EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2011:213:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 213, 20 ta' Lulju 2011


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.213.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 213

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
20 ta' Lulju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2011/C 213/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2011 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tad-Danimarka u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Program ta' Konverġenza aġġornat tad-Danimarka, 2011-2015

1

2011/C 213/02

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2011 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tal-Estonja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà tal-Estonja, 2011-2015

5

2011/C 213/03

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2011 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 ta' Franza u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà aġġornat ta’ Franza, 2011-2014

8

2011/C 213/04

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2011 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tal-Greċja

12

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 213/05

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

14

 

III   Atti preparatorji

 

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2011/C 213/06

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2011 dwar rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-arranġamenti għall-innegozjar ta’ Ftehim Monetarju mar-Repubblika Franċiża, għall-benefiċċju tat-territorju barrani Franċiż ta’ Saint-Barthélemy (CON/2011/22)

16

2011/C 213/07

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Lulju 2011 dwar proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni ta’ Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża, dwar iż-żamma tal-euro f’Saint-Barthélemy wara l-modifikazzjoni tal-istatus tagħha fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (CON/2011/56)

21

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 213/08

Rata tal-kambju tal-euro

23

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 213/09

Sejħiet għall-proposti u premju fl-ambitu tal-programmi ta' ħidma tal-2011 u l-2012 tas-Seba' Programm Kwadru għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

24

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 213/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6287 – Bain Capital/Oaktree/International Market Centers JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

27

2011/C 213/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6293 – Thermo Fisher/Phadia) ( 1 )

28

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kunsill

20.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2011

dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tad-Danimarka u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Program ta' Konverġenza aġġornat tad-Danimarka, 2011-2015

2011/C 213/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 121(2) u 148(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,

Wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tvara strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020, imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa ta’ linji ta’ politika ekonomika, li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn jeħtieġ azzjoni biex tingħata spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività.

(2)

Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u, fil-21 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta deċiżjoni dwar Linji Gwida għal-linji ta’ politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (2), li flimkien jagħmlu l-"linji gwida integrati". L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-linji ta’ politika nazzjonali tagħhom dwar l-ekonomija u l-impjiegi.

(3)

Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali tat-Tkabbir, li kien il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni ta’ politika ex ante u integrata, imsejsa fuq l-istrateġija Ewropa 2020.

(4)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew approva l-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu 2011 u b'żieda mal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir mill-Kummissjoni). Huwa saħaq fuq il-ħtieġa li tingħata prijorità lir-restawr ta’ baġits tajbin u s-sostenibbiltà fiskali, it-tnaqqis tal-qgħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir. Talab lill-Istati Membri biex isarrfu dawn il-prijoritajiet f'miżuri konkreti li jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma.

(5)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Istati Membri parteċipi fil-Patt Euro Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom għall-inklużjoni fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom.

(6)

Fid-9 ta’ Mejju 2011, id-Danimarka ressqet l-aġġornament tagħha tal-Programm ta’ Konverġenza 2011 li jkopri l-perjodu 2011-2015 u l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2011 tagħha. Sabiex jitqiesu l-konnessjonijiet bejniethom, iż-żewġ programmi ġew ivvalutati fl-istess waqt.

(7)

Abbażi tal-valutazzjoni tal-Programm ta’ Konverġenza aġġornat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97, il-Kunsill huwa tal-opinjoni li x-xenarju makroekonomiku li fuqu huwa bbażat il-Programm ta' Konverġenza huwa plawżibbli. Filwaqt li huwa bbażat fuq preżunzzjonijiet dwar it-tkabbir kemxejn aktar favorevoli għall-2012 u wara, huwa konformi mal-previżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni għar-rebbiegħa tal-2011. L-istrateġija baġitarja ppreżentata fil-programm ta' konverġenza timmira biex sal-2013 id-defiċit jonqos għal taħt il-valur ta' referenza ta' 3 %, f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2010, u b'hekk sal-2015 jintlaħaq l-objettiv ta' terminu medju (OTM) rivedut ta' bilanċ baġitarju strutturali ta' mhux anqas minn – 0,5 % tal-PDG u sal-2020 jinkiseb il-bilanċ baġitarju. Il-perkors tal-aġġustament lejn dan l-objettiv huwa xieraq. Il-miżuri inklużi fil-programm u adottati mill-Parlament fir-rebbiegħa tal-2010 huma meqjusa bħala adegwati bħala appoġġ għall-miri baġitarji u għandhom jirrappreżentaw sforz fiskali annwali ta' madwar 1 % tal-PDG matul il-perjodu 2011-2013. Id-Danimarka se tilħaq l-OTM fi ħdan il-limitu taż-żmien previst tal-Programm ta’ Konverġenza. Ir-riskji għall-miri baġitarji huma bbilanċjati b'mod ġenerali.

(8)

L-ekonomija tad-Danimarka bdiet tnaqqas il-pass fl-2007 fil-kuntest tal-korrezzjoni fis-suq tal-proprjetà immobbli li kkontribwixxiet għal problemi bankarji domestiċi, li mbagħad iggravaw minħabba ż-żieda fl-insolvenzi u fil-qgħad. Ir-riċessjoni kienet waħda ħarxa, il-produzzjoni naqset bi 8 % bejn il-ħarifa tal-2007 u r-rebbiegħa tal-2009, u fl-2010 r-rata tal-qgħad laħqet is-7,4 %. Ir-rata tal-qgħad naqset minn 79,8 % fl-2008 għal 76,1% fl-2010, u din affettwat liż-żgħażagħ b'mod partikolari. Il-produzzjoni bdiet tirkupra fl-2009 u t-tkabbir reali tal-PDG laħaq it-2,1 % fl-2010. L-irkupru kien xprunat minn domanda domestika sostnuta (minħabba wkoll l-espansjoni fiskali), titjib qawwi fl-inventarju u l-irkupru sod tal-imsieħba kummerċjali prinċipali tad-Danimarka.

(9)

Stabilizzaturi awtomatiċi u miżuri relatati mal-kriżi kkaġunaw bidla fil-bilanċ tal-amministrazzjoni pubblika minn bilanċ favorevoli ta' 3,2 % tal-PDG fl-2008 għal defiċit ta' 2,7 % tal-PDG fl-2009. Abbażi tan-notifka tad-Danimarka fir-rebbiegħa 2010 li d-defiċit tal-baġit se jaqbeż il-5 % tal-PDG fl-2010, f'Lulju 2010 nfetħet proċedura ta' defiċit eċċessiv għad-Danimarka. Għalkemm is-sena l-oħra d-dħul mhux mistenni u ta' natura temporanja li kien marbut mat-tassazzjoni fuq ir-rendiment tal-pensjonijiet wassal għal stabilizzazzjoni tad-defiċit tal-baġit għal 2,7 % tal-PDG, il-previżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni għar-rebbiegħa tal-2011 qed tistenna li d-defiċit se jerġa' jiżdied għal madwar 4 % tal-PDG fl-2011, li jenfasizza l-ħtieġa ta' sforzi ta' konsolidazzjoni kontinwi u ambizzjużi matul l-2012 u l-2013 kif ippjanat. Dan jimplika implimentazzjoni stretta tal-miżuri adottati fil-Ftehim ta' Konsolidazzjoni tal-2010 u l-kontroll tan-nefqa kif ippreżentat fil-Programm ta' Konverġenza sabiex tiżgura l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-2013. Meta valutati komparabbilment kontra r-rata pproġettata tat-tkabbir tal-produzzjoni potenzjali fuq perjodu ta’ żmien medju u b’kont meħud ta’ miżuri diskrezzjonarji, il-proġettazzjonijiet ta’ nfiq jidhru li jiżguraw perkors adatt ta' aġġustament lejn l-OTM. Skont l-aħħar valutazzjoni tal-Kummissjoni, ir-riskji fir-rigward tas-sostennibbiltà fuq perjodu ta’ żmien fit-tul tal-finanzi pubbliċi jidhru baxxi.

(10)

Għall-ksib tal-miri baġitarji huwa importanti li jkun hemm kontroll strett li jevita l-infiq eċċessiv rikorrenti fil-livelli tal-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali. Fl-aħħar 20 sena, l-infiq pubbliku qabeż il-miri baġitarji b'mod kontinwu. Il-gvern diġà ħa l-miżuri sabiex din il-kwistjoni tkun indirizzata u qed jippjana l-introduzzjoni ta' skema ġdida għall-kontroll tal-infiq, ikkontrollata mill-Kunsill Ekonomiku Daniż, kif deskritt fil-Programm ta' Konverġenza

(11)

Minħabba fatturi demografiċi, il-popolazzjoni li taħdem tad-Danimarka (bejn il-15 u l-64 sena) se tonqos b'madwar 1,5 % bejn l-2010 u l-2025 u bi kważi 5 % sal-2040. Fuq perijodu ta' żmien medju, l-irkupru ekonomiku jista' jwassal għat-trażżin tas-suq tax-xogħol kif ġara matul is-snin tal-boom. Minkejja rata diġà għolja tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema, għad hemm lok għaż-żieda addizzjonali fil-provvista tal-ħaddiema. L-irtirar bikri fuq bażi volontarja huwa mifrux fost il-persuni ta' bejn is-60 u l-64 sena li jirriżulta f'rata tal-impjieg ta' 40 % biss fost dawk tal-etajiet bejn is-60 u l-64. Barra minn hekk, 10 % mill-popolazjoni li taħdem li huma taħt l-40 sena huma benefiċjarji tal-pensjoni tal-invalidità jew jinsabu f'impjieg flessibbli (impjieg issussidjat).

(12)

Mill-1995 'l hawn kien hemm xejra 'l isfel fit-tkabbir tal-produttività, u waħda mir-raġunijiet potenzjali kienet il-prestazzjoni dgħajfa fl-edukazzjoni. Għalkemm id-Danimarka għadha tonfoq b'mod ġeneruż fis-sistema tal-edukazzjoni tagħha, l-eżiti edukazzjonali f'bosta oqsma ewlenin, huma biss medji u d-Danimarka tinsab fir-raba' post fil-klassifikazzjoni l-aktar baxxa tal-edukazzjoni taż-żgħażagħ fl-UE. Fl-2009, 70,1 % biss mill-popolazzjoni tal-etajiet bejn l-20 u l-24 sena spiċċaw għall-inqas mill-edukazzjoni tal-ogħla sekondarja (meta mqabbel mal-medja tal-UE ta' 78,6 %) (3) u r-riżultati PISA huma medji. Ir-rati tat-tluq bikri mill-istituzzjonijiet vokazzjonali u taż-żgħażagħ huma relattivament għoljin, bi kważi 50 % tal-istudenti fit-taħriġ vokazzjonali li jitilqu qabel iż-żmien. Barra minn hekk, 10 snin wara li jkunu telqu mill-iskola primarja madwar 20 % taż-żgħażagħ ma temmux l-edukazzjoni tagħhom fil-livell ogħla mis-sekondarja minuri. It-titjib fil-kwalità tas-sistema tal-edukazzjoni għandu jgħin ukoll fil-futur biex jiġu evitati l-iżbilanċi li jeżistu bejn il-ħiliet fis-suq tax-xogħol, u li attwalment jindikaw eċċess possibbli ta' ħaddiema mingħajr sengħa u nuqqas ta' ħaddiema bis-sengħa. It-tkabbir tal-produttività kien partikolarment dgħajjef fis-setturi tal-bini u tas-servizzi. Dan huwa l-każ, b'mod partikolari fis-servizzi lokali, fis-settur tan-negozju, fil-kummerċ tal-operaturi ekonomiċi, u fis-servizzi personali, fejn livelli baxxi ta' kompetizzjoni f'ċerti setturi, pereżempju, l-ostakli kbar għad-dħul fis-suq jistgħu jwasslu għall-allokazzjoni subottima tar-riżorsi. Il-liġijiet dwar l-ippjanar tal-użu tal-art huma stretti, u għalhekk jillimitaw il-possibbiltajiet biex ekonomiji ta' skala jtejbu l-produttività fis-settur tan-negozju bl-imnut. Sabiex jiġi indirizzat il-fatt li l-akkwist pubbliku miftuħ ikopri biss madwar 25 % tal-akkwist pubbliku, il-gvern vara strateġija li għandha fil-mira tagħha ż-żieda fil-kompetizzjoni fi ħdan is-servizzi pubbliċi billi l-akkwist pubbliku jiżdied gradwalment fil-muniċipalitajiet u r-reġjuni, u stabbilixxa mira ġdida għal muniċipalitajiet biex sal-2015 31,5 % tal-akkwist kollu jkun pubbliku.

(13)

Id-dejn tal-unitajiet domestiċi f'termini ta' PDG huwa l-ogħla fl-UE. Iż-żieda gradwali fil-livelli tad-dejn, li kienet xprunata mill-perjodu ta' prosperità fis-settur tad-djar bejn l-2004 u l-2007, toħloq riskji potenzjali għall-ekonomija u għall-istabbiltà finanzjarja. Għalkemm dawn ir-riskji ttaffew minħabba l-karatteristiċi tas-suq tal-bonds sofistikat tad-Danimarka appoġġat minn ipoteki u minn qagħda finanzjarja globalment soda fil-maġġoranza tal-unitajiet domestiċi (l-attivi jissuperaw il-passivi bil-bosta), iddaħħlu biss miżuri limitati biex jittaffew il-flutwazzjonijiet proċikliċi fil-preżżijiet tad-djar fil-kuntest immedjat tal-korrezzjoni tal-prezzijiet tad-djar.

(14)

Id-Danimarka għamlet għadd ta' impenji skont il-Patt Euro Plus. Għat-titjib fis-sostenibbiltà fiskali, intlaħaq ftehim għat-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni dwar is-sanzjonijiet fir-rigward tal-kontroll tal-infiq fil-livell lokali u l-gvern għandu l-ħsieb jippreżenta proposta għal liġi dwar limiti massimi ta’ nfiq. Il-miżuri għall-impjiegi jiffokaw fuq it-tkabbir tal-impjiegi billi jestendu t-tul tal-ħajja tax-xogħol permezz ta’ riforma tal-irtirar. Għat-tkabbir fil-kompetittività hemm Pakkett dwar il-Kompetizzjoni b’inizjattivi konkreti li jimmira primarjament is-setturi tal-bini u tas-servizzi. Flimkien ma’ dawn l-impenji, qed tiġi implimentata skema tad-dota għall-iffaċilitar tar-riżoluzzjonijiet privati sabiex jiġu mgħejuna l-banek bi problemi u tittejjeb l-istabbiltà fnanzjarja. Flimkien, dawn l-impenji jirriferu għall-erba' oqsma tal-patt. Kumplessivament, dawn il-miżuri u impenji jikkoinċidu ma' dawk li ttieħdu fis-segwitu tal-Istħarriġ tat-Tkabbir Annwali u javvanzaw lejn il-miri tal-Ewropa 2020, notevolment fil-qasam tal-impjiegi. Għalkemm diġà ddaħħlu bosta mill-impenji li tħabbru, miżuri importanti għat-titjib fid-dixxiplina baġitarja (fil-livell lokali) u għat-tkabbir tal-impjiegi għandhom jiġu implimentati fil-futur imminenti. Dawn l-impenji kienu vvalutati u ttieħed kont tagħhom fir-rakkomandazzjonijiet.

(15)

Il-Kummissjoni vvalutat il-Programm ta' Konverġenza u l-Programm Nazzjonali ta' Riforma, inklużi l-impenji tal-Patt Euro Plus. Qieset mhux biss ir-rilevanza tagħhom għall-politika fiskali u soċjoekonomika sostenibbli fid-Danimarka iżda wkoll kemm dawn jikkonformaw mar-regoli u l-gwida tal-UE, fid-dawl tal-ħtieġa tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika kumplessiva tal-UE billi jiġi pprovdut kontribut fil-livell tal-UE għad-deċiżjonijiet nazzjonali futuri. Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni tqis li l-isforzi ta' konsolidazzjoni kontinwi u ambizzjużi għandhom ikunu segiwti matul l-2011 u wara. Għandhom jittieħdu aktar passi sabiex tiżdied il-provvista tal-ħaddiema billi jitnaqqas l-irtirar bikri u jiġu mmirati gruppi partikolari, biex titjieb il-kwalità fl-edukazzjoni, tissaħħaħ il-kompetizzjoni fis-setturi ewlenin u s-suq tal-proprjetà immobbli jkun stabilizzat aktar.

(16)

Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni, filwaqt li qies ukoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Lulju 2010, il-Kunsill eżamina l-aġġornament tal-2011 tal-Programm ta' Konverġenza tad-Danimarka u l-opinjoni tiegħu (4) hija riflessa b'mod partikolari fir-rakkomandazzjoni (1) hawn taħt. Filwaqt li qies il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Marzu 2011, il-Kunsill eżamina l-Programm Nazzjonali ta' Riforma tad-Danimarka,

B’DAN JIRRAKKOMANDA li d-Danimarka tieħu azzjoni matul il-perjodu 2011-2012 biex:

1.

Timplimenta miżuri tal-konsolidazzjoni fiskali matul fl-2011, 2012 u 2013 u tiżgura sforz fiskali medju annwali ta’ 0,5 % tal-PDG matul il-perijodu 2010-2013 kif ippjanat u tikkoreġi d-defiċit eċċessiv sal-2013 konformement mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill taħt il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (PŻE). Konsegwentement tiżgura, kif ippjanat, perkors adegwat ta’ aġġustament lejn l-objettiv fuq perijodu ta’ żmien medju. Taċċellera t-tnaqqis fid-defiċit ġenerali tal-gvern fil-każ li l-kundizzjonijiet ekonomiċi jmorru aħjar milli huwa mistenni attwalment. Issaħħaħ il-kontrolli fuq l-infiq billi tadotta l-limiti massimi multiannwali vinkolanti fuq l-infiq għall-gvernijiet lokali, reġjonali u dawk ċentrali li jkunu konsistenti mal-miri ġenerali kumplessivi tal-baġit fuq perijodu ta’ żmien medju.

2.

Sabiex issaħħaħ is-settur tal-impjiegi u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, tieħu aktar passi sabiex iżżid il-forza tax-xogħol fuq perijodu ta’ żmien twil, billi timplimenta r-riforma konkluża reċentement tal-iskema tal-pensjoni tal-irtirar bikri fuq bażi volontarja (VERP), tirriforma l-pensjoni tal-invalidità u timmira aħjar l-iskemi tal-impjieg issussidjat (is-sistema “flex-job”) lejn il-gruppi l-aktar vulnerabbli.

3.

Tħaffef l-implimentazzjoni ta' riformi għat-titjib fil-kwalità tas-sistema tal-edukazzjoni. Tnaqqas ir-rati tat-tluq bikri mill-iskola, partikolarment fis-settur tat-taħriġ vokazzjonali, u żżid l-għadd tal-postijiet tal-apprendistat disponibbli.

4.

Tieħu l-passi għat-tneħħja tal-ostakli għall-kompetizzjoni, b'mod partikolari fis-servizzi lokali u fis-settur tan-negozju, billi tirrivedi l-leġiżlazzjoni dwar l-użu tal-art u tiftaħ l-akkwist pubbliku fil-muniċipalitajiet u r-reġjuni.

5.

Filwaqt li tkompli tappoġġa l-istabbilizzazzjoni attwali tas-suq tal-proprjetà immobbli wara l-korrezzjoni reċenti tal-prezzijiet, tikkunsidra tieħu azzjoni preventiva sabiex issaħħaħ l-istabbiltà, fuq perijodu ta’ żmien medju, tas-suq tad-djar u tas-sistema finanzjarja, ukoll billi tirrivedi s-sistemi tax-xiri ipotekarju u tat-tassazzjoni fir-rigward tal-proprjetà immobbli.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

(2)  Miżmuma għall-2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad- 19 ta’ Mejju 2011 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56).

(3)  Għalkemm huwa nnutat li t-tfal tal-iskola fid-Danimarka ġeneralment jibdew l-edukazzjoni tagħhom f’età akbar milli fi Stati Membri oħrajn, u b’hekk jiksbu lawrja tal-edukazzjoni sekondarja superjuri fl-età ta’ 24 sena. Fil-grupp tal-popolazzjoni li għandha minn 25 sa 34 sena, 85 % temmew għall-inqas l-edukazzjoni sekondarja superjuri.

(4)  Kif previst fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97.


20.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/5


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2011

dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tal-Estonja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà tal-Estonja, 2011-2015

2011/C 213/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 121(2) u 148(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,

Wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tvara strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020, imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa ta’ linji ta’ politika ekonomika, li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn jeħtieġ azzjoni biex tingħata spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività.

(2)

Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u, fil-21 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta deċiżjoni dwar Linji Gwida għal-linji ta’ politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (2), li flimkien jagħmlu l-“linji gwida integrati”. L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-linji ta’ politika nazzjonali tagħhom dwar l-ekonomija u l-impjiegi.

(3)

Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali tat-Tkabbir, li kien il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni ta’ politika ex ante u integrata, imsejsa fuq l-istrateġija Ewropa 2020.

(4)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew approva l-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu 2011 u b'żieda mal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir mill-Kummissjoni). Huwa saħaq fuq il-ħtieġa li tingħata prijorità lir-restawr ta’ baġits tajbin u s-sostenibbiltà fiskali, it-tnaqqis tal-qgħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir. Talab lill-Istati Membri biex isarrfu dawn il-prijoritajiet f'miżuri konkreti li jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma.

(5)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Istati Membri parteċipi fil-Patt Euro Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom għall-inklużjoni fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom.

(6)

Fid-29 ta’ April 2011, l-Estonja ressqet il-Programm ta' Stabbiltà għall-2011 li jkopri l-perijodu 2011-2015 u l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2011 tagħha. Sabiex jitqiesu l-konnessjonijiet ta' bejniethom, iż-żewġ programmi ġew ivvalutati fl-istess waqt.

(7)

L-Estonja intlaqtet partikolarment ħażin bil-kriżi finanzjarja globali, li kabbret it-treġġigħ lura tal-isplużjoni domestika, immobiljari u tal-konsum. It-telf kumulattiv tal-PDG laħaq 19 % fl-2008-2009 u r-rata tal-qgħad żdiedet għal kważi erba' darbiet u laħqet is-16,8 % sal-2010. Madankollu, l-ekonomija malajr reġgħet irkuprat u t-tkabbir reali tal-PDG huwa mistenni li jiżdied fis-snin li ġejjin. L-esportazzjonijiet kienu l-fatturi prinċipali li mexxew l-irkupru, iżda d-domanda domestika qed tissoda l-iktar permezz ta' investiment b'saħħtu. Il-prospettiva mtejba tat-tkabbir wasslet għal impetu pożittiv fis-suq tax-xogħol. Dan l-aħħar ir-rata tal-impjiegi żdiedet b'mod sinifikanti, għalkemm ir-rata tal-qgħad fuq terminu ta' żmien twil għadha għolja. Filwaqt li l-inflazzjoni żdiedet meta mqabbla mas-sena li għaddiet, huwa mistenni li din timmodera minħabba l-iżviluppi fil-prezzijiet globali tal-komoditajiet.

(8)

Abbażi tal-valutazzjoni tal-Programm ta’ Stabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97, il-Kunsill huwa tal-opinjoni li x-xenarju makroekonomiku sottostanti għall-proġettazzjonijiet baġitarji huwa plawsibbli. L-istrateġija baġitarja tal-Programm ta’ Stabbiltà fuq terminu medju hija li jinlaħaq l-objettiv ta’ terminu medju, iddefinit bħala bilanċ strutturali sal-2013, u li dan jinżamm matul il-bqija tal-perijodu tal-Programm ta’ Stabbiltà, permezz tal-mira għal surplusis strutturali fl-2013 u iktar 'il quddiem. Il-pożizzjoni baġitarja nominali tal-amministrazzjoni pubblika hija proġettata biex tilħaq surplus sal-2013, filwaqt li fuq perijodu ta' żmien qasir id-defiċit nominali huwa mistenni li jonqos xi ftit minħabba l-impatt ta' darba ta' investimenti ambjentali fil-krediti tal-karbonju. L-aġġustament baġitarju tal-Programm ta’ Stabbiltà jibbaża fuq it-trażżin taż-żieda tan-nefqa pubblika tal-konsum. Il-Programm ta’ Stabbiltà jipprovdi xi informazzjoni dwar miżuri sabiex tintlaħaq il-pożizzjoni fil-mira u r-rekord tal-ilħuq tal-miri fiskali tal-imgħoddi jnaqqas ir-riskju li dawn ma jintlaħqux fis-snin li ġejjin. B'mod partikolari, ir-riformi previsti jfittxu li jkun hemm titjib fl-effiċjenza f'għadd ta' oqsma, bħal pereżempju l-edukazzjoni u l-linji politiċi attivi fis-suq tax-xogħol. Għalhekk ir-riskji u l-miri baġitarji jidhru li huma bejn wieħed u ieħor ibbilanċjati. Minkejja dan, fil-baġits li ġejjin se jkun importanti li jiġu provduti d-dettalji ewlenin ta' miżuri sabiex titjieb iktar l-effiċjenza fl-infiq pubbliku, li b’hekk iservu bħala sisien għall-implimentazzjoni tal-Programm ta' Stabbiltà.

(9)

Ir-rata tal-qgħad fit-tul għadha għolja u r-rati tal-qgħad kienu x'aktarx diverġenti u persisteni fir-reġjuni kollha. Minkejja ż-żidiet konsiderevoli li kien hemm mill-2009 'l hawn, il-finanzjament tal-linji politiċi attivi tas-suq tax-xogħol għadu wieħed mill-iktar baxxi fl-UE, u jwassal għal ammont żgħir ta' nies qiegħda li jirċievu appoġġ attiv. Is-suq tax-xogħol tal-Estonja huwa pjuttost flessibbli, imsaħħaħ bid-deċiżjoni li ż-żidiet fil-kopertura tal-benefiċċju tal-assigurazzjoni tal-qgħad fil-pakkett tal-Liġi tax-Xogħol ikunu posposti għall-2013. Minkejja din il-flessibbiltà, l-ingranaġġ tat-taxxa (tax wedge) fuq ix-xogħol fl-Estonja huwa pjuttost għoli, u dan jista' jħalli impatt negattiv fuq il-provvista tal-ħaddiema u d-domanda għall-ħaddiema. Din il-problema hija partikolarment gravi fil-kuntest tar-rata għolja tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u dawk bi ftit kompetenzi professjonali, li huma esposti għal riskju li jbatu l-faqar. Ir-riformi previsti sabiex jitnaqqsu l-kontirbuzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali jindirizzaw il-kwistjonijiet it-tajbin iżda jeħtieġ li dawn jitwettqu filwaqt li tissaħħaħ il-pożizzjoni baġitarja. Hemm lok għal titjib fl-effiċjenza permezz ta' testijiet iktar stretti tal-mezzi sabiex jittejbu l-miri għal benefiċċji oħra.

(10)

L-intensità tar-riżorsi tal-Estonja hija waħda mill-ogħla fl-UE. Din hija parzjalment ir-riżultat ta' struttura produttiva kkonċentrata fuq setturi u industriji b'konsum għoli ta' enerġija. Fattur ieħor determinanti huwa l-prestazzjoni baxxa fl-effiċjenza enerġetika fil-livell settorjali. Fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma tagħha, l-Estonja tindika mira ta' frankar eneġetiku nazzjonali ta' 9 % fl-2016 meta mqabbel mat-tbassir (16 % sal-2020 tal-PNR). Barra minn hekk, hemm ftit informazzjoni dwar kif u meta se jiġu implimentati l-miżuri u dwar ir-riżultati mistennija tagħhom. Għalhekk, hemm iktar potenzjal għat-tijib fl-effiċjenza enerġetika. Iż-żieda fl-effiċjenza enerġetika x'aktarx ikollha impatt pożittiv fuq l-ambjent u fuq is-sigurtà tal-provvista tal-eneġija, iżda din iż-żieda tista' tnaqqas ukoll il-pressjonijiet ta’ inflazzjoni u ttejjeb il-kompetittività tal-kost.

(11)

Minkejja l-proporzjon globali li huwa għoli ta' nies b'livell ta' edukazzjoni terzjarja, iktar riformi fis-sistema edukattiva fil-livelli kollha jistgħu jgħinu sabiex jiġu indirizzati lakuni fil-ħiliet, l-għadd kbir ta' skejjel u istituzzjonijiet ta' edukazzjoni terzjarja, u n-nuqqas ta' direzzjoni fl-edukazzjoni professjonali li jirrizulta fi proporzjon kbir ta' nies mingħajr kwalifika professjonali. Fil-kuntest tax-xejriet demografiċi ta' bħalissa, it-titjib fil-kwalità tal-kapital uman huwa importanti għat-tkabbir potenzjali fuq teminu medju. B'mod partikolari, l-iżgurar li l-edukazzjoni terzjarja hija mmirata lejn oqsma li huma ta' importanza ewlenija fl-ekonomija (pereżempju l-inġinerija) jista' jappoġġa l-ibbilanċjar mill-ġdid lejn setturi negozzjabbli li għaddej bħalissa. L-implimentazzjoni tar-riforma edukattiva għandha tikkontribwixxi wkoll sabiex tittejjeb l-effiċjenza fis-settur pubbliku, billi s-sistema tal-ġestjoni tal-edukazzjoni attwali hija frammentata wisq f'livell lokali, u dan iwassal kemm għal sussidji ineffiċjenti kif ukoll għal servizz ta' kwalità baxxa.

(12)

L-Estonja għamlet għadd ta’ impenji fil-Patt Euro Plus. Dawn jinkludu miżuri li jindirizzaw is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, l-impjiegi, u l-kompetittività. Mill-aspett fiskali, il-Patt jieħu l-impenn li jilħaq bilanċ baġitarju sal-2013 u surplus fl-2014; li jinkludi rekwiżit ta' bilanċ baġitarju fis-settur pubbliku fil-liġi bażi baġitarja tal-Istat. kif ukoll l-ewwel passi għar-riforma tal-iskemi ta' pensjoni speċjali. Hemm previsti xi inċentivi fuq it-taxxa sabiex jiġu promossi l-impjiegi. Għal dak li jirrigwarda l-kompetittività, il-miżuri jiffokaw fuq l-innovazzjoni, l-edukazzjoni għolja u r-riforma tas-servizz pubbliku. L-impenji fil-Patt jirriflettu l-aġenda ppreżentata fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma. L-objettivi stabbiliti fil-Patt jibbenefikaw minn iktar miżuri sabiex isaħħu l-linji politiċi tas-suq tax-xogħol, kif ukoll jindirizzaw l-effiċjenza tar-riżorsi u s-suq tal-enerġija. L-impenji tal-Patt Euro Plus ġew ivvalutati u tqiesu fir-rakkomandazzjonijiet.

(13)

Il-Kummissjoni vvalutat il-Programm ta' Stabbiltà u l-Programm Nazzjonali ta' Riforma, u l-impenji tal-Patt Euro Plus għall-Estonja. Mhux biss qieset ir-rilevanza tagħhom għall-politika sostenibbli fiskali u soċjoekonomika fl-Estonja imma wkoll lejn kemm jikkonformaw mar-regoli u l-gwida tal-UE, fid-dawl tal-ħtieġa tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika kumplessiva tal-UE billi jiġi pprovdut kontribut fil-livell tal-UE għad-deċiżjonijiet nazzjonali futuri. Hija tqis li filwaqt li l-miżuri sabiex tintalħaq il-pożizzjoni baġitarja fil-mira għandhom jiġu speċifikati fil-baġits li ġejjin, ir-rekord tal-awtoritajiet Estonjani tal-imgħoddi jnaqqas ir-riskju li l-miri fiskali ma jintlaħqux. Għandhom jittieħdu iktar passi sabiex jissaħħu l-linji politiċi tas-suq tax-xogħol u biex jiġu pprovduti inċentivi aħjar għax-xogħol, sabiex jittejjeb il-kapital uman permezz ta' riforma fuq skala kbira tal-edukazzjoni kif ukoll bl-indirizzar tal-effiċjenza tar-riżorsi u tas-suq tal-enerġija.

(14)

Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni, il-Kunsill eżamina l-Programm ta' Stabbiltà tal-Estonja 2011 u l-opinjoni (3) tiegħu hija riflessa b'mod partikolari fir-rakkomandazzjoni (1) hawn taħt. B'kunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill eżamina l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Estonja,

B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Estonja tieħu azzjoni fil-perijodu bejn l-2011-2012 sabiex:

1.

Tilħaq surplus strutturali sa mhux iktar tard mill-2013, filwaqt li fl-2012 tillimita d-defiċit għal mhux iktar minn 2,1 % tal-PDG, filwaqt li żżomm kontroll strett fuq in-nefqa u t-titjib tal-effiċjenza tal-infiq pubbliku.

2.

Tieħu passi sabiex tappoġġa d-domanda għall-ħaddiema u sabiex jonqos ir-riskju tal-faqar, billi tnaqqas il-piż tat-taxxa u tas-siġurtà soċjali mingħajr implikazzjonijiet ta' baġit, u wkoll billi ttejjeb l-effikaċja tal-linji politiċi attivi fis-suq tax-xogħol, anke billi timmira miżuri lejn iż-żgħażagħ u dawk li ilhom qiegħda għal żmien twil, speċjalment f'oqsma b'rata għolja ta' qgħad.

3.

Tiżgura l-implimentazzjoni ta' inċentivi ppjanati sabiex tnaqqas l-intensità fl-użu tal-enerġija u ttejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-ekonomija, immirati lejn is-setturi tal-bini u tat-trasport, anke billi tiżgura funzjonament aħjar tas-suq.

4.

Filwaqt li timplimenta rifroma fis-sistema edukattiva, għandha tingħata prijorità lill-miżuri li jtejbu l-kwalità u d-diponibbiltà ta' edukazzjoni pre-skolastika, u ttejjeb il-kwalità u disponibbiltà tal-edukazzjoni professjonali. Tiffoka r-riżultati tal-edukazzjoni l-iktar fuq il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, u tipprovdi opportunitajiet għall-ħaddiema bi ftit kompetenzi professjonali sabiex jipparteċipaw fit-tagħlim tul il-ħajja.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1; Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 10, Vol 01, p. 84.

(2)  Miżmuma għall-2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad- 19 ta’ Mejju 2011 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56).

(3)  Prevista fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.


20.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/8


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Lulju 2011

dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 ta' Franza u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà aġġornat ta’ Franza, 2011-2014

2011/C 213/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 121(2) u 148(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,

Wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tvara strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020, imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa ta’ linji ta’ politika ekonomika, li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn jeħtieġ azzjoni biex tingħata spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività.

(2)

Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u, fil-21 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta deċiżjoni dwar Linji Gwida għal-linji ta’ politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (2), li flimkien jagħmlu l-“linji gwida integrati”. L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-linji ta’ politika nazzjonali tagħhom dwar l-ekonomija u l-impjiegi.

(3)

Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali tat-Tkabbir, li kien il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni ta’ politika ex ante u integrata, imsejsa fuq l-istrateġija Ewropa 2020.

(4)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew approva l-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu 2011 u b'żieda mal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir mill-Kummissjoni). Huwa saħaq fuq il-ħtieġa li tingħata prijorità lir-restawr ta’ baġits tajbin u s-sostenibbiltà fiskali, it-tnaqqis tal-qgħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir. Talab lill-Istati Membri biex isarrfu dawn il-prijoritajiet f'miżuri konkreti li jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma.

(5)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Istati Membri parteċipi fil-Patt Euro Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom għall-inklużjoni fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom.

(6)

Fit-3 ta’ Mejju 2011, Franza ressqet l-aġġornament tagħha tal-Programm ta’ Stabbiltà 2011 li jkopri l-perijodu 2011-2014 u l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2011 tagħha. Sabiex jitqiesu l-konnotazzjonijiet bejniethom, iż-żewġ programmi ġew ivvalutati fl-istess waqt.

(7)

Franza kienet relattivament anqas affetwata mill-kriżi ekonomika u finanzjarja minn Stati Membri oħra, bi tnaqqis ta’ 2,7 % fil-PDG fl-2009, parzjalment minħabba stabbilizzaturi ekonomiċi pjuttost kbar u livell ta’ ftuħ tal-ekonomija tagħha relattivament baxx, li sa ċertu punt naqqsu l-impatt fuq Franza tal-kollass tal-kummerċ dinji. Is-settur bankarju rriżulta reżistenti wkoll. Fl-2010, l-ekonomija rkuprat u, b’mod globali, it-tkabbir tal-PDG kien ta' 1,5 %. Madankollu, il-kriżi ekonomika kellha impatt sostanzjali fuq il-finanzi pubbliċi ta’ Franza. Minħabba l-istabbilizzaturi awtomatiċi u l-istimulu fiskali diskrezzjonali, id-defiċit ġenerali tal-gvern tela' minn 3,3 % tal-PDG fl-2008 għal 7,5 % fl-2009. Bl-istess mod, il-kriżi aggravat l-użu insuffiċjenti tal-ħaddiema u d-dgħufijiet strutturali tas-suq tax-xogħol ta’ Franza fejn kien hemm livell ta’ qgħad relattivament għoli ta’ 9,7 % fl-2010. Barra minn hekk, il-bilanċ tal-kummerċ fil-merkanzija ddeterjora gradwalment matul dan l-aħħar deċennju u dan ħareġ fiċ-ċar l-isfidi tal-kumpaniji Franċiżi f’termini ta' spejjeż u kompetittività mhux abbażi tal-prezzijiet.

(8)

Abbażi tal-valutazzjoni tal-Programm ta’ Stabbiltà aġġornat skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97, l-opinjoni tal-Kunsill hi li x-xenarju makroekonomiku li jsejjes il-proġettazzjonijiet baġitarji huwa favorevoli wisq. Il-livelli ta’ tkabbir mistennija huma ftit ogħla mill-aktar previżjonijiet riċenti tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-2011 u l-2012 u dawn jibqgħu ferm ogħla mit-tkabbir potenzjali fis-snin ta’ wara. Wara defiċit aħjar milli mistenni ta’ 7 % tal-PDG fl-2010, il-Programm ta’ Stabbiltà jippjana li jbaxxih għal 3 % fl-2013, li hi d-data ta’ skadenza stabbilita mill-Kunsill għall-korrezzjoni tas-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv, u li wara dan ikompli bil-konsolidazzjoni. Bid-dejn li fil-bidu, fl-2010, kien ta’ 82 % tal-PDG, jidher li l-proporzjon tad-dejn se jiżdied sal-2012 (86 %) u mbagħad wara dan se jonqos xi ftit. Il-linji ta' aġġustament tad-defiċit u tad-dejn huma soġġetti għal riskji, li jinkludu l-possibbiltà ta’ xenarju makroekonomiku li jista’ jirriżulta anqas favorevoli, il-fatt ta’ nuqqas ta’ speċifikazzjoni tal-miżuri sabiex jintlaħqu l-miri mill-2012 ‘il quddiem, u l-fatt li l-miri ta’ spiss ma ntlaħqux fil-passat, minkejja r-riżultat aktar favorevoli milli mistenni fl-2010. Għalhekk, sakemm ma jittieħdux aktar miżuri skont il-ħtieġa, ma jistax ikun żgurat li d-defiċit eċċessiv se jiġi kkoreġut sal-2013. L-objettiv fuq terminu medju ta’ baġit ibbilanċjat f’termini strutturali mhux se jintlaħaq matul il-perijodu tal-Programm ta’ Stabbiltà. L-isforz fiskali medju annwali matul il-perijodu 2010-2013, kif ikkalkulat mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni skont il-metodoloġija ġeneralment miftiehma hu ftit anqas minn dak inkluż fir-Rakkommandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2009 (“aktar minn 1 % tal-PDG”).

(9)

L-implimentazzjoni ta’ konsolidazzjoni fiskali tibqa’ sfida ewlenija. L-evitar ta’ nuqqasijiet fin-nefqa permezz ta’ sforz fiskali msaħħaħ ibbażat fuq miżuri speċifikati b’mod totali, hu importanti biex tiġi stabbilita mill-ġdid pożizzjoni fiskali sostenibbli, b’mod speċjali minħabba l-fatt li l-mira tal-2013 ma tipprovdi ebda marġni ta’ sigurtà taħt il-livell limitu ta’ 3 % tal-PDG. Barra minn hekk, kif speċifikat fl-Att tal-Ippjanar Multi-annwali tal-Finanzi Pubbliċi għall-perijodu 2011-2014 li ġie vvutat f’Diċembru 2010, ikun xieraq li jintuża d-dħul kollu mhux ippjanat biex jiġi aċċelerat it-tnaqqis tad-defiċit u d-dejn. Skont l-aħħar valutazzjoni tal-Kummissjoni, ir-riskji fir-rigward tas-sostenibbiltà fuq perijodu twil tal-finanzi pubbliċi jidhru li huma medji. Sabiex ittejjeb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, Franza adottat riforma tal-pensjonijiet ġdida fl-2010. Il-miżuri ppjanati, inkluż iż-żieda gradwali tal-età minima tal-irtirar minn 60 għal 62 u tal-età statutorja tal-irtirar minn 65 għal 67, kif ukoll it-tneħħija gradwali tal-iskemi għall-irtirar bikri, għandu jkollhom impatt fuq ir-rata baxxa tal-impjiegi ta’ ħaddiema mdaħħla fiż-żmien. Barra minn hekk, is-sistema tal-pensjonijiet hi mistennija li tkun f’bilanċ sal-2018. Hemm ċans li wara dan ikun hemm defiċit jekk ma jittieħdux aktar miżuri. L-aħħar riforma tal-pensjonijiet waqqfet ukoll korp pubbliku ġdid, il-“Comité de pilotage des régimes de retraite”, li għandu l-irwol li jippreżenta valutazzjonijiet annwali tas-sitwazzjoni baġitarja tal-kontijiet tal-pensjonijiet u, f’każ li jkun hemm iċ-ċans ta’ deterjorament, li jieħu miżuri korrettivi.

(10)

Il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi attwali għada xorta stretta ħafna: il-kundizzjonijiet għas-sensji għal raġunijiet ekonomiċi huma soġġetti għal inċertezza legali. Dan qed iwassal għal riżultati fis-suq tax-xogħol li fihom ħaddiema b’kuntratti tax-xogħol indefiniti (il-maġġoranza tar-“riżerva” ta’ ħaddiema) jgawdu minn ammont relattiv ta’ sigurtà u ħaddiema b'kuntratti tax-xogħol temporanji (il-maġġoranza ta' dawk li jidħlu fis-suq tax-xogħol) huma esposti għal inċertezzi. Għalhekk, is-sehem ta’ kuntratti temporanji hu sinifikattivament ogħla għall-ħaddiema żgħażagħ, u hemm ftit tranżizzjonijiet minn kuntratti temporanji għal dawk permanenti. Din is-segmentazzjoni tapplika wkoll għall-aċċess għal taħriġ vokazzjonali. Konsegwentament hemm ċaqliq qawwi u akkumulazzjoni limitata ta’ kapital uman għal dawn il-ħaddiema. Il-ħaddiema żgħażagħ u dawk bi ftit kompetenzi huma għalhekk esposti għal riskji sproporzjonati fis-suq tax-xogħol. L-għan tal-Att dwar it-Tiġdid tad-Djalogu Soċjali u tal-Att dwar l-Immodernizzar tas-Suq tax-Xogħol tal-2008 kien li jiġi mmodernizzat id-djalogu soċjali u li tiġi indirizzata l-kwistjoni tad-duwaliżmu fis-suq tax-xogħol. L-Att tal-aħħar partikolarment introduċa proċedura ġdida għat-terminazzjoni ta’ kuntratti permanenti bi ftehim reċiproku (“rupture conventionelle”) li issa qed tintuża aktar u aktar.

(11)

Ir-rata tal-qgħad fi Franza kienet ftit aktar mill-medja tal-UE fl-2010 u l-qgħad fit-tul qed jiżdied (3,9 % fl-2010 meta mqabbel ma’ 2,9 % fl-2008). F’dan il-kuntest, is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi għandhom ikollhom rwol importanti biex joffru appoġġ lil dawk bla xogħol fir-riċerka tagħhom għal impjieg. Fi Franza, is-servizz ġdid pubbliku li jiġbor kollox taħtu Pôle Emploi sa issa wera riżultati varjati. Fl-2009-2010, fil-kuntest tal-kriżi u ta’ żieda qawwija fin-numru ta’ dawk li jfittxu impjieg, l-għan ewlieni tiegħu kien iffukat primarjament fuq l-amalgamazzjoni taż-żewġ entitajiet ta' amministrazzjoni preeżistenti. L-esternalizzazzjoni tas-servizzi tal-impjiegi sa issa wriet riżultati varjati fil-kisba tal-miri ta' ritorn għax-xogħol stabbiliti minn Pôle Emploi. Fl-istess ħin, ir-riżorsi ta’ Pôle emploi ddedikati għal appoġġ individwali għal dawk li qed ifittxu x-xogħol għadhom sottożviluppati (71 ekwivalenti għal full-time għal kull 10 000 persuna mingħajr xogħol, li hu sinifikattivament taħt il-livelli rreġistrati f’ċerti pajjiżi simili).

(12)

Id-defiċit tal-kont attwali ta’ Franza ddeterjora gradwalment matul l-aħħar deċennju u jirrifletti t-tnaqqis fil-bilanċ tal-kummerċ fil-merkanzija, parzjalment dovut għal tnaqqis fil-kompetittività fl-ispejjeż tax-xogħol wara li ġiet introdotta mill-ġdid il-paga minima unika fil-perijodu 2003-2005 (ir-riforma ta’ qabel ta’ 35 siegħa xogħol fil-ġimgħa kienet irriżultat f’ħames livelli minimi differenti). Sar ċertu titjib fil-proċedura tal-indiċjar (inħolqot kummissjoni konsultattiva ta’ esperti indipendenti, tneħħew iż-żidiet diskrezzjonali) li wassal għal moderazzjoni fiż-żieda tal-paga minima. B’riżultat ta’ dan, il-proporzjon ta’ impjegati li huma mħallsa paga minima naqas sostanzjalment u dan ippermetta differenzazzjoni aħjar tal-pagi. Il-paga minima fi Franza xorta għadha fost l-ogħla fl-UE meta mqabbla mas-salarju medjan anki jekk il-porzjon tat-taxxa hu ferm anqas minn dak għall-paga medja minħabba tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali ta’ min iħaddem.

(13)

Fi Franza, il-piżijiet tat-taxxa u ta’ sigurtà soċjali huma fost l-ogħla fuq ix-xogħol fl-UE, filwaqt li t-taxxa fuq il-konsum għadha relattivament żgħira. Barra minn hekk, id-dħul mit-taxxi ambjentali bħala parti mill-PDG hu wkoll ferm taħt il-medja tal-UE. Il-bilanċ mill-ġdid tas-sistema tat-taxxa, anke pereżempju permezz ta’ bidla minn tassazzjoni fuq ix-xogħol għal dik fuq il-konsum u l-ambjent, x’aktarx li jkollu effett pożittiv fuq l-impjiegi kif ukoll fir-rigward tal-għanijiet ambjentali.

(14)

L-eżenzjonijiet mit-taxxa u mis-sigurtà soċjali (inklużi n-“niches fiscales”) fi Franza huma għolja ħafna. Barra minn hekk, biex ikun hemm għarfien u sfruttar siewi tal-benefiċċji tas-sistema jeħtieġ li l-impriżi u l-familji jinvestu f'għarfien espert. Filwaqt li n-nefqiet tat-taxxa jintużaw biex tiġi implimentata politika ekonomika partikolari, s’issa ma hemm l-ebda valutazzjoni sistematika dwar jekk dawn irnexxielhomx jiksbu l-għanijiet tagħhom għalkemm hija ppjanata reviżjoni maħsuba li ssir fl-2011 skont l-Att tal-Ippjanar Multi-annwali tal-Finanzi Pubbliċi għall-perijodu 2009-2012. Fil-passat, is-sostitwibbiltà tagħhom man-nefqa pubblika ppermettiet lill-awtoritajiet Franċiżi biex jirrispettaw formalment ir-regoli eżistenti dwar in-nefqa, għalkemm mhuwiex possibbli aktar ċaqliq kif previst fl-Artikolu 9 tal-Att tal-Ippjanar Multi-annwali tal-Finanzi Pubbliċi għall-perijodu 2011-2014. Hemm żieda diskrezzjonarja fid-dħul mit-taxxa (l-aktar permezz ta’ tnaqqis fin-nefqiet tat-taxxa) ta’ madwar 0,75 % tal-PDG matul il-perijodu 2011-2013 li hija prevista mill-awtoritajiet Franċiżi. In-nefqiet ta’ taxxa preċiżi li għandhom jiġu aboliti ġew identifikati biss parzjalment mill-2012.

(15)

Il-kompetizzjoni fis-settur tal-bejgħ bl-imnut għadha mfixxkla minn restrizzjonijiet amministrattivi fuq il-ftuħ ta’ postijiet kbar tal-bejgħ bl-imnut, u projbizzjoni fuq il-bejgħ mill-ġdid bi prezz aktar baxx mill-kost. Fis-settur tas-servizzi għad hemm ostakli għall-kompetizzjoni għal diversi professjonijiet regolati li jistgħu jiġu trattati billi jew jiġu riveduti l-kondizzjonijiet tad-dħul jew billi jiġu eliminati gradwalment ċerti kwoti (numerus clausus) u d-drittijiet esklussivi li dawn il-professjonijiet għandhom.

(16)

Franza ħadet għadd ta’ impenji fil-Patt Euro Plus. Mil-lat fiskali, Franza ħadmet biex timplimenta malajr ir-riforma tal-pensjonijiet tal-2010. Bil-għan li ssaħħaħ is-sostenibbiltà fiskali, Franza se tbiddel ukoll il-kostituzzjoni tagħha biex tintroduċi ppjanar vinkolanti tal-baġit multiannwali. Biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema, qed jiġu kkunsidrati diversi miżuri biex jiżdiedu l-linji politiċi attivi tas-suq tax-xogħol (pereżempju apprendistati biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tal-ħaddiema żgħażagħ mill-iskola għax-xogħol, faċilitajiet ta’ kura tat-tfal addizzjonali sal-2012 biex jitjiebu l-prospetti ta’ impjieg tan-nisa, tisħiħ tas-servizzi tal-impjiegi pubbliċi għal dawk li jkunu qed ifittxu impjieg). Il-miżuri ta’ kompetittività jiffukaw fuq it-titjib tas-sistema ta’ edukazzjoni għolja u l-promozzjoni tar-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D) u l-Innovazzjoni (“investissements d'avenir”), kif ukoll it-tnaqqis tal-piż amministrattiv permezz tal-implimentazzjoni ta’ programm komprensiv ta’ simplifikazzjoni tal-amministrazzjoni. Dawn l-impenji jirriferu għal tlieta mill-erba' oqsma tal-Patt, u jħallu barra s-settur finanzjarju. Għalkemm dawn saru f’dawk l-oqsma fejn jinsabu l-akbar sfidi, ħafna minnhom (b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-governanza fiskali jew l-appoġġ għall-edukazzjoni għolja u r-R&D) huma konferma ta’ linji ta’ politika/riformi pubbliċi eżistenti. L-aġenda ta’ riforma ma tidhirx li hi għalkollox konsistenti mal-kobor tal-isfidi makroekonomiċi li qed jaffaċċja s-suq tax-xogħol jew l-ambjent tan-negozju. Barra minn hekk, ir-riforma kostituzzjonali prevista hi soġġetta għal inċertezza politika. Dawn l-impenji tal-Patt Euro Plus ġew ivvalutati u kkunsidrati fir-rakkomandazzjonijiet.

(17)

Il-Kummissjoni vvalutat il-Programm ta’ Stabbiltà u l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma, inklużi l-impenji tal-Patt Euro Plus għal Franza. Hija mhux biss qieset ir-rilevanza tagħhom għall-politika sostenibbli fiskali u soċjoekonomika fi Franza iżda wkoll il-konformità tagħhom mar-regoli u l-gwida tal-UE, fid-dawl tal-ħtieġa għal tisħiħ tal-governanza ekonomika kumplessiva tal-UE billi jiġi provdut kontribut fil-livell tal-UE għal deċiżjonijiet nazzjonali futuri. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonsidra li jeħtieġ l-istrateġija ta’ konsolidazzjoni fiskali ssir aktar speċifika, b’mod partikolari għall-2012 u għas-snin ta' wara, sabiex ikun żgurat li d-defiċit eċċessiv jiġi kkoreġut sal-2013 u d-dejn jibda jonqos. Kwalunkwe dħul mhux ippjanat għandu jintuża biex jiġi aċċelerat it-tnaqqis tad-defiċit u d-dejn kif previst fl-Att tal-Ippjanar Multi-annwali tal-Finanzi Pubbliċi għall-perijodu 2011-2014. Bidla minn taxxi fuq ix-xogħol għal dawk ambjentali u fuq il-konsum u simplifikazzjoni tal-ispiża tat-taxxa, jagħtu spinta lill-għanijiet fiskali u ambjentali u jwasslu għal titjib tal-ambjent tan-negozju. Il-passi ulterjuri fl-2011-2012 għandhom jiffukaw fuq l-adattament tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi għat-tnaqqis tad-duwaliżmu fis-suq tax-xogħol, u fuq it-tisħiħ tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi sabiex ikun provdut appoġġ komprensiv lil dawk li jfittxu impjieg. Il-politika eżistenti għal moderazzjoni tal-paga minima għandha titkompla. Il-kompetizzjoni għandha tiġi mħeġġa fil-professjonijiet regolati u fil-kummerċ tal-bejgħ bl-imnut.

(18)

Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni u tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill eżamina l-aġġornament tal-2011 tal-Programm ta’ Stabbiltà ta’ Franza u l-opinjoni tiegħu (3) hi riflessa b’mod partikolari fir-rakkomandazzjoni (1) tiegħu hawn taħt. Fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill eżamina l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma ta’ Franza,

B’DAN JIRRAKKOMANDA li Franza tieħu azzjoni fil-perijodu 2011-2012 biex:

1.

Tiżgura l-isforz fiskali annwali medju rrakkomandat ta’ aktar minn 1 % tal-PDG matul il-perijodu 2010-2013 u timplimenta b’mod rigoruż il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-2013, konformement mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill taħt il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (PŻE), u b’hekk titfa’ fuq linja ta’ tnaqqis lill-proporzjon għoli ta’ dejn pubbliku, u tiżgura sussegwentement progress adegwat lejn l-għan għall-perijodu medju; tispeċifika l-miżuri korrispondenti neċessarji għall-2012 ‘il quddiem, tieħu miżuri addizzjonali jekk ikunu meħtieġa u tuża kwalunkwe dħul mhux ippjanat biex jiġi aċċelerat it-tnaqqis tad-defiċit u d-dejn kif ippjanat; tkompli tirrivedi s-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet u tieħu miżuri addizzjonali fejn jeħtieġ.

2.

Tagħmel sforzi mġedda, skont il-prattiċi nazzjonali ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, biex tegħleb is-segmentazzjoni fis-suq tax-xogħol billi tirrivedi aspetti magħżula tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi filwaqt li ttejjeb il-kapital uman u t-tranżizzjonijiet għall-aħjar; tiżgura li kwalunkwe adattamenti fil-paga minima jkunu ta' appoġġ għall-ħolqien tal-impjiegi.

3.

Tinkoraġġixxi l-aċċess għal tagħlim tul il-ħajja għall-ħaddiema ta’ età akbar biex tgħinhom jibqgħu impjegati u toħloq inċentivi li jappoġġaw ir-ritorn għall-impjieg. Tagħti spinta lil-linji politiċi attivi dwar is-suq tax-xogħol u tintroduċi miżuri għat-titjib fl-organizzazzjoni, fit-teħid ta' deċiżjonijiet u fil-proċeduri tas-servizz pubbliku tal-impjiegi sabiex jissaħħu s-servizzi u l-appoġġ individwali pprovduti lil dawk f’riskju li jkunu qiegħda għal żmien twil.

4.

Iżżid l-effiċjenza tas-sistema tat-taxxa, inkluż permezz ta’ bidla minn taxxi fuq ix-xogħol favur taxxi ambjentali u fuq il-konsum, u l-implimentazzjoni tat-tnaqqis ippjanat fin-numru u l-kost tat-taxxi u l-eżenzjonijiet ta’ sigurtà soċjali (inklużi “niches fiscales”).

5.

Tieħu aktar passi biex tneħħi restrizzjonijiet mhux ġustifikati fuq is-snajja u l-professjonijiet regolati, b’mod partikolari fis-servizzi u s-settur tal-bejgħ bl-imnut.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

(2)  Miżmuma għall-2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad-19 ta’ Mejju 2011 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56).

(3)  Prevista fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.


20.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/12


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2011

dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tal-Greċja

2011/C 213/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 121(2) u 148(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

B'kunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tvara strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020, imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa tal-politiki ekonomiċi, li ser tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn jeħtieġ azzjoni biex tingħata spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività.

(2)

Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u fil-21 ta’ Ottubru 2010 adotta deċiżjoni dwar il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (1), li flimkien jagħmlu l-“linji gwida integrati”. L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-politiki ekonomiċi u dwar l-impjiegi nazzjonali.

(3)

Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali tat-Tkabbir, li kien il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni integrata u ex ante ta’ politika, imsejjes fuq l-istrateġija Ewropa 2020.

(4)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew endorsja l-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu 2011 u b'żieda mal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir mill-Kummissjoni). Hu saħaq fuq il-ħtieġa li tingħata prijorità lir-restawr ta’ baġits tajbin u s-sostenibbiltà fiskali, lit-tnaqqis tal-qgħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir.

(5)

Fit-3 ta' Mejju 2010, il-Greċja ppreżentat programm ta' aġġustament inklużiv appoġġat mill-assistenza finanzjarja pprovduta mill-Istati Membri taż-żona tal-euro u mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) li jammonta għal EUR 110 biljuni. Il-Memorandum ta' Qbil li jakkumpanjah u s-supplimenti suċċessivi tiegħu, jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika li abbażi tagħha tiġi żburżata l-assistenza finanzjarja.

(6)

L-elementi ewlenin tal-kundizzjonalità tal-politika kienu inklużi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320/UE tal-10 ta’ Mejju 2010 (2), u l-emendi sussegwenti tagħha (3), indirizzati lill-Greċja bil-għan li tissaħħaħ u titfannad is-sorveljanza fiskali u biex il-Greċja tkun avżata tieħu miżuri li jnaqqsu d-defiċit meqjusa neċessarji biex isolvu s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 136 u 126(9) tat-Trattat.

(7)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Istati Membri parteċipi fil-Patt Euro Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom fil-ħin sabiex jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabbilita jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom. Il-Greċja hija mistennija tippreżenta Programm ta' Stabbiltà aġġornat u impenji u azzjonijiet speċifiċi tal-Patt Euro Plus għall-2011 ibbażati fuq programm ta’ aġġustament ekonomiku aġġornat.

(8)

Matul l-aħħar deċennju, il-prestazzjoni ta' tkabbir tal-Greċja kienet ibbażata fuq xpruni mhux sostenibbli: żidiet qawwija fil-konsum u fl-investiment residenzjali kienu akkumpanjati minn żidiet reali fil-pagi u tkabbir rapidu tal-kreditu; rati tal-imgħax reali baxxi assoċjati mal-adozzjoni tal-euro u l-liberalizzazzjoni tas-suq finanzjarju saħħew din iż-żieda qawwija. Il-kriżi globali tal-2008-2009 esponiet id-dgħufijiet, inkluż: politiki fiskali mhux sostenibbli, parzjalment moħbija minn statistiċi mhux affidabbli u minn dħul temporanjament għoli; swieq tax-xogħol u tal-prodotti riġidi; u telf ta' kompetittività u dejn estern jogħla. Għalkemm mhux fil-bidu, is-settur bankarju kien affettwat mill-kriżi ekonomika u tal-kunfidenza. Sa fejn kienet waslet id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni fiskali kien żvelat tard minħabba nuqqasijiet serji fis-sistemi tal-kontabbiltà u tal-istatistika tal-Greċja. Dan dewwem l-implimentazzjoni ta' miżuri korrettivi. Minħabba li żdied it-tħassib dwar is-sostenibbiltà fiskali tal-Greċja u żdiedet l-istmerrija tar-riskju globali, is-sentiment tas-suq fir-rigward tal-Greċja ħżien ħafna fil-bidu tal-2010. F'April 2010, il-Greċja talbet assistenza finanzjarja internazzjonali minħabba li kienet affaċċjata minn bżonnijiet finanzjarji konsiderevoli u ma kellhiex aċċess għas-swieq kapitali internazzjonali.

(9)

Il-Greċja impenjat ruħha li timplimenta l-programm ta' aġġustament ekonomiku u finanzjarju bl-għan li tikkoreġi l-iżbilanċi fiskali u esterni u biex jerġa' jkun hemm kunfidenza f'terminu ta' żmien qasir. F'terminu ta' żmien medju, hija għandha tħejji s-sisien għal mudell ta' tkabbir li jiddependi iktar fuq l-investiment u l-esportazzjonijiet filwaqt li jappoġġja t-tkabbir u l-impjiegi. Il-programm ta’ aġġustament jipprevedi azzjoni komprensiva fuq tliet aspetti: (i) strateġija ta' konsolidazzjoni fiskali bikrija, appoġġjata minn miżuri fiskali strutturali u minn kontroll fiskali aħjar; (ii) riformi strutturali fis-swieq tax-xogħol u tal-prodotti biex ikunu indirizzati l-kompetittività u t-tkabbir; u (iii) sforzi li jissalvagwardjaw l-istabbiltà tas-sistema bankarja.

(10)

Il-Kummissjoni ivvalutat l-abbozz ta' Programm Nazzjonali ta' Riforma. Hija mhux biss qieset ir-rilevanza tiegħu għall-politika sostenibbli fiskali u soċjoekonomika fil-Greċja iżda wkoll il-konformità tiegħu mar-regoli u l-gwida tal-UE, fid-dawl tal-ħtieġa tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika kumplessiva tal-UE billi jiġi pprovdut kontribut fil-livell tal-UE għad-deċiżjonijiet nazzjonali futuri. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tenfasizza l-urġenza tal-implimentazzjoni tal-miżuri pjanati għall-konformità mad-Deċiżjoni 2010/320/UE,

B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Greċja:

Timplimenta bis-sħiħ il-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/320/UE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/257/UE u kif speċifikat aktar fil-Memorandum ta’ Qbil tat-3 ta’ Mejju 2010 u s-supplimenti sussegwenti tiegħu, b'mod partikolari l-aħħar suppliment tat-2 ta’ Lulju 2011.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  Miżmuma għall-2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad-19 ta’ Mejju 2011 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56).

(2)  ĠU L 145, 11.6.2010, p. 6.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2010 (2010/486/UE), (ĠU L 241, 14.9.2010, p. 12); id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2010 (2011/57/UE), (ĠU L 26, 29.1.2011, p. 15); id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2011 (2011/257/UE), (ĠU L 110, 29.4.2011, p. 26).


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/14


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 213/05

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

17.12.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.31853 (N 501/10)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Galicia

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ayuda para la conversión de instalaciones de fueloil de Alúmina Española SA (ALCOA) — Galicia

Il-bażi legali

Estatuto de Autonomía de Galicia — Convenio con empresa

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

L-iffrankar tal-l-enerġija, Il-ħarsien tal-l-ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 0,99 miljun

L-intensità

38 %

It-tul ta' żmien

sal-30.12.2010

Setturi ekonomiċi

L-enerġija

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Consellería de Economía e Industria de la Xunta de Galicia

Edificio Administrativo San Caetano s/n

Bloque 5 — planta 4

15781 Santiago de Compostela

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

31.5.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32595 (11/N)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Pais Vasco

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Programa de Subvenciones para la Promoción, Difusión, y/o Normalización del Euskera en el ámbito de las tecnologías de la información y la comunicación (Convokatoria IKT) en la Comunidad Autónoma Vasca

Il-bażi legali

Borrador del orden de la Consejera de Cultura, por lo que se regula la concesión y se convocan subvenciones para la promoción, difusión, y/o normalización del euskera en el ámbito de las tecnologías de la información y la comunicación (Convokatoria IKT)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura, Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit annwali: EUR 1,576 miljun

 

Baġit globali: EUR 1,576 miljun

L-intensità

60 %

It-tul ta' żmien

31.3.2011-31.12.2011

Setturi ekonomiċi

Il-Midja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Dirección de Promoción del Euskara

Viceconsejería de Política Lingüistica

Departamento de Cultura

C/ Donostia, 1

01010 Victoria-Gasteiz

Álava, País Vasco

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


III Atti preparatorji

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Il-Bank Ċentrali Ewropew

20.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/16


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta’ Marzu 2011

dwar rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-arranġamenti għall-innegozjar ta’ Ftehim Monetarju mar-Repubblika Franċiża, għall-benefiċċju tat-territorju barrani Franċiż ta’ Saint-Barthélemy

(CON/2011/22)

2011/C 213/06

Introduzzjoni u bażi legali

Fl-10 ta’ Marzu 2011, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-arranġamenti għall-innegozjar ta’ Ftehim Monetarju mar-Repubblika Franċiża, għall-benefiċċju tat-territorju barrani Franċiż ta’ Saint-Barthélemy (1) (minn hawn ’il quddiem “l-abbozz tad-deċiżjoni”).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 219(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Procedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

Għalkemm ir-responsabbiltà finali għal deċiżjonijiet dwar il-konklużjoni ta’ ftehim monetarji ma’ pajjiżi terzi hija tal-Kunsill tal-UE, il-BĊE ma jinkoraġġixxix lill-pajjiżi u territorji barranin (OCTs) assoċjati ma’ Stati Membri taż-żona euro biex jintroduċu l-euro bħala l-munita uffiċjali tagħhom. Fil-każ ta’ Saint-Barthélemy, il-BĊE m’għandux oġġezzjonijet għall-abbozz tad-deċiżjoni, peress illi Saint-Barthélemy, li hija parti minn Franza, ilha tuża l-euro mill-1999. Sabiex takkomoda l-intenzjoni ta’ Franza li l-euro tinżamm f’Saint-Barthélemy wara l-1 ta’ Jannar 2012, meta din il-kollettività ma tibqax parti mit-territorju tal-UE (2) hija neċessarja soluzzjoni skont il-liġi tal-UE li tindirizza ċ-ċirkostanzi mibdulin. F’dan l-isfond, il-konklużjoni ta’ ftehim monetarju mar-Repubblika Franċiża, li taġixxi għall-benefiċċju ta’ Saint-Barthélemy, hija soluzzjoni sodisfaċenti għaliex tippermetti li Franza tkompli tapplika għal Saint-Barthélemy id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-UE meħtieġa għall-użu tal-munita waħdanija fl-oqsma segwenti: leġiżlazzjoni monetarja, bankarja u finanzjarja; miżuri meħtieġa għall-użu tal-euro; il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-prevenzjoni tal-frodi u l-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament f’kontanti u mhux; regoli dwar midalji u towkins u dwar ir-rekwiżiti għar-rappurtar statistiku.

2.

Mill-ambitu tal-mandat għall-innegozjar stabbilit fl-abbozz tad-deċiżjoni, il-BĊE jifhem illi, b’differenza mill-ftehim konklużi ma’ pajjiżi terzi bħall-Prinċipat ta’ Monako, il-Prinċipat ta’ Andorra, ir-Repubblika ta’ San Marino u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan, dan il-ftehim monetarju ma jawtorizzax lil Saint-Barthélemy biex joħroġ il-muniti euro tiegħu. Filwaqt illi l-BĊE jilqa’ dan l-approċċ, dan għandu jsir espliċitu għal raġunijiet ta' ċertezza legali u trasparenza, tal-anqas fil-premessa tal-abbozz tad-deċiżjoni.

3.

Il-BĊE itenni li kwalunkwe trasferimenti, inkluż assistenza finanzjarja speċifika għal banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, li għandhom isiru sabiex tinżamm jew tintradd l-istabbiltà finanzjarja f’Saint-Barthélemy, għandhom jinħarġu mit-Teżor tar-Repubblika Franċiża.

4.

Il-BĊE jifhem illi l-kompiti kollha li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Eurosistema, inkluż l-operazzjonijiet tal-politika monetarja u l-ġbir tal-istatistika, ser jitwettqu mill-Banque de France permezz tal-Institut d’Émission des Départements D’Outre-mer (IEDOM).

5.

Il-BĊE jifhem ukoll illi l-ftehim monetarju m’għandux il-ħsieb li istituzzjonijiet finanzjarji li jinsabu f’Saint-Barthélemy ikollhom aċċess dirett għal sistemi ta’ pagament u saldu fi ħdan iż-żona tal-euro u li kwalunkwe konnessjoni bħal din ser tkompli ssir permezz tal-awtoritajiet Franċiżi rispettivi.

6.

Il-BĊE huwa ta’ opinjoni soda illi r-rwol tiegħu fl-innegozjar ta’ ftehim monetarji ma’ OCT għandu jkun preċiżament l-istess bħar-rwol tiegħu fl-innegozjar ta' ftehim monetarji ma' pajjiżi terzi. F’dan l-isfond, it-test tal-abbozz tad-deċiżjoni għandu jistipula b’mod ċar u mhux ambigwu li l-qbil tal-BĊE huwa meħtieġ fuq kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-qasam ta’ kompetenza tiegħu.

7.

Il-BĊE jinnota illi bosta kwistjonijiet importanti mhumiex koperti mill-abbozz tad-deċiżjoni u dawn imisshom ikunu indirizzati kif ġej:

7.1.

Fi ftehim monetarji oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea huwa l-korp inkarigat mir-riżoluzzjoni ta’ tilwim li jista’ jinqala’ minn ftehim bħal dawn. L-abbozz tad-deċiżjoni għandu jagħmilha ċara illi l-istess arranġament japplika f’dan il-każ. Il-BĊE iqis illi l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq dan it-tip ta’ ftehim mhijiex ovvja u jirreferi speċifikament għal bosta Opinjonijiet tal-Qorti fejn il-Qorti għamlet distinzjoni ċara bejn ftehim li jkunu daħlu fihom Stati Membri u ftehim li jkunu daħlu fihom Stati Membri responsabbli għat-territorji dipendenti tagħhom, jiġifieri li mhumiex qed jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala Stati Membri (3).

7.2.

Wieħed mill-elementi l-aktar importanti ta’ dan il-ftehim monetarju għandu jkun il-ħtieġa li tiġi ggarantita l-applikazzjoni kontinwa lil Saint-Barthélemy ta’ atti legali rilevanti tal-UE preżenti u futuri b’effett dirett immedjat, eż. regolamenti. Il-BĊE jifhem illi Franza għandha l-intenzjoni li tindirizza din il-kwistjoni permezz ta’ emendi lil-liġi organika Franċiża rilevanti.

Il-BĊE jinnota illi, b’differenza minn ftehim monetarji oħrajn, l-abbozz tad-deċiżjoni ma jipprovdix għall-ħolqien ta’ kumitat konġunt responsabbli għall-evalwazzjoni tal-progress fl-emendi leġiżlattivi. Il-BĊE jikkunsidra illi n-nuqqas ta’ kwalunkwe korp bħal dan li fih l-UE, bħala waħda mill-firmatarji tal-ftehim, tipparteċipa u timmonitorja l-applikazzjoni dovuta tal-acquis rilevanti tal-UE fl-OCT, mhuwiex sodisfaċenti, partikolarment fejn sistema bankarja lokali qed tuża l-euro. Il-BĊE iqis illi huwa vitali illi l-applikazzjoni speċifika ta’ liġi rilevanti tal-UE ssir bi ftehim mal-Kummissjoni u l-BĊE (4), pereżempju bl-inklużjoni tal-atti legali rilevanti tal-UE u tal-BĊE f'anness għall-ftehim monetarju u l-pubblikazzjoni ta' dan l-anness u l-emendi tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Alternattivament, l-abbozz tad-deċiżjoni għandu jitlob li Franza tinforma lill-BĊE qabel l-adozzjoni ta’ atti legali indirizzati lil Saint-Barthélemy f’każ li jaqgħu fi ħdan l-oqsma ta’ kompetenza tal-BĊE. Barra minn dan, għandu jkun hemm dritt għall-istituzzjonijiet tal-UE li jitolbu informazzjoni dwar atti legali bħal dawn mingħand Franza.

7.3.

Il-BĊE jifhem illi, mal-bidla fl-istatus ta’ Saint-Barthélemy fl-1 ta’ Jannar 2012, huwa mhux ser jibqa’ kopert mid-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-UE li altrimenti jkunu direttament applikabbli u li jippermettu lill-korpi rilevanti tal-UE, bħall-Europol, li jaġixxu fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro. Din il-kwistjoni għandha bżonn tiġi indirizzata wkoll fil-ftehim monetarju, b’hekk l-abbozz tad-deċiżjoni għandu jagħti mandat lill-UE biex tinkludi dispożizzjoni bħal din fil-ftehim monetarju.

Fejn il-BĊE jirrakkomanda illi d-deċiżjoni proposta tiġi emendata, qed jiġu stabbiliti għal dan il-għan fl-Anness proposti speċifiċi għall-abbozzar flimkien ma’ test spjegattiv.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta’ Marzu 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  SEG(2011) 249 finali.

(2)  Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta’ Ottubru 2010 li timmodifika l-istatus fir-rigward tal-Unjoni Ewropea tal-gżira ta’ Saint-Barthélemy, ĠU L 325, 9.12.2010, p. 4.

(3)  Opinjoni 1/78, paragrafu 62 u Opinjoni 1/94 paragrafu 17: “it-territorji in kwistjoni, sakemm jibqgħu barra mill-ambitu tat-Trattat KEE, huma, fir-rigward tal-Komunità, fl-istess sitwazzjoni bħall-pajjiżi li mhumiex membri. Konsegwentement, huwa fil-kapaċità tagħhom bħala l-Istati responsabbli għar-relazzjonijiet internazzjonali tat-territorji dipendenti tagħhom li huma barra l-iskop tal-liġi Konmunitarja, u mhux bħala Stati membri tal-Komunità, li l-Istati responsabbli għal dawk it-territorji huma msejħa sabiex jipparteċipaw fil-ftehim.”

(4)  Ara wkoll l-Opinjoni fuq talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea taħt l-Artikolu 109(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea fuq proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-arranġamenti monetarji fil-komunitajiet territorjali Franċiżi ta’ Saint-Pierre-et-Miquelon u Mayotte, ĠU C 127, 7.5.1999, p. 5.


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

Premessa 6

“(6)

Għalhekk, għandu jkun innegozjat ftehim monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża, għall-benefiċċju tat-territorju barrani Franċiż ta’ Saint-Barthélemy, bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni kontinwa ta’ Saint-Barthélemy tal-leġiżlazzjonijiet tal-UE rilevanti.”

“(6)

Għalhekk, għandu jkun innegozjat ftehim monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża, għall-benefiċċju tat-territorju barrani Franċiż ta’ Saint-Barthélemy, bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni kontinwa ta’ Saint-Barthélemy tal-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti. Il-BĊE għandu jkun assoċjat ma’ dan l-innegozjar u l-kunsens tiegħu għandu jkun meħtieġ għal kwistjonijiet li jaqgħu fl-oqsma ta’ kompetenza tieghu.”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjonijiet għall-emenda 5.

Emenda 2

Premessa 7

Premessa ġdida

“(7)

Il-mandat għall-innegozjar m'għandux il-għan li jippermetti jew b'xi mod jagħti lill-kollettività ta' Saint-Barthélemy id-dritt li tistampa flus jew toħroġ il-muniti euro tagħha stess. Is-sitwazzjoni kurrenti, f’dan ir-rispett, ser tinżamm għal dak li jirrigwarda l-użu ta’ muniti euro.”

Spjegazzjoni

Ara l-paragrafu 2 ta’ din l-opinjoni. Il-BĊE jikkunsidra illi ċ-ċertezza legali u t-trasparenza huma partikolarment importanti fir-rigward ta’ din il-kwistjoni peress illi dan huwa l-ewwel ftehim monetarju li jkopri OCT u l-ftehim jista’ għalhekk jistabbilixxi preċedent.

Emenda 3

Artikolu 1(d)

Dispożizzjoni ġdida

“(d)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tkun taħt obbligu li tiżgura applikazzjoni korretta u sħiħa ta’ dawk li altrimenti huma atti legali tal-UE u tal-BĊE li huma direttament applikabbli għal Saint-Barthélemy, u s-superviżjoni tal-applikazzjoni tagħhom ser tibqa’ r-responsabbiltà tal-awtoritajiet Franċiżi, li ser iżommu lill-Kummissjoni u lill-BĊE infurmati bis-sħiħ fl-istess ħin.”

Spjegazzjoni

Ara l-paragrafu 7.2 ta’ din l-opinjoni.

Emenda 4

Artikolu 1(e)

Dispożizzjoni ġdida

(e)

Il-ftehim monetarju għandu jestendi l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (2) għal Saint-Barthélemy għal dak li jirrigwarda l-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro.

Spjegazzjoni

Ara l-paragrafu 7.3 ta’ din l-opinjoni. Il-BĊE jikkunsidra illi Franza ma tistax testendi unilateralment il-firxa ġeografika tal-kompiti u l-kompetenzi tal-BĊE li jħarsu l-integrità tal-karti tal-flus tal-euro.

Emenda 5

Artikolu 2

“Il-Kummissjoni għandha twettaq l-innegozjar mar-Repubblika Franċiża, għall-benefiċċju tat-territorju barrani Franċiż ta’ Saint-Barthélemy. Il-BĊE għandu jkun assoċjat bis-sħiħ fin-negozjati u jaqbel mal-kwistjonijiet li jaqgħu fil-qasam ta’ kompetenza tieghu.”

“Il-Kummissjoni għandha twettaq l-innegozjar mar-Repubblika Franċiża, għall-benefiċċju tat-territorju barrani Franċiż ta’ Saint-Barthélemy. Il-BĊE għandu jkun assoċjat b’mod sħiħ fin-negozjati u l-kunsens tiegħu għandu jkun meħtieġ għal -kwistjonijiet li jaqgħu fil-qasam ta’ kompetenza tieghu.”

Spjegazzjoni

Dan il-kliem ċar u mhux ambigwu fir-rigward tar-rwol tal-BĊE intuża f’bosta Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-mandati għan-negozjar u fi ħdan il-ftehim monetarji nfushom. L-aktar eżempju riċenti huwa l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-arranġamenti għan-negozjar mill-ġdid tal-Ftehim Monetarju bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-Gvern tal-Altezza Serena Tiegħu il-Prinċep ta’ Monako (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

Emenda 6

Artikolu 3 ġdid

Ebda dispożizzjoni

“Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tkun indikata fil-ftehim monetarju bħala li għandha l-ġurisdizzjoni li ssolvi tilwim li jista’ jinqala’ fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-ftehim.”

Spjegazzjoni

Ara l-paragrafu 7.1 ta’ din l-opinjoni.


(1)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.

(2)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37


20.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/21


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-4 ta’ Lulju 2011

dwar proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni ta’ Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża, dwar iż-żamma tal-euro f’Saint-Barthélemy wara l-modifikazzjoni tal-istatus tagħha fir-rigward tal-Unjoni Ewropea

(CON/2011/56)

2011/C 213/07

Introduzzjoni u bażi legali

Fid-29 ta’ Ġunju 2011, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni ta’ ftehim monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża dwar iż-żamma tal-euro f’Saint-Barthélemy, wara l-modifikazzjoni tal-istatus tagħha fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (1) (minn hawn ‘il quddiem id-“deċiżjoni proposta”) u dwar it-test tal-Ftehim Monetarju mehmuż mad-deċiżjoni proposta.

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea peress illi d-deċiżjoni proposta tirrigwarda ftehim monetarju taħt l-Artikolu 219(3) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Procedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

Il-BĊE jilqa’ d-deċiżjoni proposta peress illi t-test tal-Ftehim Monetarju mehmuż jirrifletti kif imiss l-osservazzjonijiet u l-proposti għall-abbozzar tal-BĊE fl-Opinjoni tal-BĊE CON/2011/22 tal-11 ta' Marzu 2011 dwar rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-arranġamenti għall-innegozjar ta’ Ftehim Monetarju mar-Repubblika Franċiża, għall-benefiċċju tat-territorju barrani Franċiż ta’ Saint-Barthélemy (2) u l-pożizzjoni tal-BĊE espressa matul il-proċess tan-negozjati.

Madankollu, il-BĊE għandu proposti għall-abbozzar speċifiċi relatati mad-deċiżjoni proposta li għandhom l-għan li jiżguraw il-konsistenza bejn id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-arranġamenti għall-innegozjar ta’ ftehim monetarju mar-Repubblika Franċiża, għall-benefiċċju tat-territorju barrani Franċiż ta’ Saint-Barthélemy (3), u d-deċiżjoni proposta.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta’ Lulju 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  KUMM(2011) 360 finali.

(2)  Ippubblikata simultanjament ma’ din l-Opinjoni.

(3)  Għadha mhix ippubblikata.


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

Raba’ ċitazzjoni (ġdida)

L-ebda test

“Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta hija neċessarja sabiex tirrifletti l-fatt illi l-att tal-Unjoni huwa adottat skont l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat li jipprovdu għall-obbligu li jiġi kkonsultat il-BĊE dwar kull att propost mill-Unjoni fl-oqsma tal-kompetenza tiegħu.

Emenda 2

Premessa 3

“(3)

Fit-13 ta’April 2011, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, filwaqt li aġixxa mal-Bank Ċentrali Ewropew u bil-kunsens tiegħu fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu, biex tinnegozja mar-Repubblika Franċiża, filwaqt li din tal-aħħar taġixxi fl-interess tat-territorju barrani Franċiż ta’ Saint-Barthélemy, bil-għan li jiġi konkluż ftehim monetarju. Dan il-Ftehim ġie inizjalat fit-30 ta' Mejju 2011.”

“(3)

Fit-13 ta’April 2011, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, , biex tinnegozja mar-Repubblika Franċiża, filwaqt li din tal-aħħar taċixxi fl-interess tat-territorju barrani Franċiż ta’ Saint-Barthélemy, u li tassoċja bis-sħiħ lill-BĊE man-negozjati u biex tfittex il-qbil tiegħu dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu, bil-għan li jiġi konkluż ftehim monetarju. Dan il-ftehim ġie inizjalat fit-30 ta’ Mejju 2011.”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta hija neċessarja sabiex tallinja d-deċiżjoni mal-premessa 6 u mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-arranġamenti għall-innegozjar ta’ ftehim monetarju mar-Repubblika Franċiża, għall-benefiċċju tat-territorju barrani Franċiż ta’ Saint-Barthélemy  (2).


(1)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.

(2)  Għadha mhix ippubblikata.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/23


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Lulju 2011

2011/C 213/08

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4160

JPY

Yen Ġappuniż

111,77

DKK

Krona Daniża

7,4564

GBP

Lira Sterlina

0,87890

SEK

Krona Żvediża

9,2300

CHF

Frank Żvizzeru

1,1607

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8620

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,480

HUF

Forint Ungeriż

271,50

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

4,0283

RON

Leu Rumen

4,2580

TRY

Lira Turka

2,3517

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3273

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3534

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,0387

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6628

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7220

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 500,74

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,8639

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,1539

HRK

Kuna Kroata

7,4433

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 101,51

MYR

Ringgit Malażjan

4,2572

PHP

Peso Filippin

60,610

RUB

Rouble Russu

39,7450

THB

Baht Tajlandiż

42,373

BRL

Real Brażiljan

2,2252

MXN

Peso Messikan

16,5755

INR

Rupi Indjan

63,0120


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/24


Sejħiet għall-proposti u premju fl-ambitu tal-programmi ta' ħidma tal-2011 u l-2012 tas-Seba' Programm Kwadru għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

2011/C 213/09

B'dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta' sejħiet għall-proposti u qed ikun imħabbar premju fl-ambitu tal-programmi ta' ħidma “Kooperazzjoni”, “Ideat”, “Nies” u “Kapaċitajiet” tal-2011 u l-2012 tas-Seba' Programm Kwadru għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013).

Qed jintlaqgħu proposti għas-sejħiet u għall-premju li ġejjin. Id-dati tal-għeluq u l-baġits qegħdin imniżżlin fit-testi tas-sejħiet, li jinsabu ppubblikati fuq il-websajt relevanti tal-Kummissjoni Ewropea.

Programm Speċifiku “Kooperazzjoni”:

Tema

Identifikatur tas-Sejħa

1.

Saħħa:

FP7-HEALTH-2012-INNOVATION-1

FP7-HEALTH-2012-INNOVATION-2

2.

Ikel, Agrikoltura u Sajd u Bijoteknoloġija

FP7-KBBE-2012-6 — single stage

3.

Teknoloġiji tal-Informatika u tal-Komunikazzjoni

FP7-ICT-2011-8

FP7-2012-ICT-GC

4.

Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji Ġodda tal-Produzzjoni

FP7-NMP-2012-LARGE-6

FP7-NMP-2012-SMALL-6

FP7-NMP-2012-SME-6

FP7-NMP-2011-CSA-6

5.

Enerġija

FP7-ENERGY-2012-1

FP7-ENERGY-2012-2

FP7-ENERGY-2012-SMARTCITIES

6.

Ambjent (inkluż Tibdil fil-Klima)

FP7-ENV-2012 — two stage

FP7-ENV-2012 — one stage

7.

Trasport

FP7-AAT-2012-RTD-1

FP7-AAT-2012-RTD-L0

FP7-AAT-2012-RTD-JAPAN

FP7-SST-2012-RTD-1

FP7-TPT-2012-RTD-1

FP7-TRANSPORT-2012-MOVE-1

8.

Xjenzi Soċjoekonomiċi u l-Umanistika

FP7-SSH-2012-1

FP7-SSH-2012-2

9.

Spazju

FP7-SPACE-2012-1

10.

Sigurtà

FP7-SEC-2012-1

Approċċi transtematiċi

Temi: 4. NMP, 6. Ambjent, 7. Trasport Sħubija bejn il-pubbliku u l-privat “Karozzi Ekoloġiċi” (sejħa transtematika implimentata b'mod konġunt)

FP7-2012-GC-MATERIALS

Temi: 3. Teknoloġiji tal-Informatika u l-Komunikazzjoni; 4. Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji Ġodda tal-Produzzjoni; 5. Enerġija u 6. Ambjent (inkluż Tibdil fil-Klima) (koordinat). Sħubija bejn il-pubbliku u l-privat “Bini enerġetikament effiċjenti”

FP7-2012-NMP-ENV-ENERGY-ICT-EeB

Temi: 3. Teknoloġiji tal-Informatika u Komunikazzjoni u 4. Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Sħubija bejn il-pubbliku u l-privat “Fabbriki tal-Futur”

FP7-2012-NMP-ICT-FoF

Temi: 1. Saħħa; 2. Ikel, Agrikoltura u Sajd, u Bijoteknoloġija; 4. Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji Ġodda tal-Produzzjoni; 5. Enerġija 7. Trasport (inkluż l-Aeronawtika) u 8: Xjenzi Soċjoekonomiċi u l-Umanistika (koordinati)

FP7-ERANET-2012-RTD


Programm Speċifiku “Ideat”:

Titlu tas-Sejħa

Identifikatur tas-Sejħa

Għotja tal-KER għal Riċerkaturi Indipendenti li Għadhom qed Jibdew

ERC-2012-StG


Programm Speċifiku “Nies”:

Titlu tas-Sejħa

Identifikatur tas-Sejħa

Netwerks ta’ Taħriġ Inizjali Marie Curie

FP7-PEOPLE-2012-ITN

Skema Internazzjonali għall-Iskambju ta’ Persunal ta’ Riċerka Marie Curie

FP7-PEOPLE-2012-IRSES


Programm Speċifiku “Kapaċitajiet”:

Parti

Identifikatur tas-Sejħa

1.

Infrastrutturi ta' Riċerka

FP7-INFRASTRUCTURES-2012-1

2.

Riċerka għall-benefiċċju tal-SMEs

FP7-SME-2012

3.

Reġjuni ta' Għarfien

FP7-REGIONS-2012-2013-1

4.

Potenzjal għar-Riċerka

FP7-REGPOT-2012-2013-1

5.

Xjenza fis-Soċjetà

FP7-SCIENCE-IN-SOCIETY-2012-1

6.

Żvilupp Koerenti tal-Politika tar-Riċerka

FP7-COH-2012-PROCURERS

Premju għall-Innovaturi Nisa (Prize for Women Innovators)

7.

Attivitajiet ta' Kooperazzjoni Internazzjonali

FP7-INCO-2012-1

FP7-INCO-2012-2

Dawn is-sejħiet għall-proposti u l-premju huma marbutin mal-programmi ta' ħidma adottati permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2011) 4961 tad-19 ta' Lulju 2011, C(2011) 5033 tad-19 ta' Lulju 2011, C(2011) 5068 tad-19 ta' Lulju 2011 u C(2011) 5023 tad-19 ta' Lulju 2011.

L-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet u l-premju, il-programmi ta' ħidma u l-linji gwida għall-applikanti dwar kif għandhom iressqu l-proposti jinsabu fuq il-websajt relevanti tal-Kummissjoni Ewropea.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/27


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6287 – Bain Capital/Oaktree/International Market Centers JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 213/10

1.

Fit-13 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Bain Capital Investors, LLC (“Bain Capital Investors”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u OCM IMC Holdings, L.P., li fl-aħħarnett huma kkontrollati minn Oaktree Capital Group, LLC (“Oaktree”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża International Market Centers, LP (“IMC”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Bain Capital Investors: ditta tal-investimenti ta’ ekwità privata,

għal Oaktree: fondi ta’ investiment alternattivi u mhux tradizzjonali,

għal IMC: sid u operatur fil-qasam tal-proprjetà immobbli (vetrini u spazji fejn isiru l-wirjiet) fl-Istati Uniti tal-Amerika.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6287 – Bain Capital/Oaktree/International Market Centers JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


20.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/28


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6293 – Thermo Fisher/Phadia)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 213/11

1.

Fit-12 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Thermo Fisher Scientific, Inc. (“Thermo Fisher”, l-Istati Uniti) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ CB Diagnostics Holding AB, li hija l-kumpanija possedenti u l-uniku proprjetarju tal-impriża Phadia Holding AB (“Phadia”, l-Isvezja), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Thermo Fisher: apparat tal-laboratorji u strumenti għax-xjenzi tal-ħajja u prodotti oħra relatati, inklużi sistemi dijanjostiċi in vitro,

Phadia: sistemi immunodijanjostiċi tat-testijiet tad-demm li jiffaċilitaw id-dijanjożi klinika (in vitro) u l-monitoraġġ ta’ allerġiji u ta’ mard awtoimmun.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6293 – Thermo Fisher/Phadia, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top