EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2007:231:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 231, 03 ta' Ottubru 2007


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 231

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
3 ta' Ottubru 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 231/01

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2007/C 231/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4749 — PSB/OVAKO) ( 1 )

2

2007/C 231/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4820 — Bain Capital/Brake Bros) ( 1 )

2

2007/C 231/04

Emendi għan-Nota ta' Spjegazzjoni għall-Artikolu 17 tal-protokolli Pan-Ewro-Mediterranji dwar ir-regoli ta' l-oriġini

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 231/05

Ir-rata ta' l-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 4,27 % fl-1 ta' Ottubru 2007 — Rata tal-kambju ta' l-euro

4

2007/C 231/06

Notifika tal-Kummissjoi dwar ir-rati ta' interessi ta' rkupru preżenti għall-għajnuna mill-Istat u rati ta' referenza/tnaqqis għall-25 Stat Membru applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2007— Ippubblikata skond l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1) u n-notifika tal-Kummissjoni dwar il-metodu ta' l-iffissar tar-rati ta' referenza u ta' tnaqqis (ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3)

5

 

Aġenzija Ewropea għad-Difiża

2007/C 231/07

Pubblikazzjoni tal-kontijiet finali għas-sena finanzjarja 2006

6

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2007/C 231/08

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat għax-xogħol ( 1 )

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2007/C 231/09

Sejħa għal applikazzjonijiet b'rabta mat-tiġdid tal-membri tal-Forum Ewropew dwar l-Enerġija u t-Trasport

10

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2007/C 231/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4906 — CPI Europe Fund/Corpus/Real Estate Portfolio) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

12

2007/C 231/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4918 — Carlyl/Applus) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

13

2007/C 231/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4738 — OEP/MSP-Stiftung/DVG/Dailycer Group) ( 1 )

14

2007/C 231/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4895 — MOL/Italiana Energia e Servizi) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

15

 


 

(1)   Test b'relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

3.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 231/1


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 231/01)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

16.8.2007

Għajnuna Nru

N 177/07

Stat Membru

Is-Slovenja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Davcna olajšava za raziskave in razvoj

Il-bażi legali

Predlog uredbe o regijski davcni olajšavi za raziskave in razvoj

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp

Il-forma ta' l-għajnuna

Tnaqqis tal-bażi tat-taxxa

L-Estimi

Baġit annwali: 6,7 miljun EUR; Baġit globali: 40 miljun EUR

L-intensità

5 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2012

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministrstvo za finance p.p. 644 SLO-1001 Ljubljana

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


3.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 231/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4749 — PSB/OVAKO)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 231/02)

Fis-6 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4749. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


3.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 231/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4820 — Bain Capital/Brake Bros)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 231/03)

Fis-7 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4820. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


3.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 231/3


Emendi għan-Nota ta' Spjegazzjoni għall-Artikolu 17 tal-protokolli Pan-Ewro-Mediterranji dwar ir-regoli ta' l-oriġini

(2007/C 231/04)

In-Nota għall-Artikolu 17 — “Ċertifikazzjoni ta' l-oriġini għall-għan ta' l-akkumulazzjoni Pan-Ewro-Mediterranja”, il-paragrafu “użu mandatorju taċ-ċertifikat tal-moviment EUR-MED”, għandu jiġi kkompletat skond l-eżempju li ġej:

3.

Eżempju ta' l-akkumulazzjoni applikata f'wieħed mill-pajjiżi msemmija fl-Artikoli 3(1) u 4(1) meta prodott ta' l-oriġini jiġi esportat lejn pajjiż Mediterran.

Iċ-ċikkulata bajda Żvizzera fi kwantitajiet kbar (HS 1704) tiġi importata fil-Komunità fejn tissawar fi blokki taċ-ċikkulata u jiġu ppakkjati għall-bejgħ. L-istatus ta' oriġini Komunitarja għaċ-ċikkulata (HS 1704) jinkiseb abbażi ta' l-akkumulazzjoni ma' l-Iżvizzera u għalhekk meta ċ-ċikkulata tiġi esportata lejn it-Tuneżija, l-amministrazzjoni doganali Komunitarja għandha toħroġ ċertifikat għall-moviment EUR-MED li jkun fih dikjarazzjoni “L-akkumulazzjoni applikata ma' l-Iżvizzera”.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

3.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 231/4


Ir-rata ta' l-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

4,27 % fl-1 ta' Ottubru 2007

Rata tal-kambju ta' l-euro (2)

fit-2 ta' Ottubru 2007

(2007/C 231/05)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4165

JPY

Yen Ġappuniż

163,92

DKK

Krona Daniża

7,4546

GBP

Lira Sterlina

0,69380

SEK

Krona Żvediża

9,2163

CHF

Frank Żvizzeru

1,6646

ISK

Krona Iżlandiża

87,52

NOK

Krona Norveġiża

7,6965

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5842

CZK

Krona Ċeka

27,495

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

251,30

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7036

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,7692

RON

Leu Rumen

3,3574

SKK

Krona Slovakka

33,955

TRY

Lira Turka

1,7126

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5972

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4122

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,9953

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8619

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0995

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 294,40

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,7728

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,6324

HRK

Kuna Kroata

7,3045

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 876,69

MYR

Ringgit Malażjan

4,8239

PHP

Peso Filippin

63,544

RUB

Rouble Russu

35,3250

THB

Baht Tajlandiż

44,969


(1)  

Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata ta' l-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


3.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 231/5


Notifika tal-Kummissjoi dwar ir-rati ta' interessi ta' rkupru preżenti għall-għajnuna mill-Istat u rati ta' referenza/tnaqqis għall-25 Stat Membru applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2007

Ippubblikata skond l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1) u n-notifika tal-Kummissjoni dwar il-metodu ta' l-iffissar tar-rati ta' referenza u ta' tnaqqis (ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3)

(2007/C 231/06)

Minn

Sa

AT

BE

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

SE

SI

SK

UK

1.10.2007

...

5,42

5,42

5,49

4,90

5,42

5,58

5,50

5,42

5,42

5,42

5,42

8,54

5,42

5,42

6,49

5,42

6,64

7,00

5,42

5,94

5,42

5,49

5,42

5,20

6,83

1.9.2007

30.9.2007

5,42

5,42

5,49

4,24

5,42

5,58

5,50

5,42

5,42

5,42

5,42

8,54

5,42

5,42

6,49

5,42

6,64

7,00

5,42

5,94

5,42

5,49

5,42

5,20

5,90

1.1.2007

31.8.2007

4,62

4,62

5,49

4,24

4,62

4,76

5,50

4,62

4,62

4,62

4,62

8,54

4,62

4,62

6,49

4,62

6,64

7,00

4,62

5,94

4,62

4,68

4,62

5,20

5,90

1.12.2006

31.12.2006

4,36

4,36

5,49

4,34

4,36

4,49

5,50

4,36

4,36

4,36

4,36

8,12

4,36

4,36

6,49

4,36

6,64

7,00

4,36

5,56

4,36

4,31

4,43

5,62

5,33

1.9.2006

30.11.2006

4,36

4,36

6,34

4,34

4,36

4,49

5,50

4,36

4,36

4,36

4,36

8,12

4,36

4,36

6,49

4,36

6,64

7,00

4,36

5,56

4,36

4,31

4,43

5,62

5,33

1.6.2006

31.8.2006

4,36

4,36

6,34

3,72

4,36

4,49

5,50

4,36

4,36

4,36

4,36

7,04

4,36

4,36

6,49

4,36

6,64

7,00

4,36

5,56

4,36

4,31

4,43

4,77

5,33

1.3.2006

31.5.2006

3,70

3,70

6,34

3,72

3,70

3,74

5,50

3,70

3,70

3,70

3,70

7,04

3,70

3,70

6,49

3,70

6,64

7,00

3,70

5,56

3,70

3,74

4,43

3,98

5,33

1.1.2006

28.2.2006

3,70

3,70

6,34

3,72

3,70

3,74

5,50

3,70

3,70

3,70

3,70

7,04

3,70

3,70

6,49

3,70

6,64

7,00

3,70

5,56

3,70

3,74

5,10

3,98

5,33

1.12.2005

31.12.2005

4,08

4,08

6,34

3,40

4,08

3,54

5,50

4,08

4,08

4,08

4,08

8,59

4,08

4,08

6,49

4,08

6,64

7,00

4,08

6,24

4,08

3,96

5,10

7,55

5,81

1.9.2005

30.11.2005

4,08

4,08

7,53

3,40

4,08

3,54

5,50

4,08

4,08

4,08

4,08

8,59

4,08

4,08

6,49

4,08

6,64

7,00

4,08

6,24

4,08

3,96

5,10

7,55

5,81

1.7.2005

31.8.2005

4,08

4,08

7,53

4,05

4,08

4,23

5,50

4,08

4,08

4,08

4,08

8,59

4,08

4,08

6,49

4,08

6,64

7,00

4,08

6,24

4,08

3,96

5,10

7,55

5,81

1.6.2005

30.6.2005

4,08

4,08

7,53

4,05

4,08

4,23

5,50

4,08

4,08

4,08

4,08

8,59

4,08

4,08

6,49

4,08

6,64

7,00

4,08

6,24

4,08

4,69

5,10

7,55

5,81

1.4.2005

31.5.2005

4,08

4,08

7,88

4,05

4,08

4,23

5,50

4,08

4,08

4,08

4,08

8,59

4,08

4,08

6,49

4,08

6,64

7,00

4,08

7,62

4,08

4,69

5,10

7,55

5,81

1.1.2005

31.3.2005

4,08

4,08

7,88

4,86

4,08

4,23

5,50

4,08

4,08

4,08

4,08

8,59

4,08

4,08

6,49

4,08

6,64

7,00

4,08

7,62

4,08

4,69

5,10

7,55

5,81


Aġenzija Ewropea għad-Difiża

3.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 231/6


Pubblikazzjoni tal-kontijiet finali għas-sena finanzjarja 2006

(2007/C 231/07)

Il-verżjoni sħiħa tal-kontijiet finali tinsab fl-indirizz segwenti:

http://www.eda.europa.eu/finance


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

3.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 231/7


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat għax-xogħol

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 231/08)

Għajnuna Nru

XE 22/07

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Bayern

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna

Förderung von neuen Arbeitsverhältnissen durch Einstellungszuschüsse:

Förderung der Einstellung und der betrieblichen Einarbeitung von nicht ausreichend qualifizierten Arbeitslosen in neuen sozialversicherungspflichtigen Arbeitsverhältnissen durch Einstellungszuschüsse.

Die Förderung richtet sich nach der Beschreibung im EPPD zu Ziel 2 Bayern 2000-2006 in Schwerpunkt 2 „Wettbewerbsfähige Unternehmen — zukunftsfähige Arbeitsplätze, Maßnahme 4“ Unterstützung der Modernisierung, der Wettbewerbsfähigkeit und Förderung des endogenen Potenzials, Einzelmaßnahme (e) „Förderung von neuen Arbeitsverhältnissen durch Einstellungszuschüsse an Arbeitgeber“ der Programmergänzung zu Ziel 2 Bayern 2000-2006 (Programmregelung)

Bażi legali

BayVwVfG

BayHO (insb. Art. 23 und 44)

EPPD zu Ziel 2 Bayern 2000-2006 und Programmergänzung zu Ziel 2 (Schwerpunkt 2, Maßnahme 4, Einzelmaßnahme e)

L-Estimi

Baġit annwali: 0,6 miljun EUR; Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(5) 5 u 6 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

9.8.2007

Tul ta' l-iskema

30.6.2008

L-objettiv ta' l-għajnuna

Art. 5 Reklutaġġ ta' ħaddiema żvantaġġati u b'diżabilità

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha tal-Komunità  (1)eliġibbli għal għajnuna għall-impjieg

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Zentrum Bayern

Familie und Soziales

Hegelstraße 2

D-95447 Bayreuth

Indirizz ta' l-internet

Informazzjoni oħra

Il-liġi hija parzjalment iffinanzjata mir-riżorsi ta' l-ESF


Għajnuna Nru

XE 23/07

Stat Membru

Ċipru

Reġjun

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna

Σχέδιο καταβολής κοινωνικών ασφαλίσεων τόσο σε εργοδότες όσο και σε εργοδοτούμενα άτομα με αναπηρία

Bażi legali

Απόφαση Υπουργικού Συμβουλίου με αρ. 57.798, ημερομηνίας 30.4.2003

L-Estimi

Baġit annwali: 0,12 miljun CYP; Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(5) 5 u 6 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

3.9.2007

Tul ta' l-iskema

31.12.2007

L-objettiv ta' l-għajnuna

Art. 5 Reklutaġġ ta' ħaddiema żvantaġġati u b'diżabilità

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha tal-Komunità  (2)eliġibbli għal għajnuna għall-impjieg

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Τμήμα Εργασίας, Υπουργείο Εργασίας και Κοινωνικών Ασφαλίσεων

CY-1480 Λευκωσία

(Tmima Ergasias, Ypoyrgeio Ergasias kai Koinonikon Asfaliseon

CY-1480 Nicosia)

Indirizz ta' l-internet

Informazzjoni oħra


Għajnuna Nru

XE 24/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Asturias

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna

Subvenciones a los promotores de proyectos de empleo con apoyo

Bażi legali

Real Decreto no 870/2007, de 2 de julio (B.O.E. de 14 de julio), por el que se regula el programa de empleo con apoyo como medida de fomento de empleo de personas con discapacidad en el mercado ordinario de trabajo; bases reguladoras de la concesión de subvenciones a los promotores de proyectos de empleo con apoyo aprobadas por Resolución del Servicio Público de Empleo del Principado de Asturias de 2 de agosto de 2007

L-Estimi

Baġit annwali: 0,12 miljun EUR; Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(5) 5 u 6 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.10.2007

Tul ta' l-iskema

30.9.2008

L-objettiv ta' l-għajnuna

Art. 6: Impjieg ta' ħaddiema b'diżabilità:

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha tal-Komunità  (3)eliġibbli għal għajnuna għall-impjieg

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Servicio Público de Empleo del Principado de Asturias

Plaza de España, 1, planta baja

E-33007 Oviedo (Asturias)

Indirizz ta' l-internet

Informazzjoni oħra


(1)  Bl-eċċezzjoni tas-settur tal-bini tal-vapuri u setturi oħrajn suġġetti għal regoli speċjali f'regolamenti u direttivi li jirregolaw l-għajnuna statali fi ħdan is-settur.

(2)  Bl-eċċezzjoni tas-settur tal-bini tal-vapuri u setturi oħrajn suġġetti għal regoli speċjali f'regolamenti u direttivi li jirregolaw l-għajnuna statali fi ħdan is-settur.

(3)  Bl-eċċezzjoni tas-settur tal-bini tal-vapuri u setturi oħrajn suġġetti għal regoli speċjali f'regolamenti u direttivi li jirregolaw l-għajnuna statali fi ħdan is-settur.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

3.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 231/10


Sejħa għal applikazzjonijiet b'rabta mat-tiġdid tal-membri tal-“Forum Ewropew dwar l-Enerġija u t-Trasport”

(2007/C 231/09)

B' Deċiżjoni tal-11 ta' Lulju 2001 (1), il-Kummissjoni waqqfet Kumitat Konsultattiv, il-Forum Ewropew dwar l-Enerġija u t-Trasport, biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta' politika dwar l-enreġija u t-trasport. Billi skada l-mandat tal-membri kurrenti tal-Forum, il-Kummissjoni qiegħda għalhekk issejjaħ lil persuni interessati biex jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom b'rabta mat-tiġdid tal-Forum.

Skond id-Deċiżjoni msemmija fuq, il-Forum għandu 34 membru sħiħ, inklużi 6 rappreżentati tat-trade unions li mhumiex koperti minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. Għal kull membru sħiħ, għandu jinħatar membru wieħed sostitut. Il-Kummissjoni għandha tagħżel il-membri individwali għal mandat ta' xahrejn li jiġġedded.

Il-membri tal-Forum huma meħtieġa jagħtu lill-Kummissjoni opinjoni indipendenti, ħielsa minn kull influwenza esterna, u li jirrispettaw il-kundizzjonijiet tal-kunfidenzjalità msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-Forum. Għandhom ikunu ċittadini ta' pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea jew, jekk xieraq, pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea. It-tqassim tal-membri għandu jkun kif ġej:

disa' (9) membri li jirrappreżentaw lill-operaturi (produtturi tal-enerġija u trasportaturi tal-merkanzija fuq l-art, bil-baħar u bl-ajru, l-industrija tal-manifattura),

ħames (5) membri li jirrappreżentaw in-netwerks u l-infrastrutturi (gass, elettriku, ferroviji, toroq, portijiet, ajruporti, kontroll tat-traffiku ta' l-ajru),

seba' (7) membri li jirrappreżentaw lill-utenti u lill-konsumaturi (utenti tat-trasport, konsumaturi ta' l-enerġija, gestjoni tad-domanda),

sitt (6) membri li jirrappreżentaw it-trade unions,

ħames (5) membri li jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet ambjentali u lill-organizzazzjonijiet responsabbli għas-sikurezza b'mod partikolari fil-qasam tat-trasport,

żewġ (2) membri mid-dinja akkademika jew minn think tanks,

Il-Kummissjoni għandha tagħżel il-membri skond l-applikazzjonijiet li jaslulha b'risposta għal din is-sejħa u billi jqisu l-kriterji ta' l-għażla li ġejjin:

kompetenza u esperjenzi ppruvati f'oqsma rilevanti għall-politika dwar it-trasport u l-enerġija, rappreżentattività, inkluż fuq livell Ewropew u/jew internazzjonali. F'dan il-kuntest, l-applikanti għandhom ikollhom, jew inkella kellhom qabel, il-karigi li ġejjin:

jew maniġers eżekuttivi fin-negozju, preferibbilment b'esperjenza fl-iżvilupp ta' proġetti trans-nazzjonali fl-oqsma ta' l-attività marbuta ma' l-operaturi, in-netwerks u l-infrastrutturi;

jew bħala maniġers fi ħdan assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew negozji b'responsabbiltà nazzjonali għal oqsma marbuta ma' l-utenti, il-konsumaturi, il-ħarsien u s-sigurtà ambjentali;

jew inkella f'universitajiet jew think tanks għal dmirijiet maniġerjali li jikkonċernaw studji, per eżempju, jew istituti/ċentri ta' riċerka speċjalizzata. l-akkademiċi għandhom ukoll juru l-kompetenza tagħhom fl-affarijiet Ewropej (per eżempju: dmirijiet speċjali, pubblikazzjonijiet, eċċ.);

il-ħila li jikkontribwixxu għal diskussjonijiet strateġiċi, iqisu kwistjonijiet marbuta ma' l-enerġija u t-trasport kif ukoll l-interazzjoni bejn iż-żewġ oqsma ta' politika;

bilanċ f'termini ta' speċjalisti mill-oqsma varji ta' attività, sess (2) u oriġini ġeografika.

Kull applikazzjoni għandha timtela b'waħda mil-lingwi uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea, tindika biċ-ċar in-nazzjonalità ta' l-applikant u tinkludi d-dokumentazzjoni meħtieġa. L-applikanti kollha jridu jiddokumentaw bis-sħiħ l-esperjenza u l-għarfien espert professjonali tagħhom (permezz ta' curriculum vitae u/jew ittra ta' appoġġ għall-applikazzjoni tagħhom, per eżempju).

L-applikazzjonijiet iffirmati jridu jintbagħtu sa mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż. Wara din id-data, il-Kummissjoni se tipproċedi biex taħtar il-membri sħaħ u membri sostituti tal-Forum. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu:

jew b'ittra rreġistrata (il-marka postali tindika d-data) lill-indirizz li ġej: European Commission, Directorate-General for Energy and Transport, Unit A1 Secretariat, DM28 Office 8/004, B-1049 Brussels;

jew imwassla bl-idejn u mogħtija irċevuta tat-twassil lill-indirizz li ġej: European Commission, Directorate-General for Energy and Transport, Unit A1 Secretariat, 28 rue Demot, Office 8/004 (Building DM28), B-1040 Brussels;

jew bil-posta elettronika: tren-forum@ec.europa.eu.

L-applikazzjonijiet li ma jkunux intgħażlu l-ewwel darba jistgħu jitqiesu għal sħubija fil-ġejjieni.

Il-lista tal-membri tal-Forum Ewropew dwar l-Enerġija u t-Trasport se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tagħti lura l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u ta' l-għixien relatati ma' l-attivitajiet ta' dan il-Forum skond id-disposizzjonijiet tal-Kummissjoni li jkunu fis-seħħ. Mhux se jkun hemm ħlas għat-twettiq tad-dmirijiet tal-membri.

Tagħrif dwar il-Forum Ewropew dwar l-Enerġija u t-Trasport jista' jinstab fuq il-websajt “Europa”

http://ec.europa.eu/dgs/energy_transport/forum/index_en.htm.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/546/KE tal-11 ta' Lulju 2001

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2000/407/KE tad-19 ta' Ġunju 2000 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fil-kumitati u l-gruppi ta' l-esperti stabbiliti minnha ĠU L 154/34, 27.6.2000.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

3.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 231/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4906 — CPI Europe Fund/Corpus/Real Estate Portfolio)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 231/10)

1.

Fl-24 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni, li tikkonsisti f'żewġ transazzjonijiet interrelatati, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriżi CPI Capital Partners Europe L.P. u CPI Capital Partners Europe (NFR) L.P. (li flimkien jagħmlu “CPI Europe Fund”, fir-Renju Unit), propjetà ta' Citibank International plc, u Corpus Immobiliengruppe GmbH & Co. KG (“Corpus”, il-Ġernanja) jakkwistaw fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll konġunt ta' 149 propjetà u erba' kumpaniji ta' proprjetà immobbli (ZBI Invest 1 AG, ZBI Wohnen GmbH, DIB Vermögensverwaltungs AG und GbR Erfurt) (li flimkien jiffurmaw “Real Estate Portfolio”). Wara, l-impriża CitCor Commercial Properties GmbH & Co. KG, ikkontrollata b'mod konġunt minn CPI Europe Fund und Corpus takkwista erba' proprjetajiet ta' negozju.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

CPI Europe Fund — Fond ta' proprjetà immobbli

Corpus — Ġestjoni ta' investment, ġestjoni ta' l-assi inkluż il-manutenzjoni, il-bejgħ u l-iżvilupp residenzjali;

Real Estate Portfolio — 149 proprjetà residenzjali eżistenti u għal kumpaniji ta' proprjetà immobbli

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4906 — CPI Europe Fund/Corpus/Real Estate Portfolio, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


3.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 231/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4918 — Carlyl/Applus)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 231/11)

1.

Fil-25 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Carlyl Europe Partners III LP., proprjetà ta', u immexxija minn, The Carlyl Group (“Carlyl”, ta' l-Istati Uniti) takkwista skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll kollu kemm hu ta' l-impriża Applus Servicios Technológicos, S.L. (“Applus”, ta' Spanja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Carlyle: grupp globali ta' investiment ta' ekwità privata,

għal Applus: spezzjonijiet ta' vetturi fi Spanja, ittestjar u ċertifikazzjoni ta' inġinerija, ittestjar u spezzjoni ta' natura mhux distruttiva, assistenza teknika u konsulenza.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-feks (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4918 — Carlyl/Applus, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


3.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 231/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4738 — OEP/MSP-Stiftung/DVG/Dailycer Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 231/12)

1.

Fis-26 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriżi One Equity Partners II, (“OEP”, l-Istati Uniti) — li hi kkontrollata indirettament minn J.P Morgan Chase & Co, (l-Istati Uniti) — u MSP-Stiftung, (“MSP”, il-Ġermanja) akkwistaw fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta' l-impriżi De-Vau-Ge Gesundkostwerk Gesellschaft mit beschrankter Haftung, (“DVG”, il-Ġermanja), Milk-Snack Produktions GmbH, (“Milk-Snack”, il-Ġermanja), Delicia B.V (l-Olanda), Dailycer S.A.S. (Franza), Dailycer Ltd (ir-Renju Unit) u Dailycer B.V. (l-Olanda) (flimkien id-“Dailycer Group”), permezz tax-xiri ta' l-ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal OEP: fond ta' ekwità privata;

għal MSP: fondazzjoni taħt il-liġi Ġermaniża, li żżomm ċerti beni għal benefiċċju tal-membri tas-Seventh-Day Adventists Church;

għal DVG: il-manifattura, id-distribuzzjoni u l-marketing ta' diversi prodotti ta' l-ikel, inklużi prodotti taċ-ċereali, bars, xarbiet tas-soya eċċ.;

għal Dailycer Group: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta' prodotti taċ-ċereali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4738 — OEP/MSP-Stiftung/DVG/Dailycer Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


3.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 231/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4895 — MOL/Italiana Energia e Servizi)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 231/13)

1.

Fil-25 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża MOL Hungarian Oil and Gas plc (“MOL”, ta' l-Ungerija), takkwista fi ħdan l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll kollu kemm hu ta' l-impriża Italiana Energia e Servizi S.p.A. (“IES”, ta' l-Italja), permezz ta' l-akkwist ta' ishma..

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal MOL: l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' żejt mhux maħdum, ta' gass naturali u ta' prodotti tal-gass; l-irfinar u t-tqegħid fuq is-suq ta' prodotti taż-żejt mhux maħdum sew bl-imnut kif ukoll bl-ingrossa. It-trasmissjoni ta' gass naturali, u l-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti petrokimiċi;

għal IES: l-irfinar ta' żejt mhux maħdum u l-bejgħ sussegwenti ta' kull prodott ġej miż-żejt; il-bejgħ ta' fjuwils bl-imnut għall-vetturi; Il-bejgħ ta' bitum, u l-provvista ta' servizzi ta' catering f'toroq komuni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu bil-feks (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4895 — MOL/Italiana Energia e Servizi, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top