EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2004:152A:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, CA 152, 09 ta' Ġunju 2006


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5015

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 152A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 47
9 ta' Ġunju 2004


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

III   Avviżi

 

Ċentru Ewropew għall-iżvilupp ta' taħriġ vokazzjonali

 

1


 


 

(*1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi Uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-ĠU C 152 A.

MT

 


III Avviżi

Ċentru Ewropew għall-iżvilupp ta' taħriġ vokazzjonali

9.6.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CA 152/1


Avviż għall-post vaganti ta' assistent direttur (M/F)

Il-bord maniġerjali taċ-Ċentru Ewropew għall-iżvilupp ta' taħriġ vokazzjonali (cedefop) iniedi applikazzjoni għall-impieg ta' assistent direttur

(Ref: 4312/229)

Tagħrif Ġenerali dwar Cedefop

Iċ-Ċentru twaqqaf bir-Regolament tal-Kunsill (E.E.C.) Nru.337/75 tal-10 ta' Frar 1975 (1). Il-missjoni tiegħu hija li jgħin lill-Kummissjoni Ewropea, billi jinkoraġġixi f'livell komunitarju, il-promozzjoni u l-iżvilupp ta' Edukazzjoni Vokazzjonali u Taħriġ. Iċ-ċentru għandu s-sede tiegħu fit-Tessalonika u bħalissa għandu staff ta' bejn wieħed u ieħor 120 persuna (2).

Cedefop għandu Bord Maniġerjali magħmul minn tliet partijiet, u jipprovdi servizzi għall-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u għall-imsieħba soċjali kif ukoll għall-pajjiżi assoċjati tan-Norveġja u l-Iżlanda.

Bħala ċ-Ċentru ta' referenza ta' l-Unjoni Ewropea għall-Edukazzjoni Vokazzjonali u Taħriġ, Cedefop jipprovdi tagħrif lil nies li jifformulaw il-politika tal-pajjiż jew xi organu (policymakers), riċerkaturi u nies li jeżerċitaw b'mod professjonali (practitioners), biex jippromovi fehim aktar ċar ta' żviluppi, u b'hekk igħinhom biex huma jieħdu deċiżjonijiet informattivi għal kull azzjoni li tittieħed fil-futur. Aktar informazzjoni dwar l-inizjattivi tiegħu, proġetti, netwerks u pubblikazzjonijiet, tista tinsab fic-Cedefop Websites (3).

Deskrizzjoni ta' l-Impieg

L-Assistant-Direttur jissapportja lid-Direttur fit-tmexxija tax-xogħol tiegħu skond kif huwa mniżżel fir-Regolament tal-Fondazzjoni esp art 2, 3 u 7, bħal analiżi tad- “data”, żvilupp tal- “policy” tar-riċerka relevanti u l-promozzjoni tat-trattament miftiehem ta' “issues” dwar edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ.

Hu/hi jamministra/tamministra flok id-Direttur waqt li dan ta' l-aħħar ikun assenti.

Hu/hi jgħin/tgħin ukoll:

fil-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Prijoritajiet ta' Cedefop għall-programmi; tax-xogħol għat-term ta' nofs is-sena u għal dak annwali;

fil-preparazzjoni tar-rapport annwali ta' Cedefop u r-rapport tal-progress li sar;

fit-twettiq tad-deċiżjonijiet tal-Board Maniġerjali;

fil-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet ta' gruppi li jaħdmu flimkien u ta' netwerks;

għal dak li għandu x'jaqsam mal-“budget”, l-Assistant-Direttur, irid jagħti rendekont ta' xogħlu lid-Direttur u jgħin lilu/lilha fl-implimentazzjoni tal-“Budget” ta' Cedefop u jikkontribwixxi fit-tmexxija maniġerjali finazjarja soda u l-kontroll intern.

Profil u Kriterji

1.   Il-kandidati jiġu kkunsidrati għall-fażi ta' għażla skond il-kriterji formali (mitlubin) sad-data tal-għeluq ta' l-applikazzjonijiet:

grad universitarju jew diploma, preferibbilment fil-qasam relevanti għall-missjoni ta' l-Aġenzija, li jaghti aċċess għal studji ta' speċjalizzazzjoni ta' wara l-kisba ta' l-ewwel grad, (post-graduate), (grad ta' Masters jew ekwivalenti);

mill-inqas 10 snin ta' esperjenza professjonali wara l-kisba tal-grad universitarju jew ekwivalenti li mill-inqas, f'ħamsa minnhom, din l-esperjenza inkisbet f'livell maniġerjali fis-settur pubbliku jew privat;

konoxxenza profonda ta' għallanqas waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u konoxxenza sodisfaċenti ta' lingwa oħra bħala t-tieni lingwa, minn dawn il-lingwi. Ingliż tajjeb huwa ta' vantaġġ.

huwa ċittadin ta' Stat Membru fl-Unjoni Ewropea;

data tat-twelid wara 1 ta' April 1945, billi hu/hi għandhom l-obbligu li jservu mill-inqas terminu wieħed sħiħ ta' 5 snin, qabel l-irtirar obligatorju.

2.   Il-kandidati magħżula skond il-kriterji ta' hawn fuq, jiġu mbagħad ivvalutati skond il-kriterji li ġejjin:

esperjenza ta' kif wieħed jorganizza u jmexxi attivitajiet transnazzjonali u/jew netwerks, kif ukoll involviment ta' relazzjonijiet u kooperazzjoni reċiproka ma l-imseħbin soċjali;

esperjenza ta' tmexxija ta' riżorsi umani f'organizzazzjoni nazzjonali u/jew internazzjonali;

esperjenza ta' kooperazzjoni ma' l-atturi konċernati — awtoritajiet nazzjonali u lokali, organizzazzjonijiet internazzjonali, universitajiet u ċentri ta' riċerka, intrapriżi u mseħbin soċjali;

evidenza ta' konoxxenza u esperjenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' taħriġ edukattiv vokazzjonali, abbilitajiet u/jew żvilupp ta' staff, u/jew riċerka applikata f'dawn l-oqsma f'livelli nazzjonali, Ewropej w internazzjonali;

reputazzjoni xjentifika, iddokumentata b'pubblikazzjonijiet u/jew xogħol ta' riċerka;

esperjenza ta' tmexxija finanzjarja u tal-“budget”;

abbilitajiet ta' komunikazzjoni miktuba u mitkellma;

fehim (understanding) ta' istuzzjonijiet komunitarji u funzjonabbli tal-UE.

Opportunitajiet Indaqs

Cedefop japplika politika ta' opportunitajiet indaqs irrispettivament sess, oriġini razzjali jew etniċi, reliġjon jew twemmin, eta' jew orjentazzjoni sesswali.

Bħala parti mill-Unjoni Ewropea, Cedefop jieħu ħsieb li jevita kull forma ta' diskriminazzjoni fil-proċeduri tiegħu ta' reklutaġġ u jinkoraġġixxi b'mod attiv applikazzjonijiet min-nisa.

Il-Ħatra u l-Kundizzjonijiet ta' l-Impieg

L-Assistant-Direttur jinħatar minn Bord Maniġerjali minn lista ta' kandidati sottomessa mid-Direttur bi ftehim mal- Bureau.

Il-kandidati għandhom iżommu f'moħħom li l-lista tista' tiġi ppubblikata, u li l-inklużjoni ta' isimhom fil-lista, ma tiggarantix ħatra. Il-mandat tiegħu/tagħha huwa ta' ħames (5) snin u jiġġedded darba, għal perjodu massimu ta' ħames snin. L-Assistant-Direttur jirċievi kuntratt temporanju skond l-artiklu 2A tal-kundizzjonijiet ta' l-impieg ta' l-impjegati tal-Komunitajiet Ewropej. Il-ħatra tkun ta' Grad A3 (4). Il-kandidat magħżul ikun mistenni jidħol għall-kariga fl-01-04-2005.

Proċedura ta' l-Apllikazzjoni u d-data tal-għeluq

Persuni interessati jridu jużaw il-formola li tinsab f'din il-ħarġa tal-Gazzetta Uffiċjali għall-applikazzjonijiet tagħhom, li tista' tiġi trasferita b'sistema ta' kompjuter mill-website ta' Cedefop f' www.cedefop.eu.int. Meta din tkun imtliet u iffirmata, għandha tintbagħat bil-posta flimkien ma' ittra ta' motivazzjoni u Curriculum Vitae (preferibbilment b'konformita mal-format tas-C.V. ta' l-UE (5), fl-indirizz postali ta' hawn taħt, bħala ittra reġistrata, mhux aktar tard mill-15 ta' Lulju 2004 id-data tat-timbru postali).

L-applikazzjoni trid tkun b'xi lingwa uffiċjali tal-Kommunita. Fejn l-applikazzjoni ma tkunx bl-Ingliż, kopja ta' l-applikazzjoni bl-Ingliż trid ukoll tiġi pprovduta.

Applikazzjonijiet mibgħuta bis-servizz “espress” tal-kurrieri, għandhom jintbagħtu fl-istess indirizz postali qabel il-17.00 fil-15 ta' Lulju 2004.

L-Applikazzjonijiet għandhom ukoll jiġu sottomessi f'format elettroniku (Word or pdf) lill-indirizz ta' l-email kif ġej:

Admin Dep Director@cedefop.eu.int sal-17.00 fil-15 ta' Lulju 2004 għall-attenzzjoni ta':

Lill-President tal-Board Maniġerjali ta' Cedefop

Ref. 4312/229

Cedefop

Uffiċċju 4/23

Kaxxa Postali 22427

GR-55102 Thessalonika

Dokumenti relevanti jridu jiġu sottomessi fi stadju aktar tard skond il-proċeduri jekk jintalbu. Assessment estern fuq il-post tax-xogħol jista' jkun parti mill-proċedura. Referenzi għandhom jintbagħtu u dawn jiġu ċċekkjati.

L-applikazzjoni tiġi rrifjutata jekk id-dossier ma jkunx komplut.

Kandidati li isimhom ikun jidher fil-lista l-qasira, jkunu mitluba biex jiġu intervistati f'Settembru/Ottubru 2004.


(1)  Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru. 337/75 ta' l-10-02-1975 kif dan l-aħħar ġie emendat bir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru. 1655/2003 tat-18 ta' Ġunju 2003 (OJL245/41 tad-29-09-2003) http://europa.eu.int/eur-lex/pri/en/oj/dat/2003/1245/1 24520030929en00410043.pdf

(2)  L-istaff hu magħmul minn uffiċjali, aġenti temporanji, esperti nazzjonali issekondati, dawk lokali, awżiljarji u kuntratturi

(3)  www.cedefop.eu.int — www.trainingvillage.gr

(4)  jew ekwivalent skond l-istruttura l-ġdida ta' gradazzjoni.

(5)  htt:/www.cedefop.eu.int/transparency/cv.asp


Image

Image


Top