EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2007:092A:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, CA 92, 27 ta' April 2007


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5015

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
27 ta' April 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni

2007/C /01

Pubblikazzjoni ta' post vakanti għall-kariga ta' direttur fl-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa – (grad AD 13) – COM/2007/10049

1

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-ĠU C 92 A.

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni

27.4.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/1


PUBBLIKAZZJONI TA' POST VAKANTI GĦALL-KARIGA TA' DIRETTUR FL-ISTITUT EWROPEW GĦALL-UGWALJANZA BEJN L-IRĠIEL U N-NISA

(grad AD 13)

COM/2007/10049

(2007/C 92 A/01)

 

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, li għandu l-kwartieri ġenerali tiegħu f'Vilnius, qed jirrekluta d-direttur tiegħu.

Id-direttur ser jiġi nominat mill-Kunsill ta' Amministrazzjoni ta' l-Istitut fuq il-bażi ta' lista ta' kandidati magħżula u proposti mill-Kummissjoni Ewropea. Huwa (Hija) j/tkun nominat(a) bħala aġent temporanju fil-grad AD 13 skond l-Artikolu 2 a tal-Kundizzjonijiet ta' Impjieg li japplikaw għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej għal perjodu ta' ħames snin li jiġġedded għal perjodu ieħor li ma jistax ikun ta' iktar minn ħames snin. L-Istitut u l-Kummissjoni japplikaw politika ta' opportunitajiet indaqs.

Il-kandidati jridu jkunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea.

Id-deskrizzjoni tal-kariga, l-applikazzjoni u l-istruzzjonijiet sabiex tintbagħat applikazzjoni jistgħu jitniżżlu mill-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/working_senior_mgt_en.htm

Id-data sa meta jistgħu jaslu l-applikazzjonijiet hija l-4 ta' Ġunju 2007.


Top