Interoperabilità ta’ applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija tas-sistema ferrovjarja tal-UE
SOMMARJU TA’:
Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2014 — dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
- Dan jistipula l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità relatata “mal-applikazzjonijiet telematiċi għas-subsistema tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja Ewropea.
- Dan iħassar ir-Regolament (KE) Nru 62/2006.
PUNTI EWLENIN
Speċifikazzjonijiet Tekniċi ta’ Interoperabilità (TSIs)
- Interoperabilità tfisser l-abbiltà ta’ sistema ferrovjarja li tippermetti moviment bla periklu u bla interruzzjoni tal-ferroviji li jilħqu l-livelli meħtieġa ta’ prestazzjoni.
- It-TSIs jiddefinixxu l-istandards tekniċi u operattivi li għandhom jiġu ssodisfati minn kull subsistema jew parti minn subsistema biex tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali u tiżgura l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja tal-UE.
- Għal kull subsistema, ir-rekwiżiti essenzjali jeħtieġ li jiġu speċifikati u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ddeterminati, partikolarment fir-rigward ta’ partijiet u interfaċċi, sabiex jintlaħqu dawk ir-rekwiżiti essenzjali.
- Rekwiżiti essenzjali jinkludu:
- is-sigurtà;
- l-affidabilità u d-disponibbiltà;
- is-saħħa;
- il-protezzjoni ambjentali;
- il-kompatibilità teknika;
- l-aċċessibilità.
Applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi ta’ merkanzija
- Is-subsistema tal-applikazzjonijiet telematiċi kemm għas-servizzi tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija huma definiti fid-Direttiva 2008/57/KE (ara s-sommarju dwar L-iżgurar tal-kompatibilità tas-sistemi ferrovjarji tal-UE).
- Id-Direttiva (UE) 2016/798 tħassar u tissostitwixxi d-Direttiva 2008/57/KE mis-16 ta’ Ġunju 2019 (ara sommarju dwar is-sikurezza ferrovjarja fl-UE kollha).
- Applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-merkanzija jinkludu:
- sistemi ta’ informazzjoni (monitoraġġ f’ħin reali ta’ merkanzija u ferroviji);
- sistemi ta’ tqassim u allokazzjoni;
- sistemi ta’ riservazzjoni, ħlas u fatturazzjoni;
- ġestjoni ta’ konnessjonijiet ma’ modi oħra ta’ trasport;
- produzzjoni ta’ dokumenti elettroniċi li jakkumpanjawhom.
Kamp ta’ applikazzjoni
Ir-Regolament ikopri:
- definizzjoni ta’ subsistema u kamp ta’ applikazzjoni;
- rekwiżiti essenzjali;
- karatteristiċi tas-subsistema;
- kostitwenti tal-interoperabilità;
- valutazzjoni tal-konformità/adattabilità għall-użu tal-kostitwenti u verifiki fuq is-subsistema;
- implimentazzjoni — imwettqa mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/278 jemenda l-annessi tekniċi (l-Anness D2 sal-Appendiċi E) tar-regolament li jikkonċerna
- l-istruttura tal-messaġġi skambjati bejn l-Impriżi Ferrovjarji u l-Maniġers tal-Infrastruttura;
- il-mudell tad-dejta u tal-messaġġi;
- il-metadejta tal-Bażi tad-Dejta Operazzjonali tal-Vaguni u tal-Unitajiet Intermodali; u
- jiddefinixxi l-istandard IT għas-saff tal-komunikazzjoni tal-Interfaċċa Komuni* użat biex jiskambja messaġġi bejn l-operaturi msemmija hawn fuq (Impriżi Ferrovjarji u Maniġers tal-Infrastruttura).
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.
SFOND
Għal aktar informazzjoni ara:
TERMINI EWLENIN
Interfaċċa Komuni: għodda teknika li tappoġġa l-iskambju interoperabbli ta’ messaġġi.
DOKUMENT EWLIENI
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 tal-11 ta’ Diċembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 62/2006 (ĠU L 356, 12.12.2014, pp. 438-488)
Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1305/2014 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Id-Direttiva (EU) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, pp. 102-149)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (UE) Nru 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, pp. 1-43)
Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, pp. 1-45)
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 16.05.2019