EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Il-flessibbiltà tal-pajjiżi tal-UE fil-kultivazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DIRETTIVA?
Din temenda d-Direttiva 2001/18/KE dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (OĠM)* sabiex il-pajjiżi individwali tal-UE jkunu jistgħu jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-kultivazzjoni tagħhom fit-territorju tagħhom. Skont ir-regoli l-qodma, dan kien possibbli meta l-pajjiż tal-UE kien ikollu evidenza ġdida li l-OĠM ikkonċernat ħoloq riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent.
PUNTI EWLENIN
Id-direttiva l-ġdida żżid kliem ġdid fid-direttiva tal-2001. Din hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, fejn dan jagħti lill-pajjiżi tal-UE aktar flessibbiltà fir-rigward tal-kultivazzjoni ta’ OĠM mingħajr ma tiġi affettwata l-valutazzjoni tar-riskju ambjentali, li tagħmel parti mis-sistema ta’ awtorizzazzjoni ta’ OĠM fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fid-Direttiva 2001/18/KE. Din tippermetti lil pajjiżi individwali sabiex jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-kultivazzjoni tal-OĠM taħt ċerti kundizzjonijiet:
L-azzjoni meħuda mill-pajjiżi tal-UE trid tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni u trid tkun immotivata, proporzjonata u mhux diskriminatorja. Fi stadju aktar tard, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jirrevedu d-deċiżjonijiet tagħhom u jerġgħu jiġu integrati fl-ambitu ġeografiku ta’ awtorizzazzjoni ta’ OĠM.
Il-pajjiżi tal-UE li fihom jiġu kkultivati l-OĠM iridu jieħdu azzjoni f’żoni tal-fruntiera sabiex jevitaw kontaminazzjoni possibbli ta’ pajjiżi ġirien tal-UE fejn il-kultivazzjoni ta’ dawk l-OĠM hija pprojbita.
Rapporti
Sat-3 ta’ April 2019, il-Kummissjoni Ewropea se tirrapporta dwar l-użu tad-direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż l-użu tagħha mill-pajjiżi tal-UE biex jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OĠM u kwalunkwe effett li din għandha fuq is-suq intern tal-UE. Proposti leġiżlattivi ulterjuri jista’ jiġu proposti fir-rapport.
Il-Kummissjoni se tirrapporta wkoll dwar ir-rimedju attwali tad-danni ambjentali li jistgħu jseħħu minħabba l-kultivazzjoni ta’ OĠM.
META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?
Din bdiet tapplika mit-2 ta’ April 2015.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT EWLIENI
Id-Direttiva (UE) 2015/412 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 li temenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fit-territorju tagħhom (ĠU L 68, 13.3.2015, pp. 1–8).
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, pp. 1–23)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1829/2003 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1–39).
Ara l-verżjoni konsolidata
l-aħħar aġġornament 08.03.2018