Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2009:170A:FULL

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, CA 170, 22 ta' Lulju 2009


    Display all documents published in this Official Journal
     

    ISSN 1725-5198

    doi:10.3000/17255198.CA2009.170.mlt

    Il-Ġurnal Uffiċjali

    tal-Unjoni Ewropea

    C 170A

    European flag  

    Edizzjoni bil-Malti

    Informazzjoni u Avviżi

    Volum 52
    22 ta' Lulju 2009


    Avviż Nru

    Werrej

    Paġna

     

    V   Avviżi

     

    PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

     

    Il-Kummissjoni

    2009/C 170A/01

    DĠ Ċentru Konġunt tar-Riċerka — Pubblikazzjoni ta' post vakanti għal kariga ta' Direttur (Grad AD 14) — Direttur tad-Direttorat tas-Sit Ispra (JRC.C) (L-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal) — COM/2009/10205

    1

    REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

    Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

    Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

    9

    (DE/EN/FR)

    10

    (IT)

    12

    (DE/FR)

    13

     

    14

    (DE/EN/FR)

    16

    (DE/EN/FR)

    17

    (BG/ET/LT/LV/MT/RO)

    20

     

    21

    (DE/EN/FR)

    23

     

    24

    (DE/FR/NL)

    25

    (BG/ET/LT/LV/MT/RO)

    28

    (DE/EN/FR)

    34

    (FR)

    36

    (GA/EN)

    37

     

    38

     

    39

    (SV)

    41

    (DE/EN/FR)

    42

    (EN)

    45

     

    46

    (DE/EN/FR)

    47

     

    52

    (DA/FI/MT)

    58

    (DE/EN/FR)

    59

    (DE/EN/ES/FR/PT/SV)

    62

    (BG/CS/LT/LV/MT/PL/RO/SK)

    63

     

    70

     

    71

     

    75

    (DE/EN/FR)

    80

    (FR)

    84

    (BG/RO)

    86

     

    91

     

    93

    (BG/RO)

    94

     

    95

     

    97

    (DE/EN/FR)

    98

     

    99

    (GA/EN)

    103

     

    104

    (CS/PL)

    105

     

    106

     

    107

    (DE/EN/FR)

    109

    (ET)

    114

     

    115

    (PL)

    116

     

    117

     

    118

    (EL)

    119

     

    121

    (BG/CS/LT/LV/MT/PL/RO/SK)

    124

    (FI)

    130

     

    131

    (SV)

    132

     

    133

     

    134

    (DE/EN/FR)

    137

     

    138

    (DE/EN/FR)

    139

     

    142

    (EN/FR)

    143

    (ET/GA/PL/SL)

    145

    (BG/CS/LT/LV/RO/SK)

    149

    (EN)

    150

     

    155

    (BG/RO)

    160

    (BG/CS/LT/LV/MT/PL/RO/SK)

    165

     

    170

    (BG/CS/LT/LV/MT/PL/RO/SK)

    MT

     


    V Avviżi

    PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

    Il-Kummissjoni

    22.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CA 170/1


    DĠ Ċentru Konġunt tar-Riċerka

    Pubblikazzjoni ta' post vakanti għal kariga ta' Direttur (Grad AD 14)

    Direttur tad-Direttorat tas-Sit Ispra (JRC.C)

    (L-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal)

    COM/2009/10205

    (2009/C 170 A/01)

    Fil-kuntest tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea bħalissa qiegħda timpjega numru ta' uffiċjali għolja mill-Istati Membri l-ġodda li għalihom il-Kummissjoni għadha ma laħqitx il-miri ta' reklutaġġ li fasslet fl-livell ta' Direttur jew livell ekwivalenti (il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka).

    Min aħna

    Iċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta (ĊRK) jipprovdi konsulenza teknika-xjentifika u appoġġ għal dawk li jfasslu l-politika, prinċipalment fil-Kummissjoni Ewropea. Dan l-appoġġ jestendi matul iċ-ċiklu ta' politika kollu, mill-konċepiment tal-politiki sas-sorveljanza ta' l-implimentazzjoni tagħhom L-attivitajiet jinkludu riċerka esperimentali, studji tekno-ekonomiċi u funzjonijiet ta' mmuddellar, allarm u antiċipazzjoni u appoġġ operattiv.

    Iċ-ĊRK jinkludi seba' istituzzjonijiet ta' riċerka mifruxa f'ħames lokalitajiet fl-Ewropa; il-kwartieri ġenerali jinsabu fi Brussell. Għandu persunal ta' 2 750 persuna u baġit operattiv ta' €340M fis-sena; il-kompetenzi bażiċi tiegħu huma l-ikel, il-prodotti kimiċi u s-saħħa; l-ambjent u s-sostenibbiltà; is-sikurezza u s-sigurtà nukleari; u attivitajiet orizzontali bħalma huma materjali u miżuri ta' referenza, previżjoni tat-teknoloġija, sigurtà pubblika u attivitajiet kontra l-frodi.

    Is-sit ĊRK fl-Ispra (ħdejn Milan, l-Italja) huwa t-tielet l-akbar sit tal-Kummissjoni Ewropea, li jospita 1800 impjegati tal-Kummissjoni u 3 mill-istituti xjentifiċi taċ-ĊRK. Id-Direttorat tas-Sit Ispra jipprovdi, għal dawn l-istituti, firxa ta' servizzi tekniċi u ta' appoġġ essenzjali u huwa responsabbli għal ġestjoni ġenerali għall-iżvilupp tal-campus Ispra (iż-żona tal-wiċċ: 160 ha). Dan jinkludi l-ġestjoni tal-attivitajiet ta' żarmar nukleari tas-sit. Il-missjoni hija li tittieħed azzjoni biex is-sit ta' Ispra ikun mingħajr periklu, sikur u joffri ambjent attraenti billi jipprovdi servizzi tal-konsumatur effiċjenti li jaffiċilitaw l-attivitajiet xjentifiċi attwali u tal-ġejjieni tal-Istituti ta' Ispra; filwaqt li jkun qiegħed jiġi żgurat li ċ-ĊRK Ispra jkun qiegħed jaġixxi bħala ġar tajjeb tal-Komunità kollha. Bħala parti minn pjan għall-iżvilupp tas-sit ġenerali, iċ-ĊRK iddeċieda dwar investimenti importanti fil-kostruzzjoni ta' faċilitajiet ġodda u għall-immodernizzar ta' bini qadim fuq is-sit.

    L-attivitajiet prinċipali tad-Direttorat jinkludu:

    Iż-żarmar nukleari u l-ġestjoni tal-iskart;

    Il-manteniment tal-infrastruttura u l-ġestjoni tal-assi;

    Il-loġistika dwar is-sit;

    L-iżvilupp tas-sit, li jinkludi l-attivitajiet ta' kostruzzjoni;

    Is-sikurezza waqt ix-xogħol u s-sigurtà tas-sit.

    B'madwar 400 persunal, id-Direttorat tas-Sit Ispra għandu għad-dispożizzjoni tiegħu baġit ta' madwar €90M fis-sena li joħorġu mill-baġit għar-riċerka tal-Kummissjoni Ewropea u minn fondi addizzjonali tal-Komunità allokati espliċitament għal raġunijiet ta' żarmar nukleari.

    X'qegħdin nipproponu

    Qegħdin noffru l-pożizzjoni ta' Direttur tad-Direttorat tas-Sit Ispra. Din il-pożizzjoni mimlija sfidi tikkombina l-ġestjoni ta' servizzi ta' inġenerija u teknika speċjalizzati mal-ġestjoni ta' riżorsi umani estensivi u baġit imdaqqas. Id-Direttur huwa mistenni wkoll li jipprovdi orjentazzjoni strateġika għal attivitajiet magħżulin fiċ-ĊRK kollha filwaqt li jieħu ħsieb il-koordinazzjoni tagħhom ukoll. Jeżisti ambjent ta' xogħol tajjeb ferm b'tim ta' inġinjieri u amminstraturi tassew immotivati.

    Id-Direttur huwa responsabbli għall-immaniġġjar ġenerali tad-Direttorat, għandu responsabbilitajiet finanzjarji u ta' reklutaġġ iddelegati lilu fir-rigward tal-baġit sħiħ tad-Direttorat u tal-persunal tiegħu, u għas-sikurezza u s-sigurtà tas-sit. Hu/hi jkun/tkun j/tagħmel parti mit-tim għoli ta' tmexxija u jikkontribwixxi/tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ġenerali tal-missjoni taċ-ĊRK.

    X'qegħdin infittxu

    Il-kandidati għandhom:

    ikunu motivati biex jiżviluppaw aktar l-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi tas-sit u l-orjentazzjoni tagħhom lejn il-konsumatur;

    ikollhom provi ta' esperjenza maniġerjali, fejn idealment ikunu mmaniġġjaw faċilità; esperjenza fl-inġenerija tkun ta' vantaġġ;

    ikollhom il-ħiliet ta' tmexxija neċessarji sabiex ikunu jistgħu jimmaniġġjaw numru sostanzjali ta' persunal u baġit;

    ikollhom ħiliiet tajba fin-negozjar u komunikazzjoni;

    ikollhom fehim bażiku tal-bżonnijiet speċifiċi ta' organizzazzjoni tar-riċerka;

    ikollhom għarfien tajjeb ħafna tal-Ingliż; għarfien tajjeb tat-Taljan ikun ta' vantaġġ.

    L-applikanti għandhom

    1.

    Ikunu ċittadini ta' wieħed mit-tmien Stati Membri ġodda tal-Unjoni Ewropea: il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka.

    2.

    Ikollhom:

    i)

    jew livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji li tlestew, iċċertifikati b'diploma, fejn il-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' erba' snin jew aktar;

    ii)

    jew livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji li tlestew, iċċertifikati minn diploma, u esperjenza professjonali xierqa ta' mill-inqas sena, fejn il-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' mill-inqas tliet snin.

    3.

    Ikollhom mill-inqas 12-il sena esperjenza professjonali ta' wara l-lawrja fl-livell li l-kwalifiki msemmija hawn fuq jagħtu aċċess għalih. Mill-inqas 6 snin minn din l-esperjenza professjonali għandhom ikunu f'funzjoni maniġerjali ta' livell għoli (1) u għandhom jkollhom ukoll xi esperjenza diretta f'settur relatat ma' dan l-inkarigu.

    4.

    Ikollhom għarfien tajjeb ħafna ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għarfien adegwat ta' lingwa uffiċjali oħra. (Il-kandidati għandhom jinnotaw li l-proċeduri tal-għażla ser isiru bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż biss. Peress illi dan jista' jkun ta' vantaġġ għal dawk li huma kelliema nattivi, dawn se jiġu evalwati wkoll f'waħda jew iżjed mil-lingwi l-oħra).

    5.

    Ikunu ta' età li taqa' taħt dik tal-irtirar, li għal uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej hi definita bħala l-aħħar tax-xahar li fih il-persuna tilħaq l-età ta' 65 sena (Ara Art.52 lit (a) tar-Regolamenti tal-Persunal).

    L-indipendenza u d-dikjarazzjoni tal-interessi

    Il-kandidati huma mitluba jikkonfermaw il-volontà tagħhom li jagħmlu dikjarazzjoni dwar l-impenn tagħhom li jaġixxu b'mod indipendenti fl-interess pubbliku u dikjarazzjoni ta' kwalunkwe interess li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom.

    Ħatra u kundizzjonijiet tal-impjieg

    Id-Direttur se jintagħżel u jinħatar mill-Kummissjoni skont il-proċeduri tal-għażla u r-reklutaġġ tagħha. Ser titħejja lista ta' kandidati u l-kandidati inklużi jissejħu għal intervista mill-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni għall-Ħatriet u minn ċentru ta' valutazzjoni mmexxi minn konsulenti esterni tar-reklutaġġ.

    Ir-rimunerazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-impjieg huma dawk stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal għal uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fil-grad AD 14.

    L-applikanti għandhom iqisu r-rekwiżit għall-persunal ġdid kollu, taħt ir-Regolamenti tal-Persunal, li jgħaddu b'suċċess żmien ta' prova ta' disa' xhur.

    Ir-reklutaġġ ser isir f'Ispra (IT).

    Opportunitajiet indaqs

    L-Unjoni Ewropea tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs.

    Proċedura tal-applikazzjoni

    Qabel tissottometti l-applikazzjoni tiegħek, għandek tiċċekkja bir-reqqa jekk tissodisfax il-kriterji ta' eliġibilità kollha, b'mod partikolari fir-rigward tat-tipi ta' kwalifiki u esperjenza professjonali meħtieġa.

    Jekk tixtieq tapplika, għandek tirreġistra minn fuq l-internet billi żżur il-websajt https://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/seniormanagementvacancies/CV_Encadext/index.cfm u ssegwi l-istruzzjonijiet dwar id-diversi stadji tal-proċedura.

    Hija responsabbiltà tiegħek li r-reġistrazzjoni online tiegħek issir fil-ħin (2) Nirrakkomandaw bil-qawwi li ma tistenniex sal-aħħar ftit jiem biex tapplika, għaliex konġestjoni fuq l-Internet jew xi difett fil-konnessjoni tal-Internet tiegħek jistgħu jwasslu biex ir-reġistrazzjoni online tiġi tterminata qabel ma tkun lestejtha, u b'hekk ikollok tirrepeti l-proċess kollu. Ladarba d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tar-reġistrazzjonijiet tkun għaddiet, ma tkunx tista' tirreġistra iżjed.

    Meta tlesti r-reġistrazzjoni online tiegħek, inti tirċievi fuq l-iskrin tiegħek numru ta' reġistrazzjoni li għandek tieħu nota tiegħu — dan ikun in-numru ta' referenza tiegħek f'kull kwistjoni li tirrigwarda l-applikazzjoni. Meta tirċievi dan in-numru, il-proċess ta' reġistrazzjoni jkun spiċċa — huwa konferma li aħna nkunu rreġistrajna l-informazzjoni li tkun daħħalt.

    Jekk ma tirċievi l-ebda numru, l-applikazzjoni tiegħek ma tkunx ġiet irreġistrata!

    Jekk jogħġbok innota li jrid ikollok indirizz tal-posta elettronika. Dan ser jintuża biex tiġi identifikata r-reġistrazzjoni tiegħek.

    Mal-applikazzjoni tiegħek ser tintalab tehmeż curriculum vitae f'format word jew PDF, u ddaħħal ittra ta' motivazzjoni online (massimu ta' 8 000 karattru). Kemm is-CV kif ukoll l-ittra jridu jkunu bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż.

    Jekk jogħġbok innota li mhuwiex possibbli li tissorvelja l-progress tal-applikazzjoni tiegħek online. Inti tiġi kkuntattjat dwar l-istat tal-applikazzjoni tiegħek direttament mid-DĠ li qiegħed jirrekluta.

    Jekk għandek diżabbiltà li minħabba fiha ma tistax tirreġistra online, tista' tibgħat l-applikazzjoni (is-CV u l-ittra ta' motivazzjoni) fuq il-karta permezz ta' posta reġistrata (3), b'timbru postali b'data li ma tkunx aktar tard mid-data meta tagħlaq ir-reġistrazzjoni. Kull komunikazzjoni sussegwenti bejnek u bejn il-Kummissjoni tkun bil-posta (konvenzjonali). F'dan il-każ, mal-applikazzjoni tiegħek għandek tehmeż ċertifikat li juri d-diżabbiltà tiegħek, maħruġ minn entità rikonoxxuta. Għandek issemmi wkoll, fuq karta separata, kwalunkwe arranġament speċjali li taħseb li jkun meħtieġ biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni tiegħek fl-għażla.

    Jekk teħtieġ aktar tagħrif u/jew tiltaqa' ma' problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat posta elettronika lil: ADMIN-MANAGEMENT-ONLINE@ec.europa.eu

    Data tal-għeluq

    Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni hi l-15 ta' Settembru 2009. Ir-reġistrazzjoni online mhux ser tkun possibbli wara 12.00 nofsinhar ħin ta' Brussell.


    (1)  Fis-CV tagħhom l-applikanti għandhom jindikaw, għall-inqas fil-każ ta' dawn is-sitt snin, x'tip esperjenza f'inkargu ta' ġestjoni ta' livell għoli, akkwistaw: (1) it-titlu u r-rwol tal-pożizzjonijiet maniġerjali li kienu fiha, (2) in-numru ta' membri tal-persunal li kienu jamministraw f'dawn il-pożizzjonijiet, u (4) in-numru ta' livelli ġerarkiċi 'il fuq u 'l isfel u n-numru ta' persunal tal-istess livell.

    (2)  Mhux aktar tard minn nofsinhar (12:00), ħin ta' Brussell, tal-15 ta' Settembru 2009.

    (3)  Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali “Persunal u Amministrazzjonif”, Unità Organigramma u Staff Maniġerjali, COM/2009/10205, MO34 5/105, B-1049 Brussell.


    Top