EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2006:295E:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, CE 295, 05 ta' Diċembru 2006


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 49
5 ta' Diċembru 2006


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Tagħrif

 

Kunsill

2006/C /1

Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 23/2006 tat-18 ta' Settembru 2006 adottata mill-Kunsill, bi qbil mal-proċedura msemmija f'Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bil-ħsieb li jadotta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan (Recast) ( 2 )

1

2006/C /2

Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 24/2006 tat-18 ta' Settembru 2006 adottata mill-Kunsill, bi qbil mal-proċedura msemmija f'Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bil-ħseib li jadotta r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-minuri u d-dinjità umana u dwar il-jedd tat-tweġiba b'relazzjoni mal-kompetittività ta' l-industrija ta' l-awdjo-viżiv Ewropew u l-informazzjoni on-line

48

2006/C /3

Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 25/2006 tat-18 ta' Settembru 2006 adottata mill-Kunsill, bi qbil mal-proċedura msemmija f'Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bil-ħsieb li jadotta r-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza tas-Sessi

57

2006/C /4

Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 26/2006 tal-25 ta' Settembru 2006 adottata mill-Kunsill, bi qbil mal-proċedura msemmija f'Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bil-ħsieb li jadotta d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm Europe for Citizens għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva

69

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU C 295 E.

 

(2)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Tagħrif

Kunsill

5.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/1


POŻIZZJONI KOMUNI (KE) NRU 23/2006

adottata mill-Kunsill fit-18 ta' Settembru 2006

bil-ħsieb li jadotta d-Direttiva 2006/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… dwar il-liċenzji tas-sewqan (Recast)

(2006/C 295 E/01)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar il-liċenzji tas-sewqan (3) ġiet emendata b'mod sostanzjali diversi drabi. Issa li qegħdin jiġu introdotti emendi ġodda lid-Direttiva msemmija, huwa kunsiljabbli, sabiex jiġi ċċarat is-suġġett, li d-dispożizzjonijiet in kwistjoni jiġu formulati mill-ġdid.

(2)

Ir-regoli dwar il-liċenzji tas-sewqan huma essenzjali fl-implementazzjoni tal-politika tat-trasport komuni, jikkontribwixxu għat-titjib tas-sigurtà fit-toroq, u jiffaċilitaw il-moviment liberu ta' persuni li jkunu sejrin jagħmlu r-residenza tagħhom fi Stat Membru divers minn dak fejn tkun inħarġet il-liċenzja. Fid-dawl ta' l-importanza tat-trasport fuq il-bażi ta' mezzi individwali, il-pussess ta' liċenzja tas-sewqan debitament rikonoxxuta mill-Istat Membru ospitanti tippromovi l-moviment liberu u l-libertà ta' l-istabbiliment ta' persuni. Minkejja l-progress milħuq permezz ta' l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar il-liċenzji tas-sewqan, għadhom jippersistu differenzi sinifikattivi bejn l-Istati Membri fir-rigward tar-regoli dwar il-perjodiċità tat-tiġdid ta' liċenzji u dwar subkategoriji ta' vetturi, li jeħtieġu li jiġu armonizzati aktar bis-sħiħ, sabiex jikkontribwixxu għall-implementazzjoni tal-politika tal-Komunità.

(3)

Il-possibbiltà li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet nazzjonali fir-rigward tal-perjodu tal-validità prevista fid-Direttiva 91/439/KEE twassal għall-ko-eżistenza ta' regoli differenti fl-Istati Membri differenti u għal aktar minn 110 mudelli differenti ta' liċenzji tas-sewqan validi fl-Istati Membri. Dan joħloq problemi ta' transparenza għaċ-ċittadini, għall-forzi tal-pulizija u għall-amministrazzjonijiet responsabbli mill-amministrazzjoni tal-liċenzji tas-sewqan u jwassal għall-falsifikazzjoni ta' dokumenti li xi kultant imorru lura diversi għexieren ta' snin.

(4)

Sabiex jiġi evitat li l-mudell singolu Ewropew ta' liċenzja tas-sewqan ma jsirx mudell addizzjonali għall-110 mudelli li hemm diġà fiċ-ċirkolazzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex joħorġu dan il-mudell singolu lid-detenturi kollha ta' liċenzja.

(5)

Din id-Direttiva ma għandhiex tippreġudika drittijiet eżistenti ta' sewqan mogħtija jew akkwistati qabel id-data ta' applikazzjoni.

(6)

Il-liċenzji tas-sewqan huma reċiprokament rikonoxxuti. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw il-perjodu ta' validità preskritt minn din id-Direttiva lil liċenzja mingħajr validità amministrattiva limitata maħruġa minn Stat Membru ieħor u li d-detentur tagħha ikun irrisjeda fit-territorju tagħhom għal aktar minn sentejn.

(7)

L-introduzzjoni ta' perjodu ta' validità amministrattiva għal liċenzji ġodda tas-sewqan għandu jagħmel possibbli, fil-waqt tat-tiġdid perjodiku, l-applikazzjoni tal-miżuri l-aktar riċenti kontra l-falsifikazzjoni u ta' l-eżamiet mediċi jew tal-miżuri oħra predisposti mill-Istati Membri.

(8)

Għall-finijiet tas-sigurtà fit-toroq, għandhom jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għall-ħruġ ta' liċenzja tas-sewqan. Hemm il-ħtieġa li jiġu armonizzati l-istandards għat-testijiet tas-sewqan u għall-ħruġ tal-liċenzji. Għal dan il-għan, għandhom jiġu definiti l-kompetenza, il-ħiliet u l-komportament konnessi mas-sewqan tal-vetturi, it-test tas-sewqan għandu jkun ibbażat fuq dawn il-kunċetti u għandhom jiġu definiti mill-ġdid l-istandards minimi tal-kapaċità fiżika u mentali sabiex jinsaqu tali vetturi.

(9)

Għandha tinġieb prova ta' konformità ma' l-istandards minimi tal-kapaċità fiżika u mentali ta' sewqan minn sewwieqa ta' vetturi wżati għat-trasport ta' persuni jew ta' merkanzija meta tinħareġ il-liċenzja tas-sewqan u perjodikament wara dan. Tali kontroll regolari skond regoli nazzjonali ta' konformità ma' standards jikkontribwixxi għall-moviment liberu ta' persuni, jikkontribwixxi kontra d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u sabiex jittieħed kont tar-responsabbiltajiet speċifiċi tas-sewwieqa ta' tali vetturi. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jimponu li jsiru eżamijiet mediċi bħala garanzija ta' konformità ma' l-istandards minimi ta' kapaċità fiżika u mentali għas-sewqan ta' vetturi oħra bil-mutur. Għall-finijiet tat-trasparenza, tali eżamijiet għandhom ikunu kontemporanji għat-tiġdid ta' liċenzji tas-sewqan u għandhom għalhekk ikunu determinati mill-perjodu ta' validità tal-liċenzja.

(10)

Huwa meħtieġ li jkun aktar sostnut il-prinċipju ta' aċċess progressiv għall-kategoriji ta' vetturi b'żewġ roti u għall-kategoriji ta' vetturi użati għat-trasport ta' passiġġieri u merkanzija.

(11)

Madankollu, għandu jkun possibbli għal Stati Membri li jistabbilixxu età minima akbar għas-sewqan ta' ċerti kategoriji ta' vetturi sabiex titjieb is-sigurtà fit-toroq; f'ċirkostanzi eċċezzjonali, għandu jkun possibbli għal Stati Membri li jistabbilixxu limiti aktar baxxi ta' età sabiex jittieħed kont ta' ċirkostanzi nazzjonali.

(12)

Id-definizzjonijiet tal-kategoriji għandhom jirriflettu aktar il-karatteristiċi tekniċi tal-vetturi konċernati u l-ħiliet meħtieġa sabiex tinsaq vettura.

(13)

L-introduzzjoni ta' kategorija ta' liċenzji tas-sewqan għaċ-ċiklomuturi (mopeds) għandha, b'mod partikolari, iżżid is-sigurtà fit-toroq fir-rigward ta' l-iżgħar sewwieqa, li skond l-istatistiċi, jintlaqtu l-agħar bl-inċidenti fit-toroq.

(14)

Għandhom ikunu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex jiffaċilitaw lill-persuni b'diżabbiltajiet fiżiċi sabiex isuqu vetturi.

(15)

Għall-finijiet tas-sigurtà fit-toroq, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom fir-rigward ta' l-irtirar, tas-sospensjoni, tat-tiġdid tal-kanċellazzjoni ta' liċenzji tas-sewqan lid-detenturi kollha ta' liċenzja li jkunu kisbu r-residenza normali fit-territorju tagħhom.

(16)

Il-mudell ta' liċenzja tas-sewqan kif stabbilit fid-Direttiva 91/439/KEE għandu jiġi sostitwit b'mudell singolu fil-forma ta' karta tal-plastik. Fl-istess waqt, dan il-mudell ta' liċenzja tas-sewqan jeħtieġ li jiġi adattat minħabba l-introduzzjoni ta' kategorija ġdida ta' liċenzji tas-sewqan għaċ-ċiklomuturi u ta' kategorija ġdida ta' liċenzji tas-sewqan għall-muturi.

(17)

L-introduzzjoni ta' mikro-ċipp fakultattiv fil-mudell ta' liċenzja tas-sewqan fil-forma tal-karta tal-plastik għandha tgħin lill-Istati Membri sabiex itejbu aktar il-livell ta' protezzjoni kontra l-frodi. Ir-rekwiżiti tekniċi għall-mikro-ċipp għandhom ikunu deċiżi mill-Kummissjoni, megħjuna mill-kumitat dwar il-liċenzji tas-sewqan.

(18)

Għandhom jiġu stabbiliti standards minimi dwar l-aċċess għall-professjoni ta' eżaminatur u dwar ir-rekwiżiti tat-taħrig ta' l-eżaminaturi, sabiex jitjiebu l-kompetenza u l-ħiliet ta' l-eżaminaturi, u b'hekk tkun żgurata valutazzjoni aktar oġġettiva ta' l-applikanti għal liċenzji tas-sewqan u tinkiseb aktar armonizzazzjoni tat-testijiet tas-sewqan.

(19)

Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadatta l-Annessi I sa IV għall-progress xjentifiku u tekniku.

(20)

Il-miżuri neċessarji sabiex tkun implementata din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4).

(21)

Ladarba l-għanijiet ta' din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, minħabba l-iskala tagħhom u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(22)

Din id-Direttiva ma għandhiex tippreġudika l-obbligi ta' l-Istati Membri relatati mat-termini perentorji ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi elenkati fil-Parti B ta' l-Anness VII,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Mudell tal-liċenzja

1.   L-Istati Membri għandhom jintroduċu liċenzja tas-sewqan nazzjonali bbażata fuq il-mudell Komunitarju stabbilit fl-Anness I, skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. L-emblema fil-paġna 1 tal-mudell Komunitarju tal-liċenzji tas-sewqan għandu jinkludi l-marka distintiva ta' l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja.

2.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu mezz għaż-żamma ta' informazzjoni (mikro-ċipp) bħala parti mil-liċenzja tas-sewqan malli r-rekwiżiti fl-Anness I dwar il-mikro-ċipp jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2). Dawn ir-rekwiżiti għandhom jipprovdu għall-approvazzjoni tat-tip KE, li għandha tingħata biss meta tintwera l-kapaċità ta' resistenza kontra attentati ta' tbagħbis jew ta' tibdil tad-data.

3.   Il-mikro-ċipp għandu jinkorpora d-data tal-liċenzja armonizzata tas-sewqan imsemmija fl-Anness I.

L-Istati Membri, wara li jikkonsultaw il-Kummissjoni, jistgħu jżommu data addizzjonali, sakemm dan ma jostakolax l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva.

Konformement mall-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2), il-Kummissjoni tista tadatta l-Anness I sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà fil-futur.

4.   Bil-kunsens tal-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dawk l-adattamenti lill-mudell espost fl-Anness I li jkunu meħtieġa għall-proċessar tal-liċenzja tas-sewqan bil-kompjuter.

Artikolu 2

Rikonoxximent reċiproku

1.   Il-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri għandhom jingħataw rikonoxximent reċiproku.

2.   Fejn detentur ta' liċenzja nazzjonali valida tas-sewqan mingħajr il-perjodu amministrattiv ta' validità stabbilit fl-Artikolu 7(2) jagħmel ir-residenza normali tiegħu fi Stat Membru divers minn dak fejn tkun inħarġet il-liċenzja, l-Istat Membru ospitanti jista' japplika lil-liċenzja l-perjodi amministrattivi ta' validità stabbiliti f'dak l-Artikolu billi jġedded il-liċenzja tas-sewqan, minn sentejn wara d-data li fiha d-detentur ikun għamel ir-residenza normali tiegħu fit-territorju tiegħu.

Artikolu 3

Miżuri kontra l-falsifikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex jevitaw kwalunkwe riskju ta' falsifikazzjoni tal-liċenzji tas-sewqan, inkluża dik ta' mudelli ta' liċenzji tas-sewqan maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan.

2.   Il-materjal użat għal-liċenzja tas-sewqan, kif previst l-Anness I, għandu jkun protett kontra l-frodi bl-applikazzjoni ta' speċifikazzjonijiiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2). L-Istati Membri jistghu jintroduċu miżuri ta' sigurtà addizzjonali.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa …*, il-liċenzji tas-sewqan kollha maħruġa jew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

Kategoriji, definizzjonijiet u età minima

1.   Il-liċenzja tas-sewqan prevista fl-Artikolu 1 għandha tawtorizza s-sewqan ta' vetturi b'mutur fil-kategoriji definiti aktar 'l isfel. Hija tista' tinħareġ mill-età minima indikata għal kull kategorija. “Vettura b'mutur” tfisser kwalunkwe vettura, barra vettura li timxi fuq linji ta' ferrovija, bi propulsjoni awtonoma li timxi fuq it-triq permezz tal-qawwa tagħha stess.

2.   Ċiklomuturi (mopeds):

 

Kategorija AM

Vetturi b'żewġ jew tliet roti b'veloċità proġettata massima li ma taqbiżx il-45 km/siegħa, kif definiti fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2002 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta u li tirrevoka d-direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE (5) (esklużi dawk b'veloċità proġettata massima li tkun taħt jew ugwali għal 25 km/siegħa), u kwadriċikli ħfief kif definiti fl-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 2002/24/KE;

l-età minima għall-Kategorija AM hija ta' 16-il sena.

3.   Muturi kemm bis-sidecar kif ukoll mingħajra, u triċikli bil-mutur:

“mutur” tfisser vetturi b'żewġ roti kemm bis-sidecar kif ukoll mingħajra, kif definiti fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2002/24/KE;

“triċikli bil-mutur” tfisser vetturi bi tliet roti simmetrikament disposti, kif definiti fl-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 2002/24/KE;

(a)

Kategorija A1:

muturi b'kapaċità ċilindrata li ma taqbiżx il-125 ċentimetri kubi, ta' qawwa li ma taqbiżx 11-il kW u bi proporzjon qawwa/piż li ma jaqbiżx 0.1 kW/kg;

triċikli bil-mutur b'qawwa li ma taqbiżx 15 kW;

l-età minima għall-Kategorija A1 hija ta' 16-il sena;

(b)

Kategorija A2:

muturi b'qawwa li ma taqbiżx il-35 kW u bi proporzjon qawwa/piż li ma jaqbiżx 0.2 kW/kg u li ma jkunux derivati minn vettura ta' aktar mid-doppju tal-qawwa tagħha;

l-età minima għall-Kategorija A2 hija ta' 18-il sena;

(ċ)

Kategorija A:

i)

muturi:

L-età minima għall-Kategorija A hija ta' 20 sena. Madankollu, l-aċċess għas-sewqan ta' muturi ta' din il-kategorija għandu jkun suġġett għal minimu ta' sentejn esperjenza fuq muturi taħt liċenzja A2. Dan ir-rekwiżit fir-rigward ta' esperjenza preċedenti jista' jiġi ommess jekk il-kandidat ikollu mill-inqas 24 sena;

ii)

triċikli bil-mutur b'qawwa li taqbeż 15 kW:

L-età minima għat-triċikli bil-mutur b'qawwa li taqbeż 15 kW hija ta' 21 sena.

4.   Vetturi bil-mutur:

“vettura bil-mutur” tfisser kwalunkwe vettura b'mutur, normalment użata għat-trasport ta' persuni jew merkanzija fuq it-triq jew għall-ġbid, fuq it-triq, ta' vetturi użati għat-trasport ta' persuni jew merkanzija. Dan it-terminu għandu jinkludi trolleybuses, jiġifieri vetturi konnessi ma' konduttur elettriku u li ma jimxux fuq binarji. It-terminu ma għandux jinkludi tratturi agrikoli jew tal-forestrija;

“tratturi agrikoli jew tal-forestrija” tfisser kwalunkwe vettura b'mutur li timxi fuq ir-roti jew il-binarji, li jkollha mill-inqas żewġ fusien, li l-funzjoni prinċipali tagħha tinsab fil-qawwa ta' ġbid, li tkun proġettata speċifikament sabiex tiġbed, timbotta, iġġorr jew topera ċerti għodod, magni jew karrijiet użati f'konnessjoni ma' operazzjonijiet agrikoli jew tal-forestrija, u li l-użu tagħha għat-trasport ta' persuni jew merkanzija fuq it-triq jew għall-ġbid, fuq it-triq, ta' vetturi użati għat-trasport ta' persuni jew merkanzija tkun biss funzjoni sekondarja;

(a)

Kategorija B1:

kwadriċikli, kif definiti fl-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 2002/24/KE;

l-età minima għall-Kategorija B1 hija ta' 16-il sena;

il-Kategorija B1 hija fakoltattiva; fl-Istati Membri li ma jintroduċux din il-kategorija ta' liċenzja tas-sewqan, tkun meħtieġa liċenzja tas-sewqan għall-Kategorija B sabiex jinstaqu tali vetturi.

(b)

Kategorija B:

vetturi bil-mutur b'massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 3 500 kg u proġettati u mibnija għat-trasport ta' mhux aktar minn tmien passiġġieri minbarra s-sewwieq; il-vetturi bil-mutur f'din il-kategorija jistgħu jiġu kombinati ma' karru ta' massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi konċernati, il-vetturi bil-mutur f'din il-kategorija jistgħu jiġu kombinati ma' karru ta' massa massima awtorizzata li taqbeż 750 kg, sakemm il-massa massima awtorizza ta' din il-kombinazzjoni ma taqbiżx 4 250 kg. Fil-każ li tali kombinazzjoni taqbeż 3 500 kg, l-Istati Membri għandhom, konformement mad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness V, jeżiġu li din il-kombinazzjoni tkun misjuqa biss wara:

li s-sewwieq ikun lesta kors ta' taħrig, jew

li s-sewwieq ikun għadda minn test ta' ħila u ta' komportament.

L-Istati Membri jistgħu jeżiġu wkoll kemm tali kors ta' taħrig kif ukoll tali test ta' ħila u ta' komportament.

L-Istati Membri għandhom jindikaw id-dritt ta' sewqan ta' tali kombinazzjoni fuq il-liċenzja tas-sewqan permezz tal-kodiċi Komunitarju relevanti.

L-età minima għall-Kategorija B hija ta' 18-il sena;

(ċ)

Kategorija BE:

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi konċernati, il-kombinazzjoni ta' vetturi li jikkonsistu minn vettura-trattur tal-Kategorija B u karru jew semi-karru fejn il-massa massima awtorizzata tal-karru jew semi-karru ma taqbiżx 3 500 kg;

l-età minima għall-Kategorija BE hija ta' 18-il sena;

(d)

Kategorija C1:

vetturi bil-mutur diversi minn dawk tal-Kategoriji D1 jew D, li l-massa massima awtorizzata tagħhom taqbeż 3 500 kg, iżda ma taqbizx 7 500 kg u li jkunu proġettati u mibnija għat-trasport ta' mhux aktar minn tmien passiġġieri minbarra s-sewwieq; il-vetturi bil-mutur f'din il-kategorija jistgħu jiġu kombinati ma' karru ta' massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg;

(e)

Kategorija C1E:

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi konċernati, kombinazzjonjiet ta' vetturi fejn il-vettura-trattur tkun tal-Kategorija C1 u l-karru jew semi-karru tagħha jkollu massa massima awtorizzata ta' aktar minn 750 kg, sakemm il-massa massima awtorizzata tal-kombinazzjoni ma taqbiżx 12 000 kg;

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi konċernati, kombinazzjonjiet ta' vetturi fejn il-vettura-trattur tkun tal-Kategorija B u l-karru jew semi-karru tagħha jkollu massa massima awtorizzata ta' aktar minn 3 500 kg, sakemm il-massa massima awtorizzata tal-kombinazzjoni ma taqbiżx 12 000 kg;

l-età minima għall-Kategoriji C1 u C1E hija ta' 18-il sena, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar is-sewqan ta' tali vetturi fid-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri, li temenda tar- Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u, li tirrevoka d-direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (6);

(f)

Kategorija C:

vetturi bil-mutur diversi minn dawk tal-Kategoriji D1 jew D, li l-massa massima awtorizzata tagħhom taqbeż 3 500 kg u li jkunu proġettati u mibnija għat-trasport ta' mhux aktar minn tmien passiġġieri minbarra s-sewwieq; il-vetturi bil-mutur f'din il-kategorija jistgħu jiġu kombinati ma' karru ta' massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg;

(g)

Kategorija CE:

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi konċernati, kombinazzjonijiet ta' vetturi li jikkonsistu minn vettura-trattur tal-Kategorija C u li jkollha karru jew semi-karru ta' massa massima awtorizzata li taqbeż 750 kg;

l-età minima għall-Kategoriji C u CE hija ta' 21 sena, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar is-sewqan ta' tali vetturi fid-Direttiva 2003/59/KE;

(h)

Kategorija D1:

vetturi bil-mutur proġettati u mibnija għat-trasport ta' mhux aktar minn 16-il passiġġier minbarra s-sewwieq u ta' tul massimu ta' mhux aktar minn tmien metri; il-vetturi bil-mutur f'din il-kategorija jistgħu jiġu kombinati ma' karru ta' massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg;

(i)

Kategorija D1E:

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi konċernati, kombinazzjonijiet ta' vetturi li jikkonsistu minn vettura-trattur tal-Kategorija D1 u li jkollha karru ta' massa massima awtorizzata li taqbeż 750 kg;

l-età minima għall-Kategoriji D1 u D1E hija ta' 21 sena, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar is-sewqan ta' tali vetturi fid-Direttiva 2003/59/KE;

(j)

Kategorija D:

vetturi bil-mutur proġettati u mibnija għat-trasport ta' mhux aktar minn 8 passiġġieri minbarra s-sewwieq; il-vetturi bil-mutur li jistgħu jinstaqu b'liċenzja tal-Kategorija D jistgħu jiġu kombinati ma' karru ta' massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg;

(k)

Kategorija DE:

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi konċernati, kombinazzjonijiet ta' vetturi li jikkonsistu minn vettura-trattur tal-Kategorija D u li jkollha karru ta' massa massima awtorizzata li taqbeż 750 kg;

l-età minima għall-Kategoriji D u DE hija ta' 24 sena, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar is-sewqan ta' tali vetturi fid-Direttiva 2003/59/KE.

5.   Bil-kunsens tal-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu ċerti tipi speċifiċi ta' vettura b'mutur bħal vetturi speċjali għal persuni b'diżabbiltà.

L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva vetturi użati minn, jew taħt il-kontroll ta', forzi armati u servizzi ta' difiża ċivili.

6.   L-Istati Membri jistgħu jgħollu jew ibaxxu l-età minima għall-ħruġ ta' liċenzja tas-sewqan:

a)

għall-Kategorija AM, 'l isfel sa 14-il sena jew 'il fuq sa 18-il sena;

b)

għall-Kategorija B1, 'il fuq sa 18-il sena;

c)

għall-Kategorija A1, 'il fuq sa 17-il sena jew 18-il sena,

jekk ikun hemm differenza ta' sentejn bejn l-età minima għall-Kategorija A1 u l-età minima għall-Kategorija A2, u

jekk ikun japplika rekwiżit ta' minimu ta' sentejn esperjenza fuq muturi tal-Kategorija A2 qabel ikun jista' jingħata aċċess għas-sewqan ta' muturi għall-Kategorija A, kif imsemmi fl-Artikolu 4(3)(ċ)(i);

d)

għall-Kategoriji B u BE, 'l isfel sa 17-il sena.

L-Istati Membri jistgħu ibaxxu l-età minima għall-Kategorija C sa 18-il sena u għall-Kategorija D sa 21 sena fir-rigward ta':

(a)

vetturi użati mis-servizzi tat-tifi tan-nar u vetturi użati għaż-żamma ta' l-ordni pubbliku;

(b)

vetturi sottoposti għal testijiet ta' idoneità għas-sewqan fuq it-triq għal skopijiet ta' tiswija jew ta' manutenzjoni.

Il-liċenzji tas-sewqan maħruġa lil persuni ta' età iżgħar minn dik stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4 skond dan il-paragrafu għandhom ikunu validi biss fit-territorju ta' dak l-Istat Membru li joħroġhom sa meta d-detentur tal-liċenzja ikun laħaq l-età minima stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4.

L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu l-validità fit-territorju tagħhom ta' liċenzji tas-sewqan maħruġa lil sewwieqa taħt l-età minima stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4.

Artikolu 5

Kondizzjonijiet u restrizzjonijiet

1.   Fil-liċenzji tas-sewqan għandhom jiġu dikjarati l-kondizzjonijiet li taħthom is-sewwieq ikun awtorizzat li jsuq.

2.   Jekk, minħabba diżabbiltà fiżika, is-sewqan ikun awtorizzat biss għal ċerti tipi ta' vetturi jew ta' vetturi adattati, it-test ta' ħila u ta' komportament imsemmija fl-Artikolu 7 għandu jsir f'din il-vettura.

Artikolu 6

Stadji u ekwivalenzi bejn il-kategoriji

1.   Il-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan għandu jkun suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-liċenzji mogħtija għall-Kategoriji C1, C, D1 u D għandhom jinħarġu biss lis-sewwieqa li diġà jkunu intitolati li jsuqu vetturi fil-Kategorija B;

(b)

il-liċenzji mogħtija għall-Kategoriji BE, C1E, CE, D1E u DE għandhom jinħarġu biss lis-sewwieqa li diġà jkunu intitolati li jsuqu vetturi fil-Kategoriji B, C1, C, D1 u D rispettivament.

2.   Il-validità tal-liċenzji tas-sewqan għandha tiġi determinata kif ġej:

(a)

il-liċenzji mogħtija għall-Kategoriji C1E, CE, D1E u DE għandhom ikunu validi wkoll għall-kombinazzjonijiet ta' vetturi fil-Kategorija BE;

(b)

il-liċenzji mogħtija għall-Kategorija CE għandhom ikunu validi għall-Kategorija DE sakemm id-detenturi tagħhom ikunu intitolati li jsuqu vetturi fil-Kategorija D;

(ċ)

il-liċenzji mogħtija għall-Kategoriji CE u DE għandhom ikunu validi għall-kombinazzjonijiet ta' vetturi fil-Kategoriji C1E u D1E rispettivament;

(d)

il-liċenzji mogħtija għal kwalunkwe kategorija għandhom ikunu validi għall-vetturi fil-Kategorija AM. Madankollu, fir-rigward ta' liċenzji tas-sewqan maħruga fit-territorju tieghu, Stat Membru jista' jillimita l-ekwivalenzi għall-Kategorija AM sal-Kategoriji A1, A2 u A, jekk dak l-Istat Membru jeżiġi test prattiku tas-sewqan bħala kondizzjoni sabiex tingħata liċenzja tal-Kategorija AM;

(e)

il-liċenzji maħruga għall-Kategorija A2 għandhom ikunu validi ukoll għall-Kategorija A1;

(f)

il-liċenzji mogħtija għall-Kategoriji A, B, C jew D għandhom ikunu validi għall-Kategoriji A1, A2, B1, C1 jew D1 rispettivament.

3.   Għas-sewqan fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-ekwivalenzi li ġejjin:

(a)

triċikli bil-mutur taħt liċenzja għall-Kategorija B, għal triċikli bil-mutur ta' qawwa li taqbeż 15 kW sakemm id-detentur tal-liċenzja għall-Kategorija B ikollu għall-inqas 21 sena;

(b)

muturi tal-Kategorija A1 taħt liċenzja għall-Kategorija B.

Billi dan il-paragrafu ikun validu biss fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri ma għandhomx jindikaw fuq il-liċenzja tas-sewqan li d-detentur ikun intitolat li jsuq dawn il-vetturi.

4.   L-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, jawtorizzaw is-sewqan fit-territorju tagħhom ta':

(a)

vetturi tal-Kategorija D1 (b'massa massima awtorizzata ta' 3 500 kg, eskluż kull tagħmir speċjalizzat maħsub għat-trasport ta' passiġġieri b'diżabbiltà) minn detenturi li jkollhom aktar minn 21 sena ta' liċenzja tas-sewqan għall-Kategorija B li tkun inkisbet għall-inqas sentejn qabel, sakemm il-vetturi jintużaw minn korpi mhux kummerċjali għal skopijiet soċjali u s-sewwieq joffri s-servizzi tiegħu fuq bażi volontarja;

(b)

il-vetturi ta' massa massima awtorizzata ta' aktar minn 3 500 kg, minn detenturi ta' aktar minn 21 sena ta' liċenzja tas-sewqan għall-Kategorija B li tkun inkisbet għall-inqas sentejn qabel, sakemm l-iskop ewlieni tal-vetturi ikun li jintużaw biss meta wieqfa bħala post ta' taħriġ jew ta' rikreazzjoni, u li jintużaw minn korpi mhux kummerċjali għal skopijiet soċjali u li l-vetturi jkunu ġew modifikati sabiex ma jkunux jistgħu jintużaw għat-trasport ta' aktar minn disa' persuni jew għall-ġarr ta' merkanzija għajr għal dak li jkun strettament meħtieġ għall-għanijiet tagħhom.

Artikolu 7

Ħruġ, validità u tiġdid

1.   Il-liċenzji tas-sewqan għandhom jinħarġu biss lil dawk l-applikanti:

(a)

li jkunu għaddew minn test ta' ħila u ta' komportament u minn test teoriku u li jissodisfaw l-istandards mediċi, skond il-dispożizzjonijiet ta' l-Annessi II u III;

(b)

li jkunu għaddew minn test teoriku fir-rigward tal-Kategorija AM biss; l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-applikanti jgħaddu minn test ta' ħila u ta' komportament kif ukoll minn eżami mediku għal din il-kategorija;

Għal triċikli u kwadriċikli f'din il-kategorja l-Istati Membri jistgħu jimponu test distintiv ta' ħila u ta' komportament. Għad-differenzjazzjoni ta' vetturi fil-Kategorija AM, jista' jiġi inserit kodiċi nazzjonali fil-liċenzja;

(ċ)

li jkunu, fir-rigward tal-Kategorija A2 jew tal-Kategorija A, biss jekk ikunu kisbu għall-inqas sentejn esperjenza fuq mutur tal-Kategorija A1 jew tal-Kategorija A2 rispettivament, għaddew minn test ta' ħila u ta' komportament biss, jew lestew taħriġ skond l-Anness VI;

(d)

li jkunu lestew taħrig jew għaddew minn test ta' ħila u ta' komportament, jew lestew taħrig jew għaddew minn test ta' ħila u ta' komportament skond l-Anness V fir-rigward tal-Kategorija B għas-sewqan ta' kombinazzjoni ta' vetturi kif jingħad fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(4)(b);

(e)

li jkollhom ir-residenza normali tagħhom fit-territorju ta' l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, jew li jkunu jistgħu jipproduċu prova li kienu ilhom jistudjaw hemmhekk għal mill-inqas sitt xhur.

2.

(a)

Minn … (7), il-liċenzji maħruġa minn Stati Membri għall-Kategoriji AM, A1, A2, A, B, B1 u BE għandhom ikollhom validità amministrattiva ta' 10 snin.

Stat Membru jista' jagħżel li joħroġ tali liċenzji b'validità amministrattiva ta' 15-il sena.

(b)

Minn … (7), il-liċenzji maħruġa mill-Istati Membri għall-Kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1, D1E għandhom ikollhom validità amministrattiva ta' 5 snin.

(ċ)

It-tiġdid ta' liċenzja tas-sewqan jista' jinvolvi perjodu ġdid ta' validità amministrattiva għal kategorija jew kategoriji oħra li d-detentur ikollu d-dritt isuq, sakemm dan ikun jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva.

(d)

Il-presenza ta' mikro-ċipp skond l-Artikolu 1 ma għandiex tkun pre-rekwiżit għall-validità ta' liċenzja tas-sewqan. It-telf jew l-indeċifrabbiltà tal-mikro-ċipp, jew kwalunkwe ħsara oħra fiha, ma għandhomx jinċidu fuq il-validità tad-dokument.

3.   It-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan meta tiskadi l-validità amministrattiva tagħhom għandu jkun suġġett għal dawn li ġejjin:

(a)

il-kontinwazzjoni tal-konformità ma' l-istandards minimi ta' kapaċità fiżika u mentali għas-sewqan kif previst fl-Anness III għal-liċenzji tas-sewqan fil-Kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1, D1E; u

(b)

residenza normali fit-territorju ta' l-Istat Membru li ħareġ il-liċenzja, jew prova li l-applikanti kienu qegħdin jistudjaw hemmhekk għal mill-inqas sitt xhur.

L-Istati Membri jistgħu, meta jġeddu l-liċenzji tas-sewqan fil-Kategoriji AM, A, A1, A2, B, B1 u BE, jeżiġu eżami li japplika l-istandards minimi ta' kapaċità fiżika u mentali għas-sewqan kif previst fl-Anness III.

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-perjodu ta' validità amministrattiva kif stabbilit fil-paragrafu 2 ta' liċenzji tas-sewqan maħruġa lil sewwieqa novizzi fir-rigward ta' kwalunkwe kategorija sabiex japplikaw miżuri speċifiċi lil tali sewwieqa, għall-finijiet tat-titjib tas-sigurtà fit-toroq.

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-perjodu ta' validità amministrattiva ta' l-ewwel liċenzja maħruġa lil sewwieqa novizzi fir-rigward tal-Kategoriji C u D għal 3 snin sabiex ikunu jistgħu japplikaw miżuri speċifiċi lil tali sewwieqa, għall-finijiet tat-titjib tas-sigurtà fit-toroq.

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-perjodu ta' validità amministrattiva kif stabbilit fil-paragrafu 2 ta' liċenzji individwali tas-sewqan fir-rigward ta' kwalunkwe kategorija fil-każ li tinħass il-ħtieġa li tiġi applikata frekwenza miżjuda ta' eżamijiet mediċi jew li jiġu applikati miżuri speċifiċi bħal restrizzjonijiet għal dawk li jiksru r-regolamenti tat-traffiku.

L-Istati Membri jistgħu inaqqsu l-perjodu ta' validità amministrattiva kif stabbilit fil-paragrafu 2 ta' liċenzji tas-sewqan ta' detenturi li jirrisjedu fit-territorju tagħhom li jkunu laħqu l-età ta' 50 sena sabiex tiġi applikata frekwenza miżjuda ta' eżamijiet mediċi jew sabiex jiġu applikati miżuri speċifiċi bħal korsijiet ta' tagħlim mill-ġdid. Dan il-perjodu mnaqqas ta' validità amministrattiva jista' jiġi applikat biss mat-tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan.

4.   Mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali kriminali u tal-pulizija, l-Istati Membri, jistgħu wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, japplikaw għall-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan id-dispożizzjonijiet tar-regoli nazzjonali tagħhom relatati ma' kondizzjonijiet diversi minn dawk imsemmija f'din id-Direttiva.

5.

(a)

L-ebda persuna ma jista' jkollha aktar minn liċenzja tas-sewqan waħda;

(b)

Stat Membru għandu jirrifjuta li joħroġ liċenzja fejn jiġi stabbilit li l-applikant diġa għandu liċenzja tas-sewqan;

(ċ)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa skond il-punt (b). Il-miżuri meħtieġa fir-rigward tal-ħruġ, sostituzzjoni, tiġdid jew skambju ta' liċenzja tas-sewqan għandhom ikunu li jiġi verifikat ma' Stati Membri oħra fejn ikun hemm motivi raġonevoli ta' suspett li l-applikant ikun diġà detentur ta' liċenzja oħra tas-sewqan;

(d)

Sabiex jiġu faċilitati l-kontrolli skond il-punt (b), l-Istati Membri għandhom jużaw in-network tal-liċenzja tas-sewqan ta' l-UE meta dan isir operattiv.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, Stat Membru li joħroġ liċenzja għandu japplika d-diliġenza dovuta sabiex jiżgura li l-persuna tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandu japplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar il-kanċellament jew l-irtirar tad-dritt tas-sewqan jekk jiġi stabbilit li liċenzja ġiet maħruġa mingħajr ma ġew sodisfatti r-rekwiżiti.

Artikolu 8

Adattament għall-progress xjentifiku u tekniku

L-emendi meħtieġa sabiex jiġu adattati l-Annessi I sa VI għall-progress xjentifiku u tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2).

Artikolu 9

Il-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat dwar il-liċenzji tas-sewqan, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' 3 xhur.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

Artikolu 10

Eżaminaturi

Mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-eżaminaturi tas-sewqan għandhom jissodisfaw l-istandards minimi stabbiliti fl-Anness IV.

L-eżaminaturi tas-sewqan li diġa jaħdmu f'dik il-kapaċità qabel … (7) għandhom ikunu suġġetti biss għar-rekwiżiti dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità u miżuri regolari ta' taħrig perjodiku.

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet varji dwar l-iskambju, l-irtirar, is-sostituzzjoni u r-rikonoxximent ta' liċenzji tas-sewqan

1.   Fejn id-detentur ta' liċenzja nazzjonali valida tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru jkun għamel ir-residenza normali tiegħu fi Stat Membru ieħor, huwa jista' jitlob li l-liċenzja tas-sewqan tiegħu tiġi sostitwita minn liċenzja ekwivalenti. Għandha tkun ir-responsabbiltà ta' l-Istat Membru li jwettaq is-sostituzzjoni sabiex jikkontrolla għal liema kategorija il-liċenzja preżentata tkun fil-fatt għadha valida.

2.   Suġġett għall-osservanza tal-prinċipju tat-territorjalità tal-liġijiet kriminali u tal-pulizija, l-Istat Membru tar-residenza normali jista' japplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, l-irtirar jew il-kanċellament tad-dritt tas-sewqan lid-detentur ta' liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor u, jekk meħtieġ, jissostitwixxi l-liċenzja għal dak il-għan.

3.   L-Istat Membru li jwettaq is-sostituzzjoni għandu jagħti lura l-liċenzja l-qadima lill-awtoritàjiet ta' l-Istat Membru li jkun ħariġha u jagħti r-raġunijiet tiegħu għaliex għamel dan.

4.   Stat Membru għandu jirrifjuta li joħroġ liċenzja tas-sewqan lil applikant li jkollu l-liċenzja tas-sewqan tiegħu ristretta, sospiża jew irtirata fi Stat Membru ieħor.

Stat Membru għandu jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta' kull liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor lil persuna li l-liċenzja tas-sewqan tiegħu ġiet ristretta, sospiża jew irtirata fit-territorju ta' l-Istat preċedenti.

Stat Membru jista' wkoll jirrifjuta li joħroġ liċenzja tas-sewqan lil applikant li li jkollu l-liċenzja tas-sewqan tiegħu kanċellata fi Stat Membru ieħor.

5.   Is-sostituzzjoni ta' liċenzja tas-sewqan li, per eżempju, tkun intilfet jew insterqet, tista' tinkiseb biss mingħand l-awtoritàjiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih id-detentur ikollu r-residenza normali tiegħu; dawk l-awtoritàjiet għandhom jipprovdu s-sostituzzjoni fuq il-bażi tat-tagħrif fil-pussess tagħhom jew, fejn xieraq, fuq il-prova mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja oriġinali.

6.   Fejn Stat Membru jissostitwixxi liċenzja tas-sewqan maħruġa minn pajjiż terz għal mudell Komunitarju ta' liċenzja tas-sewqan, tali sostituzzjoni għandha tiġi reġistrata fuq il-mudell Komunitarju ta' liċenzja tas-sewqan kif għandhom jiġu reġistrati wkoll kull tiġdid jew sostituzzjoni sussegwenti.

Tali sostituzzjoni tista' ssir biss jekk il-liċenzja maħruġa mill-pajjiż terz tkun ġiet ċeduta lill-awtoritàjiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jagħmel is-sostituzzjoni. Jekk id-detentur ta' din il-liċenzja jittrasferixxi r-residenza normali tiegħu għal Stat Membru ieħor, dan ta' l-aħħar ma għandux għalfejn japplika l-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku previst fl-Artikolu 2.

Artikolu 12

Residenza normali

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, “residenza normali” tfisser il-post fejn persuna tgħix normalment, jiġifieri għall-inqas għal 185 jum f'kull sena kalendarja, minħabba rabtiet personali u ta' xogħol, jew, fil-każ ta' persuna li ma jkollhiex rabtiet ta' xogħol, minħabba r-rabtiet personali li juru rabtiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn tgħix.

Madankollu, ir-residenza normali ta' persuna li r-rabtiet tax-xogħol tagħha jkunu f'post differenti minn dak tar-rabtiet personali tagħha u li minħabba dan tgħix f'postijiet differenti li jinsabu f'żewġ Stati Membri jew aktar għandha titqies bħala l-post tar-rabtiet personali tagħha, sakemm din il-persuna regolarment terġa' lura lejh. Din il-kondizzjoni ta' l-aħħar ma għandhiex għalfejn tiġi sodisfatta jekk il-persuna tkun tgħix fi Stat Membru sabiex twettaq xogħol ta' tul definit. L-attendenza f'università jew fi skola ma għandhiex timplika t-trasferiment tar-residenza normali.

Artikolu 13

Ekwivalenzi bejn mudelli ta' liċenzja mhux Komunitarji

1.   Bil-kunsens tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ekwivalenzi bejn id-drittijiet miksuba qabel l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva u l-kategoriji definiti fl-Artikolu 4.

Wara li jikkonsultaw il-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu kull aġġustament fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom li jkun meħtieġ bil-għan li jimplementaw id-dispożizzjoniiet ta' l-Artikolu 11(4), (5) u (6).

2.   Kull dritt ta' sewqan mogħti qabel … (7) ma għandux jitneħħa jew bi kwalunkwe mod kwalifikat bid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 14

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż l-impatt tagħha fuq is-sigurtà fit-toroq, mhux qabel … (8).

Artikolu 15

Assistenza reċiproka

L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fl-implementazzjoni ta' din id-Direttiva u għandhom jiskambjaw tagħrif dwar il-liċenzji li jkunu ħarġu, skambjaw, issostitwixxu, ġeddu jew ikkanċellaw. Huma għandhom jużaw in-network ta' liċenzji tas-sewqan ta' l-UE stabbilit għal dawn il-finijiet, hekk kif dan in-network isir operattiv.

Artikolu 16

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, mhux aktar tard minn … (9), il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' l-Artikolu 1(1), l-Artikolu 3, l-Artikolu 4(1), (2), (3) u (4)(b) sa (k), l-Artikolu 6(1), (2)(a), (ċ), (d) u (e), l-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (d), (2), (3) u (5), l-Artikolu 8, l-Artikolu 10, l-Artikolu 13, l-Artikolu 14, l-Artikolu 15, u l-Annessi I, punt 2, II, punt 5.2 dwar il-Kategoriji A1, A2 u A, IV, V u VI. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjoniet.

2.   Huma għadhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn … (7).

3.   Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjoniet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu wkoll indikazzjoni li r-referenzi magħmula, fil-liġijiet, fir-regolamenti jew fid-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ, għad-Direttiva mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi magħmula għal din id-Direttiva. Il-metodi kif issir tali referenza, u t-test tagħha, għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 17

Taħsir

Id-Direttiva 91/439/KEE hija b'dan imħassra b'effett minn … (7), mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-termini perentorji ta' żmien indikati fil-Parti B ta' l-Anness VII għat-traspożizzjoni ta' dik id-Direttiva fil-liġi nazzjonali.

L-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 91/439/KEE għandu jiġi mħassar fi … (10).

Ir-referenzi magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi magħmula għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Artikolu 18

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 2(1), l-Artikolu 5, l-Artikolu 6(2)(b), l-Artikolu 7(1)(a), l-Artikolu 9, l-Artikolu 11(1), (3), (4), (5) u (6), l-Artikolu 12 u l-Annessi I, II u III għandhom japplikaw minn … (11).

Artikolu 19

Indirizzati

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi …, …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 112, 30.4.2004, p. 34.

(2)  Opinioni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Frar 2005 (ĠU C 304 E, 1.12.2005, p. 2002), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' 18 ta’ Settembru 2006, u Posizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' … (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p.1).

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(5)  ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/30/KE (ĠU L 106, 27.4.2005, p. 17).

(6)  ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4. Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).

(7)  Sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(8)  Ħdax-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(9)  Erba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(10)  Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(11)  Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


ANNESS I

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-MUDELL KOMUNITARJU TAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN

1.

Il-karatteristiċi fiżiċi tal-karta tal-mudell tal-Komunità tal-liċenzja tas-sewqan għandhom ikunu skond ISO 7810 u ISO 7816-1.

Il-karta ghandha tkun magħmula minn polycarbonate.

Il-metodi għall-ittestjar tal-karatteristiċi tal-liċenzji tas-sewqan bil-għan li tkun ikkonfermata l-konformità tagħhom ma' l-istandards internazzjonali għandu jkun skond ISO 10373.

2.

Sigurta' fiżika tal-liċenzji tas-sewqan.

Is-sigurta' fiżika tal-liċenzji tas-sewqan tkun mhedda minn:

il-fabbrikazzjoni ta' karti ffalsifikati: il-ħolqien ta' oġġett ġdid li jkun simili ħafna għad-dokument, magħmul bħala oġġett ġdid jew bħala kopja ta' dokument oriġinali;

tibdil bażiku: it-tibdil ta' karatteristika tad-dokument oriġinali, bħal tibdil f'xi data stampata fuq id-dokument.

Is-sigurtà ġenerali tiddipendi fuq is-sistema fit-total tagħha, li tinkludi l-elementi individwali li ġejjin: proċedura ta' applikazzjoni, trasmissjoni ta' data, materjal użat għall-karta, it-teknika ta' l-istampar, kwantita minima ta' aspetti viżwali differenti u marki personalizzati.

(a)

Il-materjal użat ghal-liċenzji tas-sewqan għandu jiġi protett kontra l-falsifikazzjoni bit-teknika li ġejja (fatturi viżwali obbligatorji):

il-materjal tal-karta għandu jkun passiv għall-UV;

b'disinn ta' sigurtà fl-isfond li jkun protett kontra falsifikazzjoni li jsiru bi scanning, stampar jew ikkopjar, permezz ta' stampar bl-iris bl-użu ta' inka ta' sigurta li jkollha aktar minn kulur wieħed u stampar b'guilloche posittiv u negattiv. Id-disinn ma għandhux ikun kompost minn kuluri primarji (CMYK); għandu jkollu struttura komplessa f'mill-anqas żewg kuluri speċjali u għandu jinkludi ittri stampati b'mod “mikro”;

elementi varjabbli ottiċi li jipprovdu l-protezzjoni meħtieġa kontra ikkopjar u manipolazzjoni tar-ritratt;

tnaqqix bil-laser;

fiż-żona tar-ritratt, id-b'disinn ta' sigurtà fl-isfond u r-ritratt għandhom imissu fuq 'xulxin għall-anqas fix-xifer tar-ritratt (disinn gradwalment attenwat).

(b)

Il-materjal li jintuża għal-liċenzja tas-sewqan għandu jkun protett ukoll addizzjonalment kontra falsifikazzjoni permezz ta' mhux anqas minn tlieta minn dawn il-mezzi (fatturi ta' sigurta' addizzjonali):

inka ta' kuluri varjabbli*;

inka termokromika*;

holograms speċjali*;

immaġini varjabbli prodotti bil-laser*;

inka ultra vjola flworexxenti, viżibbli u trasparenti;

stampar irridixxenti;

watermark diġitali fl-isfond;

pigmenti infra aħmar jew fosforixxenti;

figuri, simboli jew disinji li jinħassu*.

(ċ)

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu aspetti ta' sigurta' addizzjonali. Bħala bażi it-tekniki indikati bl-asterisk għandhom jingħataw preferenza, ġaladarba jippermettu lill-awtoritajiet kriminali sabiex jivverifikaw il-validità tal-karta mingħajr mezzi speċjali.

3.

Il-liċenzja għandha jkollha żewġ naħat.

Il-paġna 1 għandha jkollha:

(a)

il-kliem “Liċenzja tas-sewqan” stampati b'tipa kbira bl-ilsien jew l-ilsna ta' l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja.

(b)

l-isem ta' l-Istat Membru li jkun qiegħed joħroġ il-liċenzja (fakultattiv);

(ċ)

il-marka distintiva ta' l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, stampata fin-negattiv f'rettangolu blu u f'ċirku imdawwar miegħu ta' tnax-il stilla sofor; il-marki distintivi għandhom ikunu kif ġej:

B

:

Belġju

CZ

:

Repubblika Ċeka

DK

:

Danimarka

EST

:

Estonja

D

:

Ġermanja

GR

:

Greċja

E

:

Spanja

F

:

Franza

IRL

:

Irlanda

I

:

Italja

CY

:

Ċipru

LV

:

Latvja

LT

:

Litwanja

L

:

Lussemburgu

H

:

Ungerija

M

:

Malta

NL

:

Olanda

A

:

Awstrija

PL

:

Polonja

P

:

Portugall

SLO

:

Slovenja

SK

:

Slovakkja

FIN

:

Finlandja

S

:

Żvezja

UK

:

Renju Unit

(d)

l-informazzjoni speċifika għall-liċenzja maħruġa, innumerata kif ġej:

1.

il-kunjom tad-detentur;

2.

l-isem/ismijiet l-oħra tad-detentur;

3.

id-data u l-post tat-twelid;

4.

(a)

id-data tal-ħruġ tal-liċenzja;

(b)

id-data ta' skadenza l-liċenzja jew sing jekk il-liċenzja tkun valida b'mod indefinit;

(ċ)

l-isem ta' l-awtorità li toħroġ il-liċenzja (jista' jkun stampat fuq paġna 2);

(d)

numru differenti minn dak taħt l-intestatura 5, għal skopijiet amministrattivi (fakultattiv);

5.

in-numru tal-liċenzja;

6.

ir-ritratt tad-detentur;

7.

il-firma tad-detentur;

8.

il-post tar-residenza permanenti, jew l-indirizz postali (fakultattiv);

9.

il-kategorija tal-vettura(i) tad-detentur li jkollu d-dritt li jsuq (il-kategoriji nazzjonali għandhom ikunu stampati b'tipa differenti mill-kategoriji armonizzati);

(e)

il-kliem “mudell tal-Komunitajiet Ewropej” fil-lingwa (i) ta' l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja u l-kliem “Liċenzja tas-Sewqan” fil-lingwi l-oħra tal-Komunità, stampati bir-roża sabiex jagħmlu l-isfond tal-liċenzja:

 

Permiso de Conducción

 

Řidičský průkaz

 

Kørekort

 

Führerschein

 

Juhiluba

 

Άδεια Οδήγησης

 

Driving Licence

 

Permis de conduire

 

Ceadúas Tiomána

 

Patente di guida

 

Vadītāja apliecība

 

Vairuotojo pažymėjimas

 

Vezetői engedély

 

Liċenzja tas-Sewqan

 

Rijbewijs

 

Prawo Jazdy

 

Carta de Condução

 

Vodičský preukaz

 

Vozniško dovoljenje

 

Ajokortti

 

Körkort;

(f)

Ir-referenzi tal-kulur:

ikħal: Blu Pantone Reflex,

isfar: Isfar Pantone.

Il-paġna 2 għandha jkollha:

(a)

9.

il-kategorija tal-vettura tad-detentur li jkollu d-dritt li jsuq (il-kategoriji nazzjonali għandhom ikunu stampati b'tipa differenti mill-kategoriji armonizzati);

10.

id-data ta' l-ewwel ħruġ għal kull kategorija (din id-data għandha tkun ripetuta fuq il-liċenzja l-ġdida f'każ ta' bdil sussegwenti jew skambju);

11.

id-data ta' skadenza għal kull kategorija;

12.

informazzjoni/restrizzjoni(jiet) addizzjonali, f'forma ta' kodiċi, quddiem is-(sub)kategorija konċernata.

Il-kodiċi għandhom ikunu kif ġej:

kodiċi 01 sa 99:

:

kodiċi armonizzati tal-Komunità

IS-SEWWIEQ (Ir-raġunijiet mediċi)

01.

Il-korrezzjoni u/jew il-protezzjoni tal-vista

01.01

Nuċċali

01.02

Lenti/ijiet tal-kuntatt

01.03

Ħġieġ protettiv

01.04

Lenti opaka

01.05

L-għata ta' l-għajnejn

01.06

Nuċċali jew lentijiet tal-kuntatt

02.

L-għajnuna tas-smigħ/tal-kommunikazzjoni

02.01

L-għajnuna tas-smigħ għal widna waħda

02.02

L-għajnuna tas-smigħ għall-widnejn

03.

Il-prosteżi/ortożi tar-riġlejn u d-dirgħajn

03.01

Il-prosteżi/ortożi tad-dirgħajn

03.02

Il-prosteżi/ortożi tar-riġlejn

05.

L-użu limitat (l-użu tas-subkodiċi huwa obbligatorju, is-sewqan suġġett għar- restrizzjonijiet għal raġunijiet mediċi)

05.01

Limitat għal vjaġġi ta' matul il-ġurnata (per eżempju: minn siegħa wara s-sebħ sa siegħa qabel inżul ix-xemx)

05.02

Limitat għal vjaġġi b'distanza ta'… km mill-post tar-residenza tad-detentur jew biss ġewwa l-belt/ir-reġjun

05.03

Is-sewqan mingħajr passiġġieri

05.04

Limitat għal vjaġġi b' veloċità ta' mhux aktar minn… km/siegħa

05.05

Is-sewqan awtorizzat biss meta akkumpanjat minn detentur ieħor ta' liċenzja tas-sewqan

05.06

Mingħajr karru

05.07

Sewqan mhux permess fuq l-awtostradi

05.08

Ebda alkoħol

IL-MODIFIKI FIL-VETTURA

10.

It-trasmissjoni modifikata

10.01

It-trasmissjoni manwali

10.02

It-trasmissjoni awtomatika

10.03

It-trasmissjoni operata elettronikament

10.04

Il-lieva ta' l-ingranaġġ aġġustata

10.05

Mingħajr ingranaġġ sekondarju

15.

Il-klaċċ modifikat

15.01

Il-lieva ta' l-ingranaġġ aġġustata

15.02

Il-klaċċ manwali

15.03

Il-klaċċ awtomatiku

15.04

Il-pedala tal-klaċċ kompartimentalizzata/tintewa/tinqala'

20.

Is-sistemi tal-brejkijiet modifikati

20.01

Il-pedala tal-brejk aġġustata

20.02

Il-pedala tal-brejk imkabbra

20.03

Il-pedala tal-brejk adattata sabiex tintuża bis-sieq ix-xellugija

20.04

Il-pedala tal-brejk permezz tal-pett

20.05

Il-pedala tal-brejk inklinata

20.06

Il-brejk normali operat bl-idejn (adattat)

20.07

L-użu massimu tal-brejk normali msaħħaħ

20.08

L-użu massimu tal-brejk ta' l-emerġenza integrat fil-brejk normali

20.09

Il-brejk ta' l-ipparkjar aġġustat

20.10

Il-brejk ta' l-ipparkjar operat b'elettriku

20.11

Il-brejk ta' l-ipparkjar operat bis-sieq (aġġustat)

20.12

Kompartiment quddiem il-pedala tal-brejk li tintewa/tinqala'

20.13

Il-brejk operat bl-irkoppa

20.14

Il-brejk normali operat b'elettriku

25.

Is-sistema ta' l-aċċelerazzjoni modifikata

25.01

Il-pedala ta' l-aċċeleratur aġġustata

25.02

Il-pedala tal-aċċeleratur operata bil-pett

25.03

Il-pedala tal-aċċeleratur inklinata

25.04

L-aċċeleratur manwali

25.05

L-aċċeleratur ma' l-irkoppa

25.06

L-aċċeleratur bis-servo (elettriku, pnewmatiku, eċċ.)

25.07

Il-pedala ta' l-aċċeleratur fuq ix-xellug tal-pedala tal-brejk

25.08

Il-pedala ta' l-aċċeleratur fuq ix-xellug

25.09

Kompartiment quddiem il-pedala ta' l-aċċeleratur li tingħalaq/tinqala'

30.

Is-sistemi tal-brejk u l-aċċeleratur modifikati u kombinati

30.01

Il-pedali paralleli

30.02

Il-pedali fl-istess livell (jew kwazi)

30.03

L-aċċeleratur u l-brejk skorrevoli

30.04

L-aċċeleratur u l-brejk skorrevoli u bl-orteżi

30.05

L-aċċeleratur u l-pedali tal-brejk jingħalqu/jinqalgħu

30.06

L-art merfugħa

30.07

Kompartiment fuq in-naħa tal-pedala tal-brejk

30.08

Kompartiment għall-prosteżi fuq in-naħa tal-pedala tal-brejk

30.09

Kompartiment quddiem il-pedali ta' l-aċċeleratur u tal-brejk

30.10

Appoġġ għall-għarqub/għar-riġel

30.11

L-aċċeleratur u l-brejk jaħdmu bl-elettriku

35.

Il-pożizzjoni tal-kontrolli modifikata

(Is-swiċċijiet tad-dawl, tal-windscreen wiper/washer, tal-ħorn, ta' l-indikaturi tad-direzzjoni, eċċ.)

35.01

L-apparat tal-kontroll operabbli mingħajr influwenza negattiva fuq l-isteering u l-operat

35.02

L-apparat tal-kontroll operabbli mingħajr ma wieħed jerħi minn idejh l-isteering wheel u l-aċċessorji (il-pum, il-furketta, eċċ.)

35.03

L-apparati tal-kontroll operabbli mingħajr wieħed jerħi minn idejh l-isteering wheel u l-aċċessorji (il-pum, il-furketta eċċ) bl-id ix-xellugija

35.04

L-apparati tal-kontroll operabbli mingħajr wieħed jerħi minn idejh l-isteering wheel u l-aċċessorji (il-pum, il-furketta, eċċ) bl-id il-leminija

35.05

L-apparati tal-kontroll operabbli mingħajr ma wieħed jerħi minn idejh l-isteering wheel u l-aċċessorji (il-pum, il-furketta eċċ) u l-mekkaniżmi kombinati ta' l-aċċeleratur u tal-brejkijiet

40.

L-isteering modifikat

40.01

L-isteering normali assistit

40.02

L-isteering assistit rinforzat

40.03

L-isteering b'sistema ta' backup

40.04

Il-kolonna ta' l-isteering imtawla

40.05

Steering wheel aġġustata (steering wheel akbar u/jew eħxen, steering wheel b'dijametru mnaqqas, eċċ.)

40.06

Steering inklinat

40.07

Steering vertikali

40.08

Steering orizzontali

40.09

Is-sewqan operat bis-saqajn

40.10

Is-sewqan aġġustat alternattivament (bil-manku, eċċ.)

40.11

Il-pum fuq l-isteering

40.12

L-orteżi ta' l-id fuq l-isteering

40.13

L-orteżi tenodese

42.

Il-mera/mirja li juru wara modifikati

42.01

Il-mera esterna li turi wara (fuq ix-xellug jew) fuq il-lemin

42.02

Il-mera esterna li turi wara qiegħda fuq il-ġenb

42.03

Mera addizzjonali ġewwinija li tippermetti li wieħed jara t-traffiku ta' wara

42.04

Il-mera panoramika ġewwinija li turi wara

42.05

Il-mera li turi l-oġġetti moħbija fuq wara

42.06

Il-mera/mirja barranija li juru wara u li jaħdmu bl-elettriku

43.

Il-maqgħad tas-sewwieq modifikat

43.01

Il-maqgħad tas-sewwieq f'għoli biżżejjed u b'distanza normali mill-isteering wheel u mill-pedala

43.02

Il-maqgħad tas-sewwieq aġġustat skond is-sura tal-ġisem

43.02

Il-maqgħad tas-sewwieq bis-sapport laterali għall-istabbiltà meta wieħed ikun bilqiegħda

43.04

Il-maqgħad tas-sewwieq bl-armrest

43.05

Il-maqgħad tas-sewwieq skorrevoli imtawwal

43.06

Iċ-ċinturin tas-sigurtà aġġustat

43.07

Iċ-ċinturin ta' sigurtà tat-tip harness

44.

Il-modifiki tal-muturi (l-użu tas-subkodiċi huwa obbligatorju)

44.01

Il-brejk operat singolu

44.02

Il-brejk operat bl-id (aġġustat) (fuq ir-rota ta' quddiem)

44.03

Il-brejk operat bis-sieq (aġġustat) (fuq ir-rota ta' wara)

44.04

Il-manku ta' l-aċċeleratur(aġġustat)

44.05

It-trasmissjoni manwali u l-klaċċ manwali (aġġustati)

44.06

Il-mera/mirja li turi/juru wara (aġġustati)

44.07

Il-mezzi tal-kontroll (l-indikaturi tad-direzzjoni, id-dwal tal-brejkijiet)(aġġustati)

44.08

L-għoli tal-maqgħad li jippermetti lis-sewwieq, meta jkun bilqiegħda, li jkollu saqajh it-tnejn imissu ma' l-art fl-istess ħin

45.

Il-mutur b'sidecar biss

50.

Ristrett għal numru speċifiku ta' vettura/chassis (in-numru ta' l-identifikazzjoni tal-vettura, VIN)

51.

Ristrett għal pjanċa speċifika ta' reġistrazzjoni/vettura (in-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura, VRN)

KWISTJONIJIET AMMINISTRATIVI

70.

Bdil tal-liċenzja Nru… maħruġa minn… (il-marka distintiva ta' l-EU/UN fil-każ ta' pajjiż terz; e.ż:: 70.0123456789.NL)

71.

Duplikat tal-liċenzja Nru… maħruġa minn… (il-marka distintiva ta' l-EU/UN fil-każ ta' pajjiż terz; e.ż:: 71.987654321.HR)

72.

Ristrett għall-vetturi tal-kategorija A li jkollhom kapaċità ċilindrika massima ta' 125 cc u qawwa massima ta' 11 KW (A1)

73.

Ristrett għall-vetturi tal-kategorija B ta' tip ta' triċikli jew kwadriċikli bil-mutur (B1)

74.

Ristrett għall-vetturi tal-kategorija C li l-massa massima awtorizzata tagħhom ma tkunx aktar minn 7 500 kg (C1)

75.

Ristrett għall-vetturi tal-kategorija D li ma jkollhomx aktar minn 16-il post, minbarra l-post tas-sewwieq (D1)

76.

Ristrett għall-vetturi tal-kategorija C li l-massa massima awtorizzata tagħhom ma tkunx aktar minn 7 500 kg (C1), li jkunu kombinati ma' karru li l-massa massima awtorizzata tiegħu tkun ta' aktar minn 750 kg, sakemm il-massa massima awtorizzata tas-sensiela ta' vetturi hekk iffurmata ma tkunx aktar minn 12 000 kg, u li l-massa massima awtorizzata tal-karru ma tkunx aktar mill-massa mhux mgħobbija tal-vettura li tirmonka (C1E)

77.

Ristrett għall-vetturi tal-kategorija D li ma jkollhomx aktar minn 16-il post għall-passiġġieri, minbarra l-post tas-sewwieq (D1), kombinati mal-karru li l-massa massima awtorizzata tiegħu tkun aktar minn 750 kg sakemm (a) il-massa massima awtorizzata tas-sensiela tal-vetturi hekk iffurmata ma tkunx aktar minn 12 000 kg u l-massa massima awtorizzata tal-karru ma tkunx aktar mill-massa mhux mgħobbija tal-vettura li tirmonka u (b) il-karru ma jintużax sabiex iġorr il-passiġġieri (D1E)

78.

Ristrett għall-vetturi bi trasmissjoni awtomatika

79.

(…) Ristrett għall-vetturi li jikkonformaw mal-karatteristiċi indikati fil-parentesi, fil-kuntest ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 1991/439/KEE

90.01

:

lejn ix-xellug

90.02

:

lejn il-lemin

90.03

:

xellug

90.04

:

lemin

90.05

:

id

90.06

:

sieq

90.07

:

użabbli

95.

Sewwieq li jkollu CPC li jissodisfa l-obbligu ta' kompetenza professjonali msemmi fid-Direttiva 2003/59/KE sal … [e.ż.: 1.1.2012]

96.

Sewwieqa li jkunu temmew taħrig jew għaddew minn test ta' ħila u ta' komportament skond l-Anness V.

kodiċi 100 u 'l fuq:

:

kodiċi nazzjonali validi biss għas-sewqan fit-territorju ta' l-Istat Membru li ħareġ il-liċenzja.

Fejn xi kodiċi japplika għall-kategoriji kollha li għalihom tkun inħarġet il-liċenzja, dan jista jiġi stampat taħt l-intestaturi 9,10 u 11.

13.

fl-implementazzjoni tat-Taqsina 4(a) ta' dan l-Anness, l-ispazju riżervat għal xi iskrizzjoni possibbli mill-Istat Membru ospitanti ta' tagħrif essenzjali għall-amministrazzjoni tal-liċenzja.

14.

spazju riżervat għal xi iskrizzjoni possibbli mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja ta' informazzjoni essenzjali għall-amministrazzjoni tal-liċenzja jew relatata mas-sigurtà fuq it-triq (fakultattiv). Jekk l-informazzjoni jkollha x'taqsam ma' xi wieħed mill-intestaturi definiti f'dan l-Anness, għandha tkun preċeduta min-numru ta' l-intestatura msemmija.

Bil-ftehim speċifiku bil-miktub tad-detentur, informazzjoni li ma tkunx relatata ma' l-amministrazzjoni tal-liċenzja tas-sewqan jew mas-sigurtà fuq it-triq tista' tiġi miżjuda wkoll f'dan l-ispazju; żieda bħal din ma għandiex tbiddel b'xi mod l-użu tal-mudell bħala liċenzja tas-sewqan.

(b)

spjegazzjoni tal-punti numerati li jidhru fuq il-paġni 1 u 2 tal-liċenzja (għall-inqas il-punti 1,2,3,4 (a), 4(b), 4(ċ), 5, 10, 11 u 12).

Jekk xi Stat Membru jixtieq jagħmel l-iskrizzjonijiet f'xi lingwa nazzjonali għajr waħda mil-lingwi li ġejjin: Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola jew Svediża, dan għandu jifformola verżjoni tal-liċenzja b'żewġ lingwi u juża waħda mil-lingwi msemmija hawn fuq, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Anness.

(ċ)

għandu jiġi riżervat spazju fuq il-mudell ta' liċenzja tal-Komunità li fih ikun jagħmilha possibbli li jiddaħħlu xi mikro-ċipp jew apparat simili tal-kompjuter.

4.   Dispożizzjonijiet Speċjali

(a)

Fil-każ li detentur ta' liċenzja tas-sewqan, maħruġa minn Stat Membru skond dan l-Anness, għandu r-residenza normali tiegħu fi Stat Membru ieħor, dak l-Istat Membru jista' jdaħħal fil-liċenzja informazzjoni li hija neċessarja għall-finijiet ta' amministrazzjoni, sakemm idaħħal ukoll din it-tip ta' informazzjoni fil-liċenzji li huwa joħroġ u sakemm jibqa' biżżejjed spazju għal dan il-għan.

(b)

L-Istati Membri jistgħu iżidu kuluri u markaturi bħal bar codes, simboli nazzjonali u elementi ta' sigurta', wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn f'dan l-Anness.

Fil-kuntest tar-rikonoxximent reċiproku ta' liċenzji, il-bar code ma għandux jikkontjeni informazzjoni iktar minn dik li diġa' tista' tinqara fuq liċenzja tas-sewqan jew li tkun neċessarja għall-proċess ta' ħruġ tal-liċenzja.

MUDELL KOMUNITARJU TAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN

Paġna 1   LIĊENZJA TAS-SEWQAN [STAT MEMBRU]

Image

Paġna 2

1. Isem 2. L-ewwel isem 3. Id-data u l-post tat-twelid 4a. Id-data tal-ħruġ tal- liċenzja 4b. Id-data uffiċjali ta' skadenza 4c. Maħruġa minn 5.Numru tas-serje' tal-liċenzja 8. Post tar-residenza 9. Kategorija 10. Data tal-ħruġ, skond il-kategorija 11. Data ta' skadenza, skond il-kategorija 12. Restrizzjonijiet

Image

MUDELL-KAMPJUN TAL-LIĊENZJA

LIĊENZJA BELĠJANA (għall-informazzjoni)

Image

Image


ANNESS II

I.   REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TESTIJIET TAS-SEWQAN

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jassiguraw li l-applikanti għal-liċenzji tas-sewqan ikollhom il-kompetenza u l-ħiliet u juru l-komportament meħtieġ sabiex isuqu vettura bil-mutur. It-testijiet introdotti għal dan l-effett iridu jikkonsistu minn:

test teoriku, u konsegwentement

test ta' ħila u ta' komportament,

Il-kondizzjonijiet li taħthom dawn it-testijiet għandhom isiru huma stabbiliti hawn taħt.

A.   IT-TEST TEORIKU

1.   Il-forma

Il-forma magħżula għandha tkun tali li tassigura li l-applikant ikollu t-tagħrif meħtieġ dwar is-suġġetti elenkati fil-punti 2, 3 u 4.

Kull applikant għal liċenzja f'kategorija waħda li jkun għadda mit-test tat-teorija għal-liċenzja f'kategorija differenti jista' jiġi eżentat mid-dispozizzjonijiet komuni tal-punti 2, 3 u 4.

2.   Il-kontenut tat-test tat-teorija rigward il-kategoriji kollha tal-vetturi

2.1.

Għandhom isiru domandi dwar kull punt elenkat hawn taħt, filwaqt li l-kontenut u l-forma tad-domandi għandhom jibqgħu għad-diskrezzjoni ta' kull Stat Membru:

2.1.1.

Ir-regolamenti tat-traffiku fit-toroq:

partikolarment rigward is-senjaletika tat-toroq, il-marki u s-sinjali, id-dritta u l-limiti tal-veloċità.

2.1.2.

Is-sewwieq:

l-importanza ta' l-attenzjoni u r-rispett lejn dawk kollha li jużaw it-toroq,

il-perċezzjoni, il-ġudizzju u t-teħid tad-deċiżjonijiet, speċjalment waqt reazzjoni, kif ukoll it-tibdil tal-komportament fis-sewqan minħabba l-influwenza tal-alkoħol, tad-drogi u tal-prodotti mediċinali, l-istat mentali u l-għajja.

2.1.3.

It-triq:

l-aktar prinċipji importanti li rigward l-osservanza tad-distanza prudenti bejn il-vetturi, id-distanzi għall-ibbrejkjar u roadholding taħt diversi kondizzjonijiet tat-temp u tat-toroq,

il-fatturi tar-riskju fis-sewqan relatati ma' diversi kondizzjonijiet tat-toroq, partikolarment kif jinbidlu skond it-temp u l-ħin tal-ġurnata jew tal-lejl,

il-karatteristiċi ta' diversi tipi ta' toroq u r-rekwiżiti statutorji relatati magħhom.

2.1.4.

L-oħrajn kollha li jużaw it-toroq:

il-fatturi speċifiċi ta' riskju relatati man-nuqqas ta' l-esperjenza ta' l-utenti l-oħra tat-toroq u l-kategoriji l-aktar vulnerabbli ta' l-utenti bħat-tfal, dawk li jkunu mixjin, iċ-ċiklisti, tal-muturi u nies b'mobilità mnaqqsa,

ir-riskji involuti fil-moviment u fis-sewqan ta' diversi tipi ta' vetturi u d-diversi angoli li s-sewwieq tagħhom ikun jista' jara.

2.1.5.

Ir-regoli ġenerali u r-regolamenti kif ukoll kwistjonijiet oħrajn:

ir-regoli rigward id-dokumenti amministrattivi meħtieġa għall-użu tal-vetturi,

ir-regoli ġenerali li jispeċifikaw kif sewwieq għandu jaġixxi fil-każ ta' aċċident (jattiva apparati ta' twissija u jqanqal l-allarm) u l-miżuri li jista' jieħu sabiex jgħin lill-vittmi ta' aċċident tat-traffiku fejn ikun meħtieġ,

il-fatturi ta' sigurtà relatati mal-vettura, il-piż u l-persuni li jinġarru.

2.1.6.

Il-prekawzjonijiet neċessarji waqt l-inżul mill-vettura;

2.1.7.

L-aspetti mekkaniċi li għandhom effett fuq is-sigurtà fit-triq; l-applikanti għandhom ikunu kapaċi jagħrfu d-difetti l-aktar komuni, partikolarment fl-isteering wheel, fis-suspension u s-sistemi ta' l-ibbrejkjar, fit-tyres, fid-dwal u fl-indikaturi tad-direzzjoni, fir-rifletturi, fil-mirja li juru wara, fil-windscreen u l-wipers, fis-sistema ta' l-exhaust, fiċ-ċinturin tas-sigurtà u fl-allarm udibbli;

2.1.8.

It-tagħmir tas-sigurtà tal-vettura u partikolarment, l-użu taċ-ċinturin tas-sigurtà, il-kuxxinett tar-ras u t-tagħmir tas-sigurtà għat-tfal;

2.1.9.

Ir-regoli rigward l-użu tal-vettura f'relazzjoni ma'l-ambjent (l-użu xieraq ta' apparati tat-twissija permezz tas-smigħ, il-konsum moderat ta' karburant, il-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' tniġġis eċċ.).

3.   Id-dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-Kategoriji A, A2 u A1

3.1.

Il-kontroll obbligatorju tat-tagħrif ġenerali fuq:

3.1.1.

L-użu ta' lbies protettiv bħal ingwanti, żraben, ilbies u l-elmu ta' sigurtà;

3.1.2.

Il-viżibbiltà tal-motoċiklisti għal oħrajn li jużaw it-toroq;

3.1.3.

Il-fatturi tar-riskju relatati ma' diversi kondizzjonijiet tat-toroq kif stabbiliti hawn fuq b'attenzjoni speċjali għall-partijiet li jkunu jiżolqu bħalma huma l-għotjien tad-drenaġġ, is-sinjali tat-toroq bħalma huma l-linji u l-vleġeġ, il-linji tat-tram;

3.1.4.

L-aspetti mekkaniċi li għandhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq kif stabbiliti hawn fuq b'attenzjoni speċjali għas-swiċċ tal-waqfien ta' l-emerġenza, il-livelli taż-żejt u l-katina.

4.   Id-dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-Kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 u D1E

4.1.

Il-kontroll obbligatorju tat-tagħrif ġenerali fuq:

4.1.1

Ir-regoli dwar il-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodi tal-mistrieħ kif definiti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċertu dispożizzjonijiet soċjali fil-qasam tat-trasport bit-triq (1); l-użu tat-tagħmir ta' l-irrekordjar kif definit mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar l-apparat ta' kontroll fil-qasam tat-traspot bit-triq (2).

4.1.2.

Ir-Regoli rigward it-tip ta' trasport ikkonċernat: l-oġġetti jew il-passiġġieri

4.1.3.

Id-dokumenti tal-vettura u tat-trasport meħtieġa għat-trasport nazzjonali u internazzjonali ta' l-oġġetti u l-passeġġieri.

4.1.4.

X'wieħed għandu jagħmel fil-każ ta' aċċident; it-tagħrif dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu wara aċċident jew avveniment simil, inkluża l-azzjoni ta' l-emerġenza bħalma hi l-evakwazzjoni tal-passeġġieri u t-tagħrif bażiku dwar l-ewwel għajnuna.

4.1.5.

Il-prekawzjonijiet li għandhom jieħdu matul it-tneħħija u l-bdil tar-roti.

4.1.6.

Ir-regoli dwar il-piż u d-dimensjonijiet tal-vettura; ir-regoli fuq il-limitaturi tal-veloċità.

4.1.7.

L-ostruzzjoni ta' l-angolu tal-vista mill-karatteristiċi tal-vetturi tagħhom.

4.1.8.

Il-qari tal-mappa tat-toroq, l-ippjanar tar-rotot, inkluż l-użu ta' sistemi elettroniċi tan- navigazzjoni (mhux obbligatorju).

4.1.9.

Il-fatturi tas-sigurtà relatati mat-tagħbija tal-vettura: il-kontroll tat-tagħbija (l-istivar u l-irbit), id-diffikultajiet rigward id-diversi tipi ta' tagħbijiet (e.ż. il-likwidi, it-tagħbijiet sospiżi), it-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija u l-użu ta' l-apparat tat-tagħbija (il-Kategoriji C, CE, C1, C1E biss).

4.1.10.

Ir-responsabbiltà tas-sewwieq rigward il-ġarr tal-passiġġieri; il-kumdità u s-sigurtà tal-passiġġieri; il-ġarr tat-tfal; il-verifiki meħtieġa qabel qabel is-sewqan; kull tip ta' karozza tal-linja għandu jkun rappreżentat fit-test tat-teorija.

4.2.

It-test obbligatorju tat-tagħrif ġenerali tad-dispożizzjonijiet addizjonali li ġejjin rigward il-Kategoriji C, CE, D u DE.

4.2.1.

Il-prinċipji tal-kostruzzjoni u l-funzjonament ta' il-magni b'kombustjoni interna, il-fluwidi (e.ż. iż-zejt tal-magna, ir-refriġerant, il-washer fluid), is-sistema tal-karburant, is-sistema elettrika, is-sistema ta' l-ignition, is-sistema tat-trasmissjoni (il-klaċċ, l-ingranaġġ, etċ.).

4.2.2.

Il-lubrikazzjoni u l-protezzjoni kontra l-iffriżar.

4.2.3.

Il-prinċipji tal-kostruzzjoni, it-twaħħil, l-użu korrett u l-kura tat-tyres.

4.2.4.

Il-prinċipji dwar it-tipi, l-operat, il-partijiet prinċipali, il-konnessjoni, l-użu u l-manutennzjoni jum b'jum tal-partijiet tal-brejkijiet u tat-trażżin tal-veloċità, u l-użu tal-brejkijiet anti-lock.

4.2.5

Il-prinċipji dwar it-tipi, l-operat, il-partijiet prinċipali, il-konnessjoni, l-użu u l-manutenzjoni jum b'jum tas-sistemi tal-coupling (il-Kategoriji CE, DE biss).

4.2.6.

Il-metodi kif wieħed isib l-kawzi tal-ħsarat li jikkaġunaw il-waqfien.

4.2.7.

Il-manuntenzjoni preventiva tal-vetturi u t-tiswijiet neċessarji għall-funzjonament.

4.2.8

Ir-responsabiltà tas-sewwieq rigward l-aċċettazzjoni, it-trasport u t-twassil tal-merkanzija skond il-kondizzjonijiet miftiehma (il-Kategoriji, CE biss).

B.   IT-TEST TA' ĦILA U TA' KOMPORTAMENT

5.   Il-vettura u t-tagħmir tagħha

5.1

Is-sewqan ta' vettura bi trasmissjoni manwali għandu jkun suġġett għal test ta' ħila u ta' komportament li jsir fuq vettura bi trasmissjoni manwali.

Jekk applikant joqgħod għat-test ta' ħila u ta' komportament fuq vettura bi trasmissjoni awtomatika dan għandu jiġi rrekordjat fuq kull liċenzja fuq il-bażi ta' test ta' din ix-xorta. Il-liċenzji b'din l-indikazzjoni għandhom jintużaw biss għas-sewqan ta'vetturi bi trasmissjoni awtomatika.

“Vettura bi trasmissjoni awtomatika” tfisser vettura li fiha l-proporzjon ta' l-ingranaġġ bejn il-magna u r-roti jista' jiġi varjat bl-użu biss ta' l-aċċeleratur jew tal-brejkijiet.

5.2.

Il-vetturi wżati fi testijiet ta' ħila u ta' komportament għandhom jikkonformaw mal-kriterji minimi mogħtija hawn taħt. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal kriterji aktar stretti jew iżidu oħrajn.

Kategorija A1:

Mutur tal-kategorija A1 mingħajr sidecar, b'kapaċita kubika ta' l-inqas 120 cm3, u b'kapaċità ta' veloċita' ta' l-inqas ta' 90 km/siegħa;

Kategorija A2:

Mutur tal-kategorija A2 mingħajr sidecar, b'kapaċita kubika ta' l-inqas 400 cm3, u b'kapaċita ta' qawwa tal-magna ta' l-inqas ta' 25 kW;

Kategorija A:

Mutur tal-kategorija A mingħajr sidecar, b'kapaċita kubika ta' l-inqas 600 cm3, u b'kapaċita ta' qawwa tal-magna ta' l-inqas ta' 35 kW;

Kategorija B:

Vettura tal-Kategorija B b'erba' roti b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 100 km/siegħa;

Kategorija BE:

Kombinazzjoni magħmula minn vettura tat-test tal-kategotija B b'karru li l-massa massima awtorizzata tiegħu tkun ta' mill-anqas 1 000 kg, b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 100 km/siegħa, li ma jaqax fil-Kategorija B; il-kompartiment tat-tagħbija tal-karru għandu jikkonsisti fi struttura li tkun kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas ta' l-istess wisa' u għoli daqs il-vettura tal-mutur; l-istruttura li tkun il-kaxxa magħluqa tista' ukoll tkun ftit anqas wiesa' mill-vettura tal-mutur sakemm il-vista għal fuq wara tkun possibbli biss permezz ta' l-użu ta' mirja esterni li juru wara l-vettura bil-mutur; il-karru għandu jiġi ppreżentat b'minimu ta' 800 kg ta' massa totali reali;

Kategorija B1:

Kwadriċiklu bil-mutur b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 60 km/siegħa;

Kategorija C:

Vettura tal-kategorija C b'massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 12 000 kg, ta' tul mill-anqas ta' 8 m, ta' wisa' ta' mill-anqas 2,40 m u b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 80 km/siegħa; attrezzata bi brejkijiet anti-lock, mgħammra b'ingranaġġ li jkollu mill-anqas tmien ratios għal quddiem u apparat ta' reġistrazzjoni kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85; il-kompartiment tat-tagħbija għandu jkun jikkonsisti fi struttura b'kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas ta' l-istess għoli u wisa' tal-karru; il-vettura għandha tkun ippreżentata b' massa minima totali reali ta' 10 000 kg;

Kategorija CE:

Vettura artikolata jew kombinazzjoni ta' vettura tat-test tal-kategorija C b'karru magħha ta' mill-anqas 7,5 m tul; kemm il-vettura artikolata kif ukoll il-kombinazzjoni għandhom ikollhom massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 20 000 kg, tul ta' mill-anqas 14-il metru u wisa' ta' mill-anqas 2,40 m, għandhom ikunu b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 80 km/s, attrezzati bi brejkijiet anti-lock, mgħammra b'ingranaġġ li jkollu tmien ratios għal quddiem u apparat ta' reġistrazzjoni kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85; il-kompartiment tat-tagħbija għandu jikkonsisti fi struttura b'kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas ta' wisa' u għoli daqs il-kabina; kemm il-vettura artikolata kif ukol il-kombinazzjoni għandhom jiġu ppreżentati b'massa minima totali reali ta' 15 000 kg;

Kategorija C1:

Vettura tas-subkategorija C1 b'massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 4 000 kg, b' tul ta' mill-anqas 5 m u b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 80 km/siegħa; li jkollha fiha brejkijiet antil-lock u li tkun mgħammra bl-apparat ta' reġistrazzjoni kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85; il-kompartiment tat-tagħbija għandu jikkonsisti fi struttura b'kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas ta' wisa' u għoli daqs il-kabina;

Kategorija C1E:

Kombinazzjoni magħmula minn vettura tat-test tas-subkategorija C1 b'karru b'massa awtorizzata massima ta' mill-anqas 1 250 kg; din il-kombinazzjoni għandha tkun mill-anqas 8 m fit-tul u b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 80 km/siegħa; il-kompartiment tat-tagħbija tal-karru għandu jkun jikkonsisti f'kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas tal-wisa' u l-għoli tal-kabina; l-istruttura tal-kaxxa magħluqa tista' wkoll tkun ftit iżgħar fil-wisa' mill-kabina ipprovdut sakemm il-vista lura tkun possibli bl-użu tal-mirja esterni li juru wara l-vettura bil-mutur; il-karru għandu jkun ippreżentat b'massa minima totali reali ta'800 kg;

Kategorija D:

Vettura tal-kategorija D b'tul ta' mill-anqas 10 m, b'wisa' ta' mill-anqas 2,40 m u b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 80 km/siegħa; mgħammra bi brejkijiet anti lock u armata b'apparat ta' reġistrazzjoni kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85;

Kategorija DE:

Kombinazzjoni magħmula minn vettura tat-test tal-kategorija D u karru b'massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 1 250 il-kg, ta' wisa' ta' mill-anqas 2,40 m u b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 80 km/siegħa; il-kompartiment tat-tagħbija tal-karru għandu jkun jikkonsisti fi struttura b'kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas 2 m wiesgħa u 2 m twila; il-karru għandu jiġi ppreżentat b'massa totali reali minima ta' 800 kg;

Kategorija D1:

Vettura tas-subkategorija D 1 b'massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 4 000 kg, b'tul ta' mill-anqas 5 m u b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 80 km/siegħa; mgħammra bi brejkijiet anti-lock u armata b'apparat ta' reġistrazzjoni kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85;

Kategorija D1E:

Kombinazzjoni magħmula minn vettura tat-test tas-sottokategorija D1 b'karru ta' massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 1 250 kg u b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 80 km/siegħa; il-kompartiment tat-tagħbija tal-karru għandu jikkonsisti fi struttura b'kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas 2 m wiesgħa u 2 m għolja; il-karru għandu jiġi ppreżentat b'massa totali reali minima ta' 800 kg;

Il-vetturi tat-testijiet għall-Kategoriji BE, C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 u D1E li ma jkunux konformi mal-kriterji minimi ta'hawn fuq imma li kienu jintużaw fiż-żmien jew qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jistgħu xorta jintużaw għal perjodu ta' mhux aktar minn għaxar snin wara dik id-data. Ir-rekwiżiti relatati mat-tagħbija li għandha tinġarr minn dawn il-vetturi, jistgħu jiġu implementati minn Stati Membri sa għaxar snin minn mindu tidħol fis-seħħ id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/56/KE (3).

6.   Il-ħiliet u l-komportament li għandhom jiġu ttestjati rigward il-Kategoriji A1, A2 u A

6.1.   Il-preparazzjoni u l-kontroll tekniku tal-vettura li għandhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq.

L-applikanti għandhom juru li jkunu kapaċi jippreparaw sabiex isuqu bla periklu billi jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

6.1.1.

Jaġġustaw l-ilbies protettiv, bħal ingwanti, żraben, ilbies u l-elmu ta' sigurtà.

6.1.2

Iwettqu kontroll każwali tal-kondizzjoni tat-tyres, tal-brejkijiet, ta' l-isteering wheel, tas-swiċċ għall-waqfien ta' l-emerġenza (jekk ikun applikabbli), tal-katina, tal-livelli taż-żejt, tad-dwal, tar-rifletturi, ta' l-indikaturi tad-direzzjoni u ta' l-apparat tat-twissija udibbli.

6.2.   Il-manuvri speċjali li għandhom jiġu ttestjati billi jkollhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq

6.2.1.

Itellgħu u jniżżlu l-mutur fuq l-istand tiegħu u jmexxuh, mingħajr l-għajnuna tal-magna, billi jimxu maġenb il-vettura.

6.2.2.

Jipparkjaw il-mutur fuq l-istand tiegħu.

6.2.3.

Għall-inqas żewġ manuvri li għandhom isiru b'veloċità baxxa, inkluża slalom; dan għandu jkun tali li jippermetti li tiġi valutata l-kompetenza fil-maniġġ tal-klaċċ flimkien mal-brejk, il-bilanċ, id-direzzjoni tal-vista u l-pożizzjoni fuq il-mutur u l-pożizzjoni tas-saqajn fuq il-foot-rests.

6.2.4.

Għall-inqas żewġ manuvri għandhom isiru f'veloċità qawwija, li minnhom waħda bit-tieni jew bit-tielet ingranaġġ, mill-anqas bit-30 km/siegħa u manuvra sabiex tevita ostaklu b'veloċità minima ta' 50 km/siegħa; din għandha tippermetti li tiġi ttestjata l-kompetenza tal-pożizzjoni fuq il-mutur, id-direzzjoni tal-vista, il-bilanċ, it-teknika fl-isteering u t-teknika fit-tibdil ta' l-ingranaġġi.

6.2.5.

L-ibbrejkjar: għall-inqas għandhom isiru żewġ eżerċizzji ta' l-ibbrejkjar, inkluż l-ibbrejkjar ta' l-emerġenza ta' 50 km/s; dan irid jippermetti li tiġi ttestjata l-kompetenza fl-operat tal-brejkijiet ta' quddiem u ta' wara, id-direzzjoni tal-vista u l-pożizzjoni fuq il-mutur.

Il-manuvri speċjali msemmija taħt il-punti minn 6.2.3 sa 6.2.5 għandhom jiġu implementati mill-anqas ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2000/56/KE.

6.3.   Il-komportament fit-traffiku

L-applikanti għandhom jagħmlu l-azzjonijiet kollha li ġejjin f'sitwazzjonijiet normali tat-traffiku, kompletament bla periklu waqt li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha:

6.3.1.

Il-ħruġ: wara l-ipparkjar, wara waqfa fit-traffiku; il-ħruġ minn awtostrada.

6.3.2.

Is-sewqan f'toroq dritti; is-sorpass ta' vetturi ġejjin minn quddiem, inkluż fi spażji konfinati.

6.3.3.

Is-sewqan madwar liwjiet.

6.3.4.

Salib-it-toroq: l-avviċinament u l-qsim ta' salib it-toroq u junctions.

6.3.5.

Il-bdil fid-direzzjoni: id-dawran lejn ix-xellug u l-lemin; it-tibdil tal-korsija.

6.3.6.

L-avviċinament/il-ħruġ fuq awtostradi jew postijiet simili (jekk ikun hemm): ir-resqien lejn il-korsija ta' l-aċċelerazzjoni; it-tluq mill-korsija tad-deċelerazzjoni.

6.3.7.

Is-sorpass/il-passaġġ: is-sorpass ta' traffiku ieħor (jekk ikun possibli); is-sewqan maġenb ostakli, e.ż. karozzi pparkjati; meta tiġi maqbuż minn traffiku ieħor (jekk ikun xieraq).

6.3.8.

Il-fatturi speċjali tat-toroq (jekk ikun hemm): roundabouts; railway level crossings; waqfiet tat-tramm/tax-xarabank; pedestrian crossings; is-sewqan 'il fuq 'l-isfel fuq sidriet.

6.3.9.

It-teħid ta' prekawzjonijiet neċessarji waqt l-inżul mill-vettura.

7.   Il-ħiliet u l-komportament li għandhom jiġu ttestjati rigward il-Kategoriji B, B1 u BE

7.1.   Il-preparazzjoni u l-kontroll tekniku tal-vettura li għandhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq

L-applikanti għandhom juru li jkunu kapaċi li jkunu ppreparati sabiex isuqu bla periklu billi jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

7.1.1.

L-aġġustament tal-maqgħad kif ikun meħtieġ sabiex tinkiseb pożizzjoni bilqiegħda korretta.

7.1.2.

L-aġġustament tal-mirja li juru wara, iċ-ċinturin tas-sigurtà u l-kuxxinetti tar-ras jekk ikun hemm.

7.1.3.

Kontroll li l-bibien ikunu magħluqa.

7.1.4.

Kontroll każwali tal-kondizzjoni tat-tyres, ta' l-isteering wheel, tal-brejkijiet, tal-fluwidi (e.g. iż-żejt tal-magna, tar-refriġerant, tal-washer fluid), tad-dwal, tar-rifletturi, ta' l-indikaturi tad-direzzjoni u ta' l-apparat tat-twissija udibbli.

7.1.5.

Kontroll tal-fatturi tas-sigurtà relatati mat-tagħbija tal-vettura: l-istruttura, il-pjanċi, il-bibien tal-merkanzija, l-illokkjar tal-kabina, il-metodu tat-tagħbija, l-irbit tat-tagħbija (il-kategorija BE biss).

7.1.6.

Kontroll tal-mekkaniżmu tal-coupling u l-brejk u l-konnessjonijiet elettriċi (il-kategorija BE biss).

7.2.   Il-Kategoriji B u B1: manuvri speċjali li għandhom jiġu ttestjati għax għandhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq.

Għażla tal-manuvri li ġejjin għandhom jiġu ttestjati (mill-anqas żewġ manuvri dwar erba' punti, inkluż wieħed dwar l-ingranaġġ ta' lura):

7.2.1.

It-treġġigħ lura f'direzzjoni dritta jew it-treġġigħ lura lejn il-lemin jew lejn ix-xellug madwar kantuniera waqt li tinżamm il-korsija korretta tat-traffiku.

7.2.2.

Id-dawran tal-vettura sabiex tħares lejn id-direzzjoni opposta, bl-użu ta' l-ingranaġġ ta' quddiem u ta' wara.

7.2.3.

L-ipparkjar tal-vettura u jħallu spażju ta' parking (parallel, obligwu, angolu ta' 90 grad, il-quddiem jew fir-reverse, fuq post ċatt, il-fuq jew l-isfel).

7.2.4.

L-użu preċiż tal-brejkijiet sabiex issir waqfa; imma, li ssir waqfa ta' emerġenza mhix obbligatorja.

7.3.   Kategorija BE: Manuvri speċjali li jkunu jeħtieġu li jiġu ttestjati billi jkollhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq.

7.3.1.

L-ingaġġ jew id-disingaġġ, jew id-disingaġġ u l-ingaġġ mill-ġdid ta' karru minn mal-vettura motorizzata tagħha; il-manuvra għandha tinvolvi li l-vettura li tirmonka tiġi pparkjata ħdejn il-karru (i.e. mhux f'sensiela waħda).

7.3.2.

It-treġġigħ lura matul liwja, li r-rotta tagħha għandha titħalla fid-diskrezzjoni ta' l-Istati Membri.

7.3.3.

Is-sigurtà fl-ipparkjar waqt it-tagħbija/il-ħatt.

7.4.   Il-komportament fit-traffiku

L-applikanti għandhom jagħmlu l-azzjonijiet kollha li ġejjin f'sitwazzjonijiet normali tat-traffiku, kompletament bla periklu waqt li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha:

7.4.1.

Is-sewqan 'il barra mill-parkeġġ: wara l-ipparkjar, wara waqfa fit-traffiku; il-ħruġ minn awtostrada.

7.4.2.

Is-sewqan f'toroq dritti; il-passaġġ minn ma' vetturi ġejjin minn quddiem, inkluż fi spażji konfinati.

7.4.3.

Is-sewqan madwar liwjiet.

7.4.4.

Salib-it-toroq: l-avviċinament u l-qsim ta' salib it-toroq u junctions.

7.4.5.

Il-bdil fid-direzzjoni: id-dawran lejn ix-xellug u l-lemin; it-tibdil tal-korsija.

7.4.6.

L-avviċinament/il-ħruġ fuq awtostradi jew postijiet simili (jekk ikun hemm): ir-resqien lejn il-korsija ta' l-aċċelerazzjoni; it-tluq mill-korsija tad-deċelerazzjoni.

7.4.7.

Is-sorpass/il-passaġġ: is-sorpass ta' traffiku ieħor (jekk ikun possibbli); is-sewqan maġenb l-ostakli, e.ż. karozzi parkjati; is-sorpass minn traffiku ieħor (jekk xieraq).

7.4.8.

Il-fatturi speċjali tat-toroq (jekk ikun hemm): ir-railway level crossings; il-waqfiet tat-tramm/tax-xarabank; il-pedestrian crossings; is-sewqan f'niżliet jew telgħat twal.

7.4.9.

It-teħid tal-prekawzjonijiet neċessarji kollha waqt l-inżul mill-vettura.

8.   Il-ħiliet u l-komportament li għandhom jiġu ttestjati rigward il-Kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 u D1E

8.1.   Il-preparazzjoni u l-kontroll tekniku tal-vettura li għandhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq.

L-applikanti għandhom juru li jkunu kapaċi li jkunu ppreparati sabiex isuqu bla periklu billi jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin.

8.1.1.

L-aġġustament tal-maqgħad kif ikun meħtieġ sabiex tinkiseb pożizzjoni bilqiegħda korretta.

8.1.2.

L-aġġustament tal-mirja li juru wara, iċ-ċinturin tas-sigurtà u l-kuxxinetti tar-ras jekk ikun hemm.

8.1.3.

Kontrolli każwali tal-kondizzjoni tat-tyres, ta' l-isteering wheel, tal-brejkijiet, tad-dwal, tar-rifletturi, ta' l-indikaturi tad-direzzjoni u tal-mezzi tat-twissija permezz tas-smigħ.

8.1.4.

Kontroll tas-sistemi tal-brejkijiet u s-sistemi ta' l-isteering operati bil-qawwa tal-magna, kontrol tal-kondizzjoni tar-roti, ta' l-iskorfini tar-roti, tal-parafangi, tal-windscreen, tat-twieqi u wipers, tal-fluwidi (e.g. iż-żejt tal-magna, ir-refriġerant, il-washer fluid); il-kontroll u l-użu ta' l-istrumentazzjoni inkluż l-apparat ta' reġistrazzjoni kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85.

8.1.5.

Kontroll tal-pressa ta' l-arja, tat-tankijiet ta' l-arja u tas-suspension.

8.1.6.

Kontroll tal-fatturi tas-sigurtà relatati mat-tagħbija tal-vettura: l-istruttura, il-pjanċi, il-bibien mnejn tidħol it-tagħbija, il-mekkaniżmu tat-tagħbija (jekk ikun hemm), l-illokkjar tal-kabina (jekk ikun hemm), il-metodu tat-tagħbija, l-irbit tat-tagħbija (il-Kategoriji C, CE, C1, C1E biss).

8.1.7.

Kontroll tal-mekkaniżmu tal-coupling u l-brejkijiet u l-konnessjonijiet elettriċi (il-Kategoriji CE, C1E, DE, D1E biss).

8.1.8.

Li persuna tkun kapaċi sabiex tieħu l-miżuri speċjali tas-sigurtà rigward il-vettura; tikkontrolla persunitha, il-bibien tas-servizz, il-ħruġ ta' l-emerġenza, l-apparat ta' l-ewwel għajnuna, l-apparat tat-tifi tan-nar u l-apparat l-ieħor ta' sigurtà (il-Kategoriji D, DE, D1, D1E biss).

8.1.9.

Il-qari tal-mappa tat-triq, l-ippjanar tar-rotta, inkluż l-użu tas-sistemi elettroniċi tan-navigazzjoni (mhux obbligatorju).

8.2.   Il-manuvri speċjali li għandhom jiġu ttestjati billi jkollhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq:

8.2.1.

L-ingaġġ u disingaġġ, jew id-disingaġġ u l-ingaġġ mill-ġdid ta' karru mill-vettura motorizzata tiegħu; il-manuvra għandha tinvolvi l-vettura li tirmonka li tkun ipparkjata biswit il-karru (i.e. mhux wara xulxin) (il-Kategoriji CE, C1E, DE, D1E biss).

8.2.2.

It-treġġigħ lura matul liwja, li r-rotta tagħha għandha titħalla fid-diskrezzjoni ta' l-Istati Membri.

8.2.3.

L-ipparkjar bla periklu ma rampa/pjattaforma tat-tagħbija jew ma' stalazzjoni simili (il-Kategoriji C, CE, C1, C1E biss).

8.2.4.

L-ipparkjar sabiex il-passiġġieri jitħallew jitilgħu jew jinżlu min fuq ix-xarabank bla periklu (il-Kategoriji D, DE, D1, D1E biss).

8.3.   Il-komportament fit-traffiku

L-applikanti għandhom jagħmlu l-azzjonijiet kollha li ġejjin f'sitwazzjonijiet normali tat-traffiku, kompletament bla periklu waqt li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha:

8.3.1.

Is-sewqan 'il barra mill-parkeġġ: wara l-ipparkjar, wara waqfa fit-traffiku; il-ħruġ minn awtostrada.

8.3.2.

Is-sewqan f'toroq dritti; il-passaġġ minn ma' vetturi ġejjin minn quddiem, inkluż fi spażji konfinati.

8.3.3.

Is-sewqan madwar liwjiet.

8.3.4.

Salib-it-toroq: l-avviċinament u l-qsim ta' salib it-toroq u junctions.

8.3.5.

Il-bdil fid-direzzjoni: id-dawran lejn ix-xellug u l-lemin; it-tibdil tal-korsija.

8.3.6.

L-avviċinament/il-ħruġ fuq awtostradi jew postijiet simili (jekk ikun hemm): ir-resqien lejn il-korsija ta' l-aċċelerazzjoni; it-tluq mill-korsija tad-deċelerazzjoni.

8.3.7

Is-sorpass/il-passaġġ: is-sorpass ta' traffiku ieħor (jekk ikun possibbli); is-sewqan maġenb l-ostakli, e.ż. karozzi parkjati; is-sorpass minn traffiku ieħor (jekk xieraq).

8.3.8.

Il-fatturi speċjali tat-toroq (jekk ikun hemm): ir-railway level crossings; il-waqfiet tat-tramm/tax-xarabank; il-pedestrian crossings; is-sewqan f'niżliet jew telgħat twal.

8.3.9.

It-teħid tal-prekawzjonijiet neċessarji kollha waqt l-inżul mill-vettura.

9.   L-għoti tal-marki fit-test ta' ħila u ta' komportament

9.1.

Għal kull sitwazzjoni ta' sewqan imsemmija hawn fuq, it-test għandu jirrifletti l-grad ta' faċilità li biha l-applikant juża l-kontrolli tal-vettura u l-ħila ppruvata tiegħu li jsuq fit-traffiku kompletament bla periklu. L-ezaminatur għandu jħossu moħħu mistrieħ matul it-test. L-iżbalji fis-sewqan jew il-komportament perikuluż li immedjatament jipperikolaw is-sigurtà tal-vettura tat-test, il-passiġġieri ta' ġo fiha jew lil dawk fit-triq għandhom jiġu ppenaliżżati billi t-test ifalli, kemm jekk l-eżaminatur, jew il-persuna li tkun tikkumpanjahom, ikollu jinterveni u kemm jekk le. Minkejja dan, l-eżaminatur għandu jkun liberu sabiex jiddeċiedi jekk it-test dwar il-ħiliet u l-komportament għandux jieqaf jew le.

L-eżaminaturi tas-sewqan iridu għandhom ikunu mħarrġa sabiex jivvalutaw b'mod korrett l-abbiltà ta' l-applikant sabiex isuq bla periklu. Ix-xogħol ta' ezaminaturi tas-sewqan irid ikun immonitorjat u ssorveljat, minn korp awtorizzat minn Stat Membru, sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni korretta u konsistenti tal-valutazzjoni tan-nuqqasijiet skond in-normi stabbiliti f'dan l-Anness.

9.2.

Matul il-valutazzjoni tagħhom, l-ezaminaturi tas-sewqan għandhom jagħmlu attenzjoni speċjali jekk l-applikant ikunx qiegħed juri komportament difensiv u soċjali fis-sewqan. Dan għandu jirrifletti l-istil globali tas-sewqan u l-ezaminatur tas-sewqan għandu jqis dan fl-impressjoni ġenerali dwar l-applikant. Din għandha tinkludi sewqan adattat u determinat (bla periklu), waqt li tqis il-kondizzjonijiet tat-triq u tat-temp, waqt li tqis traffiku ieħor, waqt li tqis l-interessi ta' dawk l-oħrajn li jużaw it-toroq (partikolarment dawk l-aktar vulnerabbli) u l-antiċipazzjoni.

9.3.

L-ezaminatur tas-sewqan għandu, barra minn hekk, iqis jekk l-applikant ikunx:

9.3.1.

Jikontrolla l-vettura sewwa; waqt li jitqiesu: l-użu korrett taċ-ċinturin tas-sigurtà, il-mirja li juru wara, il-kuxxinetti tar-ras; il-maqgħad; l-użu korrett tad-dwal u apparat ieħor; l-użu korrett tal-klaċċ, l-ingranaġġi, l-aċċeleratur, is-sistemi ta' l-ibbrejkjar (inkluża t-tielet sistema ta' l-ibbrejkjar, jekk ikun hemm), l-isteering; il-kontroll tal-vettura taħt diversi ċirkostanzi, b'diversi veloċitajiet; is-serjetà fit-triq; il-piż u d-dimensjonijiet u l-karatteristiċi tal-vettura; il-piż u t-tip tat-tagħbija (il-Kategoriji BE, C, CE, C1, C1E, DE, D1E biss); il-kumdità tal-passiġġieri (il-Kategoriji D, DE, D1, D1E biss) (ebda aċċelerazzjoni f'salt, sewqan bla skossi u ebda ibbrejkjar f'salt).

9.3.2.

Is-sewqan b'mod ekonomiku u tajjeb għall-ambjent, waqt li jittieħed in konsiderazzjoni d-dawran kull minuta, il-bdil ta' l-ingranaġġi, l-ibbrejkjar u l-aċċelerazzjoni (il-Kategoriji BE, C, CE, C1, C1E, D, DE, D1, D1E biss).

9.3.3.

L-osservazzjoni: l-osservazzjoni ta' kollox; l-użu korrett tal-mirja; il-vista għall-bogħod, għan-nofs, għal distanza ravviċinata.

9.3.4.

Il-prijorità: id-dritta: il-prijorità f'salib it-toroq, l-intersezzjonijiet u l-junctions; id-dritta f'okkazjonijiet oħra (e.ż. il-bdil tad-direzzjoni, il-bdil tal-korsiji, il-manuvri speċjali).

9.3.5.

Il-pożizzjoni korretta fit-triq: il-pożizzjoni kif suppost fit-triq, fit-trejqiet, madwar ir- roundabouts, madwar liwjiet, adattata għat-tip u l-karatteristiċi tal-vettura; it-teħid tal-pożizzjoni bil-quddiem.

9.3.6.

Iż-żamma tad-distanza: iż-żamma ta'distanza adegwata fuq quddiem u fuq il-ġenb; iż-żamma ta' distanza minn oħrajn li qed jużaw it-triq.

9.3.7.

Il-veloċità: li ma għandhiex tiskorri l-veloċità massima permissibbli; l-adattament tal-veloċità skond il-kondizzjonijiet tat-temp/tat-traffiku u fejn ikun xieraq sal-limiti nazzjonali tal-veloċità; is-sewqan b'veloċità tali li l-waqfien sa distanza tat-triq li tkun visibbli u bla ostakoli jkun possibli; l-adattament tal-veloċità għall-veloċità ġenerali bħal ta' dawk l-istess li jkunu jużaw it-triq.

9.3.8.

Id-dwal tat-traffiku, is-sinjali tat-toroq u indikazzjonijiet oħra: l-aġir korrett rigward id-dwal tat-traffiku,; il-konformità ma' l-istruzzjonijiet mill-kontrolluri tat-traffiku; l-aġir korrett dwar is-sinjali tat-toroq (il-proibizzjonijiet jew l-ordnijiet); it-teħid ta' azzjoni xierqa dwart il-marki tat-toroq.

9.3.9.

L-użu tas-sinjali: l-għoti tas-sinjali fejn ikun neċessarju, korrettament u fil-waqt; l-indikazzjoni tad-direzzjonijiet b'mod korrett; it-teħid ta' azzjoni xierqa rigward is-sinjali kollha li jsiru minn dawk l-oħrajn kollha li jużaw it-toroq.

9.3.10.

L-ibbrejkjar u l-waqfien: id-deċelerazzjoni fil-waqt, l-ibbrejkjar jew il-waqfien skond iċ-ċirkostanzi; l-antiċipazzjoni; l-użu tad-diversi sistemi ta' l-ibbrejkjar (għall-Kategoriji C, CE, D, DE); l-użu ta' sistemi ta' riduzzjoni tal-veloċità minbarra l-brejkijiet (għall-Kategoriji C, CE, D, DE biss).

10.   It-tul tat-test

It-tul tat-test u d-distanza misjuqa għandhom ikunu biżżejjed sabiex jiġu eżaminati l-ħiliet u l-komportament kif hemm stabbilit fil-paragrafu B ta' dan l-Anness. F'ebda ċirkostanzi l-ħin mgħoddi fis-sewqan fit-toroq ma għandu jkun anqas minn 25 minuta għall-Kategoriji A, A2, A1, B, B1 u BE u 45 minuta għall-Kategoriji l-oħra. Dan ma jinkludix ir-riċeviment ta' l-applikant, il-preparazzjoni tal-vettura, il-kontroll tekniku tal-vettura li għandu effett fuq is-sigurtà fit-triq, il-manuvri speċjali u t-tħabbir tar-riżultat tat-test prattiku.

11.   Il-post tat-test

Il-parti tat-test li teżamina l-manuvri speċjali tista' ssir fuq art speċjali għat-testijiet. Fejn ikun prattikabbli, dik il-parti tat-test fejn jiġi eżaminat il-komportament fit-traffiku għandha ssir f'toroq 'il barra mill-abitat, expressways u awtostradi (jew toroq simili), kif ukoll fuq kwalunkwe tip ta' toroq urbani (iż-żoni residenzjali, iż-żoni ta' 30 u 50 km/siegħa, expressways urbani) li għandhom jirrappreżentaw id-diversi tipi ta' diffikultajiet li x'aktarx jiltaqa' magħhom is-sewwieq. Hija ħaġa mixtieqa wkoll li t-test isir f'diversi kondizzjonijiet ta' densità tat-traffiku. Il-ħin mgħoddi fis-sewqan fit-toroq għandu jintuża bl-aħjar mod sabiex l-applikant eżaminat fid-diversi żoni traffikużi li wieħed jista' jiltaqa' magħhom, b'enfasi speċjali sabiex dawn il-postijiet jinbidlu.

II.   IL-KOMPETENZA, IL-ĦILA U L-KOMPORTAMENT SABIEX WIEĦED ISUQ VETTURA BIL-MUTUR

Is-sewwieqa tal-vetturi bil-mutur kollha għandhom f'kull ħin ikollhom il-kompetenza, il-ħiliet u l-komportament deskritti taħt il-punti minn 1 sa 9 hawn fuq, bil-għan li jkunu kapaċi sabiex:

Jagħrfu l-perikoli tat-traffiku u jqisu s-serjetà tagħhom,

Ikollhom kontroll suffiċjenti tal-vettura tagħhom sabiex ma joħolqux sitwazzjonijiet perikolużi u sabiex jirreaġixxu b'mod xieraq jekk sitwazzjonijiet bħal dawn iseħħu,

Iħarsu r-regolamenti tat-traffiku fit-toroq, u partikolarment dawk maħsuba sabiex jiprevenu l-aċċidenti fit-toroq u sabiex it-traffiku jibqa' miexi,

Jindunaw b'xi difetti tekniċi kbar fil-vettura tagħhom, partikolarment dawk li jistgħu jkunu ta' perikolu għas-siġurta, u jaraw li dawn jitranġaw kif suppost,

Jagħtu kas tal-fatturi kollha li jinċidu fuq il-komportament fis-sewqan (e.ż. l-alkoħol, l-għajja, il-vista ħażina, eċċ.) sabiex jibqgħu jużaw il-fakultajiet kollha meħtieġa għal sewqan bla periklu,

Jgħinu sabiex tiġi assigurata s-sigurtà għal dawk kollha li jużaw it-toroq, u partikolarment dawk l-aktar dgħajfa u l-aktar esposti billi juru rispett xieraq lejn l-oħrajn.

L-Istati Membri jistgħu jimplementaw il-miżuri xierqa sabiex jassiguraw li s-sewwieqa li jkunu tilfu l-kompetenza, il-ħiliet u l-komportament kif deskritti taħt il-punti minn 1 sa 9 ikunu jistgħu jiksbu din il-kompetenza u dawn il-ħiliet mill-ġdid u jkomplu juru dak il-komportament meħtieġ sabiex isuqu vettura b'mutur.


(1)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 1. Regolament kif imħassar mir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 561/2006.

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/56/KE ta' l-14 ta' Settembru 2000 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE fuq il-liċenzi tas-sewqan (ĠU L 237, 21.9.2000, p. 45).


ANNESS III

STANDARDS MINIMI TAS-SAĦĦA MENTALI U FIŻIKA SABIEX TINSAQ VETTURA B'MUTUR

DEFINIZZJONIJIET

1.

Għall-iskop ta' dan l-Anness, is-sewwieqa huma klassifikati f'żewġ gruppi:

1.1.

Grupp 1:

is-sewwieqa tal-vetturi tal-Kategoriji A, A1, A2, AM, B, B1 u BE

1.2.

Grupp 2:

is-sewwieqa tal-vetturi tal-Kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 u D1E.

1.3.

Il-leġislazzjoni nazzjonali tista' tipprovdi li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Anness għas-sewwieqa tal-Grupp 2 japplikaw għas-sewwieqa tal-vetturi tal-Kategorija B li jużaw il-liċenzja tas-sewqan tagħhom għal skopijiet professjonali (it-taxis, l-ambulanzi, eċċ.).

2.

Bl-istess mod, l-applikanti għall-ewwel liċenzja tas-sewqan jew għat-tiġdid ta' l-liċenzja tas-sewqan huma klassifikati fil-grupp li għalih jappartjienu ġaladarba tkun inħarġet jew iġġeddet il-liċenzja.

EŻAMIJIET MEDIĊI

3.

Grupp 1:

L-applikanti għandhom ikunu meħtieġa li joqogħdu għal eżami mediku jekk jidher, meta jkunu qegħdin jintemmu l-formalitajiet meħtieġa jew waqt it-testijiet li jkollhom joqogħdu għalihom qabel ma jiksbu l-liċenzja tas-sewqan, li għandom waħda jew aktar mid-diżabbiltajiet mediċi msemmija f'dan l-Anness.

4.

Grupp 2:

L-applikanti għandhom joqogħdu għal eżami mediku qabel ma tinħarġilhom għall-ewwel darba l-liċenzja tas-sewqan u wara dan is-sewwieqa jridu joqogħdu għal kontrolli kif jiġi stabbilit fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih għandu residenza legali kull meta tiġġedded il-liċenzja tas-sewqan tagħhom.

5.

L-istandards stabbiliti mill-Istati Membri għall-ħruġ u sussegwentement għat-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan jistgħu jkunu iktar stretti minn dawk stabbiliti f'dan l-Anness.

IL-VISTA

6.

L-applikanti kollha għal liċenzja tas-sewqan għandhom jgħaddu minn investigazzjoni xierqa sabiex jiġi żgurat li għandhom viżta ċara biżżejjed sabiex isuqu l-vetturi bil-mutur. Fejn ikun hemm raġuni ta' dubju jekk il-viżta ta' l-applikant hix adegwata, dan għandu jiġi eżaminat mill-awtorità medika kompetenti. F'dan l-eżami għandha tingħata attenzjoni b'mod partikolari għal dan li ġej: l-akutezza tal-viżta, il-firxa tal-viżta, il-viżta fiż-żerniq u fil-għabex u l-mard progressiv tal-għajnejn.

Għall-għan ta' dan l-Anness, il-lentijiet intra-okulari ma għandhomx jitqiesu bħala lentijiet korrettivi.

Grupp 1:

6.1.

L-applikanti għal liċenzja tas-sewqan jew għat-tiġdid ta' din il-liċenzja għandu jkollhom akutezza fil-viżta binokulari, bil-lentijiet korrettivi jekk metieġa, ta' mill-inqas 0,5 meta jintużaw iż-żewġ għajnejn flimkien. Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan jekk, waqt l-eżami mediku, jidher li l-viżta orizzontali hija ta' inqas minn 120o o, għajr fil-każijiet eċċezzonali ġġustifikati kif xieraq mill-opinjoni medika favorevoli u test prattiku pożittiv, jew li l-persuna interessata ssofri minn kull kondizzjoni oħra tal-għajnejn li tikkomprometti s-sewqan fis-sigurtà. Meta tinstab jew tiġi ddikjarata marda progressiva tal-għajnejn, jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu l-liċenzji tas-sewqan lill-applikant bla ħsara li joqgħod għal eżamijiet regolari mill-awtorità medika kompetenti.

6.2.

L-applikanti għal liċenzja tas-sewqan, jew sabiex iġeddu din il-liċenzja, li jkollhom telf funzjonali totali tal-viżta f'għajn waħda jew li jużaw għajn waħda biss (p.e. fil-każ tad- diplopja) irid ikollhom akutezza tal-viżta ta' mill-inqas 0,6, bil-lentijiet korrettivi jekk meħtieġa. L-awtorità medika kompetenti trid tiċċertifika li din il-kondizzjoni fil-viżta monokulari kienet ilha teżisti biżżejjed hekk li tippermetti l-addattament u li l-firxa tal-viżta f'din l-għajn hija normali.

Grupp 2:

6.3.

L-applikanti għal liċenzja tas-sewqan jew sabiex iġeddu din il-liċenzja jrid ikollhom akutezza tal-viżta, bil-lentijiet korrettivi jekk meħtieġa, ta' mill-inqas 0,8 fl-aħjar għajn u ta' l-inqas 0,5 fl-agħar għajn. Jekk jintużaw il-lentijiet korrettivi sabiex tinkiseb il-viżta b'valuri ta' 0,8 u 0,5, l-akutezza mhux korretta f'kull għajn trid tilħaq iż-0,05, jew inkella l-akutezza minima (taż-0,8 u taż-0,5) trid tinkiseb jew bil-korrezzjoni permezz ta' nuċċali b'qawwa ta' mhux aktar minn +/- 8 dijopteri jew bil-għajnuna tal-lentijiet tal-kuntatt (bil-viżta mhux korretta = 0,05). Il-korrezzjoni trid tkun ittollerata sewwa. Ma għandhomx jinħarġu liċenzji tas-sewqan jew jiġġeddu għall-applikazzjonijiet jew lis-sewwieqa ingħajr firxa normali tal-viżta binokulari jew li jbatu mid-diplopja.

IS-SMIGĦ

7.

Il-liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu lill-applikanti jew lis-sewwieqa fil-Grupp 2 skond l-opinjoni ta' l-awtoritàjiet mediċi kompetenti; fl-eżamijiet mediċi jrid jitqies b'mod partikolari il-għan għall-kumpens.

IN-NIES B'DIŻABBILTÀ LOKOMOTRIĊI

8.

Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jsofru minn ilmenti jew anormalitajiet tas-sistemi lokomotriċi li jagħmluha perikoluża għalihom li jsuqu vettura bil-mutur.

Grupp 1:

8.1.

Il-liċenzji tas-sewqan suġġetti għal ċerti restrizzjonijiet, jekk ikun hemm il-ħtieġa, jistgħu jinħarġu lill-applikanti jew lis-sewwieqa b'diżabbiltà fiżika wara l-għoti ta' opinjoni mill-awtorità medika kompetenti. Din l-opinjoni trid tkun imsejsa fuq evalwazzjoni medika ta' l-ilment jew l-anormalità fil-kwistjoni u, fejn ikun hemm il-ħtieġa, b'test prattiku. Trid tiġi indikata wkoll liema tip ta' modifika hi meħtieġa għall-vettura u jekk is-sewwieq għandux bżonn ikollu mezz ortopediku, safejn u sakemm it-test ta' ħila u ta' komportament juri li dan il-mezz tas-sewqan ma jkunx perikoluż.

8.2.

Il-liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu lil kull applikant li jsofri minn ilment progressiv bil-kondizzjoni li l-persuna b'diżabbiltà tiġi eżaminata b'mod regolari sabiex jiġi verifikat li għadha kapaċi ssuq f'sigurtà sħiħa.

Meta d-diżabbiltà tkun statika, il-liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu mingħajr ma l-applikant jiġi ssoġġettat għal eżami mediku regolari.

Grupp 2:

8.3.

L-awtorità medika kompetenti għandha tqis kif jixraq ir-riskji u l-perikoli addizzjonali involuti fis-sewqan tal-vetturi koperti bid-definizzjoni għal dan il-grupp.

IL-MARD KARDJOVASKOLARI

9.

Kull marda li kapaċi tesponi lil applikant għall-ewwel liċenzja tas-sewqan jew lil sewwieq li japplika għal tiġdid għal attakk għall-għarrieda fis-sistema kardjovaskolari hekk li jkun hemm indeboliment fil-funzjonijiet tal-moħħ tikkostitwixxi periklu għas-sigurtà fuq it-triq.

Grupp 1:

9.1.

Ma jistgħux jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li għandhom arritmija serja.

9.2.

Jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jkollhom pacemaker suġġett għall-opinjoni medika awtorizzata u ispezzjonijiet mediċi regolari.

9.3.

Il-kwistjoni jekk għandhiex tinħareġ jew tiġi mġedda liċenzja lil applikanti jew sewwieqa li jbatu minn pressjoni arterjali abnormali għandha tiġi deċiża b'referenza għar-riżultati l-oħra ta' l-eżami, għal kwalunkwe komplikazzjoni assoċjata u għall-periklu li dawn jistgħu jikkostitwixxu għas-sigurtà fit-toroq.

9.4.

Ġeneralment, ma għandhiex tinħareġ jew tiġġedded liċenzja tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jsofru minn anġina waqt li jkunu jistrieħu jew emozzjonati. Il-ħruġ jew it-tiġdid ta' l-liċenzja tas-sewqan lil kull applikant jew sewwieq li jkun għadda minn infart mijokardjali għandu jkun suġġett għal opinjoni medika awtorizzata u, jekk meħtieġ, ispezzjonijiet mediċi regolari.

Grupp 2:

9.5.

L-awtorità medika kompetenti għandha tqis kif jixraq ir-riskji u l-perikoli addizzjonali involuti fis-sewqan tal-vetturi koperti bid-definizzjoni għal dan il-grupp.

ID-DIABETES MELLITUS

10.

Jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lil applikanti jew sewwieqa li jbatu mid-diabete mellitus, sakemm is-sewwieq mhuwiex dipendenti fuq l-insulina jew f'każijiet fejn is-sewwieq huwa dipendenti fuq l-insulina (tip 1), jkun hemm awtorizzazzjoni medika.

Grupp 2:

10.1.

Liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu lil applikanti jew sewwieqa f'dan il-grupp li jbatu mid-dijabete (diabetes mellitus) u li jeħtieġu l-kura ta' l-insulina, u li huma ġġustifikati skond l-opinjoni medika awtorizzata. Huwa fid-dover tas-sewwieqa li jinnotifikaw l-awtoritajiet nazzjonali relevanti bi kwalunkwe kambjament fil-kundizzjoni taghhom.

IL-MARD NEWROLOĠIKU

11.

Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jbatu minn mard serju newroloġiku, għajr jekk l-applikalizzjoni tkun appoġġjata mill-opinjoni medika awtorizzata.

Id-disturbi newroloġiċi assoċjati ma' mard jew interventi kirurġiċi li jaffettwaw is-sistema nervuża ċentrali jew periferali, li jwasslu għal defiċjenzi sensorji jew motorili u li jaffettwaw il-bilanċ u l-koordinazzjoni, iridu jitqiesu kif jixraq fejn ikollhom x'jaqsmu ma' l-effetti funzjonali tagħhom u r-riskji tal-progressjoni. F'dawn il-każi, il-ħruġ jew it-tiġdid tal-liċenzja jistgħu jkunu suġġetti għal evalwazzjoni perjodika fil-każ tar-riskju ta' deterjorazzjoni.

12.

L-attakki epileptiċi jew disturbi għall-għarrieda fl-istat tal-konoxxenza jikkostitwixxu perikolu għas-sigurtà fuq it-triq jekk jiġru meta persuna tkun qiegħda ssuq vettura li taħdem bil-għajnuna ta' magna.

Grupp 1:

12.1.

Tista' tinħareġ jew tiġġedded liċenzja tas-sewqan suġġett għal eżami mediku mill-awtorità medika kompetenti u għal ispezzjonijiet mediċi regolari. L-awtorità għandha tiddeċiedi dwar l-istat ta' l-epilepsja jew tad-disturbi oħra tal-konoxxenza, il-għamla klinika tagħhom u l-progress (per eżempju, l-ebda attakki fl-aħħar sentejn), il-kura rċevuta u r-riżultati tagħha.

Grupp 2

12.2.

Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jbatu jew jistgħu jbatu minn attakki epileptiċi u disturbi oħra għall-għarrieda fl-istat tal-konoxxenza.

IL-MARD MENTALI

Grupp 1:

13.1.

Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jsofru minn:

disturbi mentali serji, sewwa jekk konġenitali, minħabba mard, trauma jew operazzjonijiet neurokirurġiċi, u sewwa jekk le,

ir-ritardazzjoni mentali severa,

problemi serji tal-komportament minħabba x-xjuħija; jew difetti fil-personalità li jwasslu għal indeboliment serju fil-ġudizzju, fil-komportament jew fl-adattabiltà,

għajr jekk l-applikazzjoni tagħhom tkun appoġġjata mill-opinjoni medika awtorizzata u, fejn meħtieġ, minn ispezzjonijiet mediċi regolari.

Grupp 2:

13.2.

L-awtorità medika kompetenti għandha tqis kif jixraq ir-riskji u l-perikoli addizzjonali involuti fis-sewqan tal-vetturi koperti bid-definizzjoni għal dan il-grupp.

L-ALKOL

14.

Il-konsum ta' l-alkol jikkostitwixxi perikolu maġġuri għas-sigurtà fuq it-triq. Minħabba d-daqs tal-problema, il-professjoni medika trid tkun viġilanti ħafna.

Grupp 1:

14.1.

Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lil applikanti jew sewwieqa li huma dipendenti fuq l-alkol jew li mhux kapaċi jieqfu mix-xorb u jsuqu.

Wara perjodu vverifikat taż-żmien ta' astinenza u suġġett għall-opinjoni medika awtorizzata u ispezzjonijiet mediċi regolari, il-liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu lill-applikanti jew lis-sewwieqa li fl-imgħoddi kienu dipendenti fuq l-alkol.

Grupp 2:

14.2.

L-awtorità medika kompetenti għandha tqis kif jixraq ir-riskji u l-perikoli addizzjonali involuti fis-sewqan tal-vetturi koperti bid-definizzjoni għal dan il-grupp.

ID-DROGI U L-PRODOTTI MEDIĊINALI

15.

L-Abbuż:

Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li huma dipendenti fuq sustanzi psikotropiċi jew li mhumiex dipendenti fuq dawn is-sustanzi iżda jabbużaw minnhom regolarment, tkun xi tkun il-kategorija tal-liċenzja mitluba.

L-użu regolari

Grupp 1:

15.1.

Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jużaw regolarment sustanzi psikotropċi, tkun xi tkun il-għamla tagħhom, li jistgħu jfixklu l-abbiltà tas-sewqan fis-sigurtà meta l-kwantitajiet assorbiti huma hekk li jkollhom effett avvers fuq is-sewqan. Dan għandu japplika għall-prodotti mediċinali l-oħra kollha jew għal-taħlit tal-prodotti mediċinali li jaffettwaw l-abbiltà tas-sewqan.

Grupp 2:

15.2.

L-awtorità medika kompetenti għandha tqis kif jixraq ir-riskji u l-perikoli addizzjonali involuti fis-sewqan tal-vetturi koperti bid-definizzjonijiet għal dan il-grupp.

IL-MARD FIL-KLIEWI

Grupp 1:

16.1.

Jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu l-liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jsofru min-nuqqas ta' funzjoni fil-kliewi suġġett għall-opinjoni medika awtorizzata u ispezzjonijiet mediċi regolari.

Grupp 2:

16.2.

Għajr f'każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif jixraq bl-opinjoni medika awtorizzata, u suġġett għal ispezzjonijiet mediċi regolari, ma jistgħux jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jbatu minn defiċjenza renali serja u minn defiċjenza renali irriversibbli.

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI

Grupp 1:

17.1.

Suġġett għall-opinjoni medika awtorizzata u, jekk meħieġa, ispezzjonijiet mediċi regolari, jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu l-liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li għandhom trapjant ta' organu jew trapjant artifiċjali li jaffettwa l-abbiltà fis-sewqan.

Grupp 2:

17.2.

L-awtorità medika kompetenti għandha tqis kif jixraq ir-riskji u l-perikoli addizzjonali involuti fis-sewqan tal-vetturi koperti mid-definizzjoni għal dan il-grupp.

18.

Bħala regola ġenerali, meta l-applikanti jew is-sewwieqa li jsofru minn kull diżordni li mhix imsemmija fil-paragrafu ta' qabel iżda x'aktarx tkun, jew tirriżulta fi, inkapaċità funzjonali li jaffettwaw is-sigurtà fis-sewqan, il-liċenzji tas-sewqan ma' għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu għajr jekk l-applikazzjoni tkun appoġġjata mill-opinjoni medika awtorizzata u, jekk hemm bżonn, tkun soġġetta għal ispezzjonijiet mediċi regolari.


ANNESS IV

STANDARDS MINIMI GĦAL PERSUNI LI JMEXXU EŻAMIJIET PRATTIĊI TAL-LIĊENZJI TAS-SEWQAN

1.   Kwalifiki meħtieġa għall-eżaminaturi tas-sewqan

1.1.

Persuna li tkun intitolata sabiex tistima l-kapaċità prattika tas-sewqan ta' applikant f'vettura għandha jkollha tagħrif, ħila u apprezzament relatati mas-suġġetti elenkati fil-punti 1.2 sa 1.6.

1.2.

Eżaminatur tas-sewqan għandu jkollu l-kwalifiki meħtieġa sabiex jistma l-kapaċità prattika tas-sewqan ta' applikant li jkun irid jikseb il-liċenzja tas-sewqan fil-kategorija koperta mit-test tas-sewqan.

1.3.

Tagħrif u fehma fir-rigward ta' sewqan u stima:

teorija tal-komportament tas-sewwieq;

rikonixxment tal-periklu u l-evitar ta' inċidenti;

konoxxenza tal-korp tar-rekwiżiti tat-test tas-sewqan;

regolamenti tat-traffiku tat-toroq, inkluż il-liġijiet komunitarji u nazzjonali u l-linji gwida ta' interpretazzjoni;

stima ta' teorija u prattika;

sewqan difensiv.

1.4.

Stima tal-ħiliet:

kapaċita li josserva, jmexxi u jistma b'mod preċiż il-kapaċità ta' applikant, fir-rigward partikolarment ta';

rikonoxximent korrett u sħiħ ta' sitwazzjonijiet ta' periklu;

identifikazzjoni preċiża tal-kawżi u konsegwenzi probabbli ta' tali sitwazzjonijiet;

ħila u rikonoxximent ta' żbalji;

konsistenza u koerenza ta' l-istima;

abbilta' sabiex tiġi assorbita malajr informazzjoni u konċentrazzjoni fuq punti ċentrali;

kapaċità li jiġu preveduti u rikonoxxuti problemi potenzjali u reazzjoni f'mod adattat sabiex dawn jiġu superati;

reazzjoni tempestiva u kostruttiva.

1.5.

Ħiliet personali ta' sewqan:

persuna li għandha liċenzja sabiex tmexxi eżami prattiku ta' liċenzja tas-sewqan f'kategorija partikolari għandha tkun kapaċi li ssuq vetturi f'dik il-kategorija f'livell konsistentement għoli.

1.6.

Kwalita' tas-servizz:

spjegazzjoni ta' x'inhu mistenni mill-kandidat u li din l-informazzjoni titwassal lill-klijent;

komunikazzjoni ċara, b'kontenut, stil u lingwa adatta għall-udjenza u l-kuntest u risposti għall-mistoqsijiet mill-kandidati;

risposti ċari dwar ir-riżultati tat-test;

trattament tal-kandidati kollha b'mod rispettuż u mingħajr diskriminazzjoni.

1.7.

Tagħrif dwar mekkanika u aspetti fiżiċi tal-vettura:

Tagħrif dwar mekkanika tal-vettura, li tkopri per eżempju l-isteering, it-tajers, il-brejkijiet u dwal, speċjalment f'muturi u vetturi li jġorru merkanzija tqila;

Irbit ta' tgħabija;

Tagħrif dwar aspetti tal-fiżika ta' vettura bħal veloċita', frizzjoni, dinamika u enerġija.

1.8.

Sewqan ekonomiku u favur l-ambjent.

2.   Kundizzjonijiet ġenerali

2.1.

Eżaminatur tas-sewqan tal-kategorija B:

(a)

għandu jkollu liċenzja tal-kategorija B għal mill-inqas tliet snin;

(b)

għandu jkollu għall-inqas 23 sena;

(ċ)

għandu jkollu l-kwalifika tal-bidu imsemmija fil-punt 3 u wara dan isegwi taħriġ perjodiku kif imsemmi fil-punt 4;

(d)

għandu jkun temm taħriġ professjonali li jwassal għall-kwalifika fil-klassi 3 skond it-tifsira tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/368/KEE tas-16 ta' Lulju 1985 dwar it-tqabbil tal-kwalifiki ta' taħriġ professjonali bejn l-Istati Membri u l-Komunità Ewropea (1);

(e)

ma għandux ikun impjegat fl-istess żmien bħala għalliem tas-sewqan kummerċjali fi skola tas-sewqan.

2.2.

Eżaminatur tas-sewqan għall-kategoriji l-oħrajn

(a)

għandu jkollu liċenzja tas-sewqan fil-kategorija konċernata;

(b)

għandu jkollu l-kwalifika tal-bidu imsemmija fil-punt 3 u wara dan isegwi iktar taħriġ perjodiku kull sena kif imsemmi fil-punt 4;

(ċ)

ikun ħadem għall-inqas tliet snin bħala eżaminatur tas-sewqan fil-kategorija B; dak il-perjodu jista' jitnaqqas b'sena jekk l-eżaminatur jipprovdi;

prova ta' mill-anqas ħames snin ta' esperjenza tas-sewqan fil-kategorija konċernata jew;

prova teoretika u prattika ta' sewqan ta' livell li jaqbeż il-kondizzjonijiet sabiex tiġi akkwistata liċenzja tas-sewqan u b'hekk tirrendi ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq superfluwi;

(d)

għandu jkun temm taħriġ professjonali li jwassal għall-kwalifika fil-klassi 3 skond it-tifsira tad-Deċiżjoni 85/368/KEE;

(e)

ma għandux ikun impjegat fl-istess żmien bħala għalliem tas-sewqan kummerċjali fi skola tas-sewqan.

2.3.   Ekwivalenzi

2.3.1.

L-Istati Membri jistgħu iħallu li eżaminatur imexxi testijiet tas-sewqan fil-Kategoriji AM, A1, A2 u A jekk huwa jkollu l-kwalifika tal-bidu meħtieġa għal dawk il-kategoriji skond il-punt 3.

2.3.2.

L-Istati Membri jistgħu iħallu li eżaminatur imexxi testijiet tas-sewqan fil-Kategoriji C1, C, D1 u D jekk huwa jkollu l-kwalifika tal-bidu meħtieġa għal dawk il-kategoriji skond il-punt 3.

2.3.3.

L-Istati Membri jistgħu iħallu li eżaminatur imexxi testijiet tas-sewqan fil-Kategoriji BE, C1E, CE, D1E u DE jekk huwa jkollu l-kwalifika tal-bidu meħtieġa għal dawk il-kategoriji skond il-punt 3.

3.   Kwalifika tal-bidu

3.1.   Taħriġ tal-bidu

3.1.1.

Qabel ma titħalla jmexxi testijiet tas-sewqan, persuna trid tkun temmet b'suċċess programm ta' taħriġ skond ir-regoli li jkunu stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat, sabiex jiġu akkwistati l-kwalifiki msemmija fil-punt 1.

3.1.2.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk il-kontenut ta' programm ta' taħriġ partikolari ikunx relevanti għal-liċenzja sabiex jitmexxew eżamijiet għal-liċenzja tas-sewqan f'kategorija waħda jew f'diversi kategoriji.

3.2.   Testijiet

3.2.1.

Qabel ma titħalla tmexxi testijiet tas-sewqan, persuna trid tipprova li għandha tagħrif suffiċjenti, li hija intiża, għandha l-ħiliet u kapaċità sabiex tkopri l-oqsma kollha msemmija fil-punt 1.

3.2.2.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu test ta' proċedura li sservi sabiex jiġi stabbilit b'mod xieraq minn perspettiva ta' taħriġ jekk il-persuna kkonċernata għandhiex il-kwalifiki msemmija fil-punt 1 u b'mod partikolari il-punt 1.4. It-test ta' proċedura għandu jinkludi elementi kemm teoretiċi kif ukoll prattiċi. Stima f'forma kompjuterizzata għandha tkun permessa fejn xieraq. Id-dettalji dwar in-natura u t-tul tat-testijiet individwali u stimi għall-finijiet tat-test għandu jkun mħolli fid-diskrezzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

3.2.3.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jekk il-kontenut ta' test partikolari huwiex relevanti għal-liċenzja sabiex jitmexxew testijiet tal-liċenzja tas-sewqan f'kategorija waħda jew f'diversi kategoriji.

4.   Kontroll tal-kwalita' u taħriġ kontinwu perjodiku

4.1.   Kontroll tal-kwalita'

4.1.1.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodi ta' kontrolli tal-kwalita' sabiex jippermettu li l-livell tar-rekwiżiti li japplikaw għall-eżaminaturi ikun miżmum.

4.1.2.

L-metodi tal-kontroll tal-kwalita' għandhom ikopru x-xogħol tal-eżaminaturi, it-taħriġ kontinwu tagħhom u tiġdid ta' liċenzji, l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom, u reviżjoni regolari tar-riżultati tat-testijiet tas-sewqan immexxija minnhom.

4.1.3.

Taħt il-metodi tal-kontroll tal-kwalita' imsemmija fil-punt 4.1.2 l-Istati Membri għandhom jaċċertaw li kull eżaminatur huwa kontrollat kull sena. Għandhom ukoll jaċċertaw li kull eżaminatur huwa kontrollat darba kull ħames snin meta jkun qed imexxi testijiet tas-sewqan għal total ta' minimu ta' nofs ġurnata, b'hekk numru ta' testijiet tas-sewqan jiġu kontrollati. Għal dan il-għan, il-kontrollur għandu jkun awtorizzat mill-Istat Membru kkonċernat.

4.1.4.

Fejn eżaminatur għandu liċenzja sabiex imexxi testijiet tas-sewqan f'iktar minn kategorija waħda, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li r-rekwiżiti tal-kontrolli rispettivi li japplikaw fid-diversi kategoriji jkunu sodisfatti jekk il-kontroll isir f' kategorija waħda biss.

4.1.5.

It-testijiet tas-sewqan għandhom ikunu osservati u kontrollati minn aġenzija awtorizzati għalhekk mill-Istati Membru konċernat, sabiex ikun assigurat li stimi isiru b'mod korrett u uniformi.

4.2.   Taħriġ perjodiku

4.2.1.

L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li, sabiex tinżamm il-liċenzja, mingħajr rigward għan-numru ta' kategoriji li għalihom tapplika, eżaminaturi jwettqu

total ta' mill-inqas erbat ijiem ta' taħriġ perjodiku regolari f'perjodu ta' sentejn sabiex:

ma jintilfux u jiġu aġġornati l-kompetenza u l-ħiliet meħtieġa ta' eżaminatur;

jiżviluppaw kompetenzi ġodda li jkunu saru meħtieġa sabiex iwettqu xogħolhom;

jassiguraw li l-eżaminatur ikompli jmexxi testijiet b'konformita ma' standard ġust u uniformi;

total ta' mill-inqas ħamest ijiem ta' taħriġ perjodiku kontinwu f'perjodu ta' ħames snin

sabiex jiżviluppaw u jżommu il-ħiliet prattiċi meħtieġa fis-sewqan.

4.2.2.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jassiguraw li eżaminaturi li, bħala riżultat tas-sistema ta' kontroll tal-kwalita', jirriżulta li għandhom bżonn serju ta' taħriġ speċjali, jagħmlu dan mingħajr dewmien.

4.2.3.

It-taħriġ perjodiku regolari jista' jkun fil-forma ta' konferenzi, istruzzjoni, jew komunikazzjoni ta' informazzjoni b'mezzi tradizzjonali jew kompjuterizzati, u jista' jingħata lil individwi jew gruppi. Fejn l-Istati Membri jaraw li hu xieraq, dan jista' jkopri tibdil fir-rekwiżiti stabbiliti.

4.2.4.

Jekk eżaminatur ikollu liċenzja sabiex imexxi testijiet tas-sewqan f'iktar minn kategorija waħda, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li r-rekwiżiti rispettivi ta' taħriġ kontinwu għall-eżaminaturi fir-rigward ta' diversi kategoriji ikun sodisfatt jekk ir-rekwiżiti imsemmija fil-punt 4.2.5 ikunu ntlaħqu.

4.2.5

Jekk eżaminatur ma jkunx mexxa testijiet f'kategorija partikolari matul sentejn, huwa għandu jerġa jgħaddi minn reviżjoni fil-mod xieraq qabel ma jitħalla jmexxi iktar testijiet fil-kategorija konċernata. Ir-reviżjoni tista' ssir billi jintlaħqu r-rekwiżiti msemmija fil-punt 4.2.1.

5.   Drittijiet akkwistati

5.1.

L-Istati Membri jistgħu jħallu persuni li, immedjatament qabel ma dawn id-dispożizzjonijiet daħlu fis-seħħ, akkwistaw liċenzji sabiex imexxu testijiet tas-sewqan, jkomplu jagħmlu dan, anke jekk ma jkunux akkwistaw liċenzja skond il-kundizzjonijiet ġenerali imsemmija fil-punt 2 jew il-proċedura tal-kwalifika tal-bidu imsemmija fil-punt 3.

5.2.

L-eżaminaturi kkonċernati għandhom, madankollu, ikunu suġġetti għal sorveljanza regolari u metodi ta' kontrolli tal-kwalita' imsemmija fil-punt 4.


(1)  ĠU L 199, 31.7.1985, p. 56.


ANNESS V

REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TAĦRIĠ U GĦALL-ITTESTJAR TA' SEWWIEQA GĦALL-KOMBINAZZJONIJIET KIF DEFINITI FIT-TIENI SUBPARAGRAFU TA' L-ARTIKOLU 4(4)(B)

1.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex:

japprovaw u jissorveljaw it-taħriġ previst fl-Artikolu 7(1)(d), jew

jorganizzaw it-test ta' ħila u ta' komportament previst fl-Artikolu 7(1)(d).

2.

Il-perjodu tat-taħriġ ta' sewwieqa:

mhux inqas minn seba' siegħat.

3.

Il-kontenut tat-taħriġ ta' sewwieqa:

It-taħriġ ta' sewwieq għandu jkopri l-kompetenza, il-ħiliet u l-komportament kif deskritti fil-punti 2 u 7 ta' l-Anness II. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil dawn li ġejjin:

id-dinamika tal-moviment tal-vetturi, il-kriterji ta' sigurtà, il-vettura-trattur u l-karru (il-mekkaniżmu li jagganċjahom ma' xulxin), it-tagħbija korretta u l-attrezzaturi ta' sigurtà;

Għandu jkun inkluż komponent prattiku li għandu jinkludi l-eżerċizzji li ġejjin: aċċelerazzjoni, deċelerazzjoni, treġġigħ lura, bbrejkjar, distanza tal-waqfien, bdil tal-karreġġjata, bbrejkjar/azzjoni evażiva, moviment tal-karru, sganċjar u gganċjar ta' karru minn u mal-vettura tiegħu, pparkjar.

Kull parteċipant fit-taħriġ għandu jagħmel il-komponent prattiku u għandu juri l-ħila u l-komportament tiegħu fit-toroq pubbliċi;

Il-kombinazzjonijiet ta' vetturi użati għat-taħriġ għandhom ikunu dawk li jinsabu fil-kategorija ta' sewqan li għaliha jkunu applikaw il-parteċipanti.

4.

Il-perjodu u l-kontenut tat-test ta' ħila u ta' komportament

It-tul tat-test u d-distanza vjaġġata għandhom ikunu suffiċjenti sabiex jiġu valutati l-ħiliet u l-komportament stabbiliti fil-punt 3.


ANNESS VI

REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TAĦRIĠ U GĦALL-ITTESTJAR TA' SEWWIEQA GĦALL-MUTURI TAL-KATEGORIJA ’A’ (AĊĊESS PROGRESSIV)

1.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex:

japprovaw u jissorveljaw it-taħriġ previst fl-Artikolu 7(1)(ċ), jew

jorganizzaw it-test ta' ħila u ta' komportament previst fl-Artikolu 7(1)(ċ).

2.

Il-perjodu tat-taħriġ ta' sewwieqa:

mhux inqas minn seba' siegħat.

3.

Il-kontenut tat-taħriġ ta' sewwieqa:

It-taħriġ ta' sewwieq għandu jinkludi l-aspetti kollha koperti fil-punt 6 ta' l-Anness II;

Kull parteċipant għandu jagħmel il-komponent prattiku tat-taħriġ u għandu juri l-ħila u l-komportament tiegħu fit-toroq pubbliċi;

Il-muturi użati għat-taħriġ għandhom ikunu dawk li jinsabu fil-kategorija ta' sewqan li għaliha jkunu applikaw il-parteċipanti.

4.

Il-perjodu u l-kontenut tat-test ta' ħila u ta' komportament

It-tul tat-test u d-distanza vjaġġata għandhom ikunu suffiċjenti sabiex jiġu valutati l-ħiliet u l-komportament stabbiliti fil-punt 3 ta' dan l-Anness.


ANNESS VII

Parti A

ID-DIRETTIVA MĦASSRA KIF SUĊĊESSIVAMENT EMENDATA

(imsemmija fl-Artikolu 17)

Direttiva tal-Kunsill 91/439/KE (1)

ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1

Direttiva tal-Kunsill 94/72/KE

ĠU L 337, 24.12.1994, p. 86

Direttiva tal-Kunsill 96/47/KE

ĠU L 235, 17.9.1996, p. 1

Direttiva tal-Kunsill 97/26/KE

ĠU L 150, 7.6.1997, p. 41

Direttiva tal-Kummissjoni 2000/56/KE

ĠU L 237, 21.9.2000, p. 45

Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 10, paragrafu 2 biss

ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4

Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Anness II, punt 24 biss

ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1

Parti B

LIMITI TA' ŻMIEN GĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI U GĦALL-APPLIKAZZJONI

(imsemmija fl-Artikolu 17)

Direttiva

Limitu taż-żmien għat-traspożizzjoni

Data ta' l-applikazzjoni

Direttiva 91/439/KEE

l-ewwel ta' Lulju 1994

l-ewwel ta' Lulju 1996

Direttiva 94/72/KE

-

1-ewwelta' Jannar 1995

Deċiżjoni 96/427/KE

-

16 ta' Lulju 1996

Direttiva 96/47/KE

l-ewwelta' Lulju 1996

l-ewwelta' Lulju 1996

Direttiva 97/26/KE

l-ewwel ta' Jannar 1998

l-ewwelta' Jannar 1998

Direttiva 2000/56/KE

30 ta' Settembru 2003

30 ta' Settembru 2003, 30 ta' Settembru 2008 (Anness II, punt 6.2.5) u 30 ta' Settembru 2013 (Anness II, punt 5.2)

Direttiva 2003/59/KE

10 ta' Settembru 2006

10 ta' Settembru 2008 (trasport ta' passiġġieri) u 10 ta' Settembru 2009 (trasport ta' merkanzija)


(1)  Id-Direttiva 91/439/KE kienet emendata wkoll mill-att li ġej, li ma ġiex imħassar: l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994 (ĠU L 241, 29.8.1994, p. 21).


ANNESS VIII

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Direttiva 91/439/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 1(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 1(1), it-tieni sentenza

-

-

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 1(1), it-tieni sentenza

Artikolu 2(2)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)

 

Artikolu 3(3)

 

-

Artikolu 2(4)

-

Artikolu 3(1), l-ewwelsubparagrafu, il-kliem introduttiv

Artikolu 4(1), l-ewwelsentenza

-

Artikolu 4(2), l-ewwel inċiż

-

Artikolu 4(2), it-tieniinċiż

Artikolu 3(1), l-ewwelsubparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 4(3), l-ewwel inċiż

Artikolu 3(1), l-ewwelsubparagrafu,it-tieniinċiż

Artikolu 4(4)(b), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(1), l-ewwelsubparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 4(4)(b), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(1), l-ewwelsubparagrafu, ir-raba' inċiż

Artikolu 4(4)(ċ)

Artikolu 3(1), l-ewwelsubparagrafu, il-ħames inċiż

Artikolu 4(4)(f)

Artikolu 3(1), l-ewwelsubparagrafu, is-sitt inċiż

Artikolu 4(4)(g)

Artikolu 3(1), l-ewwelsubparagrafu, is-seba' inċiż

Artikolu 4(4)(j)

Artikolu 3(1), l-ewwelsubparagrafu, it-tmien inċiż

Artikolu 4(4)(k)

Artikolu 3(2), l-ewwelsubparagrafu, il-kliem introduttiv

-

Artikolu 3(2), l-ewwelsubparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 4(3)(a)

Artikolu 3(2), l-ewwelsubparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 4(4)(a)

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 4(4)(d)

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, ir-raba' inċiż

Artikolu 4(4)(e)

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, il-ħames inċiż

Artikolu 4(4)(h)

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, is-sitt inċiż, il-kliem introduttiv

Artikolu 4(4)(i)

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, is-sitt inċiż, l-ewwel sub-inċiż

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż, it-tieni sub-inċiż

Artikolu 3(3), il-kliem introduttiv

Artikolu 3(3), l-ewwel inċiż

Artikolu 4(1), it-tielet sentenza

Artikolu 3(3),it-tieni inċiż, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(3), it-tieni inċiż

Artikolu 3(3), it-tieni inċiż, it-tieni subparagrafu

-

Artikolu 3(3), it-tielet inċiż

Artikolu 4(3), l-ewwel inċiż

Artikolu 3(3), ir-raba'inċiż

Artikolu 4(4), l-ewwel inċiż

Artikolu 3(3), il-ħamesinċiż

Artikolu 4(4), it-tieni inċiż

-

Artikolu 4(3)

Artikolu 3(4)

-

Artikolu 3(5)

-

Artikolu 3(6)

Artikolu 4(5), l-ewwel sentenza

Artikolu 4(5), it-tieni sentenza

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 5(1)(a)

Artikolu 6(1)(a)

Artikolu 5(1)(b)

Artikolu 6(1)(b)

Artikolu 5(2), il-kliem introduttiv

Artikolu 6(2), il-kliem introduttiv

Artikolu 5(2)(a)

Artikolu 6(2)(a)

Artikolu 5(2)(b)

Artikolu 6(2)(b)

-

Artikolu 6(2)(ċ)

-

Artikolu 6(2)(d)

-

Artikolu 6(2)(e)

-

Artikolu 6(2)(f)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(4)

Artikolu 6(4)

Artikolu 6(1), il-kliem introduttiv

Artikolu 4(1), it-tieni sentenza

Artikolu 6(1)(a), l-ewwel inċiż

Artikolu 4(3)(a), it-tielet inċiż

Artikolu 6(1)(a),it-tieni inċiż

Artikolu 4(4)(a), it-tieni inċiż

Artikolu 6(1)(b), l-ewwel inċiż

Artikolu 4(3)(b), it-tieni inċiż

Artikolu 4(3)(ċ), it-tieni inċiż

 

Artikolu 4(4)(b), il-ħames subparagrafu

Artikolu 6(1)(b), it-tieni inċiż, it-tieni alternattiva

Artikolu 4(4)(ċ), it-tieni inċiż

Artikolu 6(1)(b), it-tielet inċiż, l-ewwel u t-tieni alternattivi

Artikolu 4(4)(g), it-tieni inċiż

Artikolu 6(1)(b), it-tielet inċiż, it-tielet u r-raba' alternattivi

Artikolu 4(4)(e), it-tielet inċiż

Artikolu 7(1)(ċ), l-ewwel inċiż

Artikolu 6(1)(ċ), l-ewwel inċiż, l-ewwel u t-tieni alternattivi

Artikolu 4(4)(k), it-tieni inċiż

Artikolu 6(1)(ċ), l-ewwel inċiż, it-tielet u r-raba' alternattivi

Artikolu 4(4)(i), it-tieni inċiż

Artikolu 6(2)

Artikolu 4(6), l-ewwel subparagrafu

-

Artikolu 4(6), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(3)

Artikolu 4(6), it-tielet u r-raba' subparagrafi

Artikolu 7(1), il-kliem introduttiv

Artikolu 7(1), il-kliem introduttiv

Artikolu 7(1)(a)

Artikolu 7(1)(a)

-

Artikolu 7(1)(b)

-

Artikolu 7(1)(ċ)

-

Artikolu 7(1)(d)

Artikolu 7(1)(b)

Artikolu 7(1)(e)

Artikolu 7(2)

-

Artikolu 7(3)

-

-

Artikolu 7(2)

-

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(4)

Artikolu 7(4)

Artikolu 7(5)

Artikolu 7(5)(a)

Artikolu 7(5)(b)

Artikolu 7(5)(ċ)

Artikolu 7(5)(d)

Artikolu 7a(1)

-

Artikolu 7a(2)

Artikolu 8

Artikolu 7b

Artikolu 9

-

Artikolu 10

Artikolu 8

Artikolu 11

Artikolu 9

Artikolu 12

Artikolu 10

Artikolu 13(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 11

Artikolu 14

Artikolu 12(1)

-

Artikolu 12(2)

-

Artikolu 12(3)

Artikolu 15

-

Artikolu 16

Artikolu 13

Artikolu 17, l-ewwel subparagrafu

-

Artikolu 17, it-tieni subparagrafu

-

Artikolu 18

Artikolu 14

Artikolu 19

Anness I

-

Anness Ia

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

-

Anness IV

-

Anness V

-

Anness VI


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   DAĦLA

Il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha fil-21 ta' Ottubru 2003.

Fit-23 ta' Frar 2005, il-Parlament Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari.

Fit-18 ta' Settembru 2006 il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu skond l-Artikolu 251 tat-Trattat.

Fit-twettiq tal-ħidma tiegħu, il-Kunsill ħa kont ukoll ta' l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1).

II.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI

Il-pożizzjoni komuni tirrefletti l-eżitu ta' kuntatti informali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Kunsill. Għalkemm il-proposta ġiet ristrutturata biex issir aktar loġika u leġġibbli, fil-qofol il-pożizzjoni komuni żżomm l-elementi prinċipali kollha proposti mill-Kummissjoni.

Madankollu, ġew miftiehma ċerti modifiki, li jirreflettu tħassib imqajma mill-Parlament fl-ewwel qari tiegħu (jiġifieri l-kwistjoni ta' skambju obbligatorju tal-liċenzji eżistenti kollha) jew kwistjonijiet imqajma mill-Kunsill.

Il-pożizzjoni komuni, hekk kif tinsab illum, issegwi l-għan tat-tliet istituzzjonijiet li jifformulaw mill-ġdid id-Direttiva eżistenti u li jżidu d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jilħqu l-ħtiġiet ta' soċjetà mobbli ħafna f'Unjoni Ewropea mkabbra (jiġifieri tip wieħed ta' dokument fil-Komunità kollha) filwaqt li jiżdiedu l-miżuri kontra l-frodi u tittejjeb is-sigurtà fit-toroq. Il-pożizzjoni komuni għalhekk tindirizza l-kwistjonijiet ċentrali li ġejjin:

Ir-riklassifikazzjoni ta' tgħaqqid flimkien ta' vettura-trejler (art. 4.4.b et al.);

L-ordni fis-sistema ta' aċċess għal muturi (art. 4.3 et al.);

L-approċċ persuna unika liċenzja unika (art. 7.5 u art. 11.4);

Il-kwistjoni ta' l-iskambju obbligatorju tad-dokumenti tal-liċenzji tas-sewqan eżistenti kollha (art. 3.3 et al.).

(i)   Ir-riklassifikazzjoni ta' tgħaqqid flimkien ta' vettura-trejler

Rigward tgħaqqid flimkien ta' trejlers fil-kategorija B, il-Kummissjoni pproponiet li tmexxi t-tgħaqqid ma' trejlers 'il fuq minn 750 kg għall-kategorija BE. Il-Parlament u l-Kunsill ikkunsidraw tali dispożizzjoni bħala stretta wisq, meta wieħed iqis li numru konsiderevoli ta' trejlers “ħfief” għall-ikkampjar diġà jaqbżu tali limitu ta' piż minħabba d-disinn interjuri tagħhom. Madankollu, sabiex jintlaħqu tħassib rigward sigurtà fit-toroq u fl-istess waqt jiġi evitat piż addizzjonali għaċ-ċittadin, iż-żewġ ko-leġislaturi ddeċiedu li jintroduċu dispożizzjoni li tippermetti massa massima awtorizzata ta' 4 250 kg għal tgħaqqid ta' vettura u trejler fil-kategorija B. F'każ li tali tgħaqqid jaqbeż it-3 500 kg, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jeħtieġu taħriġ addizzjonali jew li wieħed jgħaddi minn test ta' ħiliet u mġieba jew it-tnejn. Il-ħtiġiet għat-taħriġ u t-test prattiku huma mniżżla f'Anness ġdid għad-Direttiva (Anness V).

B'din id-dispożizzjoni, u filwaqt li jiġu rispettati r-regoli ta' l-approvazzjoni tat-tip għal vetturi, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiżguraw li:

il-vettura trekter tibqa' fil-limitu ta' 3 500 kg,

il-massa massima eżistenti ta' 4 250 kg (3 500 kg + 750 kg) ma tinqabiżx,

filwaqt li t-tgħaqqid innifsu qed isir aktar flessibbli u trasparenti għaċ-ċittadin.

Fir-rigward tal-kategorija BE, iż-żewġ ko-leġislaturi qablu li jippermettu massa massima awtorizzata ta' 3 500 kg għat-trejler. Tgħaqqid b'vettura li tirmonka fil-kategorija B u trejler li jaqbeż it-3 500 kg jista' jiġi misjuq biss b'kategorija Ċ1E.

(ii)   L-ordni fis-sistema ta' aċċess għal muturi

Fid-dawl li tittejjeb is-sigurtà fit-toroq u li jinstab bilanċ bejn il-mobbiltà u s-sigurtà, it-tliet istituzzjonijiet laħqu ftehim dwar il-prinċipju ta' aċċess progressiv għal muturi u dwar l-età għar-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji. It-tliet istituzzjonijiet iddeċiedew ukoll li jintroduċu kategorija speċjali għal mopeds (kategorija AM), li għaliha tista' tinkiseb liċenzja mill-età ta' 16-il sena wara li wieħed jgħaddi minn test teoretiku. L-Istati Membri jistgħu jimponu ħtiġiet ulterjuri u jistgħu jiddeċiedu li jintegraw il-kategorija AM fil-filosofija ta' aċċess progressiv jekk jixtiequ.

Rigward it-titjib ulterjuri tas-sigurtà fit-toroq u t-tnaqqis tan-numru għoli ta' inċidenti fost sewwieqa tal-muturi żgħażagħ jew novizzi, il-Parlament u l-Kunsill segwew il-prinċipju tal-Kummissjoni ta' aċċess fi stadji (jew progressiv) għal muturi ta' speċifikazzjoni ogħla. Għalhekk, huma ffissaw età minima għal muturi fil-kategorija A1 (muturi ħfief) ta' 16-il sena u 18-il sena għal kategorija A2 (muturi ta' daqs/piż medju). Is-sentejn differenza għandha tiġi rispettata ukoll jekk Stat Membru jiddeċiedi li jagħti aċċess dirett għal kategorija A1 f'età ta' 17 jew 18-il sena biss. Jekk l-applikant ikun kiseb sentejn esperjenza fil-kategorija A1, huwa għandu jgħaddi minn test ta' ħiliet u mġieba jew itemm taħriġ sabiex isuq muturi fil-kategorija A2.

L-età minima għall-kategorija A (muturi tqal) hija ffissata għal 20 sena taħt il-kondizzjoni li l-applikant ikun kiseb sentejn esperjenza fuq mutur tal-kategorija A2 u għadda minn test ta' ħiliet u mġieba jew lesta taħriġ.

Għal aċċess dirett għall-muturi l-aktar qawwija, it-tliet istituzzjonijiet iddeċiedew li ma japplikawx il-filosofija ta' aċċess progressiv u li jistabbilixxu età minima ta' 24 sena fil-Komunità kollha, b'hekk jieħu kont tan-nuqqas ta' l-esperjenza ta' l-applikant.

(iii)   L-approċċ “persuna unika liċenzja unika”

Il-frodi fil-liċenzji tas-sewqan sar fenomenu magħruf sew fost l-awtoritajiet tal-pulizija ta' l-Istati Membri. Id-diversi tipi ta' frodi jvarjaw mit-traffikar tad-dokument innifsu, għall-kisba illegali ta' duplikati u l-kisba ta' liċenzja ġdida fi Stat Membru differenti filwaqt li wieħed ikollu projbizzjoni li jsuq fl-Istat Membru ta' “fejn joqgħod”.

Għalhekk, il-Parlament u l-Kunsill jappoġġaw bis-sħiħ l-approċċ tal-Kummissjoni ta' “persuna unika — liċenzja unika” sabiex jipprevjenu dawn it-tipi ta' frodi fil-futur. Il-pożizzjoni komuni tirrikonferma l-prinċipju li persuna waħda tista' żżomm biss liċenzja tas-sewqan waħda. Hija tintroduċi wkoll, flimkien mat-tiġdid amministrattiv regolari obbligatorju tad-dokument, dispożizzjonijiet ġodda li jobbligaw Stat Membru:

jirrifjuta li joħroġ liċenzja fejn jiġi stabbilit li l-applikant diġa għandu liċenzja tas-sewqan;

u, fir-rigward tal-ħruġ, is-sostituzzjoni, it-tiġdid jew l-iskambju ta' liċenzja tas-sewqan, jivverifikaw ma' Stati Membri oħra jekk ikun hemm motivi raġonevoli ta' suspett li l-applikant diġà jkollu liċenzja oħra tas-sewqan.

L-Istati Membri ser ikunu obbligati wkoll jirrifjutaw li joħorġu jew li jirrikonoxxu l-validità ta' liċenzja tas-sewqan lil persuna li jkollha liċenzja ristretta, sospiża jew irtirata fi Stat Membru ieħor.

Sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri u biex jiġu faċilitati l-kontrolli, it-tliet istituzzjonijiet qablu dwar il-ħolqien ta' network ta' komunikazzjoni għal-liċenzji tas-sewqan.

Il-pożizzjoni komuni, hekk kif tinsab, fiha standards minimi li jissalvagwardjaw livell għoli ta' protezzjoni tad-dokument tal-liċenzja tas-sewqan u dispożizzjoni li tippermetti Stat Membru li jinserixxi microchip fil-liċenzja.

(iv)   L-iskambju obbligatorju tad-dokument eżistenti kollha tal-liċenzji tas-sewqan

Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni introduċiet mudell ġdid ta' liċenzji tas-sewqan li għandu — fil-perijodu fit-tul — ikun l-uniku mudell fiċ-ċirkulazzjoni fil-Komunità kollha. Il-Kummissjoni ppreżentat dispożizzjonijiet li jintroduċu validità amministrattiva limitata għal-liċenzji l-ġodda kollha maħruġa wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Din il-validità amministrattiva limitata tkun applikabbli għall-kategoriji kollha ta' vetturi. Il-proposta tal-Kummissjoni ma pprovdietx għal skambju obbligatorju ta' liċenzji eżistenti.

Filwaqt li jaqblu mal-mudell Komunitarju l-ġdid tal-liċenzja tas-sewqan u mat-tiġdid obbligatorju tad-dokument, il-Parlament u l-Kunsill iddeċiedew li jimxu pass ulterjuri u li jiftiehmu dwar dispożizzjoni li tistipula li d-dokumenti kollha tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa qabel id-data ta' applikazzjoni tad-Direttiva attwali u li għadhom validi u fiċ-ċirkulazzjoni, ikollhom jiġu sostitwiti mill-mudell il-ġdid tal-liċenzja tas-sewqan mhux aktar tard minn 26 sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Billi jagħmlu dan, iż-żewġ ko-leġislaturi jiżguraw li — minn mument partikolari — ser jintuża mudell uniku tal-liċenzja tas-sewqan fil-Komunità kollha.

(v)   Kwistjonijiet oħrajn

Introduzzjoni ta' kriterju ta' qawwa/piż għal muturi ħfief

Wara dispożizzjoni proposta mill-Kummissjoni, iż-żewġ ko-leġislaturi qablu li jintroduċu proporzjon ta' qawwa/piż li ma jaqbiżx 0,1 kW/kg għal muturi ħfief (kategorija A1). Din il-miżura tipprevjeni l-kostruzzjoni ta' vetturi estremament ħfief b'possibbiltajiet ta' aċċelerazzjoni għolja u veloċità għolja, u b'hekk għandha effett konsiderevoli fuq is-sigurtà ta' sewwieqa tal-muturi żgħażagħ jew novizzi.

Karatteristiċi tekniċi ġodda għal muturi ta' piż medju

Sabiex jiġi evitat “downtuning” ta' muturi tqal, u b'hekk jitnaqqas ir-riskju ta' inċidenti, il-Parlament u l-Kunsill iddeċiedew li jsegwu l-proposta tal-Kummissjoni li jintroduċu dispożizzjoni ġdida għal muturi “A2” li tiddikjara li vetturi f'din il-kategorija ma jistgħux jiġu derivati minn vettura li għandha iżjed mid-doppju tal-qawwa tagħha.

Introduzzjoni ta' mudell ġdid tal-liċenzja tas-sewqan

Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni kontra l-frodi u jitnaqqas in-numru ta' mudelli ta' liċenzji fiċ-ċirkulazzjoni, il-Parlament u l-Kunsill iddeċiedew dwar it-tneħħija gradwali tal-mudell Komunitarju tal-liċenja tas-sewqan stampat fuq karti. Mad-dħul fis-seħħ tal-leġislazzjoni l-ġdida, l-uniku mudell Komunitarju tal-liċenzja tas-sewqan li jinħareġ għandu jkun dak stampat fuq karta tal-plastik, simili fil-forma u fid-daqs għal karti ta' kreditu, li jkun jippermetti aktar sigurtà għad-dokument u protezzjoni aħjar kontra kull tip ta' falsifikazzjoni.

Ħtiġiet minimi għal eżaminaturi tas-sewqan

Il-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti ma tipprovdix għal standards fissi dwar it-taħriġ u l-edukazzjoni ta' eżaminaturi tas-sewqan li jvarjaw b'mod wiesa' fl-Unjoni kollha. Għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi ħtiġiet minimi armonizzati għal eżaminaturi sabiex ir-riżultati tat-testijiet tas-sewqan ikunu kumparabbli fil-Komunità. Il-Parlament u l-Kunsill iddeċiedew li jsegwu lill-Kummissjoni u qablu dwar l-introduzzjoni ta' kondizzjonijiet bażiċi għad-dħul fil-professjoni ta' eżaminatur tas-sewqan u dwar l-istabbiliment ta' standards minimi għall-kwalifika inizjali u t-taħriġ regolari tagħhom. Tali dispożizzjonijiet armonizzati għandhom iwasslu wkoll għal żieda fis-sigurtà fit-toroq peress li ser jgħinu jmantnu l-ħiliet u l-esperjenza ta' l-eżaminaturi f'ambjent tekniku li jinbidel malajr.

III.   KONKLUŻJONI

Il-pożizzjoni komuni dwar din id-Direttiva żżomm l-elementi prinċipali tal-proposta tal-Kummissjoni, aġġustata b'mod bilanċjat u xieraq biex tirrefletti t-tħassib tal-Parlament u tal-Kunsill. Hija r-riżultat ta' kuntatti bejn it-tliet istituzzjonijiet involuti fil-qafas tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar arranġamenti prattiċi għall-proċedura ta' ko-deċiżjoni l-ġdida (2).

Il-Kunsill innota l-kontribut mogħti mill-president tal-Kumitat TRAN tal-Parlament, fil-kuntest ta' dawn il-kuntatti, biex dan it-test jiġi rakkomandat għal approvazzjoni mill-Parlament mingħajr emendi fit-tieni qari, u wara dan id-Direttiva tiġi meqjusa bħala li ġiet adottata skond il-pożizzjoni komuni.


(1)  ĠU C 112, 30.4.2004, p. 34. Il-Kumitat tar-Reġjuni ddeċieda li ma jagħtix opinjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni.

(2)  ĠU Ċ 148, 28.5.1999, p.1.


5.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/48


POŻIZZJONI KOMUNI (KE) NRU 24/2006

adottata mill-Kunsill fit-18 ta' Settembru 2006

bil-ħsieb li jadotta r-Rakkomandazzjoni 2006/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- … dwar il-protezzjoni tal-minuri u d-dinjità umana u dwar il-jedd tat-tweġiba b'relazzjoni mal-kompetittività ta' l-industrija ta' l-awdjo-viżiv Ewropew u l-informazzjoni on-line

(2006/C 295 E/02)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 157 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea (3) (“il-Karta”) fl-Artikolu 1 tiddikjara l-invjolabbiltà tad-dinjità umana, waqt li tipprovdi li għandha tkun irrispettata u protetta. L-Artikolu 24 tal-Karta jipprovdi li t-tfal għandhom id-dritt għal tali protezzjoni u kura kif huwa meħtieġ għall-benesseri tagħhom u li fl-azzjonijiet kollha relatati mat-tfal, kemm jekk meħudin minn awtoritajiet pubbliċi jew minn istituzzjonijiet privati, il-konsiderazzjoni primarja għandha tkun l-aħjar interess tat-tfal.

(2)

L-Unjoni Ewropea għandha tħaddem l-azzjoni politika tagħha biex tipprevjeni kwalunkwe forma ta' vjolazzjoni tal-prinċipju tar-rispett lejn id-dinjità umana.

(3)

Jeħtieġ li jiġu promulgati miżuri leġislattivi f'livell ta' l-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' l-iżvilupp fiżiku, mentali u morali ta' minuri f'relazzjoni mal-kontenut tas-servizzi kollha awdjoviżivi u ta' l-informazzjoni u l-protezzjoni ta' minuri kontra aċċess għal programmi u servizzi mhux xierqa maħsuba għall-adulti.

(4)

L-iżvilupp kostanti ta' teknoloġiji ġodda ta' informazzjoni u komunikazzjoni jagħmilha ħaġa urġenti għall-Komunità li tiżgura l-protezzjoni sħiħa u adegwata ta' l-interessi taċ-ċittadini f'dan il-qasam, min-naħa waħda billi tiggarantixxi t-twassil u l-provvista ħielsa ta' servizzi ta' l-informazzjoni, u, min-naħa l-oħra billi tiżgura li l-kontenut tagħhom ikun legali, jirrispetta l-prinċipju tad-dinjità umana u ma jtellifx l-iżvilupp ġenerali tal-minuri.

(5)

Il-Komunità diġà intervjeniet fil-qasam tas-servizzi awdjoviżivi u ta' l-informazzjoni biex toħloq il-kondizzjonijiet meħtieġa biex tiżgura l-moviment liberu ta' xandiriet televiżivi u servizzi oħrajn ta' informazzjoni, bi qbil mal-prinċipji ta' kompetizzjoni libera u l-libertà ta' l-espressjoni u l-informazzjoni, iżda hija għandha taġixxi b'determinazzjoni akbar f'dan il-qasam bl-għan li tadotta miżuri biex tipproteġi l-konsumaturi minn inċitament għal diskriminazzjoni bbażata fuq sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali u li tiġġieled kontra kwalunkwe tali diskriminazzjoni. Azzjonijiet bħal dawn għandhom joħolqu bilanċ bejn il-protezzjoni tad-drittijiet ta' l-individwu minn naħa waħda, u l-libertà ta' l-espressjoni min-naħa l-oħra, partikolarment f'dak li jirrigwarda r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri biex jiddefinixxu n-nozzjoni ta' inċitament għall-mibegħda jew għad-diskriminazzjoni skond il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u l-valuri morali.

(6)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/560/KE ta' l-24 ta' Settembru 1998 dwar l-iżvilupp tal-kompetittività ta' l-industrija Ewropea tas-servizzi awdjoviżivi u ta' l-informazzjoni bil-promozzjoni ta' l-oqfsa nazzjonali mmirati biex jilħqu livell komparabbli u effettiv ta' protezzjoni tal-minuri u d-dinjità umana (4) hija l-ewwel strument legali fil-livell Komunitarju li fil-premessa (5) jindirizza kwistjonijiet tal-protezzjoni tal-minuri u tad-dinjità umana f'relazzjoni mas-servizzi awdjoviżivi u ta' l-informazzjoni li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, kien x'kien il-mezz tat- twassil. L-Artikolu 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċertu dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fl- Istati Membri fir-rigward ta' l-eżerċitar ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (5) (“Direttiva dwar it-Televiżjoni mingħajr Fruntieri”) diġà indirizza speċifikament il-kwistjoni tal-protezzjoni tal-minuri u d-dinjità umana f'attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni.

(7)

Huwa ssuġġerit li l-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-implimentazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni meta jirrevedu, jinnegozjaw jew jikkonkludu ftehim ġodda ta' sħubija jew programmi ġodda ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, filwaqt li jżommu quddiem għajnejhom il-karattru globali tal-produtturi, distributuri jew fornituri ta' kontenut awdjoviżiv u l-aċċess għall-Internet.

(8)

Bid-Deċiżjoni Nru 276/1999/KE (6), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw pjan multi-annwali ta' Azzjoni Komunitarja dwar il-promozzjoni ta' użu aktar sigur ta' l-Internet permezz tal-ġlieda kontra kontenut illegali u ta' ħsara fuq networks globali (il-“Pjan ta' Azzjoni għal Internet Aktar Sigur”).

(9)

Id-Deċiżjoni Nru 1151/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) estendiet il-Pjan ta' Azzjoni għal Internet Aktar Sigur għal sentejn u emendat il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu biex tinkludi miżuri sabiex ikun inkoraġġut l-iskambju ta' informazzjoni u koordinazzjoni ma' l-atturi rilevanti fil-livell nazzjonali kif ukoll disposizzjonijiet speċjali għall-pajjiżi ta' l-adeżjoni.

(10)

Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċertu aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni, b'mod partikolari l-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (8) tiċċara ċerti kunċetti legali u tarmonizza ċerti aspetti sabiex tippermetti li s-servizzi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni jibbenefikaw bis-sħiħ mill-prinċipji tas-suq intern. Numru ta' disposizzjonijiet tad-Direttiva 2000/31/KE huma rilevanti wkoll għall-protezzjoni tal-minuri u d-dinjità umana, b'mod partikolari l-Artikolu 16(1)(e), skond liema l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu t-tfassil ta' kodiċi ta' kondotta rigward il-protezzjoni ta' minuri u d-dinjità umana.

(11)

Ix-xena tal-medja li tinbidel, minħabba teknoloġiji ġodda u innovazzjoni tal-medja, tagħmilha meħtieġ li t-tfal, kif ukoll il-ġenituri, l-għalliema u l-ħarrieġa, jiġu mgħallmin kif jużaw b'mod effettiv is-servizzi awdjoviżivi u ta' l-informazzjoni online.

(12)

B'mod ġenerali, l-awtoregolazzjoni tas-settur awdjoviżiv qed turi ruħha bħala miżura addizzjonali effikaċi, iżda ma hijiex suffiċjenti biex tipproteġi lill-minuri minn messaġġi b'kontenut ta' ħsara. L-iżvilupp ta' żona awdjoviżiva Ewropea bbażata fuq il-libertà ta' l-espressjoni u r-rispett tad-drittijiet taċ-ċittadini għandu jissejjes fuq djalogu kontinwu bejn il-leġislaturi nazzjonali u Ewropej, l-awtoritajiet regolatorji, l-industriji, l-assoċjazzjonijiet, iċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili.

(13)

Fil-konsultazzjoni pubblika dwar id-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 1997 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, minn regolamenti jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar l-eżerċizzju ta l-attivitajiet tax-xandir televiżivi (9), kien issuġġerit li l-ħtieġa ta' l-adozzjoni ta' miżuri relatati mal-litteriżmu medjatiku tkun inkluża fost is-suġġetti koperti mir-Rakkomandazzjoni 98/560/KE.

(14)

Il-Kummissjoni tħeġġeġ il-koperazzjoni u l-qsim ta' l-esperjenza u ta' l-aħjar prattiċi bejn korpi eżistenti awto-regolatorji jew ko-regolatorji, li jittrattaw l-iggradar jew l-ikklassifikar tal-kontenut awdjoviżiv, irrispettivament mill-mezzi li bihom jikkomunikawha, bil-ħsieb li jagħmluha possibbli għall-utenti kollha, iżda b'mod speċjali għall-ġenituri, l-għalliema u l-ħarrieġa, biex jirrapportaw kontenut illegali u jivvalutaw il-kontenut ta' servizzi awdjoviżivi u ta' informazzjoni online, kif ukoll kwalunkwe kontenut legali li jista' jagħmel ħsara lill-iżvilupp fiżiku,mentali jew morali tal-minuri.

(15)

Kif kien issuġġerit waqt il-konsultazzjoni pubblika rigward id-Direttiva 97/36/KE, huwa xieraq li d-dritt għal risposta jew rimedji ekwivalenti japplikaw għall-medja online, u li jitqiesu l-fatturi speċifiċi tal-mezz u s-servizz ikkonċernati.

(16)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Ottubru 1995 dwar l-immaġni ta' nisa u l-irġiel murija fir-riklamar u l-medja (10) tistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jieħdu miżuri adegwati biex jippromovu stampa diversifikata u realistika tal-kompetenzi u l-potenzjal tan-nisa u l-irġiel fis-soċjetà.

(17)

Meta ressqet il-proposta tagħha għal Direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi, il-Kummissjoni nnutat li l-immaġni tas-sessi fil-medja u fir-riklamar tqajjem kwistjonijiet importanti dwar il-protezzjoni tad-dinjità ta' l-irġiel u n-nisa iżda kkonkludiet li, fid-dawl ta' drittijiet fundamentali oħrajn, inklużi l-libertà u l-pluraliżmu tal-medja, ma jkunx xieraq li tindirizza dawn il-kwistjonijiet f'dik il-proposta iżda li għandha tikkunsidra dawn il-kwistjonijiet.

(18)

L-industrija tas-servizzi awdjoviżivi u ta' informazzjoni online għandha tkun inkoraġġuta f'livell ta' Stat Membru biex tevita u tiġġieled kwalunkwe tip ta' diskriminazzjoni bbażata fuq sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali f'tali medja u kull riklamar, inklużi tekniċi ġodda ta' riklamar, mingħajr ma jinkisru l-libertà ta' l-espressjoni jew ta' l-istampa.

(19)

Din ir-Rakkomandazzjoni tkopri żviluppi teknoloġiċi ġodda u tikkomplementa r-Rakkomandazzjoni 98/560/KE. Il-kamp ta' applikazzjoni tagħha, minħabba avvanzi teknoloġiċi, jinkludi servizzi awdjoviżivi u ta' informazzjoni online, magħmulin disponibbli għall-pubbliku permezz ta' networks elettroniċi fissi jew mobbli.

(20)

Xejn f'din ir-Rakkomandazzjoni ma jżomm lill-Istati Membri milli japplikaw id-disposizzjonjiet kostituzzjonali u l-liġijiet u l-prattiċi legali l-oħrajn tagħhom rigward il-libertà ta' l-espressjoni,

JIRRAKKOMANDAW DAN LI ĠEJ:

I.   L-Istati Membri, fl-interess tal-promozzjoni ta' l-iżvilupp ta' l-industrija tas-servizzi awdjoviżivi u dik ta' l-informazzjoni online, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-protezzjoni tal-minuri u d-dinjità umana fis-servizzi kollha awdjoviżivi u ta' l-informazzjoni online, billi:

1.

jikkunsidraw l-introduzzjoni ta' miżuri fil-liġijiet jew il-prattiċi domestiċi tagħhom rigward id-dritt għal risposta jew rimedji ekwivalenti f'relazzjoni mal-medja online, bil-konsiderazzjoni dovuta għad-disposizzjonijiet leġislattivi domestiċi u kostituzzjonali tagħhom, u bla ħsara għall-possibbiltà li tkun adattata l-manjiera kif jiġi eżerċitat sabiex jittieħed kont tal-partikolaritajiet ta' kull tip ta' mezz;

2.

jippromwovu, sabiex jinkoraġġixxu l-użu ta' żviluppi teknoloġiċi, flimkien u b'mod konsistenti ma' miżuri legali u miżuri oħrajn eżistenti dwar is-servizzi tax-xandir, u f'koperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati:

a)

azzjoni biex jagħmluha possibbli għall-minuri li jagħmlu użu responsabbli mis-servizzi awdjoviżivi u ta' informazzjoni online, notevolment billi jtejbu l-livell tal-kuxjenza fost il-ġenituri, l-għalliema u l-ħarrieġa tal-potenzjal tas-servizzi l-ġodda u tal-mezzi li permezz tagħhom dawn jistgħu jkunu siguri għall-minuri, b'mod partikolari permezz tal-litteriżmu tal-medja jew programmi ta' edukazzjoni dwar il-medja u pereżempju b'taħriġ kontinwu fl-edukazzjoni skolastika,

b)

azzjoni biex jiffaċilitaw, fejn xieraq u meħtieġ, l-identifikazzjoni ta', u l-aċċess għal, kontenut ta' kwalità u servizzi għal minuri, inkluż permezz tal-provvista ta' mezzi ta' aċċess fi stabbilimenti edukattivi u postijiet pubbliċi,

ċ)

azzjoni biex jinformaw aktar liċ-ċittadini dwar il-possibbiltajiet offruti mill-Internet;

eżempji ta' azzjonijiet possibbli rigward il-litteriżmu medjatiku jingħataw fil-qosor fl-Anness II;

3.

jippromwovu attitudni responsabbli min-naħa ta' professjonisti, intermedjarji u utenti tal-medja ġodda tal-komunikazzjoni bħalma huwa l-Internet billi:

a)

iħeġġu l-industrija tas-servizzi awdjoviżivi u ta' l-informazzjoni online, mingħajr ma jiksru l-libertà ta' l-espressjoni jew ta' l-istampa, biex tevita d-diskriminazzjoni kollha bbażata fuq sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali, fis-servizzi kollha awdjoviżivi jew ta' informazzjoni online, u biex tikkumbatti tali diskriminazzjoni;

b)

jinkoraġġixxu viġilanza u r-rapportar ta' paġni kkonsidrati illegali, bla ħsara għad-Direttiva 2000/31/KE;

ċ)

ifasslu kodiċi ta' mġieba f'kooperazzjoni ma' professjonisti u awtoritajiet regolatorji f'livell nazzjonali u Komunitarju;

4.

jippromwovu miżuri biex jiġġieldu l-attivitajiet illegali kollha ta' ħsara lill-minuri fuq l-Internet u jagħmlu mill-Internet medja aktar sigur; tista' tingħata konsiderazzjoni fost oħrajn lill-miżuri li ġejjin:

a)

tkun adottata tikketta ta' kwalità għal fornituri ta' servizz, sabiex l-utenti ikunu jistgħu jiċċekkjaw b'mod faċli jekk fornitur involut josservax kodiċi ta' kondotta,

b)

jistabbilixxu mezzi xierqa għar-rappurtar ta' attivitajiet illegali u/jew suspettużi fuq l-Internet.

II.   L-industrija tas-servizzi awdjoviżivi u ta' l-informazzjoni online u partijiet oħra kkonċernati:

1.

jiżviluppaw miżuri pożittivi għall-benefiċċju tal-minuri, inkluż inizjattivi biex jiġi ffaċilitat aċċess usa' għal servizzi awdjoviżivi u ta' l-informazzjoni online, filwaqt li jevitaw kontenut potenzjalment dannuż per eżempju permezz ta' sistemi ta' filtrazzjoni. Tali miżuri jistgħu jinkludu armonizzazzjoni permezz ta' kooperazzjoni bejn korpi regolatorji, awto-regolatorji u ko-regolatorji ta' l-Istati Membri, u permezz ta' l-iskambju ta' l-aħjar prattiki rigward kwistjonijiet bħal sistema ta' simboli deskrittivi komuni jew messaġġi ta' twissija li jindikaw il-kategorija ta' l-età u/jew liema aspetti tal-kontenut ikunu wasslu għal ċerta rakkomandazzjoni ta' età, li kieku jgħinu lill-utenti biex jevalwaw il-kontenut tas-servizzi awdjoviżivi u ta' l-informazzjoni online. Dan jista' jseħħ, per eżempju, permezz ta' l-azzjonijiet kif deskritti fil-qosor fl-Anness III;

2.

tiġi eżaminata l-possibbiltà li jinħolqu filtri li jkunu jistgħu jipprevjenu informazzjoni li toffendi d-dinjità umana milli tgħaddi mill-Internet;

3.

jiżviluppaw miżuri biex iżidu l-użu ta' sistemi ta' tikkettar tal-kontenut għal materjal distribwit permezz ta' l-Internet;

4.

jikkunsidraw mezzi effettivi ta' kif jevitaw u jiġġieldu diskriminazzjoni bbażata fuq sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali fis-servizzi awdjoviżivi u ta' l-informazzjoni online u ta' kif jippromwovu stampa diversifikata u realistika tal-kompetenzi u l-potenzjal ta' l-irġiel u n-nisa fis-soċjetà.

JINNUTAW LI L-KUMMISSJONI:

1.

bi ħsiebha tippromwovi, f'relazzjoni mal-programm Komunitarju pluriennali 2005-2008 dwar il-promozzjoni ta' l-użu aktar sigur ta' l-Internet u ta' teknoloġiji online ġodda, azzjonijiet ta' informazzjoni mmirati lejn iċ-ċittadini fl-Ewropa kollha bl-użu tal-mezzi kollha tal-medja ta' komunikazzjoni, biex jinfurmaw lill-pubbliku dwar il-benefiċċji u r-riskji possibbli ta' l-Internet, kif jużah b'responsabbiltà u sigurtà, kif iressaq ilmenti u kif jattiva l-kontroll mill-ġenituri. Kampanji speċifiċi jistgħu jkunu mmirati lejn gruppi ta' mira bħal skejjel, assoċjazzjonijiet tal-ġenituri u utenti;

2.

bi ħsiebha tesplora l-possibbiltà li tintroduċi numru tat-telefon Ewropew bla ħlas jew li testendi servizz eżistenti biex tgħin lill-utenti ta' l-Internet billi tidderiġihom lejn mekkaniżmi ta' ilmenti u riżorsi ta' informazzjoni disponibbli u tipprovdi l-informazzjoni għall-ġenituri dwar l-effikaċja tas-software għal filtrazzjoni;

3.

bi ħsiebha tesplora l-possibbiltà li tappoġġja l-istabbiliment ta' isem ta' domain ġeneriku tat-tieni livell li jkun irriservat għal siti mmonitorjati li jkunu impenjati li jirrispettaw lill-minuri u d-drittijiet tagħhom bħal.KID.eu;

4.

tkompli żżomm ħaj djalogu kostruttiv u kontinwu ma' l-organizzazzjonijiet tal-fornituri tal-kontenuti, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-partijiet kollha kkonċernati;

5.

bi ħsiebha tiffaċilita u tappoġġja l-formazzjoni ta' networks minn korpi awto-regolatorji u l-iskambju ta' l-esperjenza bejniethom, sabiex ikunu evalwati l-effikaċja ta' kodiċijiet ta' mġiba u l-approċċi bbażati fuq l-awtoregolazzjoni biex ikunu żgurati l-ogħla standards possibbli tal-protezzjoni tal-minuri;

6.

bi ħsiebha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, abbażi ta' informazzjoni fornuta mill-Istati Membri, rapport dwar l-implimentazzjoni u l-effikaċja tal-miżuri speċifikati f'din ir-Rakkomandazzjoni, u li tirrevedi din ir-Rakkomandazzjoni jekk u meta jkun hemm il-ħtieġa.

Magħmula fi …, …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 221, 8.9.2005, p. 87.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Settembru 2005. (ĠU C 193 E, 17.8.2006, p. 217), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' 18 ta' Settembru 2006 u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' … (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.

(4)  ĠU L 270, 7.10.1998, p. 48.

(5)  ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, 30.7.1997, p. 60).

(6)  Deċiżjoni Nru 276/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Jannar 1999 li tadotta pjan ta' azzjoni multi-annwali tal-Komunità li jħeġġeġ użu aktar sigur tal-Internet u li jiġġieled il-kontenut illegali u ta' ħsara fin-networks globali (ĠU L 33, 6.2.1999, p. 1). Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 787/2004/KE (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 12).

(7)  Deċiżjoni Nru 1151/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 li temenda d-Deċiżjoni Nru 276/1999/KE li tadotta pjan tal-Komunità multiannwali dwar il-promozzjoni tal-użu aktar fiż-żgur tal-Internet għall-ġlieda kontra kontenut illegali u ta' ħsara fuq networks globali (ĠU L 162, 1.7.2003, p. 1).

(8)  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(9)  ĠU L 202, 30.7.1997, p. 60.

(10)  ĠU C 296, 10.11.1995, p. 15.


ANNESS I

LINJI GWIDA INDIKATTIVI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI, FUQ LIVELL NAZZJONALI, TA' MIŻURI FIL-LIĠI JEW IL-PRATTIKA NAZZJONALI SABIEX JIĠI ŻGURAT ID-DRITT TA' TWEĠIBA JEW RIMEDJI EKWIVALENTI FIR-RIGWARD TAL-MEDJA ONLINE

Objettiv: l-introduzzjoni ta' miżuri fil-liġi jew fil-prattika nazzjonali ta' l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat id-dritt għal risposta jew rimedji ekwivalenti f'relazzjoni mal-medja online, bil-konsiderazzjoni dovuta għad-disposizzjonjiet nazzjonali u kostituzzjonali tagħhom u bla ħsara għall-possibbiltà li l-eżerċizzju tiegħu jkun addattat għall-karatteristiċi partikolari ta' kull tip ta' mezz.

It-terminu “mezz” jirreferi għal kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni għad-disseminazzjoni lill-pubbliku ta' informazzjoni editjata online bħalma huma gazzetti, rivisti, ir-radju, it-televiżjoni u s-servizzi ta' l-aħbarijiet ibbażati fuq l-Internet.

Bla ħsara għal disposizzjonjiet oħrajn adottati mill-Istati Membri skond il-liġi ċivili, amministrattiva jew kriminali, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament min-nazzjonalità tagħha, li l-interessi leġittimi tagħha, b'mod partikolari, iżda mhux limitata għal dawn, ir-reputazzjoni u l-isem tajjeb, ġew affetwati b'asserzjoni ta' fatti f'pubblikazzjoni jew trasmissjoni għandu jkollhom id-dritt għal tweġiba jew rimedji ekwivalenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eżerċizzju effettiv tad-dritt għal tweġiba jew rimedji ekwivalenti ma jkunx imfixkel bl-impożizzjoni ta' pattijiet jew kondizzjonijiet irraġonevoli.

Id-dritt ta' tweġiba jew rimedji ekwivalenti għandhom jeżistu fir-rigward tal-medja online taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu d-dritt ta' tweġiba jew rimedji ekwivalenti u għandhom jiddeterminaw il-proċedura li għandha tiġi segwita għall-eżerċizzju tagħhom. B'mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li jiġi allokat perijodu suffiċjenti ta' żmien u li l-proċeduri huma tali li d-dritt ta' tweġiba jew rimedji ekwivalenti jistgħu jiġu eżerċitati kif xieraq minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi residenti jew stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.

Id-dritt għal tweġiba jista' jiġi żgurat mhux biss permezz ta' leġislazzjoni, iżda wkoll permezz ta' miżuri ko-regolatorji jew awto-regolatorji.

Id-dritt għal tweġiba huwa rimedju partikolarment xieraq fl-ambjent online minħabba li jippermetti risposta immedjata lil informazzjoni kkontestata u huwa teknikament faċli li r-risposti tal-persuni affettwati jkunu annessi. Madankollu, it-tweġiba għandha ssir fi żmien raġonevoli wara li t-talba tkun ġiet sostanzjata u fi żmien u b'manjiera xierqa għall-pubblikazzjoni jew it-trasmissjoni li t-talba tirreferi għaliha.

Għandu jkun hemm provvediment għal proċeduri li bihom tilwim dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta' tweġiba jew rimedji ekwivalenti jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni mill-qrati jew korpi indipendenti simili.

Applikazzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt ta' tweġiba jew rimedji ekwivalenti tista' tkun miċħuda jekk il-kwerelant ma għandux interess leġittimu fil-pubblikazzjoni ta' tali tweġiba, jew jekk it-tweġiba kieku tkun tinvolvi att punibbli, tpoġġi lill-fornitur tal-kontenut f'pożizzjoni li jistgħu jittieħdu proċedimenti tad-dritt ċivili kontrih jew tikser standards ta' diċenza pubblika.

Id-dritt għal risposta huwa bla ħsara għal rimedji oħrajn li jkunu disponibbli għal persuni li d-dritt tagħhom għad-dinjità, l-unur, ir-reputazzjoni jew il-privatezza jkun inkiser mill-medja.


ANNESS II

Eżempji ta' azzjonijiet possibbli rigward il-litteriżmu medjatiku:

a)

it-tkomplija ta' l-edukazzjoni ta' l-għalliema u l-ħarrieġa, flimkien ma' l-assoċjazzjonijiet għall-protezzjoni tat-tfal, dwar kif jużaw l-Internet fil-kuntest ta' l-edukazzjoni skolastika sabiex jinżammu konxji tar-riskji possibbli ta' l-internet b'attenzjoni speċjali għal chatrooms u fora;

b)

l-introduzzjoni ta' taħriġ speċifiku dwar l-Internet immirat għal tfal minn età żgħira ħafna, inklużi sezzjonijiet miftuħa għall-ġenituri;

ċ)

approċċ edukattiv integrat li jifforma parti mill-kurrikuli skolastiċi u programmi ta' litteriżmu medjatiku, sabiex jipprovdi informazzjoni dwar l-użu responsabbli ta' l-Internet;

d)

l-organizzazzjoni ta' kampanji nazzjonali mmirati lejn iċ-ċittadini, li jinvolvu l-medja kollha komunikattivi, biex jipprovdu informazzjoni dwar l-użu responsabbli ta' l-Internet;

e)

id-distribuzzjoni ta' pakketti informattivi dwar ir-riskji possibbli ta' l-Internet (“kif tisserfja l-Internet fis-sigurtà”, “kif tiffiltra messaġġi li ma tridhomx”) u dwar l-istabbiliment ta' hotlines li lilhom jistgħu jkunu indirizzati rapporti jew ilmenti dwar kontenut ta' ħsara jew li jkun illegali;

f)

miżuri adegwati biex jistabbilixxu jew itejbu l-prestazzjoni ta' hotlines telefoniċi, sabiex jiffaċilitaw it-tressiq ta' lmenti u jagħmlu possibbli li jkun rappurtat kontenut ta' ħsara jew li jkun illegali.


ANNESS III

Eżempji ta' azzjonijiet possibbli mill-industriji u l-partijiet ikkonċernati għall-benefiċċju tal-minuri:

a)

provvediment sistematiku lill-utenti ta' sistema ta' filtrazzjoni effettiva, aġġornabbli u ta' użu faċli meta jabbonaw għand fornitur ta' l-aċċess;

b)

offerta ta' aċċess għal servizzi speċifikament intenzjonati għat-tfal u mogħnija b'sistemi ta' filtrazzjoni awtomatika operata minn fornitur ta' l-aċċess u minn operaturi tat-telefonija ċellulari;

ċ)

introduzzjoni ta' inċentivi biex jipprovdu deskrizzjoni regolarment aġġornata tas-siti disponibbli, li jagħmilha aktar faċli biex ikunu kklassifikati siti u jsir aċċess għall-kontenut tagħhom,

d)

it-tqegħid ta' banners f'magni għar-riċerka li jiġbdu l-attenzjoni għad-disponibbiltà kemm ta' informazzjoni dwar l-użu responsabbli ta' l-Internet kif ukoll ta' hotlines telefoniċi.


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   L-INTRODUZZJONI

1.

On 30 April 2004 the Commission submitted to the European Parliament and to the Council a proposal for a recommendation, based on Article 157 of the EC Treaty, on the protection of minors and the right of reply in relation to the competitiveness of the audiovisual and information services industry.

2.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-pinjoni tiegħu fil-15 ta' Diċembru 2005.

3.

Il-Parlament Ewropew ta l-Opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fl-20 ta' April 1994.

4.

Il-Kummissjoni ssottomettiet proposta emendata fis-26 ta' Awissu 2005.

5.

Fit-18 ta' Settembru 2006, il-Kunsill adotta l-posizzjoni komuni tiegħu skond l-Artikolu 251(2) tat-Trattat.

II.   OBJETTIV

The proposal follows up on Council Recommendation 98/560/EC of 24 September 1998 (1), the first legal instrument at EU level which addresses issues of protection of minors and human dignity in relation to audiovisual and information services.

The proposed Recommendation calls on the Member States, industry and interested parties and the Commission to enhance the protection of minors and to respect human dignity in both the broadcasting sector and on the internet. It proposes that Member States consider the introduction of measures concerning the right of reply in relation to on-line media. The following issues are addressed by the draft Recommendation:

media literacy;

rating or classification of audiovisual content;

portrayal of the sexes in media and advertising;

right of reply.

III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI

1.   Kummenti ġenerali

The Council's common position retains the main elements of the Commission's original proposal. The main changes introduced by the Council aim to further refine the scope of the Recommendation. The Council has thus specified that the Recommendation covers “audiovisual and online information services” rather than “audiovisual and information services”, and has differentiated the scope of the right of reply, which applies to online media, from the wider scope of the part of the Recommendation dealing with the protection of minors.

2.   Emendi tal-Parlament Ewropew

The Council has sought in its common position to take account of the European Parliament's concerns and priorities and was able to accept most of Parliament's amendments.

The Council accepted in full, in part or in principle, as did the Commission in its amended proposal, amendments 1, 2, 4, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 15, 16, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 28, 29, 30, 31, 33, 35, 36, 37 and 38.

The Council wishes to make the following comments on those amendments where its position slightly diverges from the Commission's modified proposal.

Regarding amendments 23 and 29, the Council has followed the approach taken by the Commission, i.e. some parts of the respective amendments were transferred — in the form of examples of possible actions to be taken in order to achieve the stated aims of the Recommendation — to annexes. It has, however, reinserted some elements considered important by the European Parliament in the body of the Recommendation, in order to further approximate positions with Parliament.

Likewise, whilst trying to avoid the introduction of a burdensome reporting obligation, the Council was able to accept the spirit of amendments 35 and 36, to meet Parliament's concerns that follow-up be ensured.

The Council was unable to accept the part of amendment 37 replacing the term “indicative guidelines” by “minimum principles” in the section relating to the right of reply, as this term was considered excessive in the context of a recommendation.

Regarding amendment 26, last indent, the Council took the view that it was preferable not to focus exclusively on the establishment of a single telephone hotline when envisaging the possible means of reporting illegal or suspicious activities on the Internet, and has retained a more open-ended wording.

The Council has followed the line taken by the Commission in its amended proposal and did not include amendments 3, 5, 13, 27, 32 and 34 in its common position.

IV.   KONKLUŻJONI

Il-Kunsill iqis li, b'mod ġenerali, il-Pożizzjoni Komuni hija konformi ma' l-objettivi tal-proposta emendata tal-Kummissjoni. The Council also considers that it has taken due account of the objectives pursued by the European Parliament in its amendments to the Commission's proposal and looks forward to an agreement with the Parliament in the near future with a view to the early adoption of the Recommendation.


(1)  ĠU L 270, 7.10.1998, p. 48.


5.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/57


POŻIZZJONI KOMUNI (KE) NRU 25/2006

adottata mill-Kunsill fit-18 ta' Settembru 2006

bil-ħsieb li jadotta r-Regolament (KE) Nru …/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza tas-Sessi

(2006/C 295 E/03)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 13(2) u 141(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa huwa prinċipju fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. L-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea jistabbilixxu projbizzjoni fuq kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi ta' sess u jipprovdu li għandha tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-oqsma kollha.

(2)

L-Artikolu 2 tat-Trattat jipprovdi li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija wieħed mill-kompiti essenzjali tal-Komunità. Bl-istess mod, l-Artikolu 3(2) tat-Trattat jitlob lill-Komunità biex timmira lejn l-eliminazzjoni ta' l-inugwaljanzi u tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-attivitajiet kollha tagħha u b'hekk tiżgura l-integrazzjoni tad-dimensjoni ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fil-politika Komunitarja kollha.

(3)

L-Artikolu 13 tat-Trattat jagħti s-setgħa lill-Kunsill biex jieħu azzjoni xierqa biex jiġġieled kontra d-diskriminazzjoni inter alia abbażi ta' sess fl-oqsma kollha tal-kompetenza Komunitarja.

(4)

Il-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa f'materji ta' impjieg u xogħol hu ddikjarat fl-Artikolu 141 tat-Trattat u diġà hemm korp komprensiv ta' leġislazzjoni dwar it-trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' l-aċċess għall-impjieg u l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga ndaqs.

(5)

L-ewwel rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2004 ikkonkluda li jeżistu distakki sinifikanti bejn is-sessi fil-biċċa l-kbira ta' l-oqsma ta' politika; li l-inugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija fenomenu multi-dimensjonali li għandu jiġi ttrattat b'taħlita komprensiva ta' miżuri politiċi u li jenħtieġu sforzi msaħħa biex jintlaħqu l-miri ta' l-istrateġija ta' Lisbona.

(6)

Il-Kunsill Ewropew ta' Nizza tas-7 sad-9 ta' Diċembru 2000 sejjaħ għal “Għarfien akbar, ġbir kollettiv ta' riżorsi u l-iskambju ta' esperjenza, b'mod partikolari permezz ta' l-istabbiliment ta' Istitut Ewropew għall-kwistjonijiet ta' bejn is-sessi”.

(7)

L-istudju ta' vijabbilità (3) li twettaq għall-Kummissjoni kkonkluda li jeżisti rwol ċar għal Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi biex iwettaq uħud mill-kompiti li m'humiex trattati attwalment mill-istituzzjonijiet eżistenti, speċifikament fl-oqsma ta' koordinazzjoni, ċentralizzazzjoni u tixrid ta' data u informazzjoni ta' riċerka, l-iżvilupp ta' network, ħidma biex tiżdied il-viżibbiltà ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, is-sottolinejar tal-perspettiva tas-sessi u l-iżvilupp ta' għodod għal integrazzjoni mtejba ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politika Komunitarja kollha.

(8)

Il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar il-Politika ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (4), sejjaħ lill-Kummissjoni biex tgħaġġel l-isforzi tagħha li jwasslu għall-istabbiliment ta' Istitut.

(9)

Il-Kunsill ta' Impjieg, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur ta' l-1 sat-2 ta' Ġunju 2004 u l-Kunsill Ewropew tas-17 sat-18 ta' Ġunju 2004 appoġġaw l-istabbiliment ta' Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Il-Kunsill Ewropew talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposta speċifika.

(10)

Il-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta' informazzjoni u data oġġettiva, affidabbli u paragunabbli dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, l-iżvilupp ta' għodda xierqa għall-eliminazzjoni ta' kull forma ta' diskriminazzjoni abbażi ta' sess u l-integrazzjoni tad-dimensjoni tas-sessi fl-oqsma kollha tal-politika, il-promozzjoni ta' djalogu fost il-partijiet interessati u t-titjib ta' l-għarfien fost iċ-ċittadini ta' l-UE huma meħtieġa sabiex jippermettu lill-Komunità biex tippromwovi u timplimenta b'mod effettiv il-politika ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, b'mod partikolari f'Unjoni wara t-tkabbir. Huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi li jkun jassisti l-Istituzzjonijiet Komunitarji u l-Istati Membri billi jwettaq dawk il-kompiti.

(11)

L-ugwaljanza bejn is-sessi ma tistax tintlaħaq permezz ta' politika anti-diskriminatorja biss iżda teħtieġ miżuri biex tippromwovi ko-eżistenza armonjuża u parteċipazzjoni bilanċjata mill-irġiel u n-nisa fis-soċjetà; l-Istitut għandu jikkontribwixxi biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(12)

Minħabba l-importanza ta' l-eliminazzjoni ta' stereotipi tas-sessi fis-soċjetà Ewropea fil-livelli kollha tas-soċjetà u li jiġu pprovduti eżempji pożittivi li nisa u rġiel jistgħu isegwu, għandha tiġi inkluża wkoll azzjoni biex jintlaħaq dan fost il-kompiti ta' l-Istitut.

(13)

Il-kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet rilevanti ta' l-Istati Membri u korpi oħrajn ta' l-istatistika, b'mod partikolari l-Eurostat, hija essenzjali biex tippromwovi l-ġbir ta' data paragunabbli u affidabbli f'livell Ewropew. Peress illi l-informazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija rilevanti għal-livelli kollha fi ħdan il-Komunità — lokali, reġjonali, nazzjonali u Komunitarju — ikun utli li tali informazzjoni tkun disponibbli għall-awtoritajiet ta' l-Istati Membri sabiex tgħinhom fil-formulazzjoni ta' politika u miżuri fuq il-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali fl-oqsma ta' kompetenza tagħhom.

(14)

L-Istitut għandu jaħdem mill-qrib kemm jista' jkun mal-programmi u l-korpi Komunitarji kollha sabiex jevita xogħol doppju u jiżgura l-aħjar użu possibbli ta' riżorsi, b'mod partikolari fir-rigward tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (5), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol (6), iċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (7) u l-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (8).

(15)

L-Istitut għandu jiżviluppa kooperazzjoni u djalogu ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi u ta' opportunitajiet indaqs, ċentri ta' riċerka, imsieħba soċjali, u korpi relatati oħrajn li qed jippruvaw b'mod attiv li jiksbu ugwaljanza f'livell nazzjonali u Ewropew u f'pajjiżi terzi. Fl-interess ta' l-effiċjenza, huwa xieraq li l-Istitut jistabbilixxi u jikkoordina Network Ewropew elettroniku dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi ma' tali entitajiet u esperti fl-Istati Membri.

(16)

Skond l-Artikolu 3(2) tat-Trattat huwa xieraq li tkun promossa parteċipazzjoni bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-kompożizzjoni tal-Bord ta' Tmexxija.

(17)

L-Istitut għandu jgawdi minn indipendenza massima fit-twettiq tal-kompiti tiegħu.

(18)

L-Istitut għandu japplika l-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (9) u l-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (10).

(19)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (11), japplika għall-Istitut.

(20)

Għar-responsabilta' kuntrattwali ta' l-Istitut, li huwa rregolat mil-liġi applikabbli għall-kuntratti konklużi mill-Istitut, il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni li tagħti sentenza, skond kull klawsola ta' arbitraġġ, li tkun tinsab fil-kuntratt. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha wkoll ġurisdizzjoni f'tilwim relatat ma' kumpens għal kwalunkwe ħsara li tiġi min-nuqqas ta' responsabilta' li mhux kuntrattwali ta' l-Istitut.

(21)

Għandha ssir evalwazzjoni esterna u indipendenti biex jiġi vvalutat l-impatt ta' l-Istitut, il-ħtieġa possibbli li jiġu mmodifikati jew estiżi l-kompiti tiegħu u ż-żmien ta' tali reviżjonijiet ulterjuri.

(22)

Peress illi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jikontribwixxi għall-promozzjoni ta' l-ugwaljanza tas-sessi u jsaħħaħa, inkluż l-integrazzjoni tas-sessi fil-Politika Komunitarja kollha u fil-politika nazzjonali li toħroġ minnha, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u t-tqajjim tal-kuxjenza taċ-ċittadini ta' l-UE dwar l-ugwaljanza tas-sessi permezz tal-provvista ta' assistenza teknika lill-Istituzzjonijiet Komunitarji u lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala ta' l-azzjoni jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunita' tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalita', kif stabbilit f' dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn min dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(23)

L-Artikolu 13(2) tat-Trattat jippermetti l-adozzjoni ta' miżuri Komunitarji sabiex jappoġġaw u jippromwovu l-għan tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta' sess lil hinn mill-qasam ta' l-impjieg. L-Artikolu 141(3) tat-Trattat hu l-bażi legali speċifika għall-miżuri mmirati biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa f'kwistjonijiet ta' impjieg u xogħol. Għalhekk, l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 141(3) flimkien jikkostitwixxu l-bażi legali xierqa għall-adozzjoni ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Stabbiliment ta' l-Istitut

Qed jiġi hawn stabbilit Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-Istitut”).

Artikolu 2

Għanijiet

L-għanijiet globali ta' l-Istitut għandhom ikunu li jikkontribwixxi għal u jsaħħaħ il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż l-integrazzjoni tas-sessi fil-linji politiċi Komunitarja kollha u l-linji politiċi nazzjonali li joħorġu minnha, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta' sess, u li jżid l-għarfien taċ-ċittadini ta' l-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi billi jipprovdi assistenza teknika lill-istituzzjonijiet Komunitarji, b'mod partikolari lill-Kummissjoni, u lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri, kif stabbilit fl-Artikolu 3.

Artikolu 3

Kompiti

1.   Biex jilħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2, l-Istitut għandu:

(a)

jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni rilevanti, oġġettiva, affidabbli u paragunabbli dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, inklużi r-riżultati minn riċerka u l-aħjar prattika kkomunikati lilu minn Stati Membri, istituzzjonijiet Komunitarji, ċentri ta' riċerka, korpi nazzjonali ta' l-ugwaljanza, organizzazzjonijiet mhux governattivi, imsieħba soċjali, pajjiżi terzi rilevanti u organizzazzjonijiet internazzjonali, u jissuġġerixxi oqsma għal riċerka ulterjuri;

(b)

jiżviluppa metodi biex itejjeb l-oġġettività, il-paragunabilita' u l-affidabbiltà tad-data f'livell Ewropew billi jistabbilixxi kriterji li jtejbu l-konsistenza ta' l-informazzjoni u jieħdu kont ta' kwistjonijiet tas-sessi fil-ġbir tad-data;

(ċ)

jiżviluppa, janalizza, jevalwa u jxerred għodod ta' metodoloġija sabiex jappoġġa l-integrazzjoni ta' l-ugwaljanza ta' bejn is-sessi fil-politika Komunitarja kollha u l-politika nazzjonali li tirriżulta u jappoġġa l-integrazzjoni tas-sessi fl-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji kollha;

(d)

iwettaq stħarriġ dwar is-sitwazzjoni fl-Ewropa fir-rigward ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi;

(e)

jistabbilixxi u jikkoordina Network Ewropew dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, bl-involviment ta' ċentri, korpi, organizzazzjonijiet u esperti li jittrattaw l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni tas-sessi sabiex jappoġġa u jinkoraġġixxi r-riċerka, jottimizza l-użu ta' riżorsi disponibbli u jrawwem l-iskambju u t-tixrid ta' informazzjoni;

(f)

jorganizza laqgħa annwali ta' esperti mill-korpi kompetenti speċjalizzati fi kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fl-Istati Membri;

(ġ)

jorganizza laqgħat ad hoc ta' esperti biex jappoġġa l-ħidma ta' riċerka ta' l-Istitut, jinkoraġġixxi l-iskambju ta' informazzjoni fost ir-riċerkaturi u jippromwovi l-inklużjoni ta' perspettiva tas-sessi fir-riċerka tagħhom;

(h)

sabiex iżid l-għarfien taċ-ċittadini ta' l-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, jorganizza, ma' partijiet interessati rilevanti, konferenzi, kampanji u laqgħat f'livell Ewropew, u jippreżenta r-riżultati u l-konklużjonijiet lill-Kummissjoni;

(i)

ixerred informazzjoni rigward eżempji pożittivi ta' rwoli mhux stereotipiċi għan- nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha tas-soċjetà, jippreżenta l-kisbiet u l-inizjattivi tiegħu mfasslin biex jippubbliċizzaw u jibnu fuq tali stejjer ta' suċċess;

(j)

jiżviluppa djalogu u kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi u ta' opportunitajiet ugwali, universitajiet u esperti, ċentri ta' riċerka, imsieħba soċjali, u korpi relatati oħrajn li qed jippruvaw b'mod attiv li jiksbu ugwaljanza f'livell nazzjonali u Ewropew;

(k)

jistabbilixxi riżorsi ta' dokumentazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku;

(l)

jagħmel l-informazzjoni dwar l-integrazzjoni tas-sessi disponibbli għall-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati;

(m)

jipprovdi informazzjoni lill-Istituzzjonijiet Komunitarji dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni tas-sessi fil-pajjiżi ta' l-adeżjoni u dawk kandidati;

2.   L-Istitut għandu jippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu.

Artikolu 4

Oqsma ta' attività u metodi ta' ħidma

1.   L-Istitut għandu jwettaq il-kompiti tiegħu fi ħdan il-kompetenzi tal-Komunità u fid-dawl ta' l-objettivi adottati u l-oqsma ta' prijorità identifikati fil-programm annwali tiegħu, u b'konsiderazzjoni debita tar-riżorsi disponibbli tal-baġit.

2.   Il-programm ta' ħidma ta' l-Istitut għandu jkun konformi mal-prijoritajiet Komunitarji fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni, inkluż il-ħidma tiegħu ta' statistika u riċerka.

3.   Fit-twettiq ta' l-attivitajiet tiegħu, sabiex jevita xogħol doppju u jiżgura l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi, l-Istitut għandu jqis l-informazzjoni eżistenti tkun minn liema sors tkun u b'mod partikolari ta' l-attivitajiet li qed isiru diġà mill-Istituzzjonijiet Komunitarji u minn istituzzjonijiet oħrajn, korpi u organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali kompetenti u jaħdem mill-qrib mas-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni, inkluż l-Eurostat. L-Istitut għandu jiżgura koordinazzjoni xierqa ma' l-aġenziji Komunitarji u l-korpi ta' l-Unjoni rilevanti kollha li għandhom jiġu determinati f'memorandum ta' ftehim fejn xieraq.

4.   L-Istitut għandu jiżgura li l-informazzjoni mxerrda tkun tista' tinftiehem mill-utenti aħħarin.

5.   L-Istitut jista' jidħol f'relazzjonijiet kuntrattwali, b'mod partikolari arranġamenti ta' sottokuntratti, ma' organizzazzjonijiet oħrajn, sabiex jitwettaq kwalunkwe kompitu li jista' jafdalhom.

Artikolu 5

Personalità u kapaċità ġuridika

L-Istitut għandu jkollu personalità ġuridika. Huwa għandu jgawdi, f'kull wieħed mill-Istati Membri, mill-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom. B'mod partikolari, huwa jkun jista' jakkwista jew jiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u jista' jkun parti fi proċedimenti legali.

Artikolu 6

Indipendenza ta' l-Istitut

L-Istitut għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu b'mod indipendenti fl-interess pubbliku.

Artikolu 7

Aċċess għal dokumenti

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għal dokumenti miżmumin mill-Istitut.

2.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta arranġamenti biex jimplimenta r-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 fi żmien sitt xhur mill-istabbiliment ta' l-Istitut.

3.   Deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Istitut skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 jistgħu jagħtu lok għat-tressiq ta' ilment quddiem l-Ombudsman jew jifformaw is-suġġett għal azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament.

4.   Ir-Regolament (KE) 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar ta' data mill-Istitut.

Artikolu 8

Kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet f'livell nazzjonali u Ewropew, organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi

1.   Biex jgħinuh fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-Istitut għandu jikkoopera ma' organizzazzjonijiet u esperti fl-Istati Membri, bħal korpi ta' ugwaljanza, ċentri ta' riċerka, universitajiet, organizzazzjonijiet mhux governattivi, imsieħba soċjali kif ukoll ma' l-organizzazzjonijiet rilevanti f'livell Ewropew u internazzjonali u pajjiżi terzi.

2.   Jekk ikun hemm ħtieġa ta' ftehim ma' organizzazzjonijiet internazzjonali jew ma' pajjiżi terzi biex l-Istitut iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effiċjenti, il-Komunità għandha, skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 300 tat-Trattat, tidħol f' tali ftehim ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali jew mal-pajjiżi terzi fl-interess ta' l-Istitut. Din id-disposizzjoni m'għandhiex timpedixxi kooperazzjoni ad hoc ma' tali organizzazzjoniet jew pajjiżi terzi.

Artikolu 9

Kompożizzjoni ta' l-Istitut

L-Istitut għandu jkun magħmul minn:

(a)

Bord ta' Tmexxija;

(b)

Bureau;

(ċ)

Direttur u l-persunal tiegħu/tagħha.

Artikolu 10

Bord ta' Tmexxija

1.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun jikkonsisti minn:

(a)

membru li jirrapreżenta l-Gvern ta' kull Stat Membru maħtur mill-Kunsill abbażi ta' proposta mill-Istati Membri;

(b)

tliet membri li jirrapreżentaw lill-Kummissjoni, maħtura mill-Kummissjoni;

(ċ)

tliet membri, mingħajr id-dritt tal-vot, maħtura mill-Kunsill, abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni, b'kull wieħed minnhom jirrapreżenta wieħed mill-gruppi li ġejjin:

(i)

organizzazzjoni mhux governattiva xierqa f'livell Komunitarju li għandha interess leġittimu fil-kontribut għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta' sess u l-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi;

(ii)

organizzazzjonijiet ta' min iħaddem f'livell Komunitarju; u

(iii)

organizzazzjonijiet tal-ħaddiema f'livell Komunitarju.

2.   Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jinħatru b'tali mod li jiġu żgurati l-ogħla standards ta' kompetenza u medda wiesgħa ta' kompetenza rilevanti u transdixxiplinari fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jimmiraw li jiksbu rappreżentanza bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord ta' Tmexxija.

Sostituti li jirrappreżentaw membru fin-nuqqas tiegħu jew tagħha għandhom ikunu maħtura bl-istess proċedura.

Il-lista tal-membri u s-sostituti tal-Bord ta' Tmexxija għandha tiġi ppubblikata mill-Kunsill fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, fil-website ta' l-Istitut u f'websites rilevanti oħrajn.

3.   It-tul ta' żmien ta' kariga għandu jkun ta' ħames snin u jista' jiġi mġedded darba.

4.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jaħtar il-President u l-Viċi-President tiegħu biex iservu għal perijodu ta' sentejn u nofs li jistgħu jiġġeddu.

5.   Kull membru tal-Bord ta' Tmexxija msemmi taħt il-paragrafu 1(a) jew (b), jew fl-assenza tiegħu jew tagħha s-sostitut tiegħu jew tagħha, għandu jkollu vot wieħed.

6.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa għat-tħaddim ta' l-Istitut. B'mod partikolari, hu għandu:

(a)

jadotta, abbażi ta' abbozz imfassal mid-Direttur, kif imsemmi fl-Artikolu 12, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-programm ta' ħidma annwali u l-programm ta' ħidma ta' terminu medju, li jkopru perijodu ta' tliet snin, skond il-baġit u r-riżorsi disponibbli; il-programmi jistgħu jiġi riveduti kull meta meħtieġ; l-ewwel programm ta' ħidma annwali għandu jiġi adottat mhux iżjed tard minn disa' xhur wara l-ħatra tad-Direttur;

(b)

jadotta r-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 3(2), li jqabbel, b'mod partikolari, ir-riżultati miksubin ma' l-objettivi tal-programm ta' ħidma annwali; dan ir-rapport għandu jingħata mhux iżjed tard mill-15 ta' Ġunju lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni u għandu jiġi ppubblikat fil-website ta' l-Istitut;

(ċ)

jeżerċita awtorità ta' dixxiplina fuq id-Direttur u jaħtar jew ikeċċi lilu jew lilha skond l-Artikolu 12;

(d)

jadotta l-abbozz tal-baġit u l-baġit finali annwali ta' l-Istitut.

7.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta r-regoli interni ta' l-Istitut abbażi ta' proposta mfassla mid-Direttur wara konsultazzoni mal-Kummissjoni.

8.   Deċiżjonijiet mill-Bord ta' Tmexxija għandhom jittieħdu b'maġġoranza tal-membri tiegħu. Il-President għandu jkollu l-vot deċiżiv. Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 6 u fl-Artikolu 12 (1), id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu.

9.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu abbażi ta' proposta mfassla mid-Direttur wara konsultazzoni mal-Kummissjoni.

10.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi Bureau ta' sitt membri, kif imniżżel fl-Artikolu 11.

11.   Il-President għandu jlaqqgħa l-Bord ta' Tmexxija mill-inqas darba f'sena. Il-President għandu jsejjaħ laqgħat addizzjonali fuq l-inizzjattiva tiegħu jew tagħha jew fuq talba ta' terz tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija.

12.   L-Istitut għandu jressaq kull sena lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (minn hawn il quddiem imsejjħa “l-Awtorita' tal-Baġit”) kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-eżitu tal-proċeduri ta' evalwazzjoni.

13.   Id-Diretturi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali u l-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali jistgħu, kif ikun xieraq, jiġu mistiedna biex jattendu laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija bħala osservaturi sabiex jiġu kkoordinati l-programmi ta' ħidma rispettivi fir-rigward ta' l-integrazzjoni tas-sessi.

Artikolu 11

Bureau

1.   Il-Bureau għandu jkun magħmul mill-President u l-Viċi-President tal-Bord ta' Tmexxija, tliet membri mill-Bord ta' Tmexxija li jirrappreżentaw lill-Istati Membri u rappreżentant tal-Kummissjoni.

Il-kariga għandha tkun għal sentejn u nofs u tista' tiġġedded.

Il-membri tal-Bureau għandhom jinħatru mill-Bord ta' Tmexxija bil-ħsieb li tiġi żgurata l-firxa tal-kompetenza rilevanti meħtieġa għat-tħaddim tal-Bureau.

2.   Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tad-Direttur, kif stabbilit fl-Artikolu 12, il-Bureau għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija u għandu jieħu l-miżuri amministrattivi kollha meħtieġa biex l-Istitut jiġi rregolat b'mod xieraq bejn il-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija.

3.   Id-deċiżjonijiet tal-Bureau għandhom jittieħdu b'konsensus. Jekk l-ebda konsensus ma jista' jintlaħaq, il-Bureau għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Bord ta' Tmexxija għal deċiżjoni.

4.   Il-Bureau għandu jżomm lill-Bord ta' Tmexxija informat b'mod sħiħ u regolari dwar l-attivitajiet tiegħu u kwalunkwe deċiżjoni meħuda.

Artikolu 12

Direttur

1.   L-Istitut għandu jitmexxa minn Direttur maħtur mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni. Qabel jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord ta' Tmexxija jista' jiġi mitlub biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat(i) kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet mill-membri tiegħu/tagħhom.

2.   Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta' 5 snin. Fuq proposta mill-Kummissjoni u wara evalwazzjoni, dan il-mandat jista' jiġi estiż darba għal perijodu ta' mhux iżjed minn 5 snin. Fl-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għanda tivvaluta b'mod partikolari:

(a)

ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u l-mod ta' kif inkisbu;

(b)

id-dmirijiet u l-ħtiġiet ta' l-Istitut fis-snin li ġejjin.

3.   Id-Direttur għandu jkun responsabbli, taħt is-superviżjoni tal-Bord ta' Tmexxija, għal:

(a)

it-twettiq tal-kompiti msemmijin fl-Artikolu 3;

(b)

it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi ta' attivitajiet annwali u ta' terminu medju ta' l-Istitut;

(ċ)

it-tħejjija tal-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija u tal-Bureau;

(d)

it-tħejjija u l-pubblikazzjoni tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 3(2);

(e)

il-kwistjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-persunal, u b'mod partikolari jeżerċita l-poteri previsti fl-Artikolu 13(3);

(f)

kwistjonijiet ta' amministrazzjoni ta' kuljum; u

(g)

l-implimentazzjoni ta' monitoraġġ effettiv u proċeduri ta' valutazzjoni fir-rigward tat-twettiq ta' l-Istitut fid-dawl ta' l-objettivi tiegħu skond standards rikonoxxuti professjonalment. Id-Direttur għandu jirrapporta lill-Bord ta' Tmexxija kull sena dwar ir-riżultati tas-sistema ta' monitoraġġ.

4.   Id-Direttur għandu jkun responsabbli għat-tmexxija ta' l-attivitajiet tiegħu jew tagħha quddiem il-Bord ta' Tmexxija u għandu jieħu sehem fil-laqgħat tagħha mingħajr dritt tal-vot. Hu jew hi jista' wkoll jiġi mistieden mill-Parlament Ewropew biex jagħti rapport waqt smigħ dwar kwistjonijiet sinifikanti marbutin ma' l-attivitajiet ta' l-Istitut.

5.   Id-Direttur għandu jkun ir-rappreżentant legali ta' l-Istitut.

Artikolu 13

Persunal

1.   Ir-Regolamenti dwar il-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' impjegati oħrajn tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, ECSC, Euratom) Nru. 259/68 (12) u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-Istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti dwar il-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal ta' l-Istitut.

2.   Il-Bord ta' Tmexxija, fi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri implimentattivi kollha meħtieġa, skond l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal. Il-Bord ta' Tmexxija jista' jadotta disposizzjonijiet biex iħalli esperti nazzjonali minn Stati Membri jiġu impjegati fl-Istitut fuq sekondament.

3.   L-Istitut għandu jeżerċita fir-rigward tal-persunal tiegħu l-poteri mogħtija lill-awtorità nominanti.

Artikolu 14

Tfassil tal-baġit

1.   Stimi dwar id-dħul u l-infiq kollu ta' l-Istitut għandhom jiġu mħejjija għal kull sena finanzjarja, korrispondenti għas-sena kalendarja, u għandhom jintwerew fil-baġit ta' l-Istitut.

2.   Id-dħul u l-infiq li jintwerew fil-baġit ta' l-Istitut għandhom ikunu f'bilanċ.

3.   Id-dħul ta' l-Istitut għandu, mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħrajn, jinkludi:

(a)

sussidju mill-Komunità, imdaħħal fil-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea (it-taqsima tal-Kummissjoni);

(b)

ħlasijiet riċevuti għal servizzi mogħtijin;

(ċ)

kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja mill-organizzazzjonijiet jew il-pajjiżi terzi msemmijin fl-Artikolu 8;

(d)

kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri.

4.   L-infiq ta' l-Istitut għandu jinkludi r-rimunerazzjoni tal-persunal, spejjeż ta' amministrazzjoni u ta' infrastruttura u spejjeż operattivi.

5.   Kull sena l-Bord ta' Tmexxija, abbażi ta' abbozz imfassal mid-Direttur, għandu jipproduċi stima ta' dħul u nfiq għall-Istitut għas-sena finanzjarja li jkun imiss. Din l-istima, li għandha tinkludi abbozz ta' pjan ta' stabbiliment, għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mill-Bord ta' Tmexxija sa mhux iżjed tard mill-31 ta' Marzu.

6.   L-istima għandha tintbagħat mill-Kummissjoni lill-awtorita' tal-baġit flimkien ma' l-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

7.   Abbażi ta' l-istima, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea l-istimi li tqis meħtieġa għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li għandu jiġi addebitat lill-baġit ġenerali, li għandha tippreżenta lill-awtorità tal-baġit skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.

8.   L-awtorità tal-baġit għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju għall-Istitut u għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment għall-Istitut.

9.   Il-baġit ta' l-Istitut għandu jiġi adottat mill-Bord ta' Tmexxija. Huwa għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Fejn xieraq, għandu jiġi aġġustat għaldaqstant.

10.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu, malajr kemm jista' jkun, jinnotifika lill-awtorità tal-baġit dwar l-intenzjoni tiegħu biex jimplimenta kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit tiegħu, b'mod partikolari kwalunkwe proġett li jirrigwarda l-proprjetà bħall-kiri jew ix-xiri ta' bini. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan.

Meta fergħa ta' l-awtorità tal-baġit tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li tagħti opinjoni, hija għandha tibgħat l-opinjoni tagħħa lill-Bord ta' Tmexxija fi żmien perijodu ta' sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.

Artikolu 15

Implimentazzjoni tal-baġit

1.   Id-Direttur għandu jimplimenta l-baġit ta' l-Istitut.

2.   Mhux iktar tard mill-1 ta' Marzu ta' kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet ta' l-Istitut għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport dwar l-amministrazzjoni tal-baġit u tal-finanzi għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jgħaqqad flimkien il-kontijiet proviżorji ta' l-istituzzjonijiet u l-korpi deċentralizzati skond l-Artikolu 128 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (13) (minn hawn il' quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”).

3.   Mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji ta' l-Istitut lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien mar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2. Ir-rapport għandu wkoll jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.   Kif jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Istitut, skond l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju, id-Direttur għandu jfassal il-kontijiet finali ta' l-Istitut taħt ir-responsabbiltà tiegħu jew tagħha u jibgħathom lill-Bord ta' Tmexxija għal opinjoni.

5.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jagħti opinjoni fuq il-kontijiet finali ta' l-Istitut.

6.   Id-Direttur għandu, mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' l-opinjoni tal-Bord ta' Tmexxija.

7.   Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati.

8.   Id-Direttur għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti ta' l-Awdituri għall-osservazzjonijiet tagħha mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru. Huwa għandu jibgħat ukoll dik it-tweġiba lill-Bord ta' Tmexxija.

9.   Id-Direttur għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan ta' l-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni armonjuża tal-proċedura ta' rilaxx għas-sena finanzjarja in kwistjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju.

10.   Sat-30 ta' April tas-sena N + 2, il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti rilaxx lid-Direttur rigward l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

11.   Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Istitut għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Tmexxija wara li l-Kummissjoni tkun ġiet ikkonsultata. Huma ma jistgħux ivarjaw mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 sakemm ma jkunx meħtieġ speċifikament għall-operat ta' l-Istitut u bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

Artikolu 16

Lingwi

1.   Id-disposizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jiddeterminaw il-lingwi li jridu jintużaw fil-Komunità Ekonomika Ewropea (14) għandhom japplikaw għall-Istitut.

2.   Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament ta' l-Istitut għandhom, bħala prinċipju, jiġu pprovduti miċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 (15).

Artikolu 17

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Istitut.

Artikolu 18

Responsabbiltà

1.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali ta' l-Istitut għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ikkonċernat.

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni skond klawsola ta' arbitraġġ li tinsab fi kwalunkwe kuntratt konkluż mill-Istitut.

2.   Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Istitut għandu, skond il-prinċipji ġenerali li huma komuni għal-liġijiet ta' l-Istati Membri, jagħmel tajjeb għal kull dannu kkawżat mill-Istitut jew l-impjegati tiegħu fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni f'kawżi dwar kumpens għal kwalunkwe danni tali.

Artikolu 19

Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi

1.   L-Istitut għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li jkunu kkonkludew ftehim mal-Komunità Ewropea li bih ikunu adottaw u applikaw il-leġislazzjoni Komunitarja fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament.

2.   Għandhom isiru arranġamenti skond id-disposizzjonijiet rilevanti ta' dawk il-ftehim, li jispeċifikaw b'mod partikolari n-natura, il-medda u l-mod kif dawk il-pajjiżi għandhom jipparteċipaw fil-ħidma ta' l-Istitut, inkluż disposizzjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni fl-inizjattivi meħuda mill-Istitut, mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u mal-persunal. Fir-rigward ta' kwistjonijiet tal-persunal, dawk il-ftehim għandhom jimxu, f'kull sitwazzjoni, skond ir-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' impjieg ta' impjegati oħrajn tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 20

Evalwazzjoni

1.   Sa … (16), l-Istitut għandu jikkummissjona stima esterna u indipendenti tal-kisbiet tiegħu abbażi tat-termini ta' referenza maħruġa mill-Bord ta' Tmexxija bi ftehim mal-Kummissjoni. L-evalwazzjoni għandha tivvaluta l-impatt ta' l-Istitut fuq il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi u għandha tinkludi analiżi ta' l-effetti ta' sinerġija. Din għandha tindirizza b'mod partikolari l-ħtieġa li jista' jkun hemm biex jiġu modifikati jew estiżi l-kompiti ta' l-Istitut, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe tali modifika jew estensjoni. L-evalwazzjoni għandha tieħu kont ta' l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, kemm fuq livell Komunitarju kif ukoll dak nazzjonali.

2.   Il-Bord ta' Tmexxija, bi ftehim mal-Kummissjoni, se jiddeċiedi meta għandhom isiru l-evalwazzjonijiet futuri, b'kont meħud tar-riżultati mir-rapport ta' evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 21

Klawsola ta' reviżjoni

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeżamina l-konklużjonijiet ta' l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 u jagħti lill-Kummissjoni tali rakkomandazzjonijiet li jistgħu jkunu meħtieġa fir-rigward ta' bidliet fl-Istitut, il-prattiki ta' ħidma tiegħu u l-firxa ta' ħidma tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u tagħmilhom pubbliċi. Wara l-eżami tar-rapport ta' evalwazzjoni u tar-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni tista' tissottometti kwalunkwe proposta għall-emendi għal dan ir-Regolament li hi tqis meħtieġa.

Artikolu 22

Kontroll amministrattiv

L-operati ta' l-Istitut għandhom ikunu soġġetti għas-superviżjoni ta' l-Ombusman skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 195 tat-Trattat.

Artikolu 23

Bidu ta' l-attivitajiet ta' l-Istitut

L-Istitut għandu jibda jopera mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn… (17).

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul …, …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C, 24, 31.1.2006, p. 29.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2006 (għada mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-18 ta' Settembru 2006 u Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-… (għada mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Studju ta' vijabbilità tal-Kummissjoni Ewropea għal Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (mwettaq mill-PLS Ramboll Management, DK, 2002).

(4)  ĠU C 102E, 28.4.2004, p. 638.

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1111/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol (ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1112/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ta' l-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2051/2004 (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 1).

(8)  L-Istati Membri mlaqqgħin fil-qafas tal-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2003 talbu lill-Kummissjoni biex tħejji proposta għal aġenzija ta' drittijiet tal-bniedem billi jiġi estiż il-mandat taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija.

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 8, tat-12.1.2001, p. 1).

(11)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 3).

(12)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru. 2104/2005 (ĠU L 337, 22.11.2005, p. 7).

(13)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(14)  ĠU L 17, 6.10.1958, p. 385, Regolament kif emendat l-aħħar bl-Regolament tal-Kunsill Nru. 920/2005 (ĠU L 156, 18.6.2005, p. 3).

(15)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi Ċentru ta' Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea (ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1), Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1645/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 13).

(16)  L-aħħar tat-tielet sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(17)  Tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   INTRODUZZJONI

Abbażi ta' l-Artikoli 13(2) u 141(3) tat-Trattat, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill fit-8 ta' Marzu 2005, proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.

Il-Parlament Ewropew ta l-Opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fl-14 ta' Marzu 2006.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta l-Opinjoni tiegħu fis-27 ta' Settembru 2005.

Il-Kummissjoni adottat proposta emendata fit-8 ta’ Mejju 2006.

Il-Kunsill adotta Pożizzjoni Komuni fit-18 ta' Settembru 2006 skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat.

II.   OBJETTIV

Ir-Regolament ser jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, li għandu jservi bħala ċentru ta' eċċellenza fil-livell ta' l-UE, filwaqt li jipprovdi appoġġ tekniku lill-Istituzzjonijiet Komunitarji u lill-Istati Membri, b'mod partikolari fl-ambitu tal-ġbir u l-analiżi ta' data u statistika paragunabbli, kif ukoll l-iżvilupp ta' għodod ta' metodoloġija biex jassistu fil-proċess ta' l-integrazzjoni tas-sessi. L-objettivi globali ta' l-Istitut ser ikunu li jikkontribwixxi u jsaħħaħ il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, jassisti l-istituzzjonijiet Komunitarji fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, u li jżid il-kuxjenza dwar kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fost iċ-ċittadini ta' l-UE.

III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI

1.   Osservazzjonijiet Ġenerali

Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ġiet stabbilita skond l-objettivi ta' l-Artikoli 13(2) u 141(3) tat-Trattat rigward, rispettivament, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali u trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa f'materji ta' impjieg u okkupazzjoni, inkluż il-prinċipju ta' salarju ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali.

Fl-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni, il-Kunsill, bl-eċċezzjoni tal-kwistjonijiet relatati mal-kompożizzjoni tal-Bord ta' Ġestjoni u l-Forum Konsultattiv, ġeneralment segwa l-linja meħuda mill-Kummissjoni fil-proposta emendata tagħha.

2.   L-Emendi tal-Parlament Ewropew

Fl-ewwel qari tiegħu fl-14 ta' Marzu 2006, il-Parlament Ewropew adotta 52 emenda.

2.1.   Emendi tal-Parlament Ewropew aċċettati mill-Kunsill

Fil-pożizzjoni Komuni tiegħu, il-Kunsill ħa kont ta' 35 emenda. Minn dawn, il-Kunsill:

aċċetta 17-il emenda bis-sħiħ (Nri 2, 6, 9, 59 & 74, 13, 18, 64 & 80, 65 & 81, 29, 35, 36, 38, 41, 42, 45, 53 u 55).

aċċetta 4 emendi kif kienu fformulati mill-ġdid mill-Kummissjoni (Nri 7, 8, 10 u 40).

aċċetta 14-il emenda oħra fl-ispirtu (Nri 3, 4, 5, 17, 60 & 76, 61 rev. & 77, 62 & 78, 20, 25, 63 & 79, 24, 28 u 48).

2.2.   Emendi tal-Parlament Ewropew mhux aċċettati mill-Kunsill

Il-Kunsill ma aċċettax 11-il emenda għar-raġunijiet spjegati mill-Kummissjoni fil-proposta emendata tagħha (Nri 1, 23, 30, 31, 32, 33, 34, 46, 47, 52 u 54).

Il-Kunsill ma setax jaċċetta wkoll 6 emendi oħra, fejn il-kwistjoni tal-kompożizzjoni tal-Bord ta' Ġestjoni kienet il-qasam ewlieni ta' differenza bejn l-Istituzzjonijiet.

—   Djalogu f'livell internazzjonali (emenda 26, Artikolu (1))

Il-Kunsill ma jikkunsidrax li din l-emenda hija meħtieġa billi l-Artikolu 8 jittratta b'mod speċifiku l-“kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet fuq livell nazzjonali u Ewropew u organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi” u jniżżel proċedura għal tali kooperazzjoni. L-Artikolu 4, li jniżżel l-oqsma ta' attività u l-metodi ta' ħidma ta' l-Istitut, jirreferi wkoll għall-ħtieġa li “jittieħed kont ta' informazzjoni eżistenti minn kwalunkwe sors u b'mod partikolari ta' attivitajiet li diġà qed jitwettqu mill-istituzzjonijiet Komunitarji u minn istituzzjonijiet oħra, korpi, organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali kompeteti…”. Barra minn hekk, il-Kunsill jikkunsidra li l-kjarezza legali tista' tiġi kompromessa biż-żieda ta' dan l-aspett mal-lista diġà twila ta' kompiti taħt l-Artikolu 3.

—   Kompożizzjoni tal-Bord ta' Ġestjoni (Emendi 66 & 82, Artikolu 0(1))

Meta laħaq approċċ ġenerali f'Ġunju 2005, il-Kunsill ma aċċettax il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni għal Bord ta' Ġestjoni ristrett u pprefera Bord kompletament rappreżentattiv ta' 25 membru, akkumpanjat minn Bureau żgħir magħmul minn sitt membri (l-Artikolu 11). F'dan ix-xenarju, il-Kummissjoni jkollha tliet rappreżentanti fuq il-Bord u jkun hemm tliet membri bla vot jirrappreżentaw organizzazzjoni non-governattiva adatta f'livell Komunitarju u lill-imsieħba soċjali.

Wara li rċieva l-opinjoni tal-Parlament Ewropew f'Marzu 2006, il-Kunsill eżamina l-merti ta' l-emendi 66 u 82, li jagħmlu sejħa għal Bord ta' Ġestjoni żgħir magħmul minn disa' membri maħtura mill-Kunsill u rappreżentant tal-Kummissjoni. Filwaqt li dan kien ikkunsidrat bħala titjib fuq il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, madankollu kien inaċċettabbli għall-Kunsill minħabba numru ta' raġunijiet:

meta wieħed iqis in-natura tal-kwistjoni, il-Kunsill ikkunsidra li huwa importanti li kull Stat Membru jkun irrappreżentat fuq il-Bord u ħass li dan jiffaċilita wkoll it-tlaqqigħ ta' kompetenza u esperjenza nazzjonali fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, li hija partikolarment importanti fil-kuntest ta' Unjoni li qed tikber.

kien importanti għall-Istitut li jiffunzjona b'mod effiċjenti u hekk hija preferibbli proċedura sempliċi għall-ħatra tal-membri tal-Bord. Barra minn hekk, kien meqjus li Bureau żgħir ikun effettiv biex tiġi żgurata tmexxija bla xkiel tal-Bord.

billi l-politika ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi tmiss firxa wiegħsa ta' oqsma, il-Kunsill kien tal-fehma li l-Kummissjoni għandu jkollha aktar minn rappreżentant wieħed fuq il-Bord sabiex tkun tista' tagħmel kontribut sod fit-tħaddim ta' l-Istitut. Il-Kunsill ħass li rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jipparteċipa wkoll fil-Bureau eżekuttiv.

il-Kunsill qabel mal-Kummissjoni li għandu jkun hemm tliet membri bla vot li jirrappreżentaw l-imsieħba soċjali u organizzazzjoni non-governattiva adatta fil-livell Komunitarju.

Għandu jiġi nnotat ukoll li l-pożizzjoni tal-Kunsill rigward il-kompożizzjoni tal-Bord ta' Ġestjoni tirrifletti l-pożizzjoni orizzontali ġenerali meħuda fil-passat dwar aġenziji u korpi Komunitarji oħra. Filwaqt li diversi delegazzjonijiet kienu lesti jerġgħu jikkunsidraw il-pożizzjoni tagħhom fil-każ ta' l-Istitut minħabba d-daqs relattivament żgħir u l-baġit modest tiegħu, ġie rrikonoxxut li f'dan l-istadju kien impossibbli li wieħed jgħid jekk Bord iżgħar akkumpanjat minn Forum Konsultattiv kbir ikunx fil-fatt aktar effiċjenti minn Bord rappreżentattiv assistit minn Bureau żgħir. Barra minn hekk, l-istabbiliment ta' Bureau żgħir, li jkun jista' jiltaqa' aktar spiss mill-Bord ta' Ġestjoni, kien konsiderazzjoni importanti biex tiġi żgurata l-kost-effittività ta' l-Istitut.

—   Rappreżentanza bejn l-irġiel u n-nisa: kwota ta' 40 % (emenda 39, Artikolu 10(2))

Il-Kunsill jappoġġa l-kunċett ta' rappreżentanza bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord ta' Ġestjoni kif imniżżel fil-pożizzjoni komuni. Madankollu, ma jixtieqx ifixkel bla ħtieġa it-tħaddim ta' l-Istitut billi jkollu kwota obbligatorja, li tista' tkun diffiċli li fil-prattika tiġi sodisfatta meta wieħed iqis li attwalment hemm ġeneralment aktar nisa minn irġiel involuti fil-politika ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi. Filwaqt li l-kisba ta' bilanċ bejn is-sessi hi importanti, u qed jittieħdu passi biex jiġu involuti aktar irġiel f'dan il-qasam, il-Kunsill jikkunsidra li l-esperjenza u l-kompetenza tal-membri tal-Bord fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi huma wkoll konsiderazzjonijiet importanti li għandu jittieħed kont tagħhom.

—   Forum Konsultattiv (emendi 67 & 83, 68 & 84 u 51, Artikolu 12 tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni)

Fix-xenarju ppreferut mill-Kunsill ta' Bord ta' Ġestjoni kbir, assistit minn Bureau żgħir, ġie kkunsidrat li l-Forum Konsultattiv, kif maħsub mill-Kummissjoni u l-Parlament, ma kienx aktar meħtieġ. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-Istitut jibbenefika mill-kompetenza siewja disponibbli f'livell nazzjonali, l-Artikolu 3 tal-pożizzjoni komuni jistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, kif mitlub mill-Parlament, u jipprovdi wkoll għal “laqgħa annwali ta' esperti mill-korpi kompetenti speċjalizzati fi kwistjonijiet ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Istati Membri”.

3.   Bidliet oħra mwettqa mill-Kunsill

Numru ta' bidliet tekniċi żgħar oħra, ta' natura legali jew lingwistika, kienu maqbula fil-kuntest tal-proċedura Legali/Lingwistika bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

IV.   KONKLUŻJONI

Il-Kunsill jikkunsidra li, minkejja l-opinjonijiet differenti dwar il-kompożizzjoni tal-Bord ta' Ġestjoni, il-pożizzjoni komuni hija konformi ma' l-objettivi fundamentali tal-proposta emendata tal-Kummissjoni.


5.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/69


POŻIZZJONI KOMUNI (KE) NRU 26/2006

adottata mill-Kunsill fil-25 ta' Settembru 2006

bil-ħsieb li jadotta d-Deċiżjoni Nru …/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… li tistabbilixxi l-programm Europe for Citizens għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinza Ewropea attiva

(2006/C 295 E/04)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 151 u 308 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

It-Trattat jistabbilixxi ċittadinanza ta' l-Unjoni, li tikkomplimenta ċ-ċittadinanza nazzjonali ta' l-Istati Membri rispettivi. Hija element importanti fit-tisħiħ u s-salvagwardja tal-proċess ta' l-integrazzjoni Ewropea.

(2)

Il-Komunità għandha tagħmel liċ-ċittadini konxji bis-sħiħ taċ-ċittadinanza Ewropea tagħhom, il-benefiċċji tagħha kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi tagħha, li għandhom jiġu promossi b'kont dovut għas-sussidjarjetà u fl-interess tal-koeżjoni.

(3)

Huwa speċjalment urġenti li ċ-ċittadini Ewropej isiru konxji bis-sħiħ taċ-ċittadinanza tagħhom ta' l-Unjoni Ewropea fil-kuntest tar-riflessjoni wiesgħa dwar il-ġejjieni ta' l-Ewropa mniedi mill-Kunsill Ewropew ta' Brussell tas-16 u s-17 ta' Ġunju 2005. Il-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” għandu għalhekk jikkomplimenta, mingħajr sovrapposizzjoni, inizjattivi oħra meħuda f'dan il-kuntest.

(4)

Biex iċ-ċittadini jagħtu l-appoġġ sħiħ tagħhom lill-integrazzjoni Ewropea, għandu jkun hemm enfasi akbar fuq il-valuri, l-istorja u l-kultura komuni tagħhom bħala elementi prinċipali tas-sħubija tagħhom f'soċjetà mibnija fuq il-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-diversità kulturali, it-tolleranza u s-solidarjetà, b'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea (4) pproklamata fis-7 ta' Diċembru 2000.

(5)

It-tħeġġiġ ta' ċittadinanza attiva huwa element ċentrali fit-tisħiħ mhux biss tal-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u l-intolleranza iżda wkoll tal-koeżjoni u l-iżvilupp tad-demokrazija.

(6)

Fil-kuntest ta' l-istrateġija ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni ta' l-UE, għandhom jiġu żgurati d-disseminazzjoni wiesgħa u l-impatt għoli ta' l-attivitajiet appoġġati permezz tal-programm.

(7)

Biex l-Ewropa tinġieb eqreb lejn iċ-ċittadini tagħha u sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu sehem b'mod sħiħ fil-bini ta' Ewropa dejjem eqreb, jeħtieġ li jiġu indirizzati ċ-ċittadini u r-residenti ġuridiċi kollha fil-pajjiżi parteċipanti u li jiġu involuti fi skambji u attivitajiet ta' kooperazzjoni transnazzjonali, b'kontribut għall-iżvilupp ta' sens ta' appartenenza għall-ideali Ewropej komuni.

(8)

Il-Parlament Ewropew, f'Riżoluzzjoni adottata fl-1988, qies li huwa mixtieq li jsir sforz kbir sabiex jiżdiedu l-kuntatti bejn iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri differenti u ddikjara li appoġġ speċifiku mill-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp ta' skemi ta' ġemellaġġ bejn muniċipalitajiet fi Stati Membri differenti kien kemm razzjonali kif ukoll mixtieq.

(9)

Il-Kunsill Ewropew għaraf f'diversi okkażjonijiet il-ħtieġa li jġib lill-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet tagħha eqreb lejn iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri. Hu ħeġġeġ lill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni sabiex iżommu u jrawmu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mas-soċjetà ċivili organizzata, u hekk jippromwovu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja pubblika u fit-teħid tad-deċiżjonijiet, filwaqt li jenfasizza l-valuri essenzjali li huma kondiviżi miċ-ċittadini ta' l-Ewropa.

(10)

Fid-Deċiżjoni tiegħu 2004/100/KE tas-26 ta’ Jannar 2004 il-Kunsill stabbilixxa programm ta' azzjoni tal-Komunità sabiex jinkoraġġixxi ċittadinanza attiva Ewropea (parteċipazzjoni ċivika) (5), programm ta' azzjoni li kkonferma l-ħtieġa li jitmexxa djalogu sostnut ma' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u muniċipalitajiet u sabiex jagħti appoġġ lill-involviment attiv taċ-ċittadini.

(11)

Proġetti taċ-ċittadini b'dimensjoni transnazzjonali u trans-settorjali huma għodda importanti sabiex jintlaħqu ċ-ċittadini u tiġi promossa l-kuxjenza Ewropea, l-integrazzjoni politika Ewropea, l-inklużjoni soċjali u l-fehim reċiproku.

(12)

Organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali huma elementi importanti ta' parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini fis-soċjetà u jgħinu sabiex jitrawwmu l-aspetti kollha tal-ħajja pubblika. Huma wkoll intermedjarji bejn l-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha. Il-kooperazzjoni transnazzjonali tagħhom għandha għalhekk tiġi promossa u mħeġġa.

(13)

L-organizzazzjonijiet ta' riċerka fil-politika pubblika Ewropea jistgħu jipprovdu ideat u riflessjonijiet li jippromwovu d-dibattitu fil-livell Ewropew. Huwa għalhekk ukoll kunsiljabbli li jiġu appoġġati, bħala rabta bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u ċ-ċittadini, attivitajiet li jirriflettu l-impenn tagħhom lejn il-ħolqien ta' identità u ċittadinanza Ewropea, billi jiġu stabbiliti proċeduri bi kriterji trasparenti sabiex jiġu promossi networks għal informazzjoni u skambju.

(14)

Jaqbel ukoll li tiġi segwita l-azzjoni mibdija mill-Unjoni Ewropea fil-kuntest tad-Deċiżjoni Nru 792/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarju għall-promozzjoni ta' korpi attivi fil-livell Ewropew fil-qasam tal-kultura (6) għall-preservazzjoni u l-kommemorazzjoni tas-siti u l-arkivji prinċipali assoċjati mad-deportazzjonijiet. Għarfien tad-dimensjonijiet sħaħ u l-konsegwenzi traġiċi tat-tieni gwerra dinjija jista' b'hekk jinżammu u tiġi promossa tifkira universali, bħala mezz għas-superazzjoni ta' l-imgħoddi u l-bini tal-futur.

(15)

Id-Dikjarazzjoni dwar l-Isports adottata mill-Kunsill Ewropew ta'Nizza tas-7 sad-9 ta' Diċembru 2000 innotat li, “minkejja li ma għandha l-ebda setgħa diretta f'dan il-qasam, il-Komunità għandha, fl-azzjoni tagħha taħt id-diversi disposizzjonijiet tat-Trattati, tieħu kont tal-funzjonijiet soċjali, edukattivi u kulturali inerenti fl-isport.”

(16)

Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-integrazzjoni bbilanċjata taċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-Istati Membri kollha fi proġetti u attivitajiet li jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali.

(17)

Il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi ta' l-EFTA li huma parti fil-Ftehim taż-ŻEE huma rikonoxxuti bħala parteċipanti potenzjali fil-programmi tal-Komunità, skond il-ftehim li kienu konklużi ma' dawk il-pajjiżi.

(18)

Il-Kunsill Ewropew ta' Tessaloniki tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003 adotta l-“Aġenda ta' Tessaloniki għall-Balkani tal-Punent: il-mixja lejn integrazzjoni Ewropea”, li stiednet lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex jieħdu sehem fi programmi u aġenziji Komunitarji; għalhekk, il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent għandhom jiġu rikonoxxuti bħala parteċipanti potenzjali fi programmi Komunitarji.

(19)

Il-programm għandu jiġi monitorjat regolarment u evalwat b'mod indipendenti f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex ikunu possibbli l-aġġustamenti mill-ġdid li huma meħtieġa jekk il-miżuri se jiġu implimentati kif suppost.

(20)

Il-proċeduri għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm għandhom jagħmlu użu minn objettivi u indikaturi li huma speċifiċi, li jstgħu jitkejlu, li jistgħu jinkisbu, li huma relevanti u li jkunu f'waqthom.

(21)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7) (minn issa 'l quddiem “ir-Regolament Finanzjarju”) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-19 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (8), li jissalvagwardja l-interessi finanzjarji tal-Komunità, għandhom ikunu applikati billi wieħed iqis il-prinċipji tas-sempliċità u tal-konsistenza fl-għażla ta' l-istrumenti tal-baġit, limitu fuq in-numru ta' każijiet fejn il-Kummissjoni jibqa' jkollha responsabbiltà diretta għall-implimentazzjoni u t-tmexxija tagħhom, u l-proporzjonalità meħtieġa bejn l-ammont ta' riżorsi u l-piż amministrattiv relatat ma' l-użu tagħhom.

(22)

Għandhom jittieħdu wkoll miżuri xierqa sabiex ma jitħallewx isiru irregolaritajiet u frodi u biex jiġu rkuprati fondi mitlufa jew imħallsa jew użati ħażin.

(23)

B'segwitu tal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda, l-implimentazzjoni tal-programm tista' tiġi ssimplifikata b'rikors għal finanzjament f'somma waħda, fir-rigward jew ta' appoġġ mogħti lill-parteċipanti tal-programm inkella ta' appoġġ Komunitarju għall-istrutturi stabbiliti fil-livell nazzjonali għall-amministrazzjoni tal-programm.

(24)

Id-Deċiżjoni tistabbilixxi għat-tul kollu tal-programm, pakkett finanzjarju li se jkun il-punt primarju ta' referenza għall-awtorità tal-baġit fi ħdan it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja soda tal-baġit (9), għall-awtorità tal-baġit matul il-proċedura annwali tal-baġit.

(25)

Ladarba l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba n-natura transnazzjonali u multilaterali ta' l-azzjonijiet u l-miżuri tal-programm, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif imsemmi f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(26)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (10).

(27)

Il-miżuri transizzjonali sabiex ikunu monitorjati azzjonijiet li nbdew qabel il-31 ta’ Diċembru 2006 għandhom jiġu adottati, skond id-Deċiżjoni 2004/100/KE,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni tal-programm

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-programm”) għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

2.   Il-programm għandu jikkontribwixxi għall-objettivi ġenerali li ġejjin:

(a)

li ċ-ċittadini jingħataw l-opportunità li jinteraġixxu u jieħdu sehem fil-bini ta' Ewropa dejjem eqreb, li hija demokratika u orjentata lejn id-dinja, magħquda fid-diversità kulturali tagħha u arrikkita minnha, u b'hekk tiġi żviluppata ċ-ċittadinanza ta' l-Unjoni Ewropea;

(b)

li jiġi żviluppat sens ta' identità Ewropea, ibbażat fuq il-valuri, l-istorja u l-kultura komuni;

(ċ)

li jiġi mrawwem sens ta' propjetà fil-konfront ta' l-Unjoni Ewropea fost iċ-ċittadini tagħha;

(d)

li jiġi msaħħaħ il-ftehim reċiproku bejn iċ-ċittadini Ewropej b'rispett għad-diversità kulturali u lingwistika u bil-promozzjoni tagħha, filwaqt li jkun hemm kontribut għal djalogu interkulturali.

Artikolu 2

Objettivi speċifiċi tal-programm

Il-programm għandu jkollu l-objettivi speċifiċi li ġejjin b'konformità ma' l-għanijiet fundamentali tat-Trattat, li għandhom jiġu implimentati fuq bażi transnazzjonali:

(a)

jinġiebu flimkien nies minn komunitajiet lokali minn madwar l-Ewropa sabiex jikkondividu u jiskambjaw esperjenzi, opinjonijiet u valuri, sabiex jitgħallmu mill-istorja u jibnu għall-ġejjieni;

(b)

jittrawmu azzjoni, dibattitu u riflessjoni relatati maċ-ċittadinanza Ewropea u d-demokrazija, valuri kondiviżi, storja u kultura komuni permezz ta' kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell Ewropew;

(ċ)

l-Ewropa tinġieb eqreb taċ-ċittadini tagħha permezz tal-promozzjoni tal-valuri u l-kisbiet ta' l-Ewropa, filwaqt li tinżamm il-memorja ta' l-imgħoddi tagħha;

(d)

tiġi mħeġġa l-interazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-pajjiżi parteċipanti kollha, filwaqt li jkun hemm kontribut għad-djalogu interkulturali u tingħata prominenza kemm lid-diversità kif ukoll lill-għaqda ta' l-Ewropa, b'attenzjoni partikolari għall-attivitajiet immirati lejn l-iżvilupp ta' rabtiet eqreb bejn iċ-ċittadini mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea kif kostitwita fit-30 ta' April 2004 u dawk l-Istati Membri li aderew minn dak iż-żmien 'il hawn.

Artikolu 3

Azzjonijiet

1.   L-objettivi tal-programm għandhom jiġu segwiti permezz ta' appoġġ għall-azzjonijiet li ġejjin, li dettalji dwarhom jinsabu fil-Parti I ta' l-Anness:

(a)

Ċittadini attivi għall-Ewropa, li tikkonsisti f'dan li ġej:

ġemellaġġ bejn l-ibliet;

proġetti taċ-ċittadini u miżuri ta' appoġġ;

(b)

Soċjetà ċivili attiva fl-Ewropa, li tikkonsisti f'dan li ġej:

appoġġ strutturali għall-organizzazzjonijiet tar-riċerka fil-politika pubblika Ewropea (think-tanks);

appoġġ strutturali għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell Ewropew;

appoġġ għal proġetti mibdija minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

(ċ)

Flimkien għall-Ewropa, li tikkonsisti f'dan li ġej:

avvenimenti b'viżibilità għolja, bħal kommemorazzjonijiet, għotjiet, avvenimenti artistiċi, konferenzi madwar l-Ewropa;

studji, sondaġġi u stħarriġ ta' l-opinjoni pubblika;

għodda ta' informazzjoni u disseminazzjoni;

(d)

Tifkira Ewropea Attiva, li tikkonsisti fi:

il-preservazzjoni tas-siti u l-arkivji prinċipali assoċjati mad-deportazzjonijiet u l-kommemorazzjoni tal-vittmi.

2.   F'kull azzjoni, tista' tingħata prijorità lill-integrazzjoni bilanċjata taċ-ċittadini u ta' l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-Istati Membri kollha, kif previst fl-objettiv speċifiku fl-Artikolu 2 d).

Artikolu 4

Forom ta' miżuri Komunitarji

1.   Il-miżuri Komunitarji jistgħu jieħdu l-forma ta' għotjiet jew ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku.

2.   Għotjiet Komunitarji jistgħu jiġu pprovduti permezz ta' forom speċifiċi bħal għotjiet operattivi, għotjiet ta' azzjoni, boroż ta' studju, premjijiet.

3.   Il-kuntratti ta' appalti pubbliċi se jkopru x-xiri ta' servizzi, per eżempju għall-organizzazzjoni ta' avvenimenti, studji u riċerka, għodda ta' informazzjoni u ta' disseminazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni.

4.   Sabiex ikunu eliġibbli għal għotja Komunitarja, il-benefiċjarji għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li jidhru fil-Parti II ta' l-Anness.

Artikolu 5

Parteċipazzjoni fil-programm

Il-programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li ġejjin, minn issa 'l quddiem imsejħa l-“pajjiżi parteċipanti”:

(a)

l-Istati Membri;

(b)

il-pajjiżi ta' l-EFTA li huma parti għall-Ftehim taż-ŻEE, skond id-disposizzjonijiet ta' dak il-Ftehim.

(ċ)

il-pajjiżi kandidati li jkunu qed jibbenefikaw minn strateġija ta' qabel l-adeżjoni, skond il-prinċipji ġenerali u l-kriterji u l-kondizzjonijiet ġenerali mniżżlin fil-ftehim kwadri konklużi ma' dawn il-pajjiżi għall-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi Komunitarji;

(d)

il-pajjiżi tal-Balkani tal-punent, skond l-arranġamenti li jridu jiġu stabbiliti ma' dawn il-pajjiżi taħt il-ftehim kwadri dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi Komunitarji.

Artikolu 6

Aċċess għall-programm

Il-programm għandu jkun miftuħ għall-partijiet interessati kollha li jippromwovu ċittadinanza attiva Ewropea, b'mod partikolari awtoritajiet u organizzazzjonijiet lokali, organizzazzjonijiet ta' riċerka fil-politika pubblika Ewropea (think-tanks), gruppi taċ-ċittadini u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili oħra.

Artikolu 7

Kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali

Il-programm jista' jkopri attivitajiet konġunti u innovattivi fil-qasam taċ-ċittadinanza Ewropea attiva, ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħall-Kunsill ta' l-Ewropa u l-UNESCO, abbażi ta' kontributi konġunti u skond ir-Regolament Finanzjarju u r-regoli diversi ta' kull istituzzjoni jew organizzazzjoni.

Artikolu 8

Miżuri implimentattivi

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm skond id-disposizzjonijiet ta' l-Anness.

2.   Il-miżuri li ġejjin għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2):

(a)

l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-programm, inkluż il-pjan ta' ħidma annwali, il-kriterji ta' l-għażla u l-proċeduri ta' l-għażla;

(b)

il-bilanċ ġenerali bejn id-diversi azzjonijiet tal-programm;

(ċ)

il-proċeduri għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm.

(d)

l-appoġġ finanzjarju (ammont, tul ta' żmien, distribuzzjoni u benefiċjarji) ipprovdut mill-Komunità fir-rigward ta' l-għotjiet operattivi kollha, il-ftehim multi-annwali ta' ġemellaġġ taħt l-Azzjoni 1 u avvenimenti b'viżibilità għolja taħt l-Azzjoni 3.

3.   Il-miżuri l-oħra kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(3).

4.   Bħala parti mill-proċedura msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista' tfassal linji gwida għal kull azzjoni fl-Anness sabiex jiġi adattat il-programm għal kwalunkwe bidla fil-prijorità fil-qasam taċ-ċittadinanza Ewropea attiva.

Artikolu 9

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, waqt li jittieħed kont tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, waqt li jittieħed kont tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4.   Il-kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 10

Koerenza ma' strumenti oħra Komunitarji u ta' l-Unjoni Ewropea

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-koerenza u l-komplimentarjetà bejn il-programm u strumenti f'oqsma oħra ta' azzjoni Komunitarja, b'mod speċjali l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, il-kultura, iż-żgħażagħ, l-isports, l-ambjent, is-settur awdjoviżiv u l-medja, id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, l-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni, razziżmu u ksenofobija, ir-riċerka xjentifika, is-soċjetà ta' l-informazzjoni u l-azzjoni esterna Komunitarja, b'mod partikolari fil-livell tal-politika Ewropea dwar il-Viċinat.

2.   Il-programm jista' jaqsam riżorsi ma' strumenti oħra Komunitarji u ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jimplimenta azzjonjiet li jissodisfaw l-objettivi kemm tal-programm kif ukoll ta' dawn l-istrumenti l-oħra.

Artikolu 11

Il-pakkett baġitarju

1.   Il-pakkett baġitarju għall-implimentazzjoni tal-programm għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 1 huwa b'dan stabbilit għal EUR 190 miljun (11).

2.   L-appropjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

Artikolu 12

Disposizzjonijiet finanzjarji

1.   L-għajnuna finanzjarja għandha tieħu l-forma ta' għotjiet lil persuni ġuridiċi. Skond in-natura ta' l-azzjoni u l-objettiv imfittex, l-għotjiet jistgħu jingħataw ukoll lil persuni fiżiċi.

2.   Il-Kummissjoni tista' tagħti premjijiet lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi għal azzjonijiet jew proġetti implimentati taħt il-programm.

3.   B'konformità ma' l-Artikolu 181 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, u skond in-natura ta' l-azzjoni, jistgħu jiġu awtorizzati finanzjament b'rata waħda (fissa) u/jew l-applikazzjoni tar-rati ta' prezz għal kull unità.

4.   Il-kofinanzjament in natura jista' jkun permess.

5.   Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, minħabba l-karatteristiċi tal-benefiċjarji u n-natura ta' l-azzjonijiet, li teżenta lill-benefiċjarji mill-verifika tal-kompetenzi u tal-kwalifiki professjonali meħtieġa biex il-programm ta' azzjoni jew ta' ħidma proposta jkunu kompletati.

6.   L-ammont ta' informazzjoni li jrid jiġi pprovduta mill-benefiċjarju jista' jkun limitat fil-każ ta' għotjiet żgħar.

7.   F'każijiet speċifiċi bħal fil-każ ta' għotja żgħira, il-benefiċjarju ma għandux għalfejn ikun meħtieġ li juri l-kapaċità finanzjarja tiegħu li jwettaq il-proġett ippjanat jew il-programm ta' ħidma.

8.   Għotjiet operattivi mogħtija taħt il-programm lil korpi li jgħandhom għan ta' interess Ewropew ġenerali, kif definiti fl-Artikolu 162 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, ma għandhomx jiġu awtomatikament imnaqqsa, fil-każ ta' tiġdid.

Artikolu 13

Protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta l-azzjonijiet iffinanzjati skond din id-Deċiżjoni jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' verifiki effettivi u bl-irkupru ta' ammonti mħallsin żejda u, jekk jiġu individwati irregolaritajiet, b'pieni effettivi, proporzjonali u dissważivi, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (12), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post magħmula mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej mill-frodi u irregolaritajiet oħra (13), u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet kondotti mill-Uffiċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (14).

2.   Għall-azzjonijiet Komunitarji ffinanzjati taħt il-programm, il-kunċett ta' irregolarità msemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandu jfisser kwalunkwe ksur ta' disposizzjoni tal-liġi Komunitarja jew kwalunkwe ksur ta' obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn att jew ommissjoni min-naħa ta' operatur ekonomiku, li għandu, jew li kieku jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali tal-Komunitajiet jew il-baġits amministrati minnhom, minħabba nefqa mhux iġġustifikata.

3.   Il-Kummissjoni għandha tnaqqas, tissospendi jew tirkupra l-ammont ta' assistenza finanzjarja mogħtija għal azzjoni jekk issib irregolaritajiet, inkluż nuqqas ta' konformità mad-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni jew id-deċiżjoni individwali jew il-kuntratt jew il-ftehim li jagħtu l-appoġġ finanzjarju in kwistjoni, jew jekk jirriżulta li, mingħajr ma tkun intalbet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, l-azzjoni tkun għaddiet minn tibdil li jikkonfliġġi man-natura jew mal-kondizzjonijiet ta' l-implimentazzjoni tal-proġett.

4.   Jekk il-limiti ta' żmien ma jkunux ġew osservati jew jekk parti biss mill-għajnuna finanzjarja allokata tkun ġustifikata mill-progress li jsir bl-implimentazzjoni ta' azzjoni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-benefiċjarju biex jippreżenta osservazzjonijiet fi żmien perijodu speċifikat. Jekk il-benefiċjarju ma jagħtix tweġiba sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista' tikkanċella l-assistenza finanzjarja li jkun fadal u titlob il-ħlas lura tas-somom diġà mħallsin.

5.   Kwalunkwe ħlas żejjed għandu jitħallas lura lill-Kummissjoni. Ma' kwalunkwe somma li ma titħallasx lura fi żmien debitu għandhom jiġu miżjuda l-interessi taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fir-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 14

Monitoraġġ u Evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura monitoraġġ regolari tal-programm. Ir-riżultati tal-proċess ta' monitoraġġ u evalwazzjoni għandhom jiġu utilizzati fl-implimentazzjoni tal-programm. Il-monitoraġġ għandu jinkludi b'mod partikolari t-tfassil tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 3 il-punti (a) u (ċ).

L-objettivi speċifiċi jistgħu jiġu riveduti skond l-Artikolu 251 tat-Trattat.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-evalwazzjoni regolari, esterna u indipendenti tal-programm u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew fuq bażi regolari.

3.   Il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni:

(a)

rapport ta' evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u dwar l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta' l-implimentazzjoni tal-programm sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010;

(b)

komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-programm sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011;

(ċ)

rapport ta' evalwazzjoni ex-post sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015.

Artikolu 15

Disposizzjoni transitorja

Azzjonijiet mibdija qabel il-31 ta’ Diċembru 2006 skond id-Deċiżjoni Nru 2004/100/KE għandhom ikomplu jiġu rregolati, sat-tkomplija tagħhom, minn dik id-Deċiżjoni.

Kif previst mill-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal dħul assenjat li jirriżulta mill-ħlas lura ta' ammonti mħallsa indebitament skond id-Deċiżjoni 2004/100/KE jistgħu jitqiegħdu għad-disposizzjoni tal-Programm.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Hi għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Magħmula …, …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 28, 3.2.2006, p. 29.

(2)  ĠU C 115, 16.5.2006, p. 81.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2006 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' 25 ta' Settembru 2006 u Posizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' … (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.

(5)  ĠU L 30, 4.2.2004, p. 6.

(6)  ĠU L 138, 30.4.2004, p. 40.

(7)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(8)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 3).

(9)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(10)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(11)  Dan l-ammont huwa bbażat fuq iċ-ċifri ta' l-2004 u għandu jkun soġġett għal aġġustament tekniku biex titqies l-inflazzjoni.

(12)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(13)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(14)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.


ANNESS

I.   DESKRIZZJONI TA' L-AZZJONIJIET

Informazzjoni komplimentari dwar l-aċċess għall-programm

Organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kif imsemmija fl-Artikolu 6 jinkludu, inter alia, trade unions, istituzzjonijiet edukattivi u organizzazzjonijiet attivi fil-qasam tal-ħidma volontarja u sport amatorjali.

AZZJONI 1:   Ċittadini attivi għall-Ewropa

Din l-azzjoni tifforma dik il-parti tal-programm diretta speċifikament lejn attivitajiet li jinvolvu liċ-ċittadini. Dawn l-attivitajiet jaqgħu taħt żewġ tipi ta' miżuri kif ġej:

Ġemellaġġ bejn l-ibliet

Din il-miżura hija mmirata lejn attivitajiet li jinvolvu jew iħeġġu skambji diretti bejn ċittadini Ewropej permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet ta' ġemellaġġ bejn l-ibliet. Dawn jistgħu jkunu attivitajiet ta' darba jew attivitajiet pilota, jew jieħdu l-forma ta' ftehim strutturati, multi-annwali u li jinvolvi bosta sħab li jsegwu approċċ aktar programmat u li jinkludu sett ta' attivitajiet li jvarjaw minn laqgħat għaċ-ċittadini sa konferenzi jew seminars speċifiċi dwar suġġetti ta' interess komuni, flimkien ma' pubblikazzjonijiet relatati, organizzati fil-kuntest ta' attivitajiet ta' ġemellaġġ bejn l-ibliet. Din il-miżura se tikkontribwixxi b'mod attiv għat-tisħiħ tal-konoxxenza u l-fehim reċiproku bejn iċ-ċittadini u bejn il-kulturi.

Għas-snin 2007, 2008 u 2009, appoġġ strutturali jista' jiġi pprovdut direttament lill-Kunsill tal-Muniċipalitajiet u r-Reġjuni Ewropej (CEMR), korp li jsegwi għan ta' interess Ewropew ġenerali, attiv fil-qasam tal-ġemellaġġ bejn l-ibliet.

Proġetti taċ-ċittadini u miżuri ta' appoġġ

Taħt din il-miżura se jkunu appoġġati varjetà ta' proġetti b'dimensjoni transnazzjonali u trans-settorali, li jinvolvu b'mod dirett liċ-ċittadini. Prijorità tingħata lil proġetti mmirati li jħeġġu l-parteċipazzjoni fil-livell lokali. Id-daqs u l-kamp ta' applikazzjoni ta' tali proġetti se jiddependu mill-iżviluppi fis-soċjetà u se jesploraw, permezz ta' approċċi innovattivi, ir-risponsi possibbli għall-ħtiġijiet identifikati. L-użu ta' teknoloġiji ġodda, b'mod partikolari teknoloġiji tas-soċjetà ta' l-informazzjoni (IST), se jiġi mħeġġeġ. Dawk il-proġetti se jiġbru ċittadini minn orizzonti differenti, li se jaġixxu flimkien jew jiddibattu dwar kwistjonijiet Ewropej komuni, b'hekk jiġi żviluppat ftehim reċiproku kif ukoll titqajjem kuxjenza dwar il-proċess ta' integrazzjoni Ewropea.

Sabiex jittejbu l-ġemellaġġi bejn l-ibliet u l-proġetti taċ-ċittadini, jeħtieġ ukoll li jiġu żviluppati miżuri ta' appoġġ għall-iskambju ta' l-aħjar prattika, li jinġabru flimkien esperjenzi bejn dawk interessati fil-livelli lokali u reġjonali inklużi l-awtoritajiet pubbliċi, u li jiġu żviluppati kompetenzi ġodda, per eżempju permezz tat-taħriġ.

Bħala indikazzjoni, ta' l-inqas 47 % tal-baġit totali allokat għal dan il-programm se jkun iddedikat għal din l-azzjoni.

AZZJONI 2:   socjetà ċivili attiva fl-Ewropa

Appoġġ strutturali għall-organizzazzjonijiet ta' riċerka fil-politika pubblika Ewropea (think-tanks)

Korpi li jipprovdu ideat u riflessjonijiet ġodda dwar kwistjonijiet Ewropej huma interlokuturi istituzzjonali importanti li kapaċi jipprovdu rakkomandazzjonijiet indipendenti strateġiċi trans-settorjali lill-istituzzjonijiet ta' l-UE. Jistgħu jwettqu attivitajiet li jsostnu d-dibattitu notevolment dwar iċ-ċittadinanza ta' l-Unjoni Ewropea u dwar valuri u kulturi Ewropej. Din il-miżura hija mmirata lejn it-tisħiħ tal-kapaċità instituzzjonali ta' dawk l-organizzazzjonijiet, li huma rappreżentattivi, jipprovdu valur miżjud Ewropew reali, jistgħu joħolqu effetti multiplikaturi importanti u, finalment, huma kapaċi jikkooperaw ma' benefiċjarji oħra tal-programm. It-tisħiħ ta' networks trans-Ewropej huwa element importanti f'dan il-qasam. Jistgħu jingħataw għotjiet fuq il-bażi ta' programm ta' ħidma multi-annwali li jġib flimkien firxa ta' temi jew attivitajiet.

Għas-snin 2007, 2008 u 2009, jista' jiġi pprovdut appoġġ strutturali direttament għall-assoċjazzjoni “Groupement d'études et de recherches Notre Europe” u għall-“Institut für Europäische Politik”, bħala korpi li jsegwu għan ta' interess Ewropew ġenerali.

Appoġġ strutturali għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell Ewropew

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma parti importanti ta' l-attivitajiet ċiviċi, edukattivi, kulturali u politiċi għall-parteċipazzjoni fis-soċjetà. Jeħtieġ li huma jeżistu u li jkunu jistgħu joperaw u jikkooperaw fil-livell Ewropew. Huma għandhom ukoll ikunu jistgħu jieħdu sehem fit-tfassil tal-politika permezz ta' konsultazzjoni. Din il-miżura se tipprovdihom bil-kapaċità u l-istabbiltà sabiex jaġixxu f'dimensjoni trans-settorjali u orizzontali bħala katalisti transnazzjonali għall-membri tagħhom u għas-soċjetà ċivili fil-livell Ewropew, u b'hekk jikkontribwixxu għall-objettivi tal-programm. It-tisħiħ ta' networks transewropej u ta' assoċjazzjonijiet Ewropej huwa element importanti f'dan il-qasam ta' ħidma. Jistgħu jingħataw għotjiet fuq il-bażi ta' programm ta' ħidma multi-annwali li jiġbor flimkien firxa ta' temi jew ta' attivitajiet.

Għas-snin 2007, 2008 u 2009, jista' jiġi pprovdut appoġġ strutturali direttament għal tliet korpi li jsegwu għan ta' interess Ewropew ġenerali: il-Pjattaforma ta' l-NGOs Soċjali Ewropej, il-Moviment Ewropew u l-Kunsill Ewropew dwar Refuġjati u Eżiljati.

Appoġġ għal proġetti mibdija minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

Organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fuq livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew Ewropew jinvolvu liċ-ċittadini jew jirrappreżentaw l-interessi tagħhom permezz ta' dibattitu, pubblikazzjonijiet, avokatura, u proġetti transnazzjonali konkreti oħra. L-introduzzjoni ta' dimensjoni Ewropea, jew it-tkomplija fuqha, fl-attivitajiet ta' l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, se jagħmilha possibbli għalihom li jsaħħu l-kapaċitajiet tagħhom u jilħqu udjenzi akbar. Kooperazzjoni diretta bejn l-organizzazzjonjiet tas-soċjetà ċivili minn Stati Membri differenti se tikkontribwixxi għal ftehim reċiproku għall-kulturi u l-opinjonijiet differenti u għall-identifikazzjoni ta' interessi u valuri komuni. Waqt li dan jista' jkun fil-forma ta' proġetti uniċi, approċċ għall-perijodu fit-tul se jiżgura wkoll impatt aktar sostenibbli u l-iżvilupp ta' networks u ta' sinerġiji.

Bħala indikazzjoni, bejn wieħed u ieħor 29 % tal-baġit allokat għal dan il-programm se jmur għal din l-azzjoni.

AZZJONI 3:   flimkien għall-Ewropa

Avvenimenti b'viżibilità għolja

Din il-miżura se tappoġġa avvenimenti organizzati mill-Kummissjoni, fejn xieraq b'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri jew imsieħba rilevanti oħra, li huma sostanzjali fid-daqs u fil-kamp ta' applikazzjoni, jolqtu lill-popli ta' l-Ewropa, jgħinu biex jiżdied is-sens ta' appartenenza tagħhom għall-istess komunità, jagħmluhom konxji ta' l-istorja, il-kisbiet u l-valuri ta' l-Unjoni Ewropea, jinvolvuhom fi djalogu interkulturali u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' l-identità Ewropea tagħhom.

Dawn l-avvenimenti jistgħu jinkludu l-kommemorazzjoni ta' avvenimenti storiċi, iċ-ċelebrazzjoni ta' kisbiet Ewropej, avvenimenti artistiċi, it-tqajjim ta' kuxjenza madwar kwistjonijiet speċifiċi, konferenzi mifruxa ma' l-Ewropa kollha u l-għoti ta' premjijiet sabiex jiġu enfasizzati suċċessi prinċipali. L-użu ta' teknoloġiji ġodda, b'mod partikolari IST, għandu jiġi mħeġġeġ.

Studji

Sabiex wieħed jifhem aħjar iċ-ċittadinanza attiva fil-livell Ewropew, il-Kummissjoni se twettaq studji, sondaġġi u stħarriġ ta' l-opinjoni pubblika.

Għodda ta' informazzjoni u ta' disseminazzjoni

Minħabba l-attenzjoni ffokata fuq iċ-ċittadini u l-varjetà ta' inizjattivi fil-qasam taċ-ċittadinanza attiva, jeħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni komprensiva dwar l-attivitajiet varji tal-programm, dwar azzjonijiet Ewropej oħra relatati maċ-ċittadinanza u dwar inizjattivi rilevanti oħra permezz ta' portal ta' l-Internet u għodda oħra.

Għas-snin 2007, 2008 u 2009, jista' jiġi pprovdut appoġġ strutturali direttament għall-“Assoċjazzjoni Jean Monnet”, iċ-“Ċentru ewropew Robert Schuman” u l-“Maisons de l'Europe” federati fil-livell nazzjonali u Ewropew, bħala korpi li jsegwu għan ta' interess ġenerali Ewropew.

Bħala indikazzjoni, bejn wieħed u ieħor 10 % tal-baġit allokat għal dan il-programm se jmur għal din l-azzjoni.

AZZJONI 4:   Tifkira Ewropea Attiva

Taħt din l-azzjoni jistgħu jiġu appoġġati proġetti tat-tipi li ġejjin:

għall-preservazzjoni tas-siti u l-monumenti prinċipali assoċjati mad-deportazzjonijiet tal-massa, dawk li qabel kienu l-kampijiet ta' konċentrament u siti oħra ta' martirju u ta' sterminazzjoni fuq skala kbira tan-Nazziżmu, kif ukoll l-arkivji li jiddokumentaw dawn l-avvenimenti u biex tinżamm ħajja l-memorja tal-vittmi, kif ukoll il-memorja ta' dawk li, taħt kondizzjonijiet estremi, salvaw lin-nies mill-olokawst;

għall-kommemorazzjoni tal-vittmi ta' l-isterminazzjonijiet tal-massa u d-deportazzjonijiet tal-massa assoċjati ma' l-Istaliniżmu, kif ukoll il-preservazzjoni tal-monumenti u ta' l-arkivji li jiddokumentaw dawn l-avvenimenti.

Bejn wieħed u ieħor 4 % tal-baġit totali allokat għall-programm se jkunu ddedikati għal din l-azzjoni.

II.   ĠESTJONI TAL-PROGRAMM

L-implimentazzjoni tal-programm se tkun iggwidata mill-prinċipji ta' trasparenza flimkien ma' dawk ta' onestà, għal varjetà kbir ta' organizzazzjonijiet u proġetti. B'konsegwenza, il-proġetti u l-attivitajiet se jintgħażlu, bħala regola ġenerali, permezz ta' sejħiet miftuħa għal proposti. Derogi se jkunu possibbli biss f'ċirkostanzi speċifiċi ħafna u b'konformità sħiħa ma' l-Artikolu 168 (1)(ċ) u (d) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

Il-programm se jiżviluppa l-prinċipju ta' sħubiji multi-annwali abbażi ta' objettivi miftiehma, li jibnu fuq l-analiżi tar-riżultati, sabiex jiġu żgurati benefiċċji reċiproċi kemm għas-soċjetà ċivili kif ukoll għall-Unjoni Ewropea. It-tul ta' żmien massimu ta' finanzjament allokat permezz ta' ftehim ta' għotja unika taħt il-programm għandu jkun limitat għal 3 snin.

Għal xi azzjonijiet, jista' jkun meħtieġ li tiġi adottata ġestjoni ċentralizzata indiretta minn aġenzija eżekuttiva jew, speċjalment għall-azzjoni 1, minn aġenziji nazzjonali.

L-azzjonijiet kollha se jkunu implimentati fuq bażi transnazzjonali. Huma ser iħeġġu l-mobbiltà taċ-ċittadini u l-ideat fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

L-elementi ta' networking u l-iffukar fuq l-effetti multiplikaturi, inkluż l-użu ta' teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), se jkunu importanti u se jkunu riflessi kemm fit-tipi ta' attivitajiet kif ukoll fil-firxa ta' organizzazzjonijiet involuti. Se jkun imħeġġeġ l-iżvilupp ta' interazzjonijiet u ta' sinerġija fost it-tipi varji ta' partijiet interessati involuti fil-programm.

Il-baġit tal-programm jista' jkopri wkoll in-nefqa assoċjata ma' l-attivitajiet ta' tħejjija, ta' segwitu, ta' monitoraġġ, ta' verifika u ta' evalwazzjoni direttament meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm u għall-kisba ta' l-objettivi tiegħu, b'mod partikolari studji, laqgħat, attivitajiet ta' informazzjoni u ta' pubblikazzjoni, nefqa assoċjata man-netwerks ta' l-IT għall-iskambju ta' informazzjoni u kwalunkwe nefqa ta' appoġġ amministrattiv u tekniku oħra dwar liema l-Kummissjoni tista' tiddeċiedi għall-ġestjoni tal-programm.

In-nefqa amministrattiva globali tal-programm għandha tkun proporzjonata mal-kompiti previsti fil-programm ikkonċernat u, bħala indikazzjoni, għandha tirrappreżenta madwar 10 % tal-baġit totali allokati lill-programm.

Il-Kummissjoni tista' twettaq attivitajiet ta' informazzjoni, ta' pubblikazzjoni u ta' disseminazzjoni skond ma jkun il-każ, u b'hekk tiżgura konoxxenza wiesgħa u impatt għoli ta' l-attivitajiet appoġġati mill-programm.

III.   KONTROLLI U VERIFIKI

Għall-proġetti magħżulin bi qbil ma' din id-Deċiżjoni, ser tkun stabbilita verifika b'teħid ta' kampjuni.

Il-benefiċjarju ta' l-għotja għandu jqiegħed għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni d-dokumenti kollha ta' appoġġ li għandhom x'jaqsmu man-nefqa għal perijodu ta' ħames snin mid-data tal-ħlas finali. Il-benefiċjarju ta' l-għotja għandu jiżgura li, fejn applikabbli, id-dokumenti ta' appoġġ fil-pussess ta' sħab jew membri jitqiegħdu għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni jista' jkollha verifika dwar l-użu magħmul mill-għotja mwettqa jew direttament mill-persunal tagħha jew minn kwalunkwe korp kwalifikat ieħor minn barra li tkun għażlitu hi. Tali verifiki jistgħu jitwettqu matul il-perijodu kollu tal-kuntratt kif ukoll matul perjodu ta' ħames snin li jibda mid-data ta' pagament tal-bilanċ. Fejn xieraq, is-sejbiet tal-verifika jistgħu jwasslu għal deċiżjonijiet ta' rkupru mill-Kummissjoni.

Il-persunal tal-Kummissjoni u l-persunal barrani awtorizzat mill-Kummissjoni għandu jkollhom l-aċċess xieraq għall-uffiċċji tal-benefiċjarju u għall-informazzjoni kollha, inkluża l-informazzjoni f'format elettroniku, meħtieġa għal dawn il-verifiki.

Il-Qorti ta' l-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) se jkollhom l-istess drittijiet, b'mod speċjali dawk ta' aċċess, bħall-Kummissjoni.


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   INTRODUZZJONI

1.

Fis-6 ta' April 2005 l-Kummissjoni adottat u mbagħad issottomettiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal deċiżjoni, ibbażata fuq l-Artikoli 151 u 308 tat-Trattat tal-KE, li tistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta' ċittadinanza Ewropea attiva.

2.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fis-26 ta' Ottubru 2005.

3.

Il-Kumitat tar-Reġjuni ta l-opinjoni tiegħu fis-17 ta' Novembru 2005.

4.

Il-Parlament Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fil-5 ta' April 2006.

5.

Fi 25 ta' Settembru 2006, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu skond l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE.

II.   OBJETTIV

1.

L-objettivi ġenerali tal-programm kif propost mill-Kummissjoni huma li jikkontribwixxu għal:

li ċ-ċittadini jingħataw l-opportunità li jaħdmu ma' xulxin u jipparteċipaw fil-bini ta' Ewropa dejjem eqreb, magħquda u arrikkita permezz tad-diversità kulturali tagħha;

li tissawwar identità Ewropea, ibbażata fuq valuri, storja u kultura komuni rikonoxxuti;

li jissaħħaħ il-fehim reċiproku bejn iċ-ċittadini Ewropej li jirrispettaw u jiċċelebraw id-diversità kulturali, waqt li jingħata kontribut għad-djalogu interkulturali.

2.

L-objettivi speċifiċi proposti, li għandhom jiġu implimentati fuq bażi transnazzjonali, għandhom:

iressqu flimkien persuni mill-komunitajiet lokali fl-Ewropa kollha biex jaqsmu u jiskambjaw esperjenzi, fehmiet u valuri, biex jitgħallmu mill-istorja u jibnu għall-ġejjieni;

irawmu azzjoni, dibattitu u riflessjoni relatata maċ-ċittadinanza Ewropea permezz ta' kooperazzjoni bejn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell Ewropew;

jagħmlu l-idea ta' l-Ewropa aktar tanġibbli għaċ-ċittadini tagħha billi jippromwovu u jiċċelebraw il-valuri u l-kisbiet ta' l-Ewropa, filwaqt li tinżamm ħajja l-memorja ta' l-imgħoddi tagħha;

jinkoraġġixxu l-integrazzjoni bilanċjata ta' ċittadini u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-Istati Membri kollha, li tikkontribwixxi għad-djalogu interkulturali u toħroġ fuq quddiem kemm id-diversità kif ukoll l-għaqda ta' l-Ewropa, b'attenzjoni partikolari għall-attivitajiet ma' l-Istati Membri li dan l-aħħar issieħbu fl-Unjoni Ewropea.

III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI

1.   Kummenti ġenerali

Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill iżżomm l-elementi ewlenin tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni. B'mod ġenerali l-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni għandhom fehmiet simili rigward din id-Deċiżjoni.

Il-baġit ta' EUR 190 miljun (bil-prezzijiet ta' l-2004, u soġġett għal aġġustament li jieħu kont ta' l-inflazzjoni) kien miftiehem mit-tliet istituzzjonijiet fil-kuntest tal-ftehim inter-istituzzjonali dwar il-Qafas finanzjarju għall-2007-2013.

Il-Kunsill adotta fil-pożizzjoni komuni tiegħu l-idea tal-Parlament Ewropew li tiżdied raba' linja ta' azzjoni ġdida dwar tifkira Ewropea attiva. Il-Kunsill irreaġixxa b'mod pożittiv ukoll għas-suġġeriment tal-Parlament li jiżdiedu tliet “korpi magħżulin” addizzjonali (li jġib it-total għal disgħa) biex jirċievu għotjiet fi ħdan il-programm. Madankollu, biex jiġi żgurat bilanċ xieraq, l-istatus speċjali ta' dawn id-disa' korpi jitneħħa gradwalment wara tliet snin.

Fir-rigward tat-tqassim indikattiv tal-baġit, il-Kunsill fittex li jenfasizza aktar l-importanza relattiva ta' l-Azzjoni 1 (ġemellaġġi u proġetti taċ-ċittadini) u, bħall-Parlament, fittex li jitnaqqsu l-ispejjeż ta' l-immaniġġar tal-programm.

Fir-rigward ta' l-implimentazzjoni u l-komitoloġija tal-programm, il-Kunsill estenda l-użu tal-proċedura ta' maniġġar sabiex tkopri wkoll ċerti każijiet ta' appoġġ finanzjarju.

2.   Emendi tal-Parlament Ewropew

Il-Kunsill fittex fil-pożizzjoni komuni tiegħu li jqis it-tħassib u l-prijoritajiet tal-Parlament Ewropew u seta' jaċċetta l-parti l-kbira ta' l-emendi tal-Parlament.

L-Emendi 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 10, 12, 14, 15, 16, 17, 18, 19, 20, 22, 24, 25, 28, 29, 30, 31, 32, 34, 37, 39, 42, 43, 44, 46, 48, 49, 50, 51, 52, 60 u 61 ġew aċċettati b'mod sħiħ, parzjalment jew fil-prinċipju.

Fir-rigward ta' l-Emendi 8, 9, 11, 13, 23, 26, 33, 35, 38, 40, 47 u 53 il-Kunsill għażel li jsegwi l-linja meħuda mill-Kummissjoni u ma jaċċettax l-emendi.

Iż-żieda ta' l-Emenda 21 relatata mal-leġittimità ta' l-istituzzjonijiet tqieset bħala mhux meħtieġa. Fir-rigward ta' l-Emenda 27 il-Kunsill ma xtaqx jikkunsidra l-għoti ta' appoġġ strutturali għall-kunċett legalment vag ta' “assoċjazzjonijiet jew netwerks”. L-Emenda 36 kienet tikkonċerna l-baġit tal-programm li ġie ttrattat u miftiehem mit-tliet istituzzjonijiet fil-kuntest tal-ftehim dwar il-Perspettivi Finanzjarji. Fir-rigward ta' l-Emenda 41, il-Kunsill ma qiesx li hu xieraq li jissemmew waħedhom avvenimenti organizzati bil-ġemellaġġ ta' klabbs sportivi, billi setturi oħrajn ma kinux imsemmijin speċifikament f'din il-parti tat-test, madankollu referenza għal organizzazzjonijiet sportivi ġiet miżjuda fl-Anness. L-Emenda 45 tikkonċerna t-tqassim tal-baġit, fejn il-Kunsill ipprefera jiffavorixxi l-Azzjoni 1, waqt li jħalli l-perċentwali allokat għall-Azzjoni 2 l-istess bħal dak propost oriġinarjament mill-Kummissjoni.

IV.   KONKLUŻJONI

Il-Kunsill iqis li l-pożizzjoni komuni tiegħu tirrappreżenta test bilanċjat li ħa kont b'mod sħiħ l-objettivi segwiti mill-Parlament Ewropew fl-emendi tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni. Il-Kunsill jistenna li jilħaq qbil mal-Parlament Ewropew fil-futur qarib bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.


Top