EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2009:070:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 70, 24 ta' Marzu 2009


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 70

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
24 ta' Marzu 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kunsill

2009/C 070/01

Opinjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2009 dwar il-Programm ta' Stabbiltà aġġornat tal-Italja 2008-2011

1

2009/C 070/02

Opinjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2009 dwar il-Programm ta' Konverġenza aġġornat tal-Litwanja 2008-2011

8

2009/C 070/03

Abbozz ta' opinjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2009 dwar il-Programm ta' Stabbiltà aġġornat tal-Lussemburgu 2008-2010

13

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 070/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5427 — Dexia Credit Local/Dexia Kommunalkredit Bank) ( 1 )

19

2009/C 070/05

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

20

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2009/C 070/06

Lista ta' ħatriet imwettqin mill-Kunsill — Jannar u Frar 2009 (Qasam soċjali)

22

 

Il-Kummissjoni

2009/C 070/07

Rata tal-kambju ta' l-euro

24

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 070/08

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali ( 1 )

25

 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni

2009/C 070/09

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

27

 

Rettifikazzjonijiet

2009/C 070/10

Rettifika għal-lista ta' ilmijiet minerali naturali rikonoxxuti mill-Istati Membri (ĠU C 54, 7.3.2009)

32

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kunsill

24.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/1


OPINJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta' Marzu 2009

dwar il-Programm ta' Stabbiltà aġġornat tal-Italja 2008-2011

(2009/C 70/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

TA DIN L-OPNJONI:

(1)

Fl-10 ta' Marzu 2009 l-Kunsill eżamina l-programm aġġornat ta' stabbiltà tal-Italja, li jkopri l-perijodu bejn l-2008 u l-2011.

(2)

Billi żiedet mad-dgħufija strutturali antika li fixklet tkabbir sodisfaċenti tal-produttività għal bosta snin, it-tnaqqis globali fir-ritmu ekonomiku qiegħed jolqot l-ekonomija tal-Italja b'mod aħrax, anki jekk s'issa l-livell baxx tad-dejn tas-settur privat Taljan u sistema finanzjarja relattivament soda taw ftit kenn mill-impatt dirett tal-kriżi finanzjarja. Tnaqqis notevoli fit-tkabbir tal-PDG reali fl-Italja kien diġà fis-seħħ fin-nofs tal-2007, ferm qabel ma sserjat il-kriżi tas-suq finanzjarju. Hija nbidlet f'riċessjoni fit-tieni nofs tal-2008, imbuttata minn tnaqqis fid-domanda domestika u fl-esportazzjonijiet. It-treġġigħ tal-kunfidenza tan-negozju u l-konsumatur, l-iżgurar tal-aċċess għall-kreditu, partikolarment għall-SMEs, l-iffaċilitar tal-adattar fis-suq tax-xogħol biex jiġi ttrattat il-qgħad li qed jiżdied u jittejbu l-kondizzjonijiet għat-tkabbir tal-produttività u kompetittività miżjuda tal-ispiża huma sfidi ewelnin għall-perijodu qasir. Fid-dawl tad-dejn għoli ħafna tal-gvern u l-piż assoċjat tal-imgħax, ir-reazzjoni tal-gvern Taljan għal dawn l-isfidi trid bir-reqqa tinżamm f'ekwilibriju mal-ħtieġa li jiġi evitat deterjorament sostanzjali tal-finanzi pubbliċi. Il-qagħda fiskali ppjanata fl-2009 hija fil-biċċa l-kbira newtrali. F'dan il-kuntest, il-gvern adotta pjan ta' rilanċ f'Novembru 2008 f'konformità mal Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku (EERP), li jimmira li jappoġġja l-familji u d-ditti b'introjtu baxx, filwaqt li jaċċellera l-investiment pubbliku. Ġew adottati miżuri ulterjuri fi Frar 2009 biex jappoġġjaw id-domanda għal prodotti li jservu fit-tul li huma effiċjenti mil-lat ta' enerġija. Madankollu, jibqa' l-fatt li l-kriżi ekonomika qed titfa' piż kbir fuq il-finanzi pubbliċi Taljani.

(3)

Ix-xenarju makroekonomiku li jservi ta' bażi għall-programm jipprevedi li, wara li jaqa' b'0,6 % fl-2008, il-PDG reali għandu jiċkien ulterjorment fl-2009, bi 2 %. It-tkabbir reali tal-PDG mistenni jirkupra moderatament, għal 0,3 %, fl-2010 u aktar deċiżivament, għal 1 %, fl-2011. Dawn il-previżjoniiet makroekonomiċi jieħdu kont il-miżuri ta' rkupru adottati fit-28 ta' Novembru, iżda l-impatt ekonomiku mistenni tagħhom mhuwiex ikkwantifikat. Meta mqabbel mal-informazzjoni disponibbli bħalissa (2), li nħarġet wara d-data ta' skadenza għall-projezzjonijiet tal-programm, it-tkabbir ekonomiku jista' jkun saħansitra aktar baxx minn dak ipprojettat fil-programm. Ukoll fid-dawl ta' dan, il-projezzjonijiet fil-programm għall-2009 fir-rigward tal-impjiegi jidhru li huma pjuttost ottimistiċi, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigħat maħduma. B'kuntrast ma' dan, il-projezzjonijiet għalll-inflazzjoni jidhru realistiċi. Il-prospetti ta' inflazzjoni tal-programm u l-moderazzjoni li sservi ta' bażi għat-tkabbir tal-ispiża tax-xogħol għal kull unità ta' prodott fuq firxa medja ta' żmien jimplikaw xi trażżin tat-telf tal-kompetittività li l-Italja ilha tesperjenza mill-aħħar tas-snin disgħin.

(4)

It-tbassir proviorju tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni tistima li l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern żdied għal 2,8 % tal-PDG fl-2008, meta mqabbel mal-mira tal-iżbilanċ ta' 2,2 % fl-aġġornament tal-programm ta' Novembru 2007. Ir-riżultat li huwa ogħla milli kif kien mistenni seħħ minkejja effett ta' bażi pożittiva, minħabba li l-iżbilanċ tal-2007 issa ġie rrappurtat bħala 1,6 % tal-PDG meta mqabbel mat-2,4 % mistennija fil-programm preċedenti. Il-pożizzjoni ta' tluq aħjar tal-2007 tpattiet u mhux bi ftit minn żviluppi fl-2008, parzjalment relatati mal-kondizzjonijiet ekonomiċi diffiċli. Barra dan, rati ogħla tal-imgħax involvew spejjeż miżjuda tas-servizz tad-dejn. Waqgħa fit-tkabbir tal-introjtu apparti l-impatt tal-effetti tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku tirrifletti l-implimentazzjoni ta' bosta miżuri diskrezzjonarji, speċifikament: l-adozzjoni ta' dawk li jħaddmu fl-2008 tal-qtugħ tar-rati fiskali fuq il-ħaddiema (għall-ħaddiema b'kuntratti permanenti) previst għall-2007, l-abolizzjoni kompluta tat-taxxa fuq proprjetà residenzjali primarja u d-differiment għall-2009 ta' wħud mill-iskadenzi għall-ħlas tat-taxxa adottati mal-pakkett ta' rilanċ ekonomiku fl-aħħar tal-2008. L-iżbilanċ strutturali — jiġifieri, l-iżbilanċ aġġustat ċiklikament nett minn miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra — huwa stmat li żdied b'0,5 ta' punt perċentwali tal-PDG relattiv mal-2007. Dan jikkompara ma' titjib ta' 0,25 ta' punt perċentwali ppjanat fl-aġġornament ta' Novembru 2007 tal-programm.

(5)

Skont il-programm, l-iżbilanċ huwa mmirat li jiżdied minn 2,6 % tal-PDG fl-2008 għal 3,7 % tal-PDG fl-2009, 'il fuq mill-valur ta' referenza ta' 3 %. Dan jikkompara ma' projezzjoni ta' żbilanċ ta' 3,8 % fit-tbassir proviorju tas-servizzi tal-Kummissjoni. It-twessigħ tal-iżbilanċ jirrifletti l-attività tal-istabilizzaturi awtomatiċi, filwaqt li l-politika fiskali ppjanata hija ġeneralment newtrali. B'mod partikolari, it-tkabbir tan-nefqa primarja, għalkemm moderat bi standards storiċi, (3,1 % mil-lat nominali meta mqabbel ma' 4,5 % bħala medja matul il-perijodu 1999-2007), huwa preżunt li jiskorri sewwa t-tkabbir nominali tal-PDG. It-tkabbir tal-introjtu għandu jbatti konsiderevolment, iżda b'inqas mill-bażi tat-taxxa, li jirrifletti wkoll taħlita ta' miżuri diskrezzjonarji ta' darba u permanenti adottati mal-pakketti fiskali ta' rilanċ u ta' tliet snin, kif ukoll żviluppi pożittivi fil-kontributi soċjali. Rati iktar baxxi tal-imgħax għandhom jimbuttaw 'l isfel b'mod marġinali n-nefqa fuq l-imgħax, minkejja dejn ogħla, u b'hekk jagħtu ftit nifs lill-finanzi pubbliċi. B'riżultat ta' dawn l-iżviluppi l-bilanċ strutturali rikalkolat mis-servizzi tal-Kummissjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni fil-programm għandhom jittejbu bi 0,25 ta' punt perċentwali tal-PDG meta mqabbel mal-2008.

(6)

Fir-rigward tal-istrateġija baġitarja li tifrex fuq medda medja ta' żmien, il-programm jikkonferma l-impenn għall-Għan tat-Terminu Medju (MTO) ta' pożizzjoni baġitarja mil-lati strutturali, iżda mhux id-data mmirata tal-2011 għall-kisba tiegħu. Il-kriżi ekonomika timplika dewmien fil-pjan ta' konsolidazzjoni baġitarja li jinsab fil-pakkett fiskali ta' tliet snin approvat fis-sajf tal-2008. Il-garanzija għall-aġġustament ibbazat fuq in-nefqa li ġie ċċarat f'dak il-pakkett hija mtennija, partikolarment permezz tal-konferma ġenerali tal-previżjonijiet li jifirxu fuq medda medja ta' żmien għall-kategoriji ta' nefqa individwali u l-miżuri biex jinkiseb. Minkejja dan, għalkemm ippjanata li tkun newtrali għall-baġit, l-implimentazzjoni tal-pakkett ta' rilanċ timplika xi differiment tal-aġġustament ibbażat fuq in-nefqa, minħabba l-aċċelerazzjoni ta' investiment u tal-ħlasijiet ta' darba lill-familji fl-2009. Wara ż-żieda f'daqqa projettata fl-2009, il-proporzjon primarju ta' nefqa mqabbla mal-PDG għandu bil-mod jitreġġa' għal livell simili ta' dak stmat għall-2008 bis-saħħa ta' kondizzjonijiet ekonomiċi mtejba u żidiet annwali mrażżna ħafna ppjanati matul l-2010-2011 (0,8 % bħala medja mil-lat nominali). Il-proporzjon ta' introjtu mqabbel mal-PDG huwa previst li jiżdied bi ftit bejn l-2008 u l-2011. Wara li laħaq quċċata fl-2009, l-iżbilanċ kumplessiv huwa ppjanat li jonqos għal 3,3 % tal-PDG fl-2010 u għal 2,9 % tal-PDG fl-2011. Irkupru previst fin-nefqa fuq l-imgħax mill-2010 jimplika li l-bilanċ primarju huwa ppjanat li jittejjeb b'ritmu aktar mgħaġġel. Il-bilanċ strutturali rikalkolat għandu jkompli jitjieb fl-2010 u l-2011, b'punt perċentwali 1 kumulattiv tal-PDG. Il-konsolidazzjoni fiskali ppjanata matul l-2010-2011 hija mmexxija mir-restrizzjonijiet imnissla mid-dejn għoli ħafna tal-gvern. Wara li żdied għal ftit inqas minn 106 % tal-PDG fl-2008, li jirrifletti wkoll l-akkumulazzjoni prekawzjonarja ta' assi likwidi miżmuma mal-Bank tal-Italja, il-proporzjon ta' dejn gross tal-gvern huwa previst li jkompli jiżdied fl-2009 u l-2010, għal quċċata ta' 112 % tal-PDG, qabel ma jonqos bi ftit għal 111,6 % fl-2011. Il-kawżi ewlenin ta' dawn l-iżviluppi huma l-eċċessi primarji baxxi ppjanati u t-tkabbir nominali mrażżan tal-PDG. L-aġġustament ta' stock/flussi previst fil-programm huwa relattivament żgħir iżda ma jinkorporax l-implimentazzjoni possibbli tal-iskema tar-rikapitalizzazzjoni tal-bank adottata mal-pakkett ta' rilanċ, u s'issa għadha ma ġietx użata.

(7)

Ir-riżultati tal-iżbilanċ jistgħu jkunu ogħla milli previsti fil-programm matul il-perijodu kopert. L-ewwelnett, it-tkabbir ekonomiku jista' jkun iktar baxx. It-tieni, iż-żieda mrażżna fin-nefqa primarja ppjanata matul l-2010-2011 tirrikjedi implimentazzjoni stretta, fil-livelli kollha tal-gvern, tal-aġġustament ibbażat fuq in-nefqa li jservi ta' bażi għall-pakkett ta' tliet snin adottat fis-sajf tal-2008. It-tielet, il-projezzjonijiet tal-programm għall-kontributi soċjali, notevolment għall-2009, ma jistgħux jimmaterjalizzaw, anki fid-dawl tas-suppożizzjonijiet pjuttost favorevoli għat-tkabbir tal-impjieg. Fl-aħħar, minkejja li huwa ppjanat li jkun kompletament finanzjat, il-pakkett ta' rilanċ adottat f'Novembru 2008 u l-inċentivi fiskali ġodda għax-xiri ta' prodotti li jservu fit-tul adottati fi Frar 2009 (mhux inkorporati fil-programm) jistgħu jaffettwaw ir-riżultat baġitarju tal-2009. Għall-istess raġunijiet, l-evoluzzjoni tal-proporzjon tad-dejn mill-2009 'l quddiem tista' tkun inqas favorevoli milli previst fil-programm. Il-proporzjon tad-dejn gross jista' wkoll ikun affettwat minn introduzzjonijiet kapitali possibbli fis-settur tal-banek.

(8)

L-impatt baġitarju fuq perijodu twil tat-tixjiħ fl-Italja huwa inqas mill-medja tal-UE, bin-nefqa tal-pensjonijiet turi żieda iktar limitata milli bħala medja fl-UE bis-saħħa tar-riformi adottati tal-pensjonijiet. Minkejja dan, in-nefqa fuq il-pensjonijiet bħala proporzjon tal-PDG tibqa' fost l-ogħla fl-UE u l-projezzjonijiet jiddependu mis-suppożizzjoni li r-riformi adottati jiġu kompletament implimentati, b'mod partikolari li l-koeffiċjenti attwarjali riveduti, li huma kompletament konsistenti mal-prinċipju kontributorju li jservi ta' bażi għas-sistema riformata tal-pensjonijiet, ikunu applikati sa mill-2010. Miżuri addizzjonali jistgħu jitqiesu, notevolment għal żieda ulterjuri fl-età tal-irtirar, partikolarment għan-nisa. Dan għandu jippermetti r-riallokazzjoni ta' nefqa soċjali biex jittieħdu passi lejn sistema aktar komprensiva u uniformi tal-benefiċċji li tiżgura inċentivi adattati tax-xogħol u politiki effettivi ta' attivazzjoni. Il-pożizzjoni baġitarja fl-2008 kif stmata fil-programm, li hija agħar mill-pożizzjoni ta' tluq tal-programm ta' qabel, għandha tkun biżżejjed biex tistabbilizza l-proporzjon attwali tad-dejn iżda ma tikkontribwixxix biex tpatti għall-impatt baġitarju tat-tixjiħ previst fuq medda twila ta' żmien. Barra minn hekk, il-livell attwali tad-dejn gross huwa ferm ogħla mill-valur ta' referenza tat-Trattat. Il-kisba u l-preservazzjoni tal-eċċessi primarji għolja matul il-medda ta' żmien medja għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tar-riskji medji għas-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi.

(9)

Sar progress sinifikanti f'dawn l-aħħar snin biex jittejjeb il-qafas fiskali, prekondizzjoni ewlenija għal strateġija kredibbli ta' aġġustament ibbażat fuq in-nefqa mifruxa fuq medda ta' żmien medja u sostnuta minn effettività tal-ispiża msaħħa u minn effiċjenza tan-nefqa pubblika. Il-pakkett fiskali ta' tliet snin adottat fis-sajf tal-2008 isaħħaħ il-qafas fiskali mifrux fuq medda ta' żmien medja billi jiċċara limiti dettaljati annwali għal kull nefqa individwali ta' oġġett u jappoġġahom b'miżuri estensivi. Bosta inizjattivi oħra ġew introdotti biex itejbu l-istituzzjonijiet baġitarji. L-istruttura tal-baġit tal-istati ġiet razzjonalizzata bl-introduzzjoni ta' klassifika bbażata fuq programm li tippermetti allokazzjoni aqwa tar-riżorsi f'konformità mal-objettivi politiċi tal-gvern. Il-ministeri għandhom aktar flessibbiltà biex iwettqu riallokazzjonijiet fir-riżorsi bejn programmi ta' infiq skont il-prijoritajiet. Eżerċizzju pilota tar-reviżjoni tan-nefqa twettaq f'ħames ministeri biex tiġi vvalutata l-effettività tal-ispiża tan-nefqa pubblika u issa hemm l-intenzjoni li dan isir parti integrali tal-proċess baġitarju. Issaħħew il-mekkaniżmi ta' infurzar tal-Patt ta' Stabilità Domestika, li jamministra r-relazzjonijiet fiskali bejn il-livelli differenti tal-gvern. Fl-aħħar, qed jittieħdu passi importanti biex jittejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-ispiża tal-amministrazzjoni pubblika, inter alia billi ssir promozzjoni ta' użu aktar razzjonali tar-riżorsi disponibbli u sistema aqwa tal-ippremjar tal-mertu. Għall-ġejjieni, sfida ewlenija għall-governanza fiskali hija t-tfassil ta' qafas ġdid għall-federaliżmu fiskali li jiżgura r-responsabilità tal-gvernijiet lokali u jrawwem l-effiċjenza.

(10)

Fl-aħħar tal-2008, b'reazzjoni għall-kriżi finanzjarja globali, l-awtoritajiet Taljani adottaw serje ta' miżuri mmirati biex jipproteġu lil min ifaddal u biex jippreservaw livelli adegwati ta' likwidità bankarja u ta' kapitalizzazzjoni. Dawn jippermettu lill-gvern, sal-aħħar tal-2009, li jintroduċi kapital fil-banek f'sitwazzjonijiet ta' inadegwatezza tal-kapital u li jiggarantixxi l-impenji sa massimu ta' ħames snin. Barra minn dan, ġiet offruta garanzija statali supplementari għad-depożiti fil-banek kummerċjali, li jsaħħu b'mod ulterjuri l-livell relattivament diġà għoli ta' protezzjoni offrut mill-iskema interbankarja tal-assikurazzjoni tad-depożiti (li jagħti kopertura għal ftit aktar minn EUR 100 000).

Fl-aħħar, bl-għan li jsaħħaħ il-kapaċità ġenerali tas-sistema għal finanzjament ta' attività ekonomika, il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi ngħatalu l-permess li jagħti garanzija għall-istrumenti finanzjarji maħruġa minn banek sodi u elenkati li għandhom jikkwalifikaw bħala kapital regolatorju. L-intervent pubbliku, stmat fil-programm fil-livell ta' EUR 10 biljun (madwar 0,7 % tal-PDG), huwa maħsub li jkun temporanju u l-banek li jagħmlu użu minnu jridu jintrabtu li jagħtu self lill-familji u l-SMEs fuq termini u kondizzjonijiet xierqa.

(11)

Fi ħdan pożizzjoni fiskali ġeneralment newtrali, il-gvern ħa miżuri biex jappoġġa l-ekonomija, f'konformità mal-EERP, li jammontaw għal madwar 0,4 % tal-PDG fl-2009 u 0,2 % fl-2010. L-impatt baġitarju ta' dawn il-miżuri, skont l-istimi uffiċjali, jitpatta kompletament mill-introjti ta' darba u minn xi żidiet permanenti tat-taxxa, li fil-biċċa l-kbira joriġinaw mill-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa. Miżuri li jappoġġjaw l-introjtu disponibbli tal-familji u jreġġgħu l-kunfidenza tal-konsumatur inkluż it-trasferiment ta' darba ta' kontanti lill-unitajiet familjali b'introjtu baxx, estensjonijiet ta' benefiċċji tal-qgħad lil ħaddiema atipiċi u l-iffriżar ta' tariffi ta' wħud mis-servizzi pubbliċi. Appoġġ lil kumpanniji jingħata fil-biċċa l-kbira fil-forma ta' differiment ta' skadenzi ta' żmien għal ħlas tat-taxxa u tnaqqis tal-piż tat-taxxa fuq id-dħul korporattiv. L-eżenzjon mit-taxxa fuq pagi relatati mal-prestazzjoni tipprova trawwem il-produttività filwaqt li jitnaqqsu l-ispejjeż tax-xogħol. Fl-aħħar, il-gvern qed jipprova jagħmel riallokazzjoni tal-fondi disponibbli tal-UE jew dawk nazzjonali biex jaċċellera l-implimentazzjoni ta' proġetti tal-infrastruttura ta' prijorità. Il-miżuri huma mmirati u f'waqthom, bil-kondizzjoni li l-aċċellerazzjoni ppjanata tal-investiment pubbliku tinkiseb, u l-biċċa l-kbira tagħhom huma ta' natura temporanja. Għalhekk, ir-riversibilità tagħhom hija żgurata, għalkemm mhux kompletament. Il-pakkett huwa reazzjoni adegwata għall-kriżi ekonomika fid-dawl tal-proporzjon għoli ħafna tad-dejn. F'dan il-kuntest, u fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi indirizzata l-isfida tal-produttività u tittejjeb il-pożizzjoni kompetittiva esterna, ir-riformi strutturali, inkluż it-tisħiħ tal-qafas għall-kompetizzjoni, huma partikolarment rilevanti għall-Italja. Għadd ta' miżuri strutturali mħabbra, jekk ikunu diġà operazzjonali fl-2009, jistgħu jappoġġjaw b'mod ulterjuri r-rilanċ u jtejbu r-reżiljenza tal-ekonomija. Dawn jinkludu inizjattivi għat-trawwim tal-innovazzjoni industrijali, il-promozzjoni tal-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u tal-iffrankar tal-enerġija u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv. Passi riċenti mill-imsieħba soċjali biex jimmodifikaw il-qafas ta' negozjar, appoġġjati mill-inizjattivi fiskali msemmija qabel fuq pagi relatati mal-prestazzjoni, jistgħu jwasslu għall-konfigurazzjoni aqwa tal-iżviluppi tal-paga u l-produttività. Dawn il-miżuri huma relatati mal-aġenda ta' riforma li tifrex fuq medda ta' żmien medja u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi proposti mill-Kummissjoni fit-28 ta' Jannar 2009 skont l-Istrateġija ta' Lisbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi.

(12)

Wara li żdied b'mod ulterjuri fl-2009, l-iżbilanċ huwa projettat li jiċkien gradwalment matul il-perijodu tal-programm. Minkejja dan, tnaqqis tal-iżbilanċ kumplessiv taħt it-3 % tal-PDG sal-2011, kif imbassar fil-programm, ser jirrikjedi impenn qawwi fid-dixxiplina fiskali u li l-Italja tkun lesta li tadotta miżuri addizzjonali jekk ikun meħtieġ. Il-proporzjon tad-dejn ser ikun qed jiżdied matul il-perijodu tal-programm, u jmur iktar 'il bogħod mill-valur ta' referenza.

(13)

Fir-rigward tar-rekwiżiti tad-dajta speċifikati fil-kodiċi ta' kondotta għall-programmi ta' stabilità u ta' konverġenza, il-programm jagħti d-dejta obbligatorja kollha u l-biċċa l-kbira tad-dejta mhux obbligatorja (3).

Il-konklużjoni globali hija li l-politika fiskali u l-pakkett ta' rilanċ ekonomiku għall-2009 huma konformi mal-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku (EERP) u jista' jitqies bħala adegwat fid-dawl tal-proporzjon għoli ħafna tad-dejn. B'riflessjoni tal-kriżi ekonomika qawwija assoċjata mal-kriżi finanzjarja, l-iżbilanċ kumplessiv mistenni jiżdied b'mod sinifikanti fl-2009 għal aktar mit-3 % tal-valur ta' referenza tal-PDG. Fl-2010 u l-2011, il-programm jipprevedi aġġustament ibbażat fuq in-nefqa, li għandu jbaxxi l-iżbilanċ għal ftit inqas minn 3 % tal-PDG fl-2011. Minkejja dan, il-kisba tal-miri ta' iżbilanċ matul il-perijodu tal-programm tista' tixxekkel minħabba li t-tkabbir ekonomiku jista' jkun saħansitra inqas milli ppjanat. Barra hekk, illaxkar potenzjali fl-implimentazzjoni tat-trażżin ippjanat fin-nefqa primarja jista' jimmaterjalizza, għalkemm il-qafas fiskali mtejjeb isaħħaħ il-kondizzjonijiet għad-dixxiplina fiskali u l-effiċjenza fl-infiq. Il-proporzjon tad-dejn mistenni jiżdied minn 104,1 % tal-PDG fl-2007 għal aktar minn 111 % tal-PDG sal-aħħar tal-perijodu tal-programm. Il-proporzjon tad-dejn gross jista' jiżdied aktar ukoll bħala riżultat tal-injezzjonijiet ta' kapital possibbli fis-settur tal-banek. Fl-aħħar, dgħufijiet strutturali importanti għadhom qed ifixklu t-tkabbir sostnut tal-produttività fl-Italja u jtellfu l-pożizzjoni kompetittiva esterna tagħha, filwaqt li l-kompożizzjoni attwali ta' nfiq soċjali mhijiex ta' appoġġ għall-aġġustament fis-suq tax-xogħol.

Fid-dawl tal-valutazzjoni ta' hawn fuq, l-Italja qiegħda tiġi mistiedna biex:

(i)

timplimenta l-politika fiskali ppjanata għall-2009 u twettaq b'mod determinat it-triq ta' aġġustament ippjanat matul il-perijodu tal-programm biex tiddirieġi l-proporzjon għoli ħafna ta' dejn f'rotta ta' tnaqqis kontinwu u tiżgura s-sostenibilità finanzjarja fit-tul tal-finanzi pubbliċi;

(ii)

tkompli l-progress li sar biex tittejjeb l-amministrazzjoni fiskali u l-ħidma fuq qafas ġdid għall-federaliżmu fiskali li jiżgura r-responsabbiltà tal-gvernijiet lokali u jenfasizza d-dixxiplina fiskali;

(iii)

issegwi sforzi biex ittejjeb il-kwalità tal-finanzi pubbliċi billi tiffoka fuq l-effiċjenza u l-kompożizzjoni tal-infiq, ukoll billi tagħmel riallokazzjoni tan-nefqa soċjali biex toħloq spazju għal sistema ta' benefiċċji tal-qgħad aktar komprensiva u effettiva li tiżgura inċentivi xierqa għax-xogħol u politiki effettivi ta' attivazzjoni, mingħajr ma tikkomprometti l-proċess fiskali ta' konsolidazzjoni.

Tqabbil ta' projezzjonijiet ewlenin makroekonomiċi u baġitarji

 

 

2007

2008

2009

2010

2011

PDG reali

(bidla f' %)

PS Frar 2009

1,5

– 0,6

– 2,0

0,3

1,0

COM Jan 2009

1,5

– 0,6

– 2,0

0,3

m.d.

PS Nov 2007

1,9

1,5

1,6

1,7

1,8

Inflazzjoni tal-IPAK

(%)

PS Frar 2009

2,0

3,5

1,2

1,7

2,0

COM Jan 2009

2,0

3,5

1,2

2,2

m.d.

PS Nov 2007

1,9

2,0

2,0

1,8

1,9

Distakk bejn il-produzzjoni effettiv u dak potenzjali (4)

(% tal-PDG potenzjali)

PS Frar 2009

1,7

0,3

– 2,3

– 2,7

– 2,5

COM Jan 2009 (5)

1,8

0,3

– 2,3

– 2,7

m.d.

PS Nov 2007

– 0,6

– 0,6

– 0,6

– 0,6

– 0,6

Self mogħti/meħud nett meta mqabbel mal-bqija tad-dinja

(% tal-PDG)

PS Frar 2009

– 1,6

– 1,6

– 1,3

– 1,1

– 0,9

COM Jan 2009

– 1,6

– 2,2

– 1,3

– 1,5

m.d.

PS Nov 2007

– 1,3

– 0,8

– 0,6

– 0,4

– 0,2

Introjtu ġenerali tal-Gvern

(% tal-PDG)

PS Frar 2009

46,6

46,4

46,8

46,8

46,6

COM Jan 2009

46,6

46,4

46,5

46,5

m.d.

PS Nov 2007

46,2

46,3

45,9

45,8

45,7

Nefqa ġenerali tal-Gvern

(% tal-PDG)

PS Frar 2009

48,2

49,0

50,5

50,0

49,5

COM Jan 2009

48,2

49,2

50,3

50,2

m.d.

PS Nov 2007

48,6

48,5

47,9

47,3

47,0

Bilanċ ġenerali tal-gvern

(% tal-PDG)

PS Frar 2009

– 1,6

– 2,6

– 3,7

– 3,3

– 2,9

COM Jan 2009

– 1,6

– 2,8

– 3,8

– 3,7

m.d.

PS Nov 2007

– 2,4

– 2,2

– 1,5

– 0,7

0,0

Bilanċ primarju

(% tal-PDG)

PS Frar 2009

3,4

2,5

1,3

1,9

2,6

COM Jan 2009

3,4

2,3

1,0

1,2

m.d.

PS Nov 2007

2,5

2,6

3,4

4,2

4,9

Bilanċ aġġustat ċiklikament (4)

(% tal-PDG)

PS Frar 2009

– 2,4

– 2,7

– 2,6

– 1,9

– 1,6

COM Jan 2009

– 2,5

– 2,9

– 2,7

– 2,4

m.d.

PS Nov 2007

– 2,0

– 1,9

– 1,2

– 0,4

0,2

Il-bilanċ strutturali (6)

(% tal-PDG)

PS Frar 2009

– 2,5

– 2,9

– 2,7

– 2,0

– 1,7

COM Jan 2009

– 2,6

– 3,1

– 2,8

– 2,5

m.d.

PS Nov 2007

– 2,2

– 2,0

– 1,3

– 0,5

0,2

Dejn gross tal-gvern

(% tal-PDG)

PS Frar 2009

104,1

105,9

110,5

112,0

111,6

COM Jan 2009

104,1

105,7

109,3

110,3

m.d.

PS Nov 2007

105,0

103,5

101,5

98,5

95,1

Il-Programm ta' Stabilità (PS); It-tbassir proviżorju tas-servizzi tal-Kummissjoni ta' Jannar 2009 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p 1. Id-dokumenti msemmija f'dan it-test jinsabu fuq il-website li ġej:

http://ec.europa.eu/economy_finance/about/activities/sgp/main_mt.htm

(2)  Din l-evalwazzjoni tieħu inkunsiderazzjoni b'mod speċjali t-tbassir proviorju tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, iżda wkoll informazzjoni oħra li saret disponibbli minn dak iż-żmien 'il hawn.

(3)  Lakuni fid-dejta mhux obbligatorja jinkludu n-nefqa skont l-iskop u xi dettalji dwar it-tqassim tal-iżviluppi tad-dejn tal-gvern ġenerali.

(4)  Distakk bejn il-produzzjoni effettiva u dik potenzjali u bilanċi aġġustati ċiklikament skont il-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni fuq il-bażi tat-tagħrif fil-programmi.

(5)  Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat ta' 1,1 %, 0,9 %, 0,6 % u 0,7 % rispettivament fil-perijodu 2007-2010.

(6)  Bilanċ aġġustat ċiklikament u jeskludi miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħrajn, Miżuri ta' darba jew mizuri oħrajn temporanji huma 0,1 % tal-PDG fl-2007, 0,2 % fl-2008 u 0,1 % 2009-2011; kollha jnaqqqsu l-iżbilanċ skont l-aktar programm riċenti tal-previżjoni interim ta' Jannar tas-servizzi tal-Kummissjoni

Sors:

Il-Programm ta' Stabilità (PS); It-tbassir proviżorju tas-servizzi tal-Kummissjoni ta' Jannar 2009 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


24.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/8


OPINJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta' Marzu 2009

dwar il-Programm ta' Konverġenza aġġornat tal-Litwanja 2008-2011

(2009/C 70/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

TA DIN L-OPINJONI:

(1)

Fl-10 ta' Marzu 2009 l-Kunsill eżamina l-programm ta' konverġenza aġġornat tal-Litwanja, li jkopri l-perijodu bejn l-2008 u l-2011.

(2)

L-ekonomija tal-Litwanja bdiet tnaqqas b'pass mgħaġġel fl-2008 wara perijodu sostnut favorevoli ħafna ffukat lejn tkabbir ta' talba interna li bdiet fl-2003. Fil-kuntest tal-qafas tal-bord tal-valuta, il-kundizzjonijiet monetarji u ta' kreditu saru aktar stretti fl-2008 fost perċezzjonijiet ogħla ta' riskju fil-pajjiż u apprezzament issoktat tar-rata reali u effettiva ta' kambju. Il-perijodu ta' tkabbir qawwi ta' dan l-aħħar ħoloq pressjonijiet minħabba rata mgħaġġla ta' produzzjoni: l-iżbilanċi makro-ekonomiċi żdiedu, kemm bl-inflazzjoni kif ukoll bl-iżbilanċ estern li laħqu l-quċċata fl-ewwel nofs tal-2008. Iż-żieda fil-pagi qabżet iż-żieda fil-produttività b'mod sostanzjali u b'hekk il-pajjiż tilef mill-kompetittività tiegħu. Il-politika fiskali kienet waħda ta' espansjoni matul il-perijodu favorevoli kollu u ma ġewx akkumulati riżervi bi tħejjija għall-kundizzjonijiet ċikliċi li jinbidlu. L-iżbilanċi esterni kbar tal-Litwanja wessgħu l-vulnerabbiltà tagħha fid-dawl ta' kundizzjonijiet globali ta' kreditu aktar stretti u anqas tkabbir fis-swieq ta' esportazzjoni. Il-kriżi finanzjarja globali u t-talba esterna dgħajfa mistennija jżidu n-nuqqas attwali fit-talba interna u jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-ekonomija. L-isfida immedjata tal-politika ekonomika għal-Litwanja hija li tamministra tajjeb il-kriżi ekonomika biex iżżomm l-istabbiltà makro-ekonomika. Minħabba l-ħtieġa li jitranġaw l-iżbilanċi għoljin tal-pajjiż, l-awtoritajiet adottaw f'Diċembru 2008 pakkett fiskali ta' awsterità biex jiffaċilitaw il-proċess ta' aġġustament u jgħinu jżommu l-fiduċja fis-suq. Dan għandu wkoll jillimita li jmorru aktar għall-agħar l-iżbilanċi pubbliċi matul il-kriżi ekonomika.

(3)

Ix-xenarju makro-ekonomiku fl-isfond tal-programm stima li l-PDG reali żdied bi 3,5 % fl-2008. Huwa jipprojetta kontrazzjoni qawwija b'4,8 % fl-2009 u aktar tnaqqis żgħir b'0,2 % fl-2010, qabel irkupru lejn tkabbir ta' 4,5 % fl-2011. Imqabbel mal-informazzjoni disponibbli bħalissa (2), dan ix-xenarju huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet ta' tkabbir plawsibbli sal-2009 u fuq suppożizzjonijiet ta' tkabbir favorevoli sal-2009 iżda b'mod sinifikanti minn hemm 'il quddiem. Is-suppożizzjonijiet ta' tkabbir jidhru ottimisti mill-2010 meta jitqies li t-tiħżin tal-prospetti ta' tkabbir fil-pajjiżi fi sħubija kummerċjali u d-domanda interna fil-Litwanja minħabba kreditu ristrett x'aktarx li jkunu aktar evidenti u fit-tul milli wieħed assuma fil-programm. L-istima tat-tkabbir potenzjali fl-2011 hija xi ftit għolja wisq. Il-projezzjoni tal-programm għall-inflazzjoni hija realistika għall-2009 filwaqt li tista' tkun xi ftit baxxa għall-2010, l-aktar minħabba l-impatt fuq il-prezzijiet tal-enerġija minħabba l-għeluq tal-impjant nukleari ta' Ignalina skedat sa tmiem l-2009. Imqabbel mat-tbassir interim tas-servizzi tal-Kummissjoni ta' Jannar 2009, il-programm jagħti stima ta' korrezzjoni aktar mgħaġġla tal-iżbilanċi esterni fl-2009 u dan ġej minn kontrazzjoni aktar ħarxa tad-domanda interna u mill-iżviluppi aktar favorevoli fis-swieq ta' esportazzjoni mbassra fil-programm ta' konverġenza.

(4)

Għall-2008, l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern huwa stmat li jkun 2,9 % tal-PDG fit-tbassir interim tas-servizzi tal-Kummissjoni, imqabbla ma' mira ta' żbilanċ ta' 0,5 % tal-PDG iffissata fl-aġġornament preċedenti tal-programm ta' konverġenza. Dan ir-riżultat finali agħar milli mistenni b'mod sinifikanti jirrifletti l-aktar infiq konsiderevoli eċċessiv f'pagi tas-settur pubbliku u trasferimenti soċjali għall-familji u l-pensjonanti wara deċiżjonijiet politiċi adottati matul is-sena u għalhekk mhux inklużi fil-baġit tal-2008 u sa ċertu punt dħul iktar baxx ta' taxxa milli fil-bidu kien stmat mill-awtoritajiet, b'mod partikolari minħabba tnaqqis f'daqqa ta' attività ekonomika lejn tmiem is-sena. L-infiq ta' investiment u l-assorbiment ta' fondi tal-UE kienu iktar baxxi milli kien ippjanat.

(5)

Il-gvern il-ġdid li l-mandat tiegħu beda fid-9 ta' Diċembru 2008 adotta programm ta' tnaqqis fiskali sinifikanti. Bi qbil ma' dan, il-baġit tal-2009 adottat mill-Parlament fit-22 ta' Diċembru 2008 jinkludi pakkett ta' konsolidament fiskali mmirat lejn ir-restawrazzjoni tal-fiduċja fis-suq u l-limitazzjoni tal-ħtiġijiet finanzjarji tal-gvern. Il-konsolidament fiskali huwa bbażat fuq riforma komprensiva tat-taxxi u tnaqqis sostanzjali fl-infiq baġitarju, u t-tnejn li huma mistennija jikkontribwixxu bl-istess mod fil-konsolidament fiskali. Il-baġit jimmira lejn żbilanċ ġenerali tal-gvern ta' 2,1 % tal-PDG li fin-nuqqas tal-miżuri ta' konsolidament kien ikun sostanzjalment ogħla. It-tibdil fit-taxxa għandu l-għan li jaqleb il-piż tat-taxxi minn taxxi diretti għal dawk indiretti u mix-xogħol għall-kapital u biex iwessa' l-bażi fiskali billi jitneħħew l-eżenzjonijiet. Il-miżuri ewlenin ta' dħul jinkludu żieda ta' punt 1 perċentwali f'VAT u sisa, tnaqqis ta' 3 punti perċentwali fir-rata tat-taxxa fuq id-dħul personali bl-eliġibilità ristretta għal-limitu minimu ħieles mit-taxxa tal-bidu u żieda ta' 5 punti perċentwali fir-rata tat-taxxa tad-dħul tal-kumpaniji kif ukoll it-tneħħija tal-biċċa l-kbira tal-eżenzjonijiet tal-VAT u tat-taxxa fuq id-dħul personali u t-twessiegħ tal-bażi fiskali, b'mod partikolari bl-inklużjoni ta' aktar persuni fis-sistema tas-sigurtà soċjali.

L-effett nett stmat ta' dan it-tibdil fiskali skont il-programm huwa madwar 1,8 % tal-PDG. Il-baġit għandu jkollu pjanijiet għal tnaqqis sinifikanti fl-infiq, stmat għal madwar 2 % tal-PDG, inklużi l-pagi tas-settur pubbliku, infiq kurrenti ieħor u investiment ippjanat. Iżda, xi miżuri ta' bażi tal-baġit ġew miċħuda mill-parlament jew fis-sħiħ jew parzjalment u għalhekk jeħtieġ li jiġu sostitwiti b'miżuri ġodda. Il-pożizzjoni fiskali ġenerali fl-2009, kif imkejla bit-tnaqqis ta' 3 % tal-PDG fil-bilanċ strutturali (miżuri aġġustati b'mod ċikliku netti ta' darba u miżuri oħra temporanji) hija stmata bħala waħda restrittiva b'mod qawwi (3).

(6)

L-għan ewlieni tal-istrateġija baġitarja fuq medda medja ta' żmien fil-programm huwa li jinkiseb l-MTO ta' żbilanċ stutturali ġenerali tal-gvern ta' 1 % tal-PDG sal-2010, u li jintlaħaq baġit nominali bbilanċjat aktar 'il quddiem fis-snin. L-iżbilanċ nominali ġenerali tal-gvern huwa mistenni li jonqos għal 1.0 % tal-PDG fl-2010 u li jkun f'bilanċ fl-2011. L-aġġustament huwa mbassar li jinkiseb b'żieda sostanzjali fil-proporzjon bejn id-dħul f'taxxi u l-PDG u tnaqqis modest fil-proporzjoni ta' nfiq. Il-gvern beda reviżjoni aktar fid-dettall tal-infiq kurrenti, inkluż l-impjieg fis-settur pubbliku, li jista' jwassal biex jiġi propost aktar iffrankar fuq l-infiq fis-snin li ġejjin. Aktar tkabbir tad-dħul jista' jiġi spjegat l-aktar bit-tibdil fiskali introdott fil-baġit tal-2009. Iżda, il-programm jagħraf b'mod espliċitu li l-ksib tal-miri baġitarji ppreżentati fil-programm jeħtieġ miżuri addizzjonali ta' madwar 0,5 % tal-PDG fl-2010 u madwar 1,5 % tal-PDG fl-2011.

(7)

Ir-riżultati baġitarji huma soġġetti għal bosta riskji negattivi. Dan jikkonċerna s-snin kollha tal-programm: fl-2009 r-riskju ewlieni huwa li d-dħul jista' jkun ħafna iktar baxx milli stmat fil-programm, l-aktar marbut mar-riskju li miżuri diskrezzjonarji ta' żieda fid-dħul fiskali, partikolarment żidiet fit-taxxa indiretta, ma jwasslux għal dħul fiskali ogħla sal-punt ippjanat fil-programm, u li mhux it-tnaqqis kollu propost fl-infiq, speċjalment fuq sussidji u kumpensi lill-impjegati fis-settur pubbliku, jista' jkun implimentat; fl-2010 u l-2011 r-riskju mill-konsolidament fiskali stmat huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet ta' tkabbir favorevoli ħafna u jitlob miżuri addizzjonali bħala sostenn tal-miri baġitarji.

(8)

L-impatt baġitarju tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fil-perijodu fit-tul huwa iktar baxx mill-medja tal-UE, minħabba li r-riforma tal-pensjoni hija diġà fis-seħħ. Madankollu, il-pożizzjoni baġitarja fl-2008, kif stmata fil-programm, marret għall-agħar b'mod konsiderevoli meta mqabbla mall-pożizzjoni tal-bidu tal-programm preċedenti u żżid l-impatt baġitarju tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fuq id-diverġenza tas-sostenibbiltà. Il-ksib ta' bilanċi primarji favorevoli fil-perijodu medju, kif imbassar fil-programm, jikkontribwixxi biex jonqsu r-riskji medji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.

(9)

Il-qafas baġitarju tal-Litwanja fil-perijodu medju ma rnexxilux iwaqqaf infiq eċċessiv f'dawn l-aħħar snin. It-tkabbir tad-dħul fiskali b'suċċess iffaċilita reviżjonijiet 'il fuq ripetuti ta' miri ta' nfiq u ċ-ċiklu elettorali poġġa pressjoni addizzjonali fuq il-qafas kif deher mid-deterjorment riċenti tal-iżbilanċ nominali. Bil-ħsieb li jissaħħaħ il-qafas, ġiet adottata Liġi dwar id-Dixxiplina Fiskali f'Novembru 2007, li tinkludi, b'mod partikolari, regola dwar l-infiq. Iżda, il-liġi ffukat fuq it-tħejjija u t-twettiq tal-baġit annwali u proprjament ma daħħlitx aktar mill-elementi meħtieġa li jħarsu 'l quddiem fil-perijodu medju. Għalhekk, il-qafas kurrenti huwa kemmxejn dgħajjef fir-rigward ta' pjanar u kontroll ta' finanzi pubbliċi fil-perijodu medju. Hemm wisa' għat-titjib tal-ippjanar u għat-tisħiħ tan-natura vinkolanti tal-limiti massimi ta' nfiq fil-perijodu medju, u dan jikkontribwixxi għall-kontroll tat-tkabbir tal-infiq. Barra minn hekk il-qafas jeħtieġ jiżgura konsolidament fiskali fi żminijiet ekonomiċi tajba billi jipprevjeni dħul addizzjonali li jimplika nfiq ta' natura ogħla. It-trasparenza tal-proċess baġitarju kollu inkluż ir-rappurtar xieraq tat-twettiq ta' dħul u nfiq jibqa' dgħajjef ukoll, inkluż dak li għandu x'jaqsam mal-komparabbiltà tal-indikaturi baġitarji dwar il-bażijiet tal-kassa u tad-dovuti.

(10)

Bil-ħsieb li jistabbilizzaw is-settur finanzjarju, l-awtoritajiet Litwani żiedu l-garanzija għall-assikurazzjoni tad-depożitu mill-ekwivalenti ta' EUR 22 000 għal EUR 100 000 f'Ottubru 2008 u l-proporzjon tal-garanzija tad-depożitu għal 100 %. Il-programm jirrikonoxxi r-riskju possibbli marbut mal-garanziji ta' depożitu, fejn l-ammont totali ggarantit fi tmiem l-2008 kien madwar 30 % tal-PDG.

(11)

F'konformità mal-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku tal-Kummissjoni li dwaru ntlaħaq ftehim f'Diċembru mill-Kunsill Ewropew, il-Litwanja, li qed taffronta żbilanċi sinifikanti esterni u interni, adottat politika baġitarja li għandha l-għan li tikkoreġi dawn l-iżbilanċi. B'kont meħud tal-ħtieġa ta' korrezzjoni tal-iżbilanċi ekonomiċi u d-diffikultà ta' ksib ta' finanzjament ġdid b'kundizzjonijiet aċċettabbli minħabba l-istmerrija tar-riskju tas-suq, il-pożizzjoni fiskali restrittiva ppjanata mill-2009 sal-2011 hija tweġiba xierqa għas-sitwazzjoni makro-ekonomika u baġitarja. Saret riforma fiskali komprensiva u ttieħdu miżuri ta' ffrankar ta' nfiq fuq medda wiesgħa, inkluż tnaqqis fil-pagi pubbliċi fl-2009. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Litwani qed jippjanaw li jadottaw pakkett komprensiv ta' miżuri bl-għan li jagħtu appoġġ lill-kummerċ bit-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi, titjib tal-aċċess għall-finanzi u ffaċilitar ta' esportazzjoni u investiment. Waħda mill-prijoritajiet tinkludi l-immodernizzar ta' bini tat-tip Sovjetiku biex titjieb l-effiċjenza tal-enerġija. F'dan il-kuntest, il-Litwanja għandha l-għan li tgħaġġel (u tissimplifika) l-assorbiment tal-fondi strutturali tal-UE, fejn il-possibilitajiet ta' ffinanzjar ta' investimenti bħal dawn jikbru b'mod konsiderevoli skont il-proposti għal Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku tal-Kummissjoni. Dawn il-miżuri huma marbuta mal-aġenda ta' riforma fil-perijodu medju u mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż proposti mill-Kummissjoni fit-28 ta' Jannar 2009 skont l-Istrateġija ta' Lisbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi.

(12)

Il-Litwanja adottat programm ta' konsolidament li huwa tweġiba xierqa għall-ħtieġa ta' korrezzjoni ta' żbilanċi makro-ekonomiċi. Madankollu, ir-riżultati baġitarji huma soġġetti għal riskji negattivi sinifikanti. Barra minn hekk, l-aġġustament għandu jkun sostnut b'miżuri addizzjonali, b'mod partikolari fi snin imbiegħda. Minkejja li l-marġni ta' sikurezza kontra l-varjazzjonijiet ċikliċi normali jidher li huwa rispettat fil-programm fis-snin kollha mill-2009 'l quddiem, dan jista' jsir mhux suffiċjenti, meta jitqiesu r-riskji inkluża l-kriżi ekonomika gravi biex jiġi evitat il-ksur tal-limitu massimu ta' 3 % fl-2009 u l-2010. Il-pożizzjoni fiskali mistennija li tkun restrittiva mill-2009 sal-2011 kif imkejla bit-tibdil fil-bilanċ strutturali (primarju). Fil-kuntest tas-sħubija tal-Litwanja fl-ERM II u l-ħtieġa li titjieb il-kompetittività tal-kost tal-ekonomija, il-korrezzjoni tat-tkabbir preċedentement għoli tal-pagi hija ggarantita.

(13)

Fir-rigward tal-ħtiġiet ta' data speċifikati fil-kodiċi ta' kondotta għal programmi ta' stabbiltà u konverġenza, il-programm jipprovdi d-data meħtieġa kollha u l-parti l-kbira ta' dik mhux obbligatorja (4).

Il-konklużjoni ġenerali hija li l-Litwanja bħalissa għaddejja minn kontrazzjoni gravi fit-talba interna wara snin ta' tkabbir ekonomiku 'l fuq mill-potenzjal. Il-kriżi finanzjarja globali li dejjem qed tiżdied u t-talba esterna li dejjem qed tonqos jikkontribwixxu biex il-kontrazzjoni tal-ekonomija tkompli tiggrava. Għal perijodu sostnut it-tkabbir tal-pagi qabeż sewwa t-tkabbir tal-produttività u b'hekk dgħajjef il-kompetittività tal-pajjiż billi xekkel il-prospetti ta' rkupru ekonomiku mmexxi mill-esportazzjoni. Il-bilanċ ġenerali tal-gvern ħżien b'mod konsiderevoli fl-2008 l-aktar minħabba politika fiskali ta' espansjoni. Il-programm għandu fil-mira żbilanċ ta' 2,1 % tal-PDG fl-2009 u tnaqqis bil-mod il-mod fl-iżbilanċ nominali minn hemm 'il quddiem għal pożizzjoni bbilanċjata fl-2011. B'kont meħud tar-riskji marbuta max-xenarju makro-ekonomiku u n-nuqqas ta' tagħrif dwar miżuri meħtieġa ta' rfid tal-konsolidament fiskali wara l-2009, ir-riżultati baġitarji fil-programm huma soġġetti għal riskji negattivi sinifikanti, bl-iżbilanċ nominali possibbilment jaqbeż it-3 % tal-PDG fl-2009 u l-2010, filwaqt li l-proporzjon tad-dejn ser jibqa' sewwa taħt is-60 % tal-livell ta'referenza tal-PDG. Il-pożizzjoni fiskali restrittiva ppjanata mill-2009 sal-2011 hija tweġiba xierqa fid-dawl tal-iżbilanċi attwali. Il-qafas baġitarju attwali huwa daqsxejn dgħajjef fir-rigward tal-ippjanar u l-kontroll ta' finanzi pubbliċi fil-perijodu medju, speċjalment għal dak li huwa nfiq.

Fid-dawl tal-evalwazzjoni ta' hawn fuq u minħabba l-bżonn li tiġi żgurata konverġenza sostenibbli u sehem mingħajr xkiel fl-ERM II, il-Litwanja hija mistiedna:

(i)

timplimenta l-miżuri meħtieġa biex tikseb il-mira baġitarja fl-2009 billi tipprijoritizza l-infiq u tkompli l-konsolidament fiskali mmirat fil-perijodu medju;

(ii)

timplimenta trażżin tal-pagi tas-settur pubbliku biex tiffaċilita l-allinjament tal-pagi tal-ekonomija sħiħa mal-produttività u ssaħħaħ il-kost-kompetittività;

(iii)

issaħħaħ il-governanza fiskali u t-trasparenza, billi ttejjeb il-qafas baġitarju fil-perijodu medju u ssaħħaħ id-dixxiplina tal-infiq.

Tqabbil tal-projezzjonijiet makro-ekonomiċi u baġitarji ewlieni

 

 

2007

2008

2009

2010

2011

PDG reali

(bidla f'%)

PK Jan 2009

8,9

3,5

– 4,8

– 0,2

4,5

COM Jan 2009

8,9

3,4

– 4,0

– 2,6

m.d.*

PK Diċ 2007

9,8

5,3

4,5

5,2

m.d.

Inflazzjoni tal-HICP

(%)

PK Jan 2009

5,8

11,2

5,4

3,6

– 0,1

COM Jan 2009

5,8

11,1

5,6

4,8

m.d.

PK Diċ 2007

5,8

6,5

5,1

3,6

m.d.

Differenza bejn il-produzzjoni effettiva u dik potenzjali  (5)

(% tal-PDG potenzjali)

PK Jan 2009

7,1

5,4

– 2,8

– 5,7

– 4,0

COM Jan 2009 (6)

7,7

6,6

– 0,5

– 4,8

m.d.

PK Diċ 2007

3,3

1,5

– 0,4

– 1,3

m.d.

Self mogħti/meħud nett meta mqabbel mal-bqija tad-dinja

(% tal-PDG)

PK Jan 2009

– 12,7

– 10,2

– 1,8

– 4,7

– 5,7

COM Jan 2009

– 13,2

– 10,7

– 4,8

– 4,7

m.d.

PK Diċ 2007

– 12,5

– 12,7

– 14,5

– 15,4

m.d.

Dħul ġenerali tal-Gvern

(% tal-PDG)

PK Jan 2009

33,9

33,8

35,8

37,3

36,4

COM Jan 2009

33,9

33,9

34,8

36,0

m.d.

PK Diċ 2007

35,5

37,4

38,6

39,4

m.d.

Nefqa ġenerali tal-Gvern

(% tal-PDG)

PK Jan 2009

35,2

36,7

37,8

38,3

36,4

COM Jan 2009

35,2

36,8

37,8

39,4

m.d.

PK Diċ 2007

36,4

37,9

38,5

38,6

m.d.

Bilanċ ġenerali tal-gvern

(% tal-PDG)

PK Jan 2009

– 1,2

– 2,9

– 2,1

– 1,0

0,0

COM Jan 2009

– 1,2

– 2,9

– 3,0

– 3,4

m.d.

PK Diċ 2007

– 0,9

– 0,5

0,2

0,8

m.d.

Bilanċ primarju

(% tal-PDG)

PK Jan 2009

– 0,5

– 2,3

– 1,2

0,0

1,1

COM Jan 2009

– 0,5

– 2,2

– 2,0

– 2,3

m.d.

PK Diċ 2007

– 0,1

0,3

0,9

1,4

m.d.

Bilanċ aġġustat ċiklikament (5)

(% tal-PDG)

PK Jan 2009

– 3,1

– 4,4

– 1,3

0,5

1,1

COM Jan 2009

– 3,3

– 4,6

– 2,9

– 2,1

m.d.

PK Diċ 2007

– 1,8

– 0,9

0,3

1,1

m.d.

Bilanċ strutturali (7)

(% tal-PGD)

PK Jan 2009

– 2,6

– 4,9

– 1,8

0,1

1,1

COM Jan 2009

– 2,7

– 4,6

– 2,9

– 2,1

m.d.

PK Diċ 2007

– 1,2

– 0,9

0,3

1,1

m.d.

Dejn gross tal-gvern

(% tal-PDG)

PK Jan 2009

17,0

15,3

16,9

18,1

17,1

COM Jan 2009

17,0

17,1

20,0

23,3

m.d.

PK Diċ 2007

17,6

17,2

15,0

14,0

m.d.

Programm ta' konverġenza (PK); It-tbassir proviżorju tas-servizzi tal-Kummissjoni ta' Jannar 2009 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p 1. Id-dokumenti msemmija f'dan it-test jinsabu fuq il-websajt li ġejja:

http://ec.europa.eu/economy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm

(2)  L-evalwazzjoni tqis notevolment il-previżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni ta' Jannar 2009, iżda wkoll tagħrif ieħor li laħaq sar disponibbli minn dakinhar

(3)  Il-konsolidment strutturali projettat fil-programm ta' madwar 4 punti perċentwali tal-PDG hija daqs il-valur nominali tal-pakkett ta' konsolidament. Madankollu, huwa differenti mill-bilanċ strutturali kif ikkalkolat mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni fil-programm, prinċipalment minħabba stimi differenti tat-tkabbir potenzjali u tad-distakk bejn dan u t-tkabbir ekonomiku.

(4)  B'mod partikolari, id-data dwar is-sottokomponenti tal-aġġustament tal-fluss tal-istokk, l-estimi tal-kontributi għat-tkabbir potenzjali u ċerta data dwar is-sostenibbiltà fit-tul mhumiex ipprovduti.

(5)  Differenza bejn il-produzzjoni effettiva u dik potenzjali u bilanċi aġġustati ċiklikament skont il-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni fil-programmi.

(6)  Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat ta' 6,1 %, 1,8 %, 4,5 % u 2,8 % rispettivament fil-perijodu 2007-2010.

(7)  Bilanċ aġġustat ċiklikament u jeskludi miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħrajn. Miżuri ta' darba u oħrajn temporanji huma 0,6 % tal-PDG fl-2007; li jżidu l-iżbilanċ, 0.5 % fl-2008, 0,5 % fl-2009 u 0,5 % fl-2010; kollha jnaqqsu l-iżbilanċ skont l-aktar programm reċenti u 0,6 % tal-PDG fl-2007; li jżidu l-iżbilanċ skont it-tbassir proviżorju ta' Jannar tas-servizzi tal-Kummissjoni.

Sors:

Programm ta' konverġenza (PK); It-tbassir proviżorju tas-servizzi tal-Kummissjoni ta' Jannar 2009 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


24.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/13


ABBOZZ TA' OPINJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta' Marzu 2009

dwar il-Programm ta' Stabbiltà aġġornat tal-Lussemburgu 2008-2010

(2009/C 70/03)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ ta' sorveljanza pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

TA DIN L-OPNJONI:

(1)

Fl-10 ta' Marzu 2009 l-Kunsill eżamina l-programm ta' stabbiltà aġġornat tal-Lussemburgu, li jkopri l-perijodu mill-2008 sal-2010 (2).

(2)

L-attività ekonomika naqset ir-ritmu konsiderevolment b'riżultat tat-tnaqqis fl-attività ekonomika dinjija u tal-kriżi finanzjarja, bit-tkabbir reali tal-PDG jaqa' minn 5,2 % fl-2007 għal madwar 1 % fl-2008. Fl-2009, l-attività ekonomika mistennija tonqos b'0,9 % skont il-previżjoni proviżorja ta' Jannar 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni: l-ekonomija tal-Lussemburgu, li hija miftuħa ħafna u tiddependi mill-prestazzjonijiet tas-settur finanzjarju tiegħu, ser tintlaqat serjament mit-tnaqqis li hemm imbassar fil-kummerċ dinji u mill-kriżi finanzjarja, waqt li n-nefqa tal-gvern u, sa ċertu punt, il-konsum privat mistennija li jkunu l-uniku sostenn għat-tkabbir. L-isfidi ewlenin għall-politika fit-tnaqqis tal-attività huma relatati mas-settur finanzjarju, li l-attività tiegħu hija internazzjonalizzata ħafna, u mas-sostenn tad-domanda domestika. It-tnaqqis fl-attività ser ikollu impatt sostanzjali fuq il-finanzi pubbliċi minħabba li l-bilanċ pożittiv ħafna previst għall-2008 mistenni li fl-2009 jinbidel fi żbilanċ li fl-2010 ser jikber. Din id-deterjorament fil-bilanċ tal-gvern jieħu kont ukoll tal-effett tal-miżuri ta' sostenn deċiżi f'dawn l-aħħar xhur, li essenzjalment jinkludu qtugħ sostanzjali fit-taxxi, speċjalment fit-taxxa fuq id-dħul personali, kif ukoll aċċellerazzjoni sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-proġetti ta' investiment tal-gvern. Fid-dawl tal-pożizzjoni baġitarja inizjali favorevoli u l-livell baxx ħafna ta' dejn pubbliku, dawn il-miżuri huma opportuni u pożittivi.

(3)

Ix-xenarju makroekonomiku li jservi ta' bażi għall-programm, kif emendat mill-addendum, jipprevedi li l-PDG reali, wara tnaqqis minn 5,2 % fl-2007 għal 1,0 % fl-2008, ser jonqos b'0,9 % fl-2009 qabel ma jirkupra xi ftit u jiżdied b'1,4 % fl-2010. Meta jitqies bl-informazzjoni disponibbli bħalissa (3), dan ix-xenarju jidher li huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet ta' tkabbir plawsibbli għall-2008 sal-2010. Huwa kompletament konformi mal-previżjoni proviżorja ta' Jannar 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni. Il-previżjonijiet tal-programm għall-inflazzjoni u l-iżvilupp tal-pagi wkoll jidhru realistiċi.

(4)

Għall-2008, il-bilanċ pożittiv ġenerali tal-gvern huwa stmat li jkun 2,0 % tal-PDG fl-addendum tal-programm, li jitqabbel ma' mira ta' 0,8 % tal-PDG stabbilita fl-aġġornament preċedenti tal-programm ta' stabbiltà. Dan ir-riżultat li huwa ħafna aħjar milli kien mistenni meta mqabbel mal-aġġornament preċedenti huwa fil-biċċa l-kbira dovut għall-effett bażiku assoċjat ma' reviżjoni tal-bilanċ pożittiv ġenerali tal-gvern fl-2007 minn stima preċedenti ta' 1 % tal-PDG għal 3,2 %, l-aktar minħabba sorpriżi fid-dħul.

Għall-2008, din il-pożizzjoni inizjali, li hija aħjar milli kien previst, ġiet newtralizzata xi ftit minn żieda fin-nefqa li kienet ikbar milli mistenni, b'mod partikolari fl-investiment u l-konsum tal-gvern kif ukoll trasferimenti soċjali. Iż-żieda aktar mgħaġġla milli mistenni fil-konsum tal-gvern hija parzjalment dovuta għall-ħatra ta' persunal ġdid li sar minħabba l-iżvilupp tal-Università tal-Lussemburgu u ta' ċentri pubbliċi oħra ta' riċerka.

(5)

Il-programm jipprevedi li l-bilanċ ġenerali tal-gvern jiddeterjora minn bilanċ pożittiv ta' 2 % tal-PDG fl-2008 għal żbilanċ ta' 0,6 % tal-PDG fl-2009. Dan hu dovut parzjalment għall-impatt tat-tnaqqis tal-attività ekonomika u t-tħaddim normali assoċjat ta' stabilizzaturi awtomatiċi, speċjalment rigward id-dħul mit-taxxi tas-settur finanzjarju. L-iżbilanċ tal-2009 ser jirriżulta wkoll minn miżuri diskrezzjonali adottati fil-baġit tal-2009 inklużi dawk deċiżi b'reazzjoni għat-tnaqqis tal-attività ekonomika u konformement mal-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku, li jammontaw għal 1,75 % tal-PDG. Il-baġit tal-2009 jipprevedi qtugħ sostanzjali fit-taxxi, speċjalment fit-taxxa fuq id-dħul personali, li jammonta ex ante għal madwar 1,25 % tal-PDG, filwaqt li wħud mill-proġetti ta' investiment tal-gvern li għall-ewwel kienu ppjanati għall-2010 huma ppjanati li jitressqu għal data eqreb. Fl-2009 d-dħul hu mbassar li jonqos b'madwar 0,5 punti perċentwali tal-PDG. Dan jinkludi tnaqqis ta' punt perċentwali tal-PDG f'taxxi diretti li jirriżulta mit-tnaqqis fit-taxxa u mill-impatt tal-kriżi, filwaqt li l-kontribuzzjonijiet soċjali u d-dħul mill-proprjetà għandhom jiżdiedu b'madwar 0,25 punti perċentwali tal-PDG kull wieħed, bis-saħħa tal-effett tat-tkabbir fl-impjiegi li kien għadu sejjer tajjeb sa tmiem l-2008 u tal-imgħaxijiet li waslu mis-self mogħti b'sostenn għas-settur finanzjarju. Simultanjament, fl-2009 n-nefqa ġenerali tal-gvern hija ppjanata li togħla bi 2,25 punti perċentwali tal-PDG, fil-biċċa l-kbira minħabba ż-żidiet sinifikanti fil-konsum u l-investiment tal-gvern kif ukoll fi trasferimenti soċjali, b'dawn tal-aħħar ikunu parzjalment ir-riżultat tas-sostituzzjoni tat-tnaqqis fit-taxxa għat-tfal b'sistema ta' kreditu tat-taxxa kif ukoll taż-żieda fil-qgħad imbassra għal din is-sena.

(6)

Il-programm jipprevedi li l-iżbilanċ nominali ġenerali tal-gvern ikompli jiddeterjora minn 0,6 % tal-PDG fl-2009 għal 1,5 % tal-PDG fl-2010, filwaqt li l-iżbilanċ primarju jiżdied minn 0,3 % tal-PDG għal 1,2 %. L-objettiv baġitarju tal-Lussemburgu li jifrex fuq medda medja ta' żmien huwa żbilanċ strutturali (aġġustat ċiklikament u nett minn miżuri ta' darba u miżuri oħrajn temporanji) ta' 0,75 % tal-PDG. Ibbażat fuq ix-xenarju makroekonomiku tal-programm u l-previżjonijiet baġitarji, dan l-objettiv li jifrex fuq medda medja ta' żmien huwa ppjanat li jkun kompletament rispettat matul il-perijodu kopert: il-bilanċ strutturali kkalkulat mill-ġdid bil-metodoloġija maqbula b'mod komuni abbażi tal-informazzjoni fil-programm huwa previst li jibqa' pożittiv, filwaqt li jonqos bi ftit minn bilanċ pożittiv ta' 0,6 % tal-PDG fl-2009 għal bilanċ pożittiv ta' 0,4 % tal-PDG fl-2010. Id-dejn pubbliku gross, li rdoppja minn 7 % tal-PDG fl-2007 għal 14,4 % tal-PDG fl-2008 b'riżultat tal-finanzjament tas-self ta' sostenn lis-sussidjarji Lussemburgiżi tal-banek barranin sistemikament rilevanti, huwa previst li jiżdied għal 15 % tal-PDG fl-2009 u għal 17 % fl-2010. Madankollu, minkejja li rdoppja fl-2008, ser jibqa' fil-wisa' l-inqas wieħed fiż-żona tal-euro.

(7)

Ir-riskji għall-previżjonijiet baġitarji fil-programm jidhru b'mod ġenerali bbilanċjati. Min-naħa l-waħda, ir-riskju ta' deterjorament fix-xenarju makroekonomiku jista' jsir realtà. B'mod partikolari, il-konsum privat jista' jirriżulta li jkun inqas reżistenti milli mbassar. Barra minn hekk, l-impatt tal-kriżi fuq id-dħul mit-taxxi, speċjalment dak mis-settur finanzjarju, jista' jkun saħansitra ikbar milli mistenni bħalissa. Min-naħa l-oħra, ir-riżultati tal-2008 jistgħu jkunu aħjar milli previsti fil-programm (kif kien diġà l-każ fl-2007) minħabba li l-previżjonijiet baġitarji fil-Lussemburgu huma tradizzjonalment magħrufa li jkunu kawti.

(8)

It-tħassib ewlieni għall-finanzi pubbliċi tal-Lussemburgu jibqa' s-sostenibilità fit-tul fid-dawl ta' żieda kbira ħafna prevista fin-nefqa pubblika relatata mal-età u l-fatt li sa issa ma ttieħdet l-ebda miżura li tindirizza din il-kwistjoni: l-impatt baġitarju fit-tul tat-tixjiħ huwa fost l-ogħla fl-UE, influwenzat speċjalment minn żieda konsiderevoli ħafna prevista fin-nefqa fuq il-pensjonijiet. Il-pożizzjoni baġitarja fl-2008 kif stmata fil-programm, li hija aħjar mill-pożizzjoni tat-tluq tal-programm ta' qabel, il-proporzjon baxx tad-dejn, l-assi sinifikanti akkumulati fis-sigurtà soċjali, u bilanċ pożittiv primarju strutturali jikkontribwixxu biex jagħmlu tajjeb għall-impatt baġitarju fit-tul previst minħabba l-popolazzjoni li qed tixjieħ. Iżda dan mhuwiex biżżejjed biex ikopri ż-żieda mdaqqsa fin-nefqa relatata mal-età. Il-kisba ta' bilanċi pożittivi primarji għolja fil-medda medja ta' żmien u, kif rikonoxxut mill-awtoritajiet, l-implimentazzjoni ta' miżuri mmirati li jrażżnu ż-żieda sostanzjali fin-nefqa relatata mal-età, inkluż billi tiżdied l-età tal-pensjoni effettiva, għandhom jgħinu biex jonqos ir-riskju fil-medda medja ta' żmien għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. Ir-riskji għas-sostenibbiltà mnissla mill-operazzjonijiet ta' sostenn lis-settur finanzjarju mwettqa f'dawn l-aħħar xhur ma jidhrux konsiderevoli bħalissa, minkejja ż-żieda mdaqqsa fid-dejn pubbliku li dawn l-operazzjonijiet kienu jeħtieġu, anke jekk il-passivi potenzjali jistgħu jkunu relattivament importanti minħabba d-daqs kbir ħafna tas-settur finanzjarju. Barra minn dan, parti kbira tal-ispejjeż (jew saħansitra kollha kemm huma) iġġenerati minn dawn l-operazzjonijiet ta' sostenn jistgħu jiġu rkuprati fil-ġejjieni.

(9)

L-istruttura tal-finanzi pubbliċi tidher relattivament favorevoli fil-Lussemburgu: in-nefqa tal-gvern u l-piż tat-taxxa huma relattivament baxxi u kemm is-sistemi tan-nefqa kif ukoll dawk tad-dħul jidhru relattivament effiċjenti, imqabbla ma' Stati Membri oħra. B'mod partikolari, il-konsum tal-gvern u t-tassazzjoni tad-dħul mill-ħaddiema huma relattivament baxxi filwaqt li l-investiment pubbliku huwa wieħed mill-ogħla fl-UE kollha.

(10)

Bil-ħsieb li jistabbilizza s-settur finanzjarju, il-Gvern tal-Lussemburgu ddeċieda f'Settembru u Ottubru 2008 li jagħti self konvertibbli lis-sussidjarji lokali ta' żewġ banek barranin kbar għal ammont totali ta' EUR 2,776 biljun (7,6 % tal-PDG). Biex itejjeb l-aċċess tiegħu għal finanzi, ġie deċiż ukoll li jsiru garanziji għall-impenji ġodda kuntrattati minn wieħed minn dawn il-banek lejn investituri istituzzjonali u b'maturità massima ta' tliet snin. Fl-aħħar, biex terġa' tingħata fiduċja lid-depożituri, l-ammont kopert mill-iskema ta' garanzija tad-depożiti żdiedet minn EUR 20 000 għal EUR 100 000 għal kull depożitu. Għandu jkun innutat li l-gvern ġenerali għandu assi finanzjarji kbar, akkumulati mill-bilanċi pożittivi rikorrenti rreġistrati f'dawn l-aħħar deċennji u amplifikati mis-self mogħti lis-sussidjarji ta' dawn iż-żewġ banek barranin fi tmiem l-2008. Dawn l-assi kienu jammontaw għal madwar 32 % tal-PDG fl-2008, li minnhom madwar terz kienu miżmuma mill-gvern ċentrali u żewġ terzi mis-sistema ta' sigurtà soċjali. Konsegwentement, il-pożizzjoni finanzjarja netta tal-gvern ġenerali hija pożittiva fil-wisa'.

(11)

Uħud mill-miżuri ta' sostenn fiskali kienu diġà ġew deċiżi fil-baġit tal-2009, li ġie abbozzat qabel ma ggravat il-kriżi finanzjarja. Dawn kienu jikkonsistiu fil-biċċa l-kbira minn qtugħ fit-taxxa fuq id-dħul, li l-ispiża tiegħu hija stmata mill-programm għal madwar 1,2 % tal-PDG. Il-baġit ippreveda wkoll tnaqqis fir-rata tat-taxxa fuq il-kumpanniji, li ser jaffettwa d-dħul mill-2010 'l quddiem. Barra dan, konformement mal-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku li nqabel f'Diċembru mill-Kunsill Ewropew, il-Lussemburgu adotta miżuri oħra ta' sostenn, li l-iktar rilevanti fosthom jirreferu għal aċċellerazzjoni fl-investiment tal-gvern kif ukoll sussidji għax-xiri ta' prodotti li jservu fit-tul li huma effiċjenti mil-lat ta' enerġija u għal investimenti għall-iffrankar tal-enerġija. Barra minn dan, is-sehem ta' min jimpjega tal-benefiċċju tal-qgħad fil-każ ta' qgħad parzjali (part-time) ser jiġi rimborsat mill-gvern sa tmiem l-2009. B'kollox, dawn il-miżuri ta' stimolu ser jammontaw għal madwar 1,75 % tal-PDG. Bis-saħħa tal-bilanċ pożittiv mhux negliġibbli rreġistrat fl-2008 u bis-saħħa tal-livell baxx ħafna tad-dejn pubbliku, l-ispazju disponibbli għall-immanuvrar huwa partikolarment wiesa' fil-Lussemburgu. Il-pakkett ta' stimolu fiskali għall-2009 u l-2010 jidher li jikkostitwixxi reazzjoni adegwata għat-tnaqqis attwali fl-attività ekonomika, minkejja li parti kbira mill-miżuri ta' stimolu mhumiex suppost li jkunu temporanji, speċjalment il-qtugħ fit-taxxa fuq id-dħul, li tfassal primarjament biex jikkumpensa għan-nuqqas ta' indiċjar tal-kategoriji tat-taxxa mill-2001 'l hawn. Il-Lussemburgu ħa wkoll diversi miżuri u ser jieħu oħrajn fis-snin li ġejjin biex joħloq ambjent ekonomiku aktar attraenti u biex jimplimenta l-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima. Dawn il-miżuri huma relatati mal-aġenda ta' riforma fuq medda medja ta' żmien proposta mill-Kummissjoni fit-28 ta' Jannar 2009 skont l-Istrateġija ta' Lisbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi.

(12)

Il-bilanċ strutturali kkalkulat bil-metodoloġija maqbula b'mod komuni huwa previst li jibqa' f'bilanċ pożittiv, iżda jonqos minn 1,5 % tal-PDG fl-2008 għal 0,6 % tal-PDG fl-2009 u 0,4 % tal-PDG fl-2010. Il-qagħda fiskali globali fl-2009 hija espansjonista, u tirrifletti r-reazzjoni tal-gvern tal-Lussemburgu għat-tnaqqis fl-attività, u fl-2010 hija moderatament espansjonista, għalkemm il-bidliet fil-bilanċ strutturali huma pjuttost iżgħar mill-miżuri ta' stimolu meħuda. L-objettivi għaż-żmien medju mistennija li jkunu rispettati tul il-perijodu kopert.

(13)

Fir-rigward tar-rekwiżiti ta' data speċifikati fil-kodiċi tal-kondotta għall-programmi ta' stabbiltà u konverġenza, il-programm fih xi nuqqasijiet fid-data meħtieġa u f'dik fakultattiva (4). Barra minn hekk, l-addendum għall-programm, li jissostitwixxi parzjalment ix-xenarju oriġinali makroekonomiku u baġitarju, ma jipprovdix previzjonijiet għall-2011 (5).

Il-konklużjoni globali hija li, fid-dawl tal-pożizzjoni baġitarja soda tat-tluq, il-miżuri deċiżi bħala reazzjoni għat-tnaqqis fl-attività ekonomika u ppreżentati fl-addendum għall-programm ta' stabbiltà huma opportuni u għandhom jintlaqgħu b'approvazzjoni. Il-miżuri ġeneralment jikkonformaw mal-prinċipji (f'waqthom, immirati u temporanji) tal-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku, anke jekk il-qtugħ fit-taxxa fuq id-dħul, li ġie deċiż qabel ma ggravat il-kriżi, mhumiex ippjanati li jkunu temporanji. Minħabba t-tnaqqis qawwi previst fl-attività ekonomika u l-miżuri deċiżi b'reazzjoni għat-tnaqqis fl-attività, il-bilanċ tal-gvern ser jinbidel fi żbilanċ fl-2009, wara diversi snin ta' bilanċi pożittivi, iżda ser jibqa' 'l bogħod mill-valur ta' referenza ta' 3 % u l-objettiv fuq terminu medju ta' żmien hu ppjanat li jiġi rispettat matul il-perijodu kollu tal-programm. Ir-riskji għall-miri baġitarji tal-programm jidhru ġeneralment ibbilanċjati. Minkejja dan, jifdal tħassib dwar is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, li jridu jerfgħu piż partikolarment tqil fid-deċennji li ġejjin hekk kif iż-żieda fin-nefqa relatata mal-età mistennija li tkun fost l-aktar qawwija fl-UE kollha.

Fid-dawl tal-evalwazzjoni ta' hawn fuq u taż-żieda qawwija ħafna fit-tbassir tan-nefqa relatata mal-età għad-deċennji li ġejjin, il-Lussemburgu huwa mistieden sabiex:

(i)

jimplimenta l-pjanijiet fiskali, inklużi l-miżuri ta' stimolu f'konformità mal-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku u fil-qafas tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir;

(ii)

itejjeb is-sostenibilità fit-tul tal-finanzi pubbliċi tiegħu billi jimplimenta miżuri ta' riforma strutturali, b'mod partikolari fil-qasam tal-pensjonijiet.

Tqabbil tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju ewlieni

 

 

2007

2008

2009

2010

PDG reali

(% tibdil)

PS Ott 2008

5,2

1,0

– 0,9

1,4

COM Jan 2009

5,2

1,0

– 0,9

1,4

SP Nov 2007

6,0

4,5

5,0

4,0

Inflazzjoni HICP

(%)

PS Ott 2008

2,7

4,1

0,6

2,5

COM Jan 2009

2,7

4,1

0,6

2,5

SP Nov 2007

2,3

2,0

2,1

2,1

Distakk tal-produzzjoni (6)

(% tal-PDG potenzjali)

PS Ott 2008

3,2

1,1

– 2,5

– 3,8

COM Jan 2009 (7)

3,2

1,1

– 2,3

– 3,5

SP Nov 2007

0,5

0,1

0,2

– 0,8

Self nett vis-à-vis l-bqija tad-dinja

(% tal-PDG)

PS Ott 2008

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

COM Jan 2009

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

SP Nov 2007

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

Dħul ġenerali tal-Gvern

(% tal-PDG)

PS Ott 2008

41,0

43,2

42,8

42,8

COM Jan 2009

41,0

43,6

44,0

42,9

SP Nov 2007

38,5

37,8

37,9

37,8

Infiq ġenerali tal-Gvern

(% tal-PDG)

PS Ott 2008

37,8

41,2

43,4

44,3

COM Jan 2009

37,8

40,6

43,5

44,3

SP Nov 2007

37,5

36,9

36,9

36,6

Bilanċ ġenerali tal-gvern

(% tal-PDG)

PS Ott 2008

3,2

2,0

– 0,6

– 1,5

COM Jan 2009

3,2

3,0

0,4

– 1,4

SP Nov 2007

1,0

0,8

1,0

1,2

Bilanċ primarju

(% tal-PDG)

PS Ott 2008

3,5

2,3

– 0,3

– 1,2

COM Jan 2009

3,5

3,3

1,0

– 0,9

SP Nov 2007

1,2

1,1

1,2

1,5

Bilanċ aġġustat ċiklikament (6)

(% tal-PDG)

PS Ott 2008

1,6

1,5

0,6

0,4

COM Jan 2009

1,6

2,4

1,6

0,3

SP Nov 2007

0,7

0,8

0,9

1,6

Bilanċ strutturali (8)

(% tal-PDG)

PS Ott 2008

1,6

1,5

0,6

0,4

COM Jan 2009

1,6

2,4

1,6

0,3

SP Nov 2007

0,7

0,8

0,9

1,6

Dejn gross tal-gvern

(% tal-PDG)

PS Ott 2008

7,0

14,4

14,9

17,0

COM Jan 2009

7,0

14,4

15,0

15,1

SP Nov 2007

6,9

7,1

7,2

7,0

Programm ta' Stabbiltà (PS), previżjoni proviżorja ta' Jannar 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni (COM); kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p 1. Id-dokumenti msemmija f'dan it-test jinsabu fuq is-sit elettroniku li ġej:

http://ec.europa.eu/economy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm

(2)  Il-programm oriġinali ta' Ottubru 2008 kien ikopri l-perijodu 2008-2011. Minkejja dan, l-awtoritajiet tal-Lussemburgu fit-2 ta' Frar ppreżentaw addendum li jissostitwixxi x-xenarju oriġinali makroekonomiku u baġitarju b'wieħed fundamentalment differenti, iżda li jkopri biss il-perijodu 2008-2010. Għalhekk is-servizzi tal-Kummissjoni ma setgħux jevalwaw ix-xenarju makroekonomiku u l-miri baġitarji fl-2011.

(3)  Din l-evalwazzjoni tieħu kont b'mod speċjali tat-tbassir proviżorju ta' Jannar 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, iżda wkoll ta' informazzjoni oħra li saret disponibbli minn dak iż-żmien 'l hawn.

(4)  B'mod partikolari, ma hemm l-ebda data dwar bilanċi settorjali bl-eċċezzjoni tal-gvern ċentrali.

(5)  L-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 jipprevedi li “It-tagħrif dwar it-toroq għall-proporzjoni ta' bilanċ favorevoli/żbilanċ tal-gvern ġenerali u l-iskala tad-dejn u l-assunzjonijet ekonomiċi prinċipali (…) għandhom ikopru, flimkien mas-sena kurrenti u dik ta' qabel, għall-inqas it-tliet snin li jiġu wara”.

(6)  Distakki fil-produzzjoni u bilanċi aġġustati ċiklikament skont il-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni fil-programmi.

(7)  Ibbażat fuq tkabbir potenzjali stmat ta' 4,2 %, 3,2 %, 2,7 % u 2,8 % rispettivament fil-perijodu 2007-2010.

(8)  Bilanċ aġġustat ċiklikament li jeskludi miżuri ta' darba biss u miżuri oħrajn temporanji. Miżuri ta' darba biss u miżuri oħrajn temporanji huma 0 % tal-PDG fl-2009, fl-2010 u fl-2011 skont l-iktar programm reċenti u fil-previżjoni proviżorja ta' Jannar tas-servizzi tal-Kummissjoni.

Sors:

Programm ta' Stabbiltà (PS), previżjoni proviżorja ta' Jannar 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni (COM); kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

24.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/19


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5427 — Dexia Credit Local/Dexia Kommunalkredit Bank)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 70/04)

Fit-12 ta' Marzu 2009, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32009M5427. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


24.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/20


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(2009/C 70/05)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

25.2.2009

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

NN 116/02 ex N 563/02

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Tijdelijke noodmaatregel: overname varkens wegens MPA-verontreiniging

Bażi ġuridika

Artikelen 93 en 26 van de wet op de bedrijfsorganisaties. Algemene Voorwaarden tijdelijke noodmatregel overname varkens wegens MPA-verontreiniging zoals vastgesteld door het Productschap Vee en Vlees

Tip ta' miżura

Miżura ta' kumpens ta' darba

Għan

Is-Saħħa ta' l-Annimali u tal-Bniedem, prevenzjoni tal-kontaminazzjoni MPA; il-prevenzjoni mid-dħul fil-katina alimentari

Forma ta' l-għajnuna

Kumpens għall-qatla tal-ħnieżer fil-farms li kienu suspettati li kienu kkontaminati bill-MPA hekk kif ċerti kampjuni ta' għadd minn dawn il-ħnieżer fil-farms irriżultaw pożittivi għall-kontaminazzjoni MPA

Baġit

EUR 6 350 000

Intensità

Massimu ta' 100 % fuq il-valur tas-suq tal-ħnieżer

Tul ta' żmien

Awwissu — Settembru 2002

Setturi ekonomiċi

Is-Settur ta' l-Agrikoltura u tat-trobbija tal-Bhejjem (ħnieżer)

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministerie van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Postbus 20401

2500 EK Den Haag

Nederland

Tagħrif ieħor

L-Artikolu 87(2) (b) tat-Trattat (KE) — Avveniment straordinarju

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

13.1.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 394/08

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Navarra

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Ayudas para el fomento de sistemas de producción ganadera sostenibles

Bażi ġuridika

Orden foral de la Consejería de Desarrollo Rural y Medio Ambiente, por la que se establecen las normas reguladoras para la concesión de las ayudas para el fomento de sistemas de producción ganadera sostenibles

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Għajnuna li tinkuraġixxi l-impenni agroambjentali biex jiġu adattati forom ta' produzzjoni iktar sostenibbli ta' trobbija tal-bhejjem f'Navarra

Il-forma tal-għajnuna

Sussidju dirett

Baġit

EUR 12 000 000

Intensità

Massimu ta' EUR 35/Ha

Tul

Sal-31 ta' Diċembru 2013

Setturi ekonomiċi

Is-settur agrikolu

L-isem u l-indrizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna

Departamento de Desarrollo Rural y Medio Ambiente del Gobierno de Navarra

C/ Tudela, 20

31003 Pamplona (Navarra)

ESPAÑA

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

24.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/22


Lista ta' ħatriet imwettqin mill-Kunsill

Jannar u Frar 2009 (Qasam soċjali)

(2009/C 70/06)

Kumitat

Tmiem tal-mandat

Pubblikazzjoni fil-ĠU

Persuna sostitwita

Riżenja/Ħatra

Membru/Membru Supplenti

Kategorija

Pajjiż

Persuna maħtura

Appartenenza

Data tad-deċiżjoni tal-Kunsill

Kumitat Konsultattiv għal-Libertà tal-Moviment tal-Ħaddiema

24.9.2010

C 253, 4.10.2008

Is-Sur Gaetan BEZIER

Riżenja

Membru

Min iħaddem

Franza

Is-Sinjura Natacha MARQUET

FNSEA

23.2.2009

Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2010

L 64, 2.3.2007

Is-Sinjura Yolanda PALACIO-FERRERO

Riżenja

Membru Supplenti

Gvern

Spanja

Is-Sur Mario GRAU RIOS

Ministerio de Trabajo e Inmigración

23.2.2009

Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2010

L 64, 2.3.2007

Is-Sur Mikko HURMALAINEN

Riżenja

Membru

Gvern

Finlandja

Is-Sur Leo SUOMAA

Ministry of Social Affairs and Health

23.2.2009

Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2010

L 64, 2.3.2007

Is-Sinjura Anna-Liisa SUNDQUIST

Riżenja

Membru Supplenti

Gvern

Finlandja

Is-Sur Erkki YRJÄNHEIKKI

Ministry of Social Affairs and Health

23.2.2009

Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2010

L 64, 2.3.2007

Is-Sur Matti LAMBERG

Riżenja

Membru Supplenti

Gvern

Finlandja

Is-Sinjura Ritva PARTINEN

Ministry of Social Affairs and Health

23.2.2009

Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2010

L 64, 2.3.2007

Is-Sinjura Renate CZESKLEBA

Riżenja

Membru

Ħaddiema

Awstrija

Is-Sinjura Karin ZIMMERMANN

Österreichischer Gewerkschaftsbund Sozialpolitik — Gesundheitspolitik

23.2.2009

Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2010

L 64, 2.3.2007

Ħatra

Membru Supplenti

Ħaddiema

Awstrija

Herr Alexander HEIDER

Bundesarbeitskammer Abteilung Sicherheit, Gesundheit und Arbeit

23.2.2009

Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2010

L 64, 2.3.2007

Is-Sur Miloš JANOUŠEK

Riżenja

Membru Supplenti

Gvern

Slovakkja

Is-Sinjura Laurencia JANČUROVÁ

National Labour Inspectorate

23.2.2009

Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

7.11.2010

C 271, 14.11.2007

Is-Sinjura Pilar CASLA BENITO

Riżenja

Membru Supplenti

Gvern

Spanja

Is-Sur Mario GRAU RIOS

Ministerio de Trabajo e Inmigración

23.2.2009

Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

7.11.2010

C 271, 14.11.2007

Is-Sur Miloš JANOUŠEK

Riżenja

Membru

Gvern

Slovakkja

Is-Sinjura Laurencia JANČUROVÁ

National Labour Inspectorate

23.2.2009

Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2010

C 282, 24.11.2007

Is-Sinjura Ana Cristina LÓPEZ LÓPEZ

Riżenja

Membru

Gvern

Spanja

Is-Sur Juan Pablo PARRA GUTIERREZ

Ministerio de Trabajo e Immigración

23.2.2009

Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2010

C 282, 24.11.2007

Is-Sinjura Birgit STIMMER

Riżenja

Membru Supplenti

Gvern

Awstrija

Is-Sinjura Petra HRIBERNIG

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

23.2.2009

Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2010

C 282, 24.11.2007

Is-Sur Paul CLERINX

Riżenja

Membru Supplenti

Min iħaddem

Belġju

Is-Sur Kris De MEESTER

VBO-FEB

23.2.2009


Il-Kummissjoni

24.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/24


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

It-23 ta' Marzu 2009

(2009/C 70/07)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3558

JPY

Yen Ġappuniż

131,12

DKK

Krona Daniża

7,4506

GBP

Lira Sterlina

0,92945

SEK

Krona Żvediża

11,0760

CHF

Frank Żvizzeru

1,5301

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,6345

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,820

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

304,15

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

4,5703

RON

Leu Rumen

4,2940

TRY

Lira Turka

2,2674

AUD

Dollaru Awstraljan

1,9475

CAD

Dollaru Kanadiż

1,6753

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5054

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,3938

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0493

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 887,52

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,8424

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,2623

HRK

Kuna Kroata

7,4667

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 693,39

MYR

Ringgit Malażjan

4,9381

PHP

Peso Filippin

65,060

RUB

Rouble Russu

45,2775

THB

Baht Tajlandiż

47,897

BRL

Real Brażiljan

3,0522

MXN

Peso Messikan

19,1710

INR

Rupi Indjan

68,3040


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

24.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/25


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 70/08)

Għajnuna Nru

XR 51/07

Stat Membru

Il-Portugall

Reġjun

Açores

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

SIDER — Sistema de Incentivos para o Desenvolvimento Regional dos Açores

Bażi legali

Decreto Legislativo Regional n.o 13/2005/A, de 1 de Julho.

Decretos Regulamentares Regionais n.os 25/2005/A, de 6 de Dezembro, 12/2005/A, de 24 de Maio e 6/2006/A, de 16 de Janeiro

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

EUR 3,5 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

45 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.1.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2007

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Secretaria Regional da Economia

Rua de São João, 47

9504-533 Ponta Delgada (S. Miguel) Açores

PORTUGAL

drace@azores.gov.pt

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

www.azores.gov.pt

Informazzjoni oħra


Għajnuna Nru

XR 52/07

Stat Membru

Il-Portugall

Reġjun

Açores

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Proenergia — Sistema de Incentivos à produção de energia a partir de fontes renováveis

Bażi legali

Decreto Legislativo Regional n.o 26/2006/A, de 31 de Julho

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

EUR 1 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

25 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.1.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Secretaria Regional da Economia

Rua de São João, 47

9504-533 Ponta Delgada (S. Miguel) Açores

PORTUGAL

drace@azores.gov.pt

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

www.azores.gov.pt

Informazzjoni oħra


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni

24.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/27


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2009/C 70/09)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet tal-oġġezzjoni jridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

SOMMARJU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“MAKÓI VÖRÖSHAGYMA” jew “MAKÓI HAGYMA”

KE Nru: HU-PDO-005-0387-21.10.2004

DPO ( X ) IGP ( )

Dan is-sommarju jistipula l-elementi prinċipali tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal skopijiet ta' tagħrif.

1.   Id-dipartiment responsabbli fl-Istat Membru

Isem:

Földművelésügyi és Vidékfejlesztési Minisztérium – Élelmiszerlánc-elemzési Főosztály

Indirizz:

1055 Budapest

Kossuth Lajos tér 11.

MAGYARORSZÁG

Tel.

+36 13014419

Faks

+36 13014808

Posta Elettronika:

zobore@fvm.hu

2.   Grupp:

Isem:

Magyarországi Hagymatermesztők, Feldolgozók, Forgalmazók Szakmaközi Szervezete, Szövetsége és Terméktanácsa

Indirizz:

6900 Makó

Návay Lajos tér 5-7.

MAGYARORSZÁG

Tel.

+36 62/212865, +36 62/213676

Faks

+36 62/213676, +36 62/212865

Posta Elettronika:

hagymatanacs@vnet.hu

Il-kompożizzjoni:

Il-produtturi/il-proċessuri ( X ) Oħrajn ( X )

3.   It-tip ta' prodott:

Klassi 1.6 — Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

4.   L-ispeċifikazzjoni:

(Sommarju tal-ħtiġijiet skont l-artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem

“Makói vöröshagyma” jew “Makói hagyma”

4.2.   Deskrizzjoni

Il-“Makói vöröshagyma” jew il-“Makói hagyma” (Allium cepa L.) tifforma parti mill-familja Alliaceae, li adattat ruħha sew għall-kundizzjonijiet lokali tar-reġjun ta' Makó. Il-karatteristiċi tipiċi tal-“Makói vöröshagyma” jew tal-“Makói hagyma” attribwiti għall-ambjent ġeografiku huma l-kontenut għoli tal-materjal xott, it-togħma qawwija u li jdumu ma jiskadu. Jistgħu jintużaw biss l-pjanti tal-kultivazzjoni l-“Makói CR” (li tirreżisti għall-klima), is-“Csanád” u l-“Makói Bronz”.

Il-basla għandha għamla sferika, daqsxejn imtawwla matul l-assi lonġitudinali; għandha dijametru ta' 35-80 mm. ħamra tagħti fil-bronż, tleqq, bil-qoxra magħluqa, bit-tonok (qxur tal-basal) sodi esterni li għandhom ħafna saffi jipproteġu kompletament it-tonok interni. Soda, mlaħħma, kulur abjad tal-għadam. It-teknoloġija tal-produzzjoni tipika tar-reġjun ta' Makó u t-temp niexef fl-aħħar tas-sajf jirriżultaw f'kontenut għoli ta' materjal xott 'il fuq minn 16 %, li huwa sew 'il fuq mill-medja. Tista' tinħażen għal żmien twil, iddum ma tinbet u żżomm il-valuri tal-kontenut tagħha matul ix-xitwa kollha. Il-kontenut baxx tal-ilma tagħha jgħin kontra d-deterjorazzjoni. It-togħma qawwija u pikkanti tipika tagħha hija riżultat tal-kontenut għoli tal-allil sulfid (allyl sulphide) tagħha.

4.3.   Iż-żona ġeografika

Id-denominazzjoni tal-oriġini “Makói vöröshagyma” jew “Makói hagyma” tista' tkun applikata biss lill-basal li joriġina fir-reġjun tal-produzzjoni, li jinkudi ż-żoni amministrattivi tal-irħula ż-żgħar elenkati hawn taħt, li l-fruntieri tagħhom jibqgħu deħlien fuq iż-żewġ kontei ta' Csongrád u Békés li huma biswit.

L-irħula ż-żgħar li jappartjenu għar-reġjun:

Il-kontea ta' Csongrád: Makó, Királyhegyes, Apátfalva, Kövegy, Pitvaros, Magyarcsanád, Csanádpalota, Csanádalberti, Ambrózfalva, Nagyér, Földeák, Maroslele, Klárafalva, Ferencszállás, Kiszombor, Nagylak

Il-kontea ta' Békés: Tótkomlós, Békéssámson.

4.4.   Il-prova tal-oriġini

Id-denominazzjoni tal-oriġini “Makói vöröshagyma” jew “Makói hagyma” tista' tkun użata biss mill-basal li l-produzzjoni u t-traċċabilità tiegħu hija dokumentata fir-Reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti awtentikati mill-Hagyma Terméktanács (Il-Bord tal-Prodotti tal-Basal).

Ir-Reġistru tal-Bexx (Spraying Log), li huwa aġġornat skont ir-rekwiżiti, huwa parti indispensabbli mir-Reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti.

Hekk kif il-produttur jew id-distributur jibda l-ħidma tiegħu, il-Hagyma Terméktanács tikkontrolla il-proċess teknoloġiku tal-produzzjoni kollu, u jekk ir-rekwiżiti jkunu sodisfatti, il-prodott jingħata t-tiketta “Hagyma Terméktanács által ellenőrzött minőség” (“Approvazzjoni tal-kwalità mill-Bord tal-Prodotti tal-Basal”) mill-Bord tal-Prodotti.

Il-Bord tal-Prodotti jgħin bl-ispezzjoni sabiex jara li qed jimxu mar-regolamenti tal-indikazzjoni ġeografika u tal-użu legali tad-dominazzjonijiet tal-oriġini.

4.5.   Il-metodu tal-produzzjoni

Metodu ta' produzzjoni li jdum sentejn:

Fil-każ tal-metodu ta' produzzjoni li jdum sentejn, miż-żerriegħa ċkejkna tal-fjuri (magħrufa bħala ż-żerriegħa s-sewda) il-basal iż-żgħir, magħrufa bħala s-settijiet tal-basal, li huma prodotti billi jkunu miżrugħa fil-qrib, iservu bħala l-materjal bażiku (il-materjal tal-propagazzjoni) sabiex jipproduċu basal tal-ikel żviluppat, fis-sena ta' wara.

Għall-iskopijiet tal-produzzjoni tas-settijiet tal-basal, hija addatata l-ħamrija ċatta, bejn iebsa u mhix, li titfarrak, ħamrija maħlula b'kontenut għoli ta' ħumus u nutrijenti u bil-pH newtrali (dawn huma magħrufa bħala l-kundizzjonjiet tal-ħamrija Makó).

Fil-każ tan-newba tal-uċuħ tar-raba', wieħed mill-prirekwiżiti huwa li l-basal ma jerġax ikun miżrugħ fi żmien ħames snin.

Il-produzzjoni tas-sett tal-basal:

Preparazzjoni tal-ħamrija: ħart fil-fond matul il-ħarifa, f'Ottubru tas-sena ta' qabel, li jispiċċa fir-rebbiegħa. Iż-żrigħ isir fis-sodda taż-żera' li għandha wiċċ lixx bil-ħamrija maħruta fina fl-aħħar ta' Frar, bidu ta' Marzu, f'radda waħda (20ċm spazju) jew żewġ raded (5-30ċm spazju), b'100-120kg/ettaru ta' żerriegħa (25-28 miljun żerriegħa/ettaru), f'fond ta' 3-3.5ċm. Iz-zokk niexef jitneħħa mis-settijiet tal-basal, li jkunu saru sa' nofs Awwissu. Wara jkun hemm il-ġbir, it-tneħħija tal-ħamrija, isiru iżjed, it-trasportazzjoni u l-klassifikazzjoni skont il-qies.

Is-settijiet tal-basal ikklassifikati jridu jkunu maħżuna f'borża tad-drapp wiesa matul il-ħarifa, u l-proċedura speċjali tal-produzzjoni tal-Makó tibda bit-trattament tas-sħana f'Novembru. It-trattament tas-sħana fil-fatt iwaqqaf il-formazzjoni taż-żahar tal-fjuri u b'hekk l-iżvilupp taz-zokk taż-żerriegħa fit-tieni sena, li jispiċċa biex jagħmel ir-ras tal-basla bla valur. Matul it-trattament tas-sħana, is-settijiet tal-basal jissaħħan bil-mod matul 12-il jum mit-temperatura tal-ħżin ta' 3-5oC sa' 30-32oC u, skont il-qies, jinżamm f'din it-temperatura bejn 30-60 jum (matul dan iż-żmien jissaħnu sa 32-35oC għal 10 tijiem) u mbagħad jitkessħu bil-mod għal 10-14oC għat-tħawwil.

Il-produzzjoni tal-basal tal-ikel:

Fil-produzzjoni tal-“Makói vöröshagyma” jew il-“Makói hagyma”, il-basla tal-mejda (il-basla li tittiekel) hija prodotta fit-tieni sena. Fir-rebbiegħa, is-settijiet tal-basal, li kienu imneħħija mill-installazzjoni tat-trattament tas-sħana, jitnaddfu, iż-żerriegħa tingħata trattament kontra l-insetti u l-annimali li jagħmlu l-ħsara, imbagħad tinżera' fil-ħamrija li tkun qed tisħon bil-mod sa' nofs April. Ir-rekwiżiti tal-ħamrija u n-newba tal-uċuħ tar-raba' huma l-istess bħal tas-settijiet tal-basal. Skont il-kwantità, jinżeraw 15-25 f'kull metru tul, f'fond ta' 3-5ċm.

Huwa importanti li l-basal ikollhom ammont xieraq ta' nutrijenti u li jitneħħa l-ħaxix ħażin, kif ukoll li tkun żgurata l-protezzjoni integrata tal-pjanta ddokumentata kif jixraq fir-Reġistru tal-Bexx. Il-ġbir isir fit-tieni nofs t'Awwissu (il-ġbir, it-tnixxif fit-twieqi, it-tagħbija, u t-twassil fid-destinazzjoni), wara liema l-basal jinħażen jew jintbagħat fis-suq.

Il-metodu tal-produzzjoni ta' sena (biż-żriegħ taż-żerriegħa):

Fil-metodu ta' sena waħda, il-produzzjoni tibda f'Marzu billi jinżergħu 5-7kg/ettaru ta' żerriegħa (900 elf — 1,1 miljun żerriegħa/ettaru) tal-“basal li għandhom sena” bil-propagazzjoni tal-użu tal-istokk ġenetiku tas-settijiet tal-basal tal-“Makói vöröshagyma” jew il-“Makói hagyma”.

Fil-perjodu ta' propagazzjoni, l-operazzjonijiet tal-produzzjoni u l-ġbir huma l-istess bħal basal li jitkabbar mis-settijiet tal-basal, imma l-istaġun tal-propagazzjoni huwa itwal, il-ġbir isir f'nofs Settembru u din it-tip ta' produzzjoni hija assikurata biss fil-kundizzjonijiet tar-raba' tas-saqwi.

Il-basal miġbur irid jinħażen f'post frisk, niexef u b'ventilazzjoni tajba, għax jistgħu jinħażnu għal iktar fit-tul mill-pjanti tal-kultivazzjoni l-oħra taħt kundizzjonijiet bħal dawn mingħajr tnaqqis sinifikanti fil-kwalità sa' April-Mejju ta' wara.

Il-“Makói vöröshagyma” jew il-“Makói hagyma” huma kklassifikati, ippakjati u ttikettjati mill-produttur jew f'postijiet oħra taħt is-superviżjoni diretta tal-produttur jew tar-rappreżentant tal-produttur fiż-żona ġeografika definita f'boroż tax-xibka ta' 0.5, 1, 2, 5, 10 jew 15kg jew bil-massa f'kaxex ta' 15, 20, 25 jew 50kg jew f'pakketti ta' 3, 5 jew 10 basliet Madankollu, ammonti oħra jew tipi oħra ta' pakketti huma wkoll possibli. Il-prodott jista' jerġa' jiġi ppakjat barra miż-żona ġeografika definita.

4.6.   Ir-rabta

Il-fatturi naturali:

Il-basla, li hija ta' orġini tal-Asja Ċentrali, adattat għall-kundizzjonijiet tar-reġjun ta' Makó b'mod tajjeb ħafna. Il-ħamrija tar-reġjun iffurmat mid-depożiti li jirriżultaw mill-tibdil fil-qieħ tax-xmara Maros; il-loess u l-ħamrija alluvjali għandhom kontenut għoli ta' nutrijenti. Huma rikki fi traċċi minerali, għandhom densità medja, jitfarrku, b'wiċċ ċatt u jżommu l-ilma u l-arja b'mod tajjeb, karatteristiċi li għandhom impatt favorevoli fuq il-kwalità tal-basla.

Il-fattur tal-klima l-iżjed karatteristiku tar-reġjun ta' Makó huwa s-sajf niexef u sħun. Fil-perjodu ta' propagazzjoni hemm ħafna xemx (2,100 siegħa ta' xemx kull sena), b'temperaturi għoljin fit-tul. (30 jum sħun, bit-temperatura medja 18.13,340C), u l-effett kumbinat ta' dawn il-karatteristiċi (85-90 jum tas-sajf) jirriżultaw fl-iżvilupp tal-valuri tal-kontenut favorevoli tal-“Makói vöröshagyma” jew il-“Makói hagyma”. L-iżvilupp tal-“Makói vöröshagyma” jew l-“Makói hagyma” tal-ġurnata t-twila għandu bżonn 15-il siegħa ta' dawl kuljum, liema kundizzjoni hija sodisfatta bil-fatturi tal-klima karatteristiċi tar-reġjun ta' Makó kif spjegat hawn fuq. Il-formazzjoni tar-ras tal-basla iddum iżjed fit-temp sħun, niexef u ta' preċipitazzjoni baxxa ta' Lulju-Awissu. Il-weraq u l-għeruq jinxfu, il-valuri tal-kontenut isiru iżjed rikki, u l-kontenut tal-materjal niexef jiżdied, il-weraq ta' barra tar-ras tal-basla jirqaqu, u jiżviluppaw il-qoxra magħluqa u iebsa (“l-armatura”) u l-kulur aħmar fil-bronż.

Grazzi għall-kontenut għoli ta' materjal niexef u l-ħafna saffi, magħluqa u b'saħħithom tal-qoxra (magħluqa sew madwar l-“għonq”) il-“Makói vöröshagyma” jew il-“Makói hagyma” tista' tinħażen għal żmien twil.

Il-fatturi umani:

Il-basal ilu jiġu prodott fir-reġjun ta' Makó għal ħafna sekli. Wara t-tmexxija Torka, il-kampanja reġgħet qagħdet u l-popolazzjoni kibret malajr, li wasslet għall-qsim tal-art disponibbli f'qatgħat żgħar u l-bidu tal-iskarsezza tal-art. F'nofs id-19-il seklu, tliet kwarti tal-popolazzjoni kienet tikkonsisti fi bdiewa raħħala kerrejja, li bilfors kellhom jipproduċu kulturi ta' pjanti intensivi fl-għelieqi żgħar tagħhom. Għal dan il-għan, il-basla kienet magħżula, li l-qoxra u r-ras tagħha ilhom jiġu użati fil-mediċina tradizzjonali għal sekli sħaħ.

Il-produtturi tal-basla Makó ħadu vantaġġ tal-ġeografija u t-tkabbir favorevoli fis-suq fl-aħħar tas-seklu li għadda u żviluppaw pjanti reġjonali tal-kultivazzjoni ta' kwalità għolja b'xogħol iebes, kura, għażla individwali u ħamrija ta' kwalità għolja. Sabiex jiksbu dan, huma żviluppaw teknoloġija unika ddisinjata speċifikament għall-bijoloġija tal-basla u r-reġjun li jinsabu fih (il-metodu ta' produzzjoni ta' sentejn). Il-bejgħ lis-swieq li jinsabu l-bogħod huwa tipiku fl-ispirtu intraprenditorjali tal-bdiewa lokali tal-basal u l-ħerqa tagħhom li jieħdu r-riskji.

Il-produtturi lokali tal-basal kienu kapaċi joqgħodu fuq il-kultura li nibtet bejniethom tal-basal sabiex jaħarbu l-pressjoni biex jemigraw kif qaleb is-seklu. Huma ħolqu reputazzjoni veru sogħda u permanenti għal din il-basla, li t-tjubija tagħha ġa kienet magħrufa fil-Concours International des Sciences et de l'Industrie fi Brussell fl-1888 u kompliet issir aktar magħrufa matul is-snin. L-esperjenza fil-kultivazzjoni li għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra tiggarantixxi l-produzzjoni tal-basal fil-futur fir-reġjun.

L-evidenza bil-miktub dwar il-kultivazzjoni tal-basal tista' tkun intraċċata sa deskrizzjoni ta' Miklós Szirbik fl-1835, u li warajha ġew il-kotba ta' Imre Palugyai u János Reizman. Il-produtturi tal-basal tar-reġjun — il-produtturi Makó tal-basla — kellhom magazin ta' kull ġimgħa, li kien jismu “il-Ġardinar tal-Basal”, ftit wara li qaleb is-seklu. Fis-snin tal-1930 Ferenc Erdei għamel ħafna għall-basla li tikber fir-reġjun ta' Makó u għall-produtturi tal-basal.

4.7.   Il-korp tal-ispezzjoni

Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal, bħala l-korp nominat tal-ispezzjoni għall-frott u l-ħaxix

Isem:

Csongrád Megyei Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal Növény- és Talajvédelmi Igazgatóság

Indirizz:

6800 Hódmezővásárhely

Rárósi út 110.

MAGYARORSZÁG

Tel.

+36 62/535741

Faks

+36 62/246036

Posta Elettronika:

Hodi.Laszlo@csongrad.ontsz.hu

Isem:

Békés Megyei Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal, Növény- és Talajvédelmi Igazgatóság

Indirizz:

5602 Békéscsaba

Szarvasi út 79/1.

MAGYARORSZÁG

Tel.

+36 66/529-257

Faks

+36 66/529-265

Posta Elettronika:

Mike.Zsolt@bekes.ontsz.hu

4.8.   It-tikettar

Barra mill-kontenut speċifikat bir-regolamenti legali, id-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Makói vöröshagyma” jew “Makói hagyma”, kif ukoll (wara li tidħol fir-reġistru tal-Komunità) il-logo tal-Komunità, iridu jkunu indikati fuq il-pakkett tal-prodott.

Jekk ikunu approvati abbażi ta' kontroll intern magħmul mill-Bord tal-Prodotti tal-Basal, “Hagyma Terméktanács által ellenőrzött minőség” (“Il-kwalità approvata mill-Bord tal-Prodotti tal-Basal”) tista' tkun indikata fuq il-pakkett tal-prodott.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


Rettifikazzjonijiet

24.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/32


Rettifika għal-lista ta' ilmijiet minerali naturali rikonoxxuti mill-Istati Membri

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 54 tas-7 ta' Marzu 2009 )

(2009/C 70/10)

fuq paġna 72, il-lista għandha taqra kif ġej:

minflok:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzjoni

Icelandic spring

Jadar spring area

Reykjavík”

aqra:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzjoni

Icelandic Glacial

Ölfus Spring

Hlíðarendi, Ölfus, Selfoss”


Top