaw id-dettalji tekniċi tar-rimedji imposti biex jiġu kkunsidrati l-varjazzjonijiet fl-indikaturi ekonomiċi (tagħmir, xogħol, inflazzjoni, nefqa tal-kapital, rati tal-kera tal-proprjetà, eċċ.), jew biex jiġu aġġornati l-previżjonijiet jew is-suppożizzjonijiet. Il-varjazzjonijiet jew l-aġġornamenti tad-dettalji li ma jibdlux in-natura jew l-ambitu ġenerali tar-rimedji (pereżempju, estensjoni tal-obbligi tal-irrappurtar, dettalji dwar ir-riskji li għandhom ikunu koperti mill-assigurazzjoni, ammonti ta’ penali, jew perjodi għall-fornimenti) għandhom jiġu nnotifikati permezz tal-formola qasira għan-notifiki. Dawk it-tibdiliet sostanzjali biss applikati għan-natura jew l-ambitu tar-rimedji li għandhom impatt apprezzabbli fuq is-suq (bħal fil-każ talivelli ta’ prezzijiet, emendi fil-metodoloġiji użati għall-kolkolu tal-infiq u l-prezzijiet, l-iffissar tal-perjodi tranżitorji) għandhom jiġu nnotifikati permezz tal-proċedura standard ta’ notifika.

(16)

Fir-rigward ta' ċerti swieq (partikolarment, is-swieq tat-terminazzjoni tas-sejħiet vokali), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jaslu għall-istess konklużjoni bħal dik li jkunu waslu għaliha f'analiżi preċedenti u jixtiequ jimponu rimedji fuq operaturi ulterjuri (pereżempju, l-operaturi l-ġodda) b'bażi tal-konsumatur simili għal ta' operaturi koperti minn analiżi preċedenti jew fatturat totali bħal tagħhom, li ma jkunux differenti b'mod sostanzjali mill-miżuri abbozz diġà nnotifikati. Għal dawn il-miżuri abbozz għandha tintuża l-formola qasira tan-notifiki.

(17)

Miżura abbozz notifikata permezz ta’ formula qasira tan-notifiki, fil-prinċipju ma għandiex tagħti lok għal kummenti mill-Awtorità lill-awtorita regolatorja nazzjonali taħt l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru).

(18)

Biex tiżdied it-trasparenza fuq notifika permezz tal-proċedura standard u biex tiffaċilita l-bdil ta’ informazzjoni fuq miżuri bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kemm il-proċedura standard u l-formola qasira tan-notifiki għandha tinkludi rendiment fil-qosor tal-elementi prinċipali tal-miżura notifikata.

(19)

Il-Grupp Ewropew tar-Regolaturi għan-Netwerks u s-Servizzi ta' Komunikazzjoni Elettronika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/627/KE (7) irrikonoxxa l-ħtieġa ta' dawn l-arranġamenti.

(20)

Biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru), b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu żgurati prattiki regolatorji konsistenti u applikazzjoni konsistenti ta' din id-Direttiva, hija essenzjali konformità sħiħa mal-mekkaniżmu tan-notifiki stabbilit fl-Artikolu 7.

(21)

Sabiex ikun hemm applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju madwar iż-ŻEE kollha u biex jinkisbu l-benefiċċji tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjoni, huwa essenjzali li jkun żgurat il-fluss tal-informazzjoni bejn kemm l-EFTA u l-pilastri tal-KE taż-ŻEE. Adattament speċifiku tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru) għal dan il-għan li hemm fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 11/2004 jipprevedi li “l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati taż-EFTA fuq in-naħa l-waħda u l-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri Komunitarji fuq in-naħa l-oħra għandu jgħaddi minn idejn l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u l-Kummissjoni.”

(22)

Il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet tal-EFTA ta l-opinjoni tiegħu f'konformità mal-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru),

B'DAN JIRRAKKOMANDA:

1.

It-termini definiti fid-Direttiva (id-Direttiva Kwadru) 2002/21/KE u d-direttivi speċifiċi għandhom l-istess tifsira meta użati f'din ir-Rakkomandazzjoni. Flimkien ma' dan:

(a)

“Rakkomandazzjoni dwar is-swieq relevanti” tfisser li r-Rakkomandazzjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tal-5 ta' Novembru 2008 dwar il-prodotti u servizzi tas-swieq relevanti fi ħdan is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi suxxettibbli għar-regolament ex ante  (8) u kull Rakkomandazzjoni sussegwenti dwar is-swieq relevanti;

(b)

“notifika” tfisser in-notifika lill-Awtorità minn awtorità regolatorja nazzjonali ta' miżura abbozz f'konformità mal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva kwadru) jew talba f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva tal-Aċċess), akkumpanjata mill-formola standard tan-notifiki jew il-formola qasira tan-notifiki kif previst f'din ir-Rakkomandazzjoni (l-Anness I u l-Anness II).

2.

In-notifiki għandhom isiru esklussivament permezz ta' sistema ta' notifiki elettroniċi operati mill-Awtorità.

Id-dokumenti mibgħuta permezz tas-sistema ta' notifiki elettroniċi jitqiesu li jkunu waslu għand id-destinatarju tagħhom dakinhar stess li fih ikunu ntbagħtu.

In-notifiki jiġu rreġistrati fl-ordni li jaslu fih.

3.

In-notifiki jsiru effettivi fid-data li fiha l-Awtorità tirreġistrahom (“id-data tar-reġistrazzjoni”). Id-data tar-reġistrazzjoni tkun id-data li fiha l-Awtorità tirċievi notifika kompleta.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kollha jkunu infurmati permezz tal-websajt tal-Awtorità u tal-posta elettronika dwar id-data tar-reġistrazzjoni tan-notifika, dwar is-suġġett li dwaru tkun tittratta u dwar kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva li tasal man-notifika.

4.

Miżura nazzjonali abbozz, flimkien mar-raġunar li fuqu hija bażata l-miżura, kif ukoll il-formola ta' notifika standard (l-Anness I) u l-formola ta' notifika qasira (l-Anness II) għandhom ikunu bl-Ingliż.

5.

Il-miżuri abbozz innotifikati minn awtorità regolatorja nazzjonali għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumentazzjoni meħtieġa biex l-Awtorità tkun tista' teżeġwixxi l-funzjonijiet tagħha. Għal dawk il-miżuri abbozz li jaqgħu taħt il-punt 6 ta' hawn taħt u li jiġu nnotifikati permezz tal-formola qasira għan-notifiki, fil-prinċipju l-Awtorità ma tinħtieġ l-ebda dokument addizzjoni biex teżegwixxi l-funzjonijiet tagħha.

Il-miżuri abbozz għandhom jiġu ssostanzjati kif xieraq.

6.

Il-miżuri abbozz li ġejjin għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-Awtorità permezz tal-użu tal-formola qasira għan-notifika li qiegħda fl-Anness II:

(a)

il-miżuri abbozz li jikkonċernaw is-swieq li tneħħew minn jew ma kinux elenkati fir-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq relevanti, jew għaliex suq ikun instab mill-awtorità regolatorja nazzjonali li hu kompetittiv, jew jekk l- awtorità regolatorja nazzjonali tikkonsidra t-tliet kriterji kumulattivi msemmija fil-punt 2 tar-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq relevanti li huma suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante m’għadhomx jiġu rrispettati;

(b)

il-miżuri abbozz li jikkonċernaw swieq li, filwaqt li huma inklużi fir-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq relevanti fis-seħħ, instab li kienu kompetittivi f'analiżi tas-swieq preċedenti, u għadhom kompetittivi sa issa;

(ċ)

il-miżuri abbozz li jbiddlu d-dettalji tekniċi tar-rimedji relogatorji li kienu ġew imposti qabel u li m'għandhomx impatt notevoli fuq is-suq (pereżempju, l-aġġornamenti annwali tal-ispejjeż u l-istimi ta' mudelli ta' kontabilità, skadenzi ta' rappurtar, skadenzi għall-fornimenti); u wkoll

(d)

il-miżuri abbozz li jikkonċernaw suq relevanti li diġà ġie analizzat u nnotifikat b'rabta ma' impenji oħra, meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jimponu rimedji simili fuq impenji oħra, mingħajr ma jibdlu b'mod sinifikanti l-prinċipji applikati f'notifika preċedenti.

7.

L-Awtorità, billi tikkopera fil-viċin mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tissorvelja l-konsegwenzi prattiċi tal-proċedura tal-formola qasira għan-notifiki bil-għan li tagħmel kwalunkwe aġġustament ulterjuri li jista’ jkun meħtieġ jew iżżid kategoriji oħra ta’ miżuri abbozz li għandhom jiġu nnotifikati permezz tal-użu tal-formola qasira għan-notifiki.

8.

Il-miżuri abbozz li ma jaqgħux taħt il-punt 6 għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-Awtorità permezz tal-użu tal-formola standard għan-notifiki li qiegħda fl-Anness I. Il-miżuri abbozz innotifikati għandhom jinkludu, fejn applikabbli, kull wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:

(a)

is-suq relevanti tal-prodotti u s-servizzi, b'mod partikolari, deskrizzjoni tal-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu inklużi fis-suq relevanti jew esklużi minnu skont il-bażi ta' sostitwibbiltà min-naħa ta' domanda u min-naħa ta' provvista;

(b)

is-suq ġeografiku relevanti, inkluża analiżi motivata tal-kundizzjonijiet ta' kompetittività fuq il-bażi ta' sostitwibbiltà min-naħa ta' domanda u min-naħa ta' provvista;

(ċ)

l-impenji prinċipali li huma attivi fis-suq relevanti;

(d)

ir-riżultati tal-analiżi tas-suq relevanti, partikolarment is-sejbiet li jirrigwardaw il-preżenza jew l-assenza ta' kompetizzjoni effettiva, flimkien mar-raġunijiet għal dan. Għal dawn l-għanijiet, il-miżura abbozz għandha tinkludi analiżi tal-ishma tas-suq tad-diversi impenji u referenza għal kriterji relevanti oħra, kif ikun xieraq: ostakli għad-dħul, ekonomiji ta’ skala u ta’ ambitu, integrazzjoni vertikali, kontroll ta’ infrastruttura diffiċli li tkun iddupplikata, vantaġġi jew superjorità teknoloġiċi, assenza jew djgħufija tal-kontropoter tax-xerrejja, aċċess faċli jew ipprivileġġjat għas-swieq tal-kapital u r-riżorsi finanzjarji, daqs globali tal-impenn, diversifikazzjoni tal-prodotti u s-servizzi, eżistenza ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni u bejgħ żviluppata ħafna, l-assenza ta’ kompetizzjoni potenzjali u ostakli għall-espansjoni;

(e)

fejn xieraq, l-impenji li jridu jiġu identifikati bħala li għandhom, individwalment jew b'mod konġunt, saħħa kbira fis-suq fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 14 tad-Dirtettiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru) u l-motivi, ix-xhieda u kwalunkwe tagħrif fattwali relevanti ieħor li jsostni dawn l-identifikazzjonijiet;

(f)

ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika preċedenti mwettqa mill-awtorità regolatorja nazzjonali;

(g)

l-opinjoni, meta din tkun ipprovduta, tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni;

(h)

l-evidenza li, fil-ħin tan-notifika lill-Awtorità, ikunu ttieħdu l-passi adatti biex jiġu notifikati l-miżuri abbozz lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-Istati kollha l-oħra tal-EFTA, sal-punt li s-sistema elettronika operata mill-Awtorità ma tiżgurax tali notifika;

(i)

fil-każ ta' notifika tal-miżura abbozz li taqa' taħt l-iskop tal-Artikoli 5 jew 8 tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva tal-Aċċess) jew l-Artikolu 16 tal-Att imsemmi fil-punt 5cm tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (9) (Direttiva Servizz Universali) kif adattata mill-Protokoll 1, l-obbligi regolatorji speċifiċi proposti biex jindirizzaw in-nuqas ta' kompetizzjoni effettiva fis-suq releventi kkonċernati jew, fil-każijiet fejn is-suq relevanti jinstab li huwa kompetittiv b'mod effettiv u tali obbligi diġà ġew imposti fir-rispett ta' dak is-suq, il-miżuri abbozz proponew li jirtiraw dawk l-obbligi.

9.

Meta, għall-fini tal-analiżi tas-suq, miżura abbozz tiddefinixxi suq relevanti li huwa differenti minn dawk fir-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq relevanti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni biżżejjed fir-rigward tal-kriterji applikati għal din id-definizzjoni tas-suq.

10.

In-notifiki magħmula f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva tal-Aċċess) għandu jkun fihom ukoll ġustifikazzjoni xierqa għaliex obbligi differenti minn dawk elenkati fl-Artikoli 9 sa 13 tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva tal-Aċċess) għandhom jiġu imposti fuq operaturi ta' saħħa sinifikanti fis-suq.

11.

In-notifiki li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva tal-Aċċess) għandu jkun fihom ukoll ġustifikazzjoni xierqa għaliex il-miżuri abbozz intiżi huma meħtieġa jikkonformaw mal-impenji internazzjonali.

12.

In-notifiki magħmula permezz tal-proċedura standard għan-notifiki li jinkludu t-tagħrif applikabbli fl-ambitu tat-tifsira tal-punt 8 hawn fuq jitqiesu li huma kompluti. Meta t-tagħrif, inklużi d-dokumenti, li jkun fiha n-notifika ma jkunx sħiħ fir-rigward ta' xi punt essenzjali, l-Awtorità tinforma lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol u tispeċifika sa liema limitu tqis li n-notifika ma tkunx kompluta. In-notifika ma tiġix irreġistrata qabel ma l-awtorità regolatorja nazzjonali tipprovdi t-tagħrif meħtieġ. F'każi bħal dawn, għall-fini tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru), in-notifika ssir effettiva fid-data meta l-Awtorità tirċievi t-tagħrif sħiħ.

13.

Bla ħsara għall-punt 8 ta' hawn fuq, wara li tiġi rreġistrata n-notifika, l-Awtorità, hi u taġixxi f'konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru), tista' titlob għal aktar tagħrif jew għal kjarifika ulterjuri mingħand l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippruvaw jipprovdu t-tagħrif mitlub fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol, meta din l-informazzjoni tkun disponibbli mill-ewwel.

14.

L-Awtorità tivverifika jekk il-miżura abbozz li ġiet disponibbli permezz ta' formola qasira għan-notifiki taqax fl-ambitu tal-kategoriji elenkati taħt il-punt 6 ta' hawn fuq jew le. Meta jidhrilha li dan mhux il-każ, l-Awtorità tinforma lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol u titlob lill-awtorità regolatorja li tkun bagħtet in-notifika biex tissottometti l-miżura abbozz permezz tal-proċedura standard għan-notifiki.

15.

Meta tifformula l-osservazzjonijiet tagħha f'konformità mal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru), l-Awtorità tinnotifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata permezz ta' korrispondenza elettronika u tippubblika dawn l-osservazzjonijiet fuq il-websajt.

16.

Meta tifformula l-osservazzjonijiet tagħha f'konformità mal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru), awtorità regolatorja nazzjonali tikkomunika dawn l-osservazzjonijiet lill-Awtorità u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-oħra permezz ta' korrispondenza elettronika.

17.

Meta, f'konformità mal-Artikolu 7 (4) tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru), l-Awtorità jidhrilha li miżura abbozz tkun ser toħloq ostaklu għall-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE jew ikollha dubji serji dwar jekk din il-miżura hix kompatibbli mal-liġi taż-ŻEE u b'mod partikolari l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru); jew sussegwentement tirtira l-oġġezzjonijiet tagħha, jew tieħu deċiżjoni li biha ġġiegħel lil awtorità regolatorja nazzjonali tirtira miżura abbozz, tinnotifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata permezz ta’ korrispondenza elettronika u tqegħid ta’ avviż fuq il-websajt.

18.

Fir-rigward ta' notifiki magħmula f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva tal-Aċċess), il-Kummissjoni, hi u taġixxi skont l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva tal-Aċċess), bħala prinċipju tieħu deċiżjoni li biha tawtorizza jew timpedixxi l-adozzjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-miżura abbozz proposta fi żmien perjodu li ma jaqbiżx it-tliet xhur. L-Awtorità tista' tiddeċiedi li testendi dan il-perjodu b'xahrejn fid-dawl tad-diffikultajiet li jkunu tqajmu.

19.

Fi kwalunkwe ħin, awtorità regolatorja nazzjonali tista' tiddeċiedi li tirtira l-miżura abbozz innotifikata, f'liema każ il-miżura nnotifikata titneħħa mir-reġistru. L-Awtorità tippubblika avviż dwar dan fuq il-websajt.

20.

Meta awtorità regolatorja nazzjonali tadotta l-miżura abbozz wara li tkun irċeviet l-osservazzjonijiet tal-Awtorità jew ta' awtorità regolatorja oħra magħmula f'konformità mal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru), din għandha tinforma lill-Awtorità u lil awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra dwar il-mod li bih tkun qieset bl-akbar serjetà l-osservazzjonijiet magħmula.

21.

Meta mitluba minn awtorità regolatorja nazzjonali, l-Awtorità tidħol f'diskussjoni informali dwar il-miżura abbozz qabel ma tinnotifikaha.

22.

Kull perjodu ta' żmien imsemmi fid-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru) jew f'din ir-Rakkomandazzjoni jiġi kkalkulat kif ġej:

(a)

fejn perjodu espress f'jiem, ġimgħat jew xhur irid jiġi kkalkulat mill-mument li fih iseħħ avveniment, il-jum li matulu dak l-avveniment iseħħ m'għandux jingħadd bħala li jaqa' fil-perjodu kkonċernat;

(b)

perjodu espress f'ġimgħat jew xhur għandu jintemm bl-iskadenza tal-jum, ikun liema jkun, fl-aħħar ġimgħa jew fl-aħħar xahar, li jkun l-istess jum tal-ġimgħa jew jaqa' fl-istess data bħal tal-jum li fih ikun seħħ l-avveniment u li minnu l-perjodu għandu jiġi kkalkulat, Jekk, f'perjodu espress f'xhur, il-jum li fih għandu jiskadi ma jkunx jidher fl-aħħar xahar, il-perjodu għandu jintemm bl-iskadenza tal-aħħar jum ta' dak ix-xahar;

(ċ)

il-perjodi ta' żmien għandhom jinkludu l-btajjel pubbliċi, is-Sibtijiet u l-Ħdud, ħlief fejn dawn huma espressament esklużi jew fejn il-perjodi huma espressi fi ġranet tax-xogħol. Btajjel pubbliċi tfisser il-ġranet kollha maħtura bħala tali mill-Istat tal-EFTA kkonċernat jew mill-Awtorità:

(d)

il-ġranet tax-xogħol ifissru l-jiem kollha barra l-btajjel pubbliċi, is-Sibtijiet u l-Ħdud.

Jekk perjodu ta’ żmien ikun jispiċċa s-Sibt, il-Ħadd jew nhar btala pubblika, għandu jiġi estiż sal-aħħar tal-ewwel ġurnata tax-xogħol li jkun imiss.

L-Awtorità tippubblika lista tal-btajjel pubbliċi magħżula mill-Istati tal-EFTA u mill-Awtorità kull sena fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Istati tal-EFTA għandhom jitrażmettu lista ta' btajjel pubbliċi lill-Awtorità meta ssir talba.

23.

L-Awtorità, flimkien mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jevalwaw il-bżonn li jirrevedu din ir-Rakkomandazzjoni skont id-data stabilita fir-reviżjoni tal-qafas regolatorju li jrid jiġi inkluż fil-liġi taż-ŻEE, sabiex jiġi traspost fil-liġi nazzjonali mill-Istati tal-EFTA.

24.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati tal-EFTA.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA

Per SANDERUD

President

Kurt JÄGER

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Awtorità.

(2)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE.

(3)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 717/2007 ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32.

(4)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7.

(5)  Adottata bid-Deċiżjoni Nru 193/04/COL, ĠU L 113, 27.4.2006, p. 10.

(6)  L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Rakkomandazzjoni tal- 5 ta’ Novembru 2008 dwar is-swieq relevanti tal-prodotti u tas-servizzi fi ħdan is-settur tal-komunikazzjoni elettronika li huma suxxettibli għal regolamentazzjoni ex ante skont l-Att imsemmi fil-punt 5 cl tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjoni u servizzi elettroniċi), kif adattat mill-Protokoll 1 tiegħu. Minn issa 'l quddiem imsejħa bħala r-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq relevanti. Ir-Rakkomandazzjoni ġiet adottata bid-Deċiżjoni Nru 688/08/COL tal-5 ta' Novembru 2008 li tadotta r-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq relevanti fi ħdan is-is-settur ta' komunikazzjonijiet elettroniċi suxxettibbli għal regolament ex ante u ppubblikat fil-ĠU C 156, 9.7.2009, p. 18 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 36, 9.7.2009, p. 1.

(7)  ĠU L 200, 30.7.2002, p. 38, kif emendata.

(8)  Ara n-nota 5 aktar 'il fuq.

(9)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.


ANNESS I

Formola Standard għan-notifiki ta’ miżuri abbozz skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru)

(Formola standard għan-notifiki)

INTRODUZZJONI

Il-formola qasira għan-notifiki tispeċifika x’informazzjoni fil-qosor l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jridu jipprovdu lill-Awtorità meta jibagħtu notifika ta’ miżuri fi stadju ta’ abbozz Skont il-proċedura standard għan-notifiki f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru).

L-Awtorità bi ħsiebha tiddiskuti mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kwistjonijiet marbuta mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 7, speċjalment waqt il-laqgħat ta' qabel in-notifikar. Konsegwentement, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali huma mħeġġa jikkonsultaw mal-Awtorità dwar kwalunkwe aspett tal-formola standard għan-notifiki u, b'mod partikolari, dwar it-tip ta' informazzjoni li huma mitluba jfornu jew, kuntrarjament, dwar il-possibbiltà li jeliminaw il-ħtieġa li jipprovdu ċerta informazzjoni dwar dak li għandu x'jaqsam mal-analiżi tas-suq imwettqa f'konformità mal-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru).

INFORMAZZJONI KORRETTA U KOMPLETA

L-informazzjoni kollha kkomunikata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandha tkun korretta u kompluta u mqassra għal fuq il-formola standard għan-notifiki murija hawn isfel. Il-formola standard għan-notifiki mhux maħsuba biex tissostitwixxi l-abbozz tal-miżura nnotifikata, imma għandha sservi biex l-Awtorità u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta’ Stati tal-EFTA oħra jkunu jistgħu jivverifikaw li l-miżura abbozz notifikata jkun fil-fatt fiha, b’referenza għall-informazzjoni misjuba fil-formola standard għan-notifiki, l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Awtorità biex tkun tista' twettaq il-funzjonijiet tagħha skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru) fl-iskadenzi indikati fih.

L-informazzjoni meħtieġa għandha tiġi pprovduta fit-taqsimiet u l-paragrafi tal-formola standard għan-notifiki, b’referenzi reċiproċi għat-test sħiħ tal-miżura abbozz fejn tkun tinstab din l-informazzjoni.

IL-LINGWA

Il-formola standard għan-notifiki għandha timtela bl-Ingliż.

Taqsima 1

Definizzjoni tas-suq

Jekk jogħġbok semmi jew agħti fejn applikabbli:

1.1.

Is-suq tal-prodott/servizz relevanti. Dan is-suq huwa msemmi fir-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq relevanti?

1.2.

Is-suq ġeografiku relevanti.

1.3.

Rendiment fil-qosor tal-opinjoni, meta tkun ipprovduta, tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni.

1.4.

Ħarsa ġenerali fil-qosor tar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika diġà miksuba dwar id-definizzjoni proposta tas-suq (pereżempju, l-għadd ta' kummenti li jkunu daħlu, il-profil ta' dawk favur u ta' dawk kontra din id-definizzjoni proposta tas-suq).

1.5.

Meta s-suq relevanti jkun differenti minn dawk elenkati fir-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq relevanti, sommarju tar-ruġunijiet prinċipali li jiġġustifikaw id-definizzjoni proposta tas-suq b'referenza għat-Taqsima 2 tal-Linji Gwida tal-Awtorità tal-14 ta' Lulju 2004 għall-analiżi tas-suq u l-evalwazzjoni tal-kobor fis-saħħa tas-suq skont il-qafas regolatorju għan-netwerks u s-servizzi (1) tal-komunikazzjoni elettronika, u t-tliet kriterji msemmija fil-premessi 6 sa 14 tar-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq relevanti u t-Taqsima 2.2 tan-Nota ta' Spjegazzjoni li takkumpanja r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni korrispondenti dwar is-swieq relevanti (2).

Taqsima 2

Deskrizzjoni tal-impriżi b’saħħa sinifikattiva fis-suq

Jekk jogħġbok semmi jew agħti fejn applikabbli:

2.1.

Isem l-impriżi indikati bħala li għandhom, individwalment jew b'mod konġunt, saħħa sinifikattiva fis-suq.

Fejn applikabbli, isem l-impriżi li mhumiex aktar meqjusa bħala li għandhom saħħa sinifikattiva fis-suq.

2.2.

Il-kriterji applikati għall-identifikazzjoni ta' impriża bħala li għandha jew m'għandhiex saħħa sinifikattiva fis-suq, b'mod individwali jew konġunt.

2.3.

Isem l-impriżi (kompetituri) ewlenin li huma attivi fis-suq relevanti.

2.4.

L-ishma fis-suq tal-impriżi msemmija hawn fuq u l-bażi għall-ikkalkular ta' dawn l-ishma (pereżempju, il-fatturat, l-għadd ta' abbonati).

Jekk jogħġbok agħti fil-qosor rendiment ta’:

2.5.

L-opinjoni, meta din tkun ipprovduta, tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni.

2.6.

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika diġà miksuba dwar l-identifikazzjoni/ijiet proposta/i bħala impriżi li għandhom saħħa sinifikattiva fis-suq (pereżempju, l-għadd totali ta' osservazzjonijiet li jkunu nbagħtu, l-għadd ta' persuni li qablu u ta' dawk li ma qablux).

Taqsima 3

Obbligi regolatorji

Jekk jogħġbok semmi jew agħti fejn applikabbli:

3.1.

Il-bażi legali għall-obbligi li jridu jiġu imposti, miżmuma, emendati jew irtirati (l-Artikoli 9 sa 13 tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva tal-Aċċess)).

3.2.

Ir-raġunijiet li għalihom l-impożizzjoni, iż-żamma u l-modifiki tal-obbligi li jorbtu lill-impriżi jitqiesu proporzjonati u ġustifikati fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru). Inkella, indika l-paragrafi, it-taqsimiet jew il-paġni tal-miżura abbozz fejn din l-informazzjoni tista’ tinstab.

3.3.

Meta r-rimedji proposti jkunu differenti minn dawk stabbiliti fl-Artikoli 9 sa 13 tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva tal-Aċċess), jekk jogħġbok indika x'“ċirkustanzi eċċezzjonali” fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 8 (3) ta' dik id-Direttiva jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta' dawn ir-rimedji. Inkella, indika l-paragrafi, it-taqsimiet jew il-paġni tal-miżura abbozz fejn din l-informazzjoni tista’ tinstab.

Taqsima 4

Konformità ma’ obbligi internazzjonali

Fir-rigward tat-tielet inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva tal-Aċċess), jekk jogħġbok indika, fejn applikabbli:

4.1.

Jekk il-miżura abbozz proposta hix intenzjonata biex timponi, temenda jew tirtira l-obbligi fuq il-parteċipanti fis-suq kif previst fl-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 2022/19/KE (id-Direttiva tal-Aċċess).

4.2.

L-ismijiet tal-impriżi kkonċernati.

4.3.

Impenji internazzjonali magħmula mill-Istati tal-EFTA għandhom jiġu onorati.


(1)  Linji Gwida tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tal-14 ta' Lulju 2004 għall-analiżi tas-suq u l-evalwazzjoni tal-kobor fis-saħħa tas-suq skont il-qafas regolatorju għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika msemmija fl-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. Adottat bid-Deċiżjoni Nru 194/04/COL, ĠU C 101, 27.4.2006, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 21 tas-27.4.2006, p. 1.

(2)  Nota ta' Spjegazzjoni li takkumpanja r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Swieq ta’ Prodotti u Servizzi Rilevanti fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi suxxettibbli għar-regolazzjoni ex-ante skond id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi. SEC(2007) 1483 finali.


ANNESS II

Formola qasira għan-notifiki ta’ miżuri abbozz skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru)

(Formola Qasira għan-Notifiki)

INTRODUZZJONI

Il-formola qasira għan-notifiki tispeċifika x’informazzjoni fil-qosor l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jridu jipprovdu lill-Awtorità meta jibagħtu notifika ta’ miżuri fi stadju ta’ abbozz skont il-proċedura qasira għan-notifiki f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru).

Mhux meħtieġ li tiġi pprovduta kopja tal-miżura abbozz regolatorja jew li jinhemeż kwalunkwe dokument ieħor mal-formola qasira għan-notifiki. Madankollu, hu meħtieġ li tiġi indikata r-referenza fuq l-Internet li permezz tagħha jkun jista’ jinkiseb aċċess għall-miżura abbozz fil-formola qasira għan-notifiki.

1.

Is-suq jew id-diversi swieq li tneħħa/tneħħew mir-Rakkomandazzjoni dwar swieq relevanti jinstab/jinstabu li huma kompetittivi jew ma laħqux it-tliet kriterji

Jekk jogħġbok, iddeskrivi l-kontenut tal-miżura abbozz notifikata. Irreferi għas-suq relevanti kkonċernat u r-raġunijiet għaliex tikkonsidra s-suq huwa kompetittiv jew ma laħaqx it-tliet kriterji:

 

Jekk jogħġbok indika r-referenza tal-miżuri abbozz innotifikati preċedentement taħt Artiklu 7:

 

Jekk l-ANK taqbilx mal-miżura abbozz proposta f’analiżi tas-suq relevanti:

Iva

Jekk le, agħti r-ragunijiet:

Le

Ir-referenza tal-Internet għall-miżura abbozz:

 

Kummenti:

 

2.

Is-suq jew id-diversi swieq li jinstab li kien/kienu kompetittiv/i f'analiżi tas-suq preċedenti u għadu/għadhom kompetittiv/i:

Jekk jogħġbok, iddeskrivi l-kontenut tal-miżura abbozz notifikata u gaħmel nota tas-suq relevanti kkonċernat:

 

Jekk jogħġbok indika r-referenza tal-miżuri abbozz innotifikati preċedentement taħt Artiklu 7:

 

Hemm bdil fid-definizzjoni tas-suq meta kkumparat mal-mizura abbozz notifikata qabel?

Iva

Jekk iva, iddeskrivi

Le

Jekk l-ANK taqbilx mal-miżura abbozz proposta f’analiżi tas-suq relevanti:

Iva

Jekk le, agħti r-ragunijiet:

Le

Ir-referenza tal-Internet għall-miżura abbozz:

 

Kummenti:

 

3.

Tibdiliet fid-dettalji tekniċi ta' rimedju regolatorju impost qabel.

Jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor it-tibdiliet fir-rimedji u indika s-suq relevanti kkonċernat:

 

Jekk jogħġbok, iġġustifika l-konkluzzjoni li l-miżura tinkludi bdil fid-dettalji tekniċi tar-rimedju

 

Jekk jogħġbok indika r-referenza tal-miżuri abbozz innotifikati preċedentement taħt Artiklu 7:

 

Ir-referenza tal-Internet għall-miżura abbozz:

 

Kummenti:

 

4.

Impożizzjoni fuq operaturi ta' rimedji ulterjuri diġà analizzati u nnotifikati f'rabta ma' impenji oħra li jxtiebħu fir-rigward tal-bażi ta' klijentela tagħhom jew il-fatturat totali fis-swieq tat-telekomunikazzjoni, mingħajr tibdil fil-prinċipji applikati mill-NRA fin-notifika preċedenti.

Jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor il-miżura abbozz u indika s-suq relevanti kkonċernat:

 

Jekk jogħġbok indika r-referenza tal-miżuri abbozz innotifikati preċedentement taħt Artiklu 7:

 

Jekk jogħġbok elenka l-operaturi li fuqhom din il-miżura abbozz timponi l-obbligi:

 

Jekk l-ANK taqbilx mal-miżura abbozz proposta f’analiżi tas-suq relevanti:

Iva

Jekk le, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet:

Le

Ir-referenza tal-Internet għall-miżura abbozz:

 

Kummenti:

 


Il-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati EFTA

13.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/22


Prodotti mediċinali – Lista ta' awtorizzazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni mogħtija mill-Istati tal-EFTA taż-ŻEE għat-tieni nofs tas-sena 2010

2011/C 302/06

Sottokumitat I rigward il-moviment ħieles tal-merkanzija

Għall-attenzjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

B'referenza għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/1999 tat-28 ta' Mejju 1999, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE huwa mistieden li jinnota l-listi li ġejjin rigward awtorizzazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni għal prodotti mediċinali għall-perjodu bejn l-1 ta' Lulju u l-31 ta' Diċembru 2010, fil-laqgħa tagħhom fl-1 ta' April 2011:

Anness I

Lista ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ġodda

Anness II

Lista ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq imġedda

Anness III

Lista ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq estiżi

Anness IV

Lista ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq irtirati

Anness V

Lista ta' awtorizzazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni sospiżi


ANNESS I

Lista ta' awtorizzazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni ġodda

L-awtorizzazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni li ġejjin ingħataw fl-Istati EFTA taż-ŻEE matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju u l-31 ta' Diċembru 2010:

Numru tal-UE

Prodott

Pajjiż

Data ta' awtorizzazzjoni

EU/1/09/605/001/NO-012/NO

Temomedac

In-Norveġja

8.7.2010

EU/1/10/626/001-004

Ribavirin BioPartners

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/10/629/001/NO

Humenza

In-Norveġja

17.8.2010

EU/1/10/631/001/NO-009/NO

Nivestim

In-Norveġja

15.9.2010

EU/1/10/631/001-009/IS

Nivestim

L-Islanda

27.8.2010

EU/1/10/632/001/NO-021/NO

Tolura

In-Norveġja

26.8.2010

EU/1/10/632/001-021/IS

Tolura

L-Islanda

2.7.2010

EU/1/10/633/001-002/IS

Topotecan Hospira

L-Islanda

1.9.2010

EU/1/10/634/001/NO-004/NO

Ribavirin Three Rivers

In-Norveġja

19.8.2010

EU/1/10/636/001/NO-003/NO

Daxas

In-Norveġja

12.8.2010

EU/1/10/636/001-003

Daxas

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/10/636/001-003/IS

Daxas

L-Islanda

3.8.2010

EU/1/10/637/001/NO-009/NO

Leflunomide medac

In-Norveġja

25.8.2010

EU/1/10/637/001-009

Leflunomide medac

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/10/637/001-009/IS

Leflunomide medac

L-Islanda

26.8.2010

EU/1/10/638/001

Ozurdex

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/10/638/001/IS

Ozurdex

L-Islanda

26.8.2010

EU/1/10/638/001/NO

Ozurdex

In-Norveġja

8.10.2010

EU/1/10/639/001-030

Telmisartan Actavis

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/10/639/001-030/IS

Telmisartan Actavis

L-Islanda

15.12.2010

EU/1/10/640/001/NO-006/NO

Sycrest

In-Norveġja

15.11.2010

EU/1/10/640/001-006

Sycrest

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/10/640/001-006/IS

Sycrest

L-Islanda

23.9.2010

EU/1/10/641/001/NO

Ruconest

In-Norveġja

2.12.2010

EU/1/10/642/001-004

Ibandronic acid

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/10/643/001

Rapiscan

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/10/643/001/IS

Rapiscan

L-Islanda

26.10.2010

EU/1/10/643/001/NO

Rapiscan

In-Norveġja

27.9.2010

EU/1/10/644/001/NO-004/NO

PecFent

In-Norveġja

15.9.2010

EU/1/10/644/001-004

PecFent

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/10/644/001-004/IS

PecFent

L-Islanda

29.9.2010

EU/1/10/645/001/NO-002/NO

Brinavess

In-Norveġja

28.9.2010

EU/1/10/645/001-002

Brinavess

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/10/645/001-002/IS

Brinavess

L-Islanda

23.9.2010

EU/1/10/646/001/NO-002/NO

VPRIV

In-Norveġja

2.11.2010

EU/1/10/646/001-002

VPRIV

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/10/646/001-002/IS

VPRIV

L-Islanda

17.9.2010

EU/1/10/647/001/NO-002/NO

Myclausen

In-Norveġja

17.11.2010

EU/1/10/647/001-002

Myclausen

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/10/648/001/NO-028/NO

Twynsta

In-Norveġja

29.11.2010

EU/1/10/648/001-028

Twynsta

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/10/650/001/NO-015/NO

Clopidogrel Teva Generics B.V.

In-Norveġja

26.11.2010

EU/1/10/650/001-015

Clopidogrel Teva Generics B.V.

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/10/651/001/NO-015/NO

Clopidogrel HCS

In-Norveġja

26.11.2010

EU/1/10/651/001-015

Clopidogrel HCS

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/10/654/001-004

Leflunomide Ratiopharm

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/10/655/001/NO-006/NO

Brilique

In-Norveġja

16.12.2010

EU/1/10/655/001-006

Brilique

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/10/655/001-006/IS

Brilique

L-Islanda

10.12.2010

EU/1/10/656/001-006

Possia

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/10/657/001-002

Präpandemischer Influenzaimpfstoff (H5N1)

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/10/658/001-002

Aflunov

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/2/10/106/001/NO-014/NO

Bovilis BTV8

In-Norveġja

5.10.2010

EU/2/10/106/001-014

Bovilis BTV8

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/2/10/106/001-014/IS

Bovilis BTV8

L-Islanda

20.10.2010

EU/2/10/108/001/NO-005/NO

BTVPUR Alsap 2-4

In-Norveġja

22.11.2010

EU/2/10/108/001-005

BTVPUR Alsap 2-4

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/2/10/109/001-009

Rhiniseng

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/2/10/109/001-009/IS

Rhiniseng

L-Islanda

10.12.2010

EU/2/10/110/001-002

Coxevac

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/2/10/111/001-004

Meloxoral

Il-Liechtenstein

31.12.2010


ANNESS II

Lista ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq imġedda

L-awtorizzazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni li ġejjin ingħataw fl-Istati EFTA taż-ŻEE matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju u l-31 ta' Diċembru 2010:

Numru tal-UE

Prodott

Pajjiż

Data ta' awtorizzazzjoni

EU/1/00/135/001/NO-002/NO

DaTSCAN

In-Norveġja

6.9.2010

EU/1/00/135/001-002

DaTSCAN

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/00/141/001/NO

Myocet

In-Norveġja

3.8.2010

EU/1/00/141/001

Myocet

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/00/141/001/IS

Myocet

L-Islanda

30.8.2010

EU/1/00/142/004/NO-005/NO, 009/NO-022/NO

NovoMix

In-Norveġja

4.8.2010

EU/1/00/142/004-005, 009-022

NovoMix

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/00/142/004-005, 009-022/IS

NovoMix

L-Islanda

31.8.2010

EU/1/00/143/001/NO-011/NO

Kogenate Bayer

In-Norveġja

26.8.2010

EU/1/00/143/001-011

Kogenate Bayer

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/00/143/004-011/IS

Kogenate Bayer

L-Islanda

8.9.2010

EU/1/00/144/001/NO-004/NO

Helixate NexGen

In-Norveġja

25.8.2010

EU/1/00/144/001-004

Helixate NexGen

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/00/144/001-004/IS

Helixate NexGen

L-Islanda

29.9.2010

EU/1/00/145/001

Herceptin

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/00/145/001/IS

Herceptin

L-Islanda

6.9.2010

EU/1/00/145/001/NO

Herceptin

In-Norveġja

24.8.2010

EU/1/00/146/001/NO-032/NO

Keppra

In-Norveġja

1.11.2010

EU/1/00/146/001-032

Keppra

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/00/146/001-032/IS

Keppra

L-Islanda

2.9.2010

EU/1/00/149/001

Panretin

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/00/149/001/NO

Panretin

In-Norveġja

22.10.2010

EU/1/00/150/001/NO-024/NO

Actos

In-Norveġja

19.10.2010

EU/1/00/150/001-030

Actos

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/00/150/001-030/IS

Actos

L-Islanda

22.9.2010

EU/1/00/151/001/NO-024/NO

Glustin

In-Norveġja

19.10.2010

EU/1/00/151/001-024

Glustin

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/00/151/001-024/IS

Glustin

L-Islanda

23.9.2010

EU/1/00/152/001/NO-020/NO

Infanrix Hexa

In-Norveġja

6.12.2010

EU/1/00/152/001-020

Infanrix Hexa

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/00/152/001-020/IS

Infanrix Hexa

L-Islanda

22.9.2010

EU/1/00/153/001/NO-010/NO

Infanrix Penta

In-Norveġja

3.12.2010

EU/1/00/153/001-010

Infanrix Penta

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/00/153/001-010/IS

Infanrix Penta

L-Islanda

22.9.2010

EU/1/00/156/002/NO-004/NO

Trizivir

In-Norveġja

13.12.2010

EU/1/00/156/002-004

Trizivir

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/00/166/001-003

NeuroBloc

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/05/310/001/NO-009/NO

Fosavance

In-Norveġja

13.9.2010

EU/1/05/310/001-009

Fosavance

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/05/310/001-009/IS

Fosavance

L-Islanda

13.9.2010

EU/1/05/311/001/NO-003/NO

Tarceva

In-Norveġja

24.8.2010

EU/1/05/311/001-003

Tarceva

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/05/311/001-003/IS

Tarceva

L-Islanda

19.8.2010

EU/1/05/312/001

Xyrem

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/05/312/001/NO

Xyrem

In-Norveġja

16.11.2010

EU/1/05/313/001/NO-009/NO

Vasovist

In-Norveġja

22.12.2010

EU/1/05/313/001-009

Vasovist

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/05/314/001

Kepivance

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/05/315/001/NO-002/NO

Aptivus

In-Norveġja

13.12.2010

EU/1/05/315/001-002

Aptivus

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/05/316/001/NO-014/NO

Procoralan

In-Norveġja

28.9.2010

EU/1/05/316/001-014

Procoralan

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/05/316/001-014/IS

Procoralan

L-Islanda

21.9.2010

EU/1/05/317/001/NO-014/NO

Corlentor

In-Norveġja

28.9.2010

EU/1/05/317/001-014

Corlentor

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/05/317/001-014/IS

Corlentor

L-Islanda

21.9.2010

EU/1/05/318/001/NO-002/NO

Revatio

In-Norveġja

6.10.2010

EU/1/05/318/001-002

Revatio

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/05/318/001-002/IS

Revatio

L-Islanda

20.12.2010

EU/1/05/319/001/NO-010/NO

Xolair

In-Norveġja

19.10.2010

EU/1/05/319/001-010

Xolair

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/05/319/001-010/IS

Xolair

L-Islanda

15.12.2010

EU/1/05/320/001/NO

Noxafil

In-Norveġja

13.12.2010

EU/1/05/328/001-004

Cubicin

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/05/331/001-055

Neupro

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/06/338/001/NO-003/NO

Duo Trav

In-Norveġja

18.11.2010

EU/1/06/338/001-003

Duo Trav

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/07/423/001-003

Vectibix

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/07/440/001-002

Tyverb

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/08/468/001

Intelence

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/08/468/001/IS

Intelence

L-Islanda

30.8.2010

EU/1/08/468/001/NO

Intelence

In-Norveġja

19.8.2010

EU/1/09/543/001

Cayston

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/09/543/001/NO

Cayston

In-Norveġja

28.9.2010

EU/1/09/543/001-002/IS

Cayston

L-Islanda

16.9.2010

EU/1/95/001/001, 003-005, 009, 012, 021-022, 025-028, 031-035/IS

Gonal-f

L-Islanda

26.8.2010

EU/1/95/001/005, 021, 025-027, 031-033, 035

Gonal-f

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/95/001/005/NO; EU/1/95/001/025/NO-027/NO; EU/1/95/001/031/NO-035/NO

Gonal-f

In-Norveġja

9.9.2010

EU/2/00/018/001

Incurin

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/2/05/053/001-003/IS

Naxcel

L-Islanda

15.12.2010

EU/2/05/054/001/NO-031/NO

Profender

In-Norveġja

4.10.2010

EU/2/05/054/001-031

Profender

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/2/05/054/001-031/IS

Profender

L-Islanda

1.9.2010

EU/2/05/055/001/NO-002/NO

Equilis Te

In-Norveġja

3.9.2010

EU/2/05/055/001-002/IS

Equilis Te

L-Islanda

6.9.2010

EU/2/05/056/001/NO-004/NO

Equilis Prequenza

In-Norveġja

6.9.2010

EU/2/05/056/001-004/IS

Equilis Prequenza

L-Islanda

6.9.2010

EU/2/05/057/001/NO-004/NO

Equilis Prequenza Te

In-Norveġja

6.9.2010

EU/2/05/057/001-004

Equilis Prequenza Te

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/2/05/057/001-004/IS

Equilis Prequenza Te

L-Islanda

6.9.2010

EU/2/055/001-002

Equilis Te

Il-Liechtenstein

31.8.2010


ANNESS III

Lista ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq estiżi

L-awtorizzazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni li ġejjin ġew estiżi fl-Istati EFTA taż-ŻEE matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju u l-31 ta' Diċembru 2010:

Numru tal-UE

Prodott

Pajjiż

Data ta' awtorizzazzjoni

EU/1/00/143/012/NO-013/NO

Kogenate Bayer

In-Norveġja

26.8.2010

EU/1/00/143/012-013

Kogenate Bayer

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/00/143/012-013/IS

Kogenate Bayer

L-Islanda

8.9.2010

EU/1/00/144/005

Helixate NexGen

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/00/144/005/IS

Helixate NexGen

L-Islanda

29.9.2010

EU/1/00/152/019-020/IS

Infanrix Hexa

L-Islanda

7.7.2010

EU/1/00/152/019/NO-020/NO

Infanrix Hexa

In-Norveġja

6.12.2010

EU/1/01/171/013/NO-014/NO

Rapamune

In-Norveġja

18.8.2010

EU/1/01/171/013-014/IS

Rapamune

L-Islanda

6.7.2010

EU/1/01/171013-014

Rapamune

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/01/172/008

Kaletra

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/02/218/030

Axura

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/02/237/009

Cialis

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/03/248/013/NO-015/NO

Levitra

In-Norveġja

24.9.2010

EU/1/03/248/013-015/IS

Levitra

L-Islanda

24.9.2010

EU/1/03/269/002

Faslodex

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/04/179/044/NO

Lyrica

In-Norveġja

2.9.2010

EU/1/04/279/044/IS

Lyrica

L-Islanda

19.8.2010

EU/1/04/307/014/NO-021/NO

Zonegran

In-Norveġja

26.8.2010

EU/1/04/307/014-021

Zonegran

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/04/307/014-021/IS

Zonegran

L-Islanda

27.7.2010

EU/1/05/328/003-004

Cubicin

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/06/363/012/NO-015/NO

Sprycel

In-Norveġja

26.10.2010

EU/1/06/363/012-015

Sprycel

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/06/363/012-015/IS

Sprycel

L-Islanda

22.11.2010

EU/1/07/401/012-015

Alli

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/07/420/002

Cyanokit

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/07/437/003/NO-004/NO

Ivemend

In-Norveġja

28.9.2010

EU/1/07/437/003-004

Ivemend

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/07/437/003-004/IS

Ivemend

L-Islanda

23.9.2010

EU/1/070/401/011

Alli

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/08/447/005-012

Adenuric

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/08/454/006-007

Extavia

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/08/463/004/NO-011/NO

Relistor

In-Norveġja

26.10.2010

EU/1/08/463/004-0011/IS

Relistor

L-Islanda

16.9.2010

EU/1/08/472/009-010

Xarelto

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/08/495/009-016

Zarzio

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/08/496/009-016

Filgrastim Hexal

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/08/504/003

Firmagon

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/09/535/015-016

Grepid

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/09/543/002

Cayston

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/09/580/019-021

Enyglid

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/10/619/015

DuoPlavin

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/10/623/015

DuoCover

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/96/006/007

NovoSeven

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/96/016/007

Norvir

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/97/050/028/NO-033/NO

Sifrol

In-Norveġja

10.8.2010

EU/1/97/050/028-033/IS

Sifrol

L-Islanda

18.8.2010

EU/1/97/051/028/NO-033/NO

Mirapexin

In-Norveġja

30.8.2010

EU/1/97/051/028-033/IS

Mirapexin

L-Islanda

18.8.2010

EU/1/99/108/004/NO-006/NO

Ferriprox

In-Norveġja

10.9.2010

EU/1/99/108/004-006

Ferriprox

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/1/99/108/004-006/IS

Ferriprox

L-Islanda

2.9.2010

EU/2/97/004/039-040

Metacam

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/2/00/026/005-006

Porcilis AR

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/2/06/070/005-008/IS

Meloxidyl

L-Islanda

15.9.2010

EU/2/06/070/008

Meloxidyl

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/2/06/070/008/NO

Meloxidyl

In-Norveġja

5.10.2010

EU/2/07/072/003/NO-004/NO

Suprelorin

In-Norveġja

5.10.2010

EU/2/07/072/003-004

Suprelorin

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/2/07/072/003-004/IS

Suprelorin

L-Islanda

24.8.2010

EU/2/08/083/004-005

Equioxx

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/2/09/095/004-006

Improvac

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/2/97/004/039/NO-040/NO

Metacam

In-Norveġja

8.9.2010

EU/2/97/004/039-042/IS

Metacam

L-Islanda

6.7.2010

EU/2/97/004/041/NO-042/NO

Metacam

In-Norveġja

8.9.2010


ANNESS IV

Lista ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq irtirati

L-awtorizzazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni li ġejjin ġew irtirati fl-Istati EFTA taż-ŻEE matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju u l-31 ta' Diċembru 2010:

Numru tal-UE

Prodott

Pajjiż

Data tal-irtirar

EU/1/00/148/001/NO-004/NO

Agenerase

In-Norveġja

14.9.2010

EU/1/00/154/001/NO-002/NO

NeoSpect

In-Norveġja

8.12.2010

EU/1/00/154/001-002

NeoSpect

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/02/239/001-030/IS

Bextra

L-Islanda

31.8.2010

EU/1/02/244/001-020/IS

Valdyn

L-Islanda

31.8.2010

EU/1/07/406/001-020

Enviage

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/10/613/001-002

ImmunoGam

Il-Liechtenstein

31.10.2010

EU/1/10/613/001/NO-002/NO

ImmunoGam

In-Norveġja

1.11.2010

EU/1/10/613/001-002/IS

ImmunoGam

L-Islanda

30.9.2010

EU/1/10/624/001

Arepanrix

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/2/00/024/001

Pruban

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/2/07/073/001-004

Nobilis Influenza H7N1

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/2/00/024/001/IS

Pruban 0,1 %

L-Islanda

16.11.2010

EU/2/06/067/001-002

Medicinal Oxygen Air Liquide Santé

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/2/06/067/001-002/IS

Medicinal oxygen

L-Islanda

1.9.2010

EU/2/07/073/001-004/IS

Nobilis Influenza H7N1

L-Islanda

1.9.2010

EU/2/07/076/001-004

Nobilis Influenza H5N6

Il-Liechtenstein

31.8.2010

EU/2/07/076/001-004/IS

Nobilis Influenza H5N6

L-Islanda

1.9.2010


ANNESS V

Lista ta' awtorizzazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni sospiżi

L-awtorizzazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni li ġejjin ġew sospiżi fl-Istati EFTA taż-ŻEE matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju u t-31 ta' Diċembru 2010:

Numru tal-UE

Prodott

Pajjiż

Data ta' sospensjoni

EU/1/00/137/002/NO-018/NO

Avandia (1)

In-Norveġja

3.12.2010

EU/1/00/137/002-018

Avandia

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/03/258/001/NO-022/NO

Avandamet (1)

In-Norveġja

3.12.2010

EU/1/03/258/001-022

Avandamet

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/1/06/349/001/NO-010/NO

Avaglim (1)

In-Norveġja

3.12.2010

EU/1/06/349/001-010

Avaglim

Il-Liechtenstein

31.12.2010

EU/2/06/058/001-003

Flexicam

Il-Liechtenstein

31.10.2010


(1)  Sospiż fin-Norveġja mingħajr notifikazzjoni.


Top