This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Programm ta’ Riċerka u Taħriġ ta’ Euratom (2014-2018)
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
Huwa jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ (2014-2018) tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) li jikkumplementa l-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020.
PUNTI EWLENIN
F’konformità mat-Trattat dwar l-Euratom, il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom jaħdem għal 5 snin (mill-2014 sal-2018), mhux bħal programmi ta’ riċerka tal-UE oħrajn li jdumu 7 snin. L-objettiv ġenerali tal-programm huwa li jitwettqu attivitajiet ta’ riċerka u taħriġ nukleari b’enfasi fuq it-titjib kontinwu tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari, b’mod partikolari sabiex jikkontribwixxi potenzjalment għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija b’mod sikur, effiċjenti u sigur.
Dan l-objettiv ġenerali għandu jiġi implimentat fil-forma ta’ azzjonijiet indiretti u diretti.
L-azzjonijiet indiretti huma attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġjati finanzjarjament mill-UE u mwettqa minn parteċipanti esterni bħal kumpaniji, universitajiet u ċentri ta’ riċerka.
L-azzjonijiet indiretti tal-Programm Euratom għandhom dawn l-objettivi speċifiċi li ġejjin:
L-azzjonijiet diretti huma attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea permezz taċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka (JRC) tagħha.
L-azzjonijiet diretti tal-Programm Euratom għandhom dawn l-objettivi speċifiċi li ġejjin:
Baġit
Il-baġit għall-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom (2014-2018) huwa €1 603 329 000.
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Ir-regolament ilu japplika mit-23 ta’ Diċembru 2013.
DOKUMENT EWLIENI
Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1314/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 948-964)
DOKUMENTI RELATATI
Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-20) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 104–173)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f’“Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 81-103)
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (COM(2011) 808 final, 30.11.2011)
l-aħħar aġġornament 08.06.2018