This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Il-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-persuni b’diżabilità fuq livell internazzjonali
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI U TAL-KONVENZJONI?
Id-deċiżjoni tadotta f’isem il-Komunità Ewropea (issa l-UE) il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, inkluża fl-anness tad-deċiżjoni.
PUNTI EWLENIN
L-għan ta’ din il-Konvenzjoni Internazzjonali huwa li jiġi żgurat li l-persuni b’diżabilità jgawdu bis-sħiħ mid-drittijiet tal-bniedem u mil-libertajiet fundamentali kollha.
Għal dan il-għan, il-Konvenzjoni hija bbażata fuq serje ta’ prinċipji:
Il-pajjiżi li huma parti għall-konvenzjoni għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat ir-rispett kontinwu ta’ dawn il-prinċipji. Jintrabtu wkoll li jappoġġjaw id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali tal-persuni b’diżabilità.
Barra minn hekk, il-persuni b’diżabilità għandhom jiġu kkonsultati fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politiki li jirrigwardawhom.
Protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni
Kull forma ta’ diskriminazzjoni abbażi ta’ diżabilità hija pprojbita u l-persuni b’diżabilità għandhom jirċievu protezzjoni legali effettiva u bbażata fuq l-ugwaljanza.
Il-konvenzjoni fiha regoli speċifiċi fir-rigward ta’ żewġ gruppi tal-popolazzjoni:
Il-pajjiżi li huma partijiet għall-konvenzjoni jintrabtu li jiġġieldu kontra l-isterjotipi u li joħolqu sensibilizzazzjoni dwar il-kapaċitajiet tal-persuni b’diżabilità.
Drittijiet rikonoxxuti mill-konvenzjoni
Il-konvenzjoni tistabbilixxi serje ta’ drittijiet u ta’ libertajiet li għalihom huma intitolati l-persuni b’diżabilità. Dawn jinkludu:
Implimentazzjoni tal-konvenzjoni
Kwalunkwe azzjoni ta’ kooperazzjoni internazzjonali li tittieħed għandha tinkludi lill-persuni b’diżabilità, b’mod partikolari fi sħubiji ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali rilevanti.
Il-pajjiżi għandhom jistabbilixxu punt fokali nazzjonali wieħed jew aktar responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni u jgħarrfu lill-pubbliku dwar il-konvenzjoni. Għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu indipendenti għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-konvenzjoni. Is-soċjetà ċivili għandha tkun involuta bis-sħiħ fl-azzjoni ta’ monitoraġġ.
Fl-aħħar nett, kull pajjiż għandu jippreżenta rapport komprensiv dwar il-miżuri meħuda biex jissodisfa l-obbligi tiegħu, fi żmien sentejn mill-adeżjoni tiegħu għall-konvenzjoni.
MINN META JAPPLIKAW ID-DEĊIŻJONI U L-KONVENZJONI?
Id-deċiżjoni ilha tapplika mis-26 ta’ Novembru 2009. Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fit-3 ta’ Mejju 2008 u ilha tapplika fl-UE mit-22 ta’ Jannar 2011.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
DOKUMENT EWLIENI
Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, pp. 35-61)
l-aħħar aġġornament 18.07.2018