Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2010:307A:FULL

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, CA 307, 12 ta' Novembru 2010


    Display all documents published in this Official Journal
     

    ISSN 1725-5198

    doi:10.3000/17255198.CA2010.307.mlt

    Il-Ġurnal Uffiċjali

    tal-Unjoni Ewropea

    C 307A

    European flag  

    Edizzjoni bil-Malti

    Informazzjoni u Avviżi

    Volum 53
    12 ta' Novembru 2010


    Avviż Nru

    Werrej

    Paġna

     

    V   Avviżi

     

    PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

     

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

    2010/C 307A/01

    Sejħa għal kandidaturi — Direttur Ġenerali tat-Traduzzjoni (Gradi AD15 — AD16) fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

    1

    REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

    Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

    Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

    5

    (FR)

    9

     

    19

    (FR)

    23

    (DE/ES/PT)

    28

     

    48

     

    53

     

    56

     

    57

     

    60

     

    61

    (DE/EN/FR)

    62

     

    64

     

    66

    (BG/RO)

    67

    (ES)

    70

    (PT)

    73

    (FI)

    74

    (SV)

    91

     

    95

     

    104

     

    110

     

    116

    (ET)

    119

     

    129

    (EL)

    137

    (LT/LV/MT)

    138

    (BG/CS/LT/PL/RO/SK)

    143

    (DE/EN/FR)

    144

    (DE/EN/FR)

    146

    (DA/FI/MT)

    147

    (FI)

    149

    (IT)

    150

    (BG/CS/LT/PL/RO/SK)

    151

     

    155

     

    156

    (PL)

    157

     

    163

     

    164

     

    171

    (IT)

    178

    (DE/EN/FR)

    184

     

    188

    (DA/DE/EN/FR/SL)

    190

     

    191

     

    192

    (DE/EN/FR)

    196

    (BG/EN/NL/RO/SL)

    201

     

    204

    (EN/FR)

    219

     

    227

    (EN/FR)

    236

     

    238

     

    242

    (BG/LT/LV/MT/PL/RO/SK/SL)

    248

    (DA/DE/EN/LT/NL/RO)

    249

     

    253

     

    254

    (DE/EN/FR)

    256

    (RO)

    257

    (CS/PL)

    261

     

    262

     

    265

     

    266

    (RO)

    269

    (BG/CS/LT/PL/RO/SK)

    278

     

    285

    (EN/ES/FR/NL)

    286

    (HU)

    287

    (DE/EN/FR)

    289

     

    290

     

    292

     

    296

     

    297

    (EL/ES/NL/PT)

    298

    (PL)

    299

    (RO)

    300

    (BG)

    302

     

    304

    (IT/MT)

    305

    (ET)

    307

     

    MT

     


    V Avviżi

    PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

    12.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CA 307/1


    SEJĦA GĦAL KANDIDATURI

    Direttur Ġenerali tat-Traduzzjoni (Gradi AD15 — AD16) fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

    (2010/C 307 A/01)

    Il-pożizzjoni ta' Direttur Ġenerali tat-Traduzzjoni (Gradi AD15 — AD16) fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu tinsab vakanti. Din il-pożizzjoni ser timtela skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej.

    NATURA TAL-FUNZJONIJIET U KUNDIZZJONIJIET MEĦTIEĠA

    Id-Direttur Ġenerali tat-Traduzzjoni jaqa' taħt l-awtorità tar-Reġistratur u huwa responsabbli għad-Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni. Dan id-direttorat ġenerali jiżgura s-servizz ta' traduzzjoni legali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u jikkontribwixxi għall-osservanza tas-sistema lingwistika tat-tliet qrati li jifformaw din l-istituzzjoni, kemm fir-rigward tat-trattament tal-kawżi u kif ukoll fir-rigward tal-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza. Dan id-direttorat ġenerali huwa kkostitwit minn madwar 900 persuna, li iktar minn 600 minnhom huma ġuristi lingwisti (1), u juża s-servizzi ta' numru ekwivalenti ta' tradutturi esterni.

    Id-Direttur Ġenerali tat-Traduzzjoni għandu jkollu l-kapaċitajiet neċessarji sabiex jamministra entità amministrattiva kbira li hija meħtieġa tadatta ruħha għall-iżvilupp tas-sistema ġudizzjarja u tevolvi fil-kuntest tat-tkabbir futur tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu juri sens tajjeb ħafna tal-organizzazzjoni u għandu jkun kapaċi jadatta l-istruttura tad-Direttorat Ġenerali għal sfidi ġodda. Huwa għandu jkollu wkoll sens tajjeb ħafna ta' relazzjonijiet umani u kapaċitajiet ta' konvinzjoni u ta' motivazzjoni fir-rigward tal-kollaboraturi tiegħu. Huwa jkun responsabbli sabiex jimmotiva u jikkoordina l-azzjoni tal-kapijiet tat-tnejn u għoxrin diviżjoni lingwistika u tal-erba' diviżjonijiet funzjonali tad-Direttorat Ġenerali, u kif ukoll sabiex jikkoopera b'mod effikaċi mad-diretturi ġenerali l-oħra u mal-kapijiet tad-dipartimenti tal-istituzzjoni.

    Barra minn hekk, sabiex ilaħħaq mal-volum ta' xogħol li dejjem qiegħed jiżdied, żieda li ma tistax tiġi assorbita bis-sempliċi tkabbir fin-numru tal-persunal, huwa mistenni li jittieħdu l-miżuri kollha sabiex ikompli jittejjeb il-livell għoli ta' produttività diġà milħuq mid-Direttorat Ġenerali. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, huma neċessarji, b'mod partikolari, titjib kostanti fl-organizzazzjoni u fil-metodi ta' xogħol, u użu ġeneralizzat ta' teknoloġiji ġodda. Id-Direttur Ġenerali tat-Traduzzjoni għandu juri interess kbir ħafna f'affarijiet tal-informatika u fl-użu ta' teknoloġiji ġodda.

    Barra minn hekk, l-amministrazzjoni tas-servizz għandha tkun ispirata mill-kunsiderazzjoni permanenti li l-metodi tad-Direttorat Ġenerali jiġu adattati għall-ħtiġijiet tax-xogħol ġudizzjarju u li l-kwalità tat-traduzzjonijiet tinżamm f'livell għoli.

    Għaldaqstant, il-persuna li tokkupa din il-pożizzjoni għandha jkollha konoxxenza u esperjenza professjonali vasti fejn tidħol l-amministrazzjoni ta' entità speċjalizzata fil-qasam tat-traduzzjoni u għandha tkun kapaċi taġixxi fid-dawl tal-organizzazzjoni u tal-funzjonament tal-Qorti tal-Ġustizzja.

    Fid-dawl tal-kuntest li fih ser ikun qiegħed jaħdem, id-Direttur Ġenerali tat-Traduzzjoni għandu jkollu taħriġ legali komplet attestat b'diploma ta' livell universitarju u għandu juri konoxxenza approfondita ta' lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u konoxxenza tajba ħafna ta' żewġ lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni. Minħabba l-ħtiġijiet tas-servizz, huwa għandu jkollu konoxxenza tajba ħafna tal-Franċiż u konoxxenza tajba tal-Ingliż.

    PREŻENTAZZJONI TA' KANDIDATURI

    Il-kandidaturi għal din il-pożizzjoni għandhom ikunu indirizzati lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja u għandhom jintbagħtu biss permezz ta' posta elettronika fl-indirizz elettroniku DG.DGT@curia.europa.eu sa mhux iktar tard mill-4 ta' Diċembru 2010. Mal-kandidaturi għandhom jintbagħtu curriculum vitae ddettaljat u kull dokument utli ieħor. Mal-att tal-kandidatura tagħhom, il-kandidati għandhom jannettu wkoll nota ta' mhux iktar minn ħames paġni fejn jispjegaw il-proġetti tagħhom għas-servizz, u fejn jindikaw x'jikkwalifikahom, fil-fehma tagħhom, għall-pożizzjoni vakanti.

    Il-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2010.


    (1)  Informazzjoni addizzjonali dwar il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dwar id-Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni hija disponibbli fuq is-sit Internet tal-istituzzjoni (www.curia.europa.eu).


    Top