EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2011:068:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 68, 3 ta' Marzu 2011


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.068.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 68

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
3 ta' Marzu 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2011/C 068/01

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

1

2011/C 068/02

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 068/03

Rata tal-kambju tal-euro

4

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 068/04

Sejħa għal applikazzjonijiet 2011 – It-Tieni Programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa (2008-2013) ( 1 )

5

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 068/05

Avviż tal-iskadenza ta' ċerti miżuri ta' kontrobilanċ

6

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 068/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6104 – Safran/SNPE Matériaux Energétiques/Regulus) ( 1 )

7

2011/C 068/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6127 – Atos Origin/Siemens IT Solutions & Services) ( 1 )

8

2011/C 068/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6119 – Arla/Hansa) ( 1 )

9

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/1


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

2011/C 68/01

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja qiegħda tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK (1) u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1970 (2011), li fil-paragrafi 15 u 17 tagħha tipprevedi miżuri restrittivi li japplikaw għall-persuni elenkati fl-Annessi I u II għal dik ir-Riżoluzzjoni.

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 10 tal-UNSCR 1737 (2006), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex jerġgħu jiġu kkunsidrati d-deċiżjonijiet li jiġu inklużi fil-lista tan-NU. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations — Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Għal aktar informazzjoni ara: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni li jidhru fl-Annessi għar-Riżoluzzjoni 1970 (2011) imsemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-listi ta' persuni u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/137/PESK u r-Regolament (UE) Nru 204/2011. Ir-raġunijiet għall-indikazzjoni tal-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill.

Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 204/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qiegħda wkoll tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-2 paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-4 u s-6 paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011.

(2)  ĠU L 58, 3.3.2011.


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/3


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

2011/C 68/02

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja qiegħda tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK (1) u fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/137/PESK u għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 204/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qiegħda wkoll tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-2 paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-4 u s-6 paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011.

(2)  ĠU L 58, 3.3.2011.


Il-Kummissjoni Ewropea

3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-2 ta’ Marzu 2011

2011/C 68/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3809

JPY

Yen Ġappuniż

113,33

DKK

Krona Daniża

7,4559

GBP

Lira Sterlina

0,84780

SEK

Krona Żvediża

8,7330

CHF

Frank Żvizzeru

1,2799

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7020

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,289

HUF

Forint Ungeriż

271,28

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7050

PLN

Zloty Pollakk

3,9845

RON

Leu Rumen

4,2030

TRY

Lira Turka

2,2353

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3619

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3454

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7585

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8634

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7547

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 554,74

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,5742

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,0760

HRK

Kuna Kroata

7,4225

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 171,77

MYR

Ringgit Malażjan

4,1917

PHP

Peso Filippin

60,002

RUB

Rouble Russu

39,3190

THB

Baht Tajlandiż

42,200

BRL

Real Brażiljan

2,2951

MXN

Peso Messikan

16,7422

INR

Rupi Indjan

62,0710


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/5


Sejħa għal applikazzjonijiet 2011

It-Tieni Programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa (2008-2013)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 68/04

Illum qed tiġi mnedija s-sejħa għal applikazzjonijiet “Saħħa – 2011” fi ħdan il-qafas tat-Tieni Programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa (2008-2013) (1)

Din is-sejħa għal applikazzjonijiet tinkludi l-elementi li ġejjin:

Sejħa għal proposti għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għal azzjonijiet speċifiċi fil-forma ta’ proġetti

Sejħa għal proposti għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għal azzjonijiet speċifiċi fil-forma ta’ konferenzi

Sejħa għal proposti għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għat-tħaddim ta’ korpi mhux governattivi u netwerks speċjalizzati (għotjiet operanti)

Stedina lill-Istati Membri u l-pajjiżi parteċipanti għas-sottomissjoni ta’ azzjonijiet konġunti

L-iskadenza għal sottomissjonijiet tal-proposti taħt kull sejħa hija is-27 ta’ Mejju 2011.

L-informazzjoni kollha, inkluża d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 Frar 2011 dwar l-adozzjoni tal-pjan ħidma għall-2011 għall-implimentazzjoni tat-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), u dwar l-għażla, l-għoti u kriterji oħra għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-azzjonijiet ta’ dan il-programm (2), huma disponibbli fuq is-sit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/eahc


(1)  Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi t-Tieni Programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), (ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3).

(2)  ĠU C 69, 3.3.2011, p. 1.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/6


Avviż tal-iskadenza ta' ċerti miżuri ta' kontrobilanċ

2011/C 68/05

B'referenza għall-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (1), liema avviż ma wassal għall-ebda talba għal reviżjoni, il-Kummissjoni tavża li l-miżura ta' kontrobilanċ imsemmija hawn isfel se tiskadi dalwaqt.

Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 (2) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet issussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.

Il-prodott

Pajjiż ta’ oriġini jew ta’ esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' skadenza

Rita tal-polietilentereftalat (PET)

l-Indja

Dazju ta' kontrobilanċ

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 367/2006 (ĠU L 68, 08.03.2006, p. 15) kif emendat l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 806/2010 (ĠU L 242, 15.9.2010, p. 6)

9.3.2011


(1)  ĠU C 294, 29.10.2010, p. 9.

(2)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6104 – Safran/SNPE Matériaux Energétiques/Regulus)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 68/06

1.

Fit-23 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Safran (“Safran”, Franza) proprjetà tal-grupp Safran Société Anonyme (Franza), takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll sħiħ tal-impriża SNPE Matériaux Energétiques (“SME”, Franza) kif ukoll kontroll konġunt ta' Regulus (“Regulus”, Franza; Regulus u SME minn issa 'l quddiem jissejħu flimkien bħala “il-Mira”) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Safran: propulsjoni aerospazjali, tagħmir tal-ajruplani, difiża u sigurtà,

għall-Mira: propulsjoni tattika, strateġika u spazjali, apparat pirotekniku, materjali komposti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6104 – Safran/SNPE Matériaux Energétiques/Regulus, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6127 – Atos Origin/Siemens IT Solutions & Services)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 68/07

1.

Fl-24 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Atos Origin SA (“AO”, Franza) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll sħiħ tal-impriża Siemens IT Solutions and Services GmbH (“SIS Holding”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal AO: bosta servizzi ta’ teknolġija tal-informazzjoni (IT) bħal Konsulenza, Integrazzjoni ta’ Sistemi u Operazzjonijiet Ġestiti (Tfassil, Bini u Operat),

għal SIS Holding: fornitura ta’ firxa sħiħa ta’ servizzi tal-IT (infrastruttura tal-IT, ġestjoni tal-applikazzjoni tal-IT esternalizzazzjoni tal-proċess tan-negozju u servizzi ta’ manteniment), soluzzjonijiet tal-IT għal industrija speċifika, servizzi ta’ konsulenza tal-IT u servizzi ta’ integrazzjoni tas’sistema.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6127 – Atos Origin/Siemens IT Solutions & Services, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6119 – Arla/Hansa)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 68/08

1.

Fil-25 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Arla Foods amba (“Arla”, id-Danimarka) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll sħiħ tal-impriża Hansa-Milch Mecklenburg-Holstein eg (“Hansa”, il-Ġermanja) permezz tax- xiri ta' ishma u assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Għal Arla: Arla hija kooperattiva tal-ħalib proprjetà ta' bdiewa tal-ħalib Svediżi u Daniżi u hija attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ ta' varjetà ta' prodotti tal-ħalib fuq bażi dinjija,

Għal Hansa: Hansa hija kooperattiva, proprjetà ta' bdiewa tal-ħalib Ġermaniżi u hija attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tal-ħalib, b'mod partikolari prodotti friski tal-ħalib, ħalib li jżomm għat-tul, butir u trab tal-ħalib.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6119 – Arla/Hansa, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top