This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Strateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Alpi
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2015) 366 finali — Lejn Reġjun tal-Alpi aktar prosperu
SOMMARJU
X’TAGĦMEL DIN IL-KOMUNIKAZZJONI?
Bil-għan li tgħin lir-Reġjun tal-Alpi jiffaċċja diversi sfidi ekonomiċi, demografiċi u ambjentali, din il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tipproponi Strateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Alpi (EUSALP). Hija tinkludi Pjan ta’ Azzjoni li jfittex li jippromwovi l-prosperità ekonomika u soċjali sostenibbli fir-reġjun.
PUNTI EWLENIN
L-Eusalp hija r-raba’ strateġija makro-reġjonali tal-UE*. Hija tikkonċerna 7 pajjiżi u 48 reġjun, inklużi:
— |
5 pajjiżi tal-UE: l-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, l-Italja u s-Slovenja, u
|
— |
2 pajjiżi terzi: il-Liechtenstein u l-Isvizzera.
|
Sfidi
Ir-Reġjun tal-Alpi jiffaċċja bosta sfidi li jirrikjedu rispons konġunt:
— |
xejriet demografiċi: it-tixjiħ, id-densità baxxa tal-popolazzjoni fiż-żoni muntanjużi ewlenin u x-xejriet ġodda tal-immigrazzjoni (jiġifieri ċ-ċaqliq tal-popolazzjoni lejn żoni urbani minħabba n-nuqqas ta’ infrastruttura fil-kampanja);
|
— |
vulnerabbiltà għolja għat-tibdil fil-klima u l-effetti ta’ dan fuq l-ambjent, il-bijodiversità u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tan-nies;
|
— |
il-pożizzjoni ġeografika speċifika fl-Ewropa, bħala reġjun ta’ tranżitu;
|
— |
il-ġestjoni tad-domanda għall-enerġija;
|
— |
grad għoli ta’ staġjonalità, speċjalment f’xi żoni turistiċi;
|
— |
disparitajiet soċjali u ekonomiċi sinjifikanti bejn żoni differenti fir-Reġjun.
|
Għanijiet tal-Istrateġija: 3 tematiċi u 1 orizzontali
Hija meħtieġa kooperazzjoni aktar effettiva bejn ir-reġjuni u l-Istati sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi. Għalhekk, l-istrateġija hija mibnija fuq 3 għanijiet tematiċi orjentati lejn l-azzjoni:
Azzjonijiet tematiċi
1. | li joffru aċċess ġust għall-opportunitajiet ta’ xogħol u jibnu fuq il-kompetittività għolja tar-Reġjun billi jagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni. L-azzjonijiet fil-qasam jistgħu jieħdu l-forma ta’ attivitajiet ta’ riċerka dwar prodotti u servizzi speċifiċi għar-Reġjun tal-Alpi u approċċi innovattivi maħsuba biex isaħħu s-sostenibbiltà tar-reġjun; |
2. | li jiżguraw aċċessibbiltà u konnettività interni u esterni għall-abitanti kollha tar-reġjun: l-azzjonijiet huma ddisinjati biex jippromwovu mobbiltà aħjar billi jużaw tip differenti ta’ alternattivi tat-trasport (intermodalità u interoperabbiltà) fit-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija u l-estensjoni tal-aċċess tal-Internet u tat-telefon f’żoni remoti; |
3. | li jagħmlu lir-reġjun ambjentalment sostenibbli u attraenti permezz tal-akkomunament ta’ riżorsi reċiproċi sabiex
|
Barra minn hekk, ser ikun hemm ukoll ir-raba’ għan trasversali li jkollu l-iskop li jibni mudell b’saħħtu ta’ governanza makro-reġjonali sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ser taġixxi bħala faċilitatur indipendenti u tiggarantixxi l-koordinazzjoni strateġika fi sħubija mal-pajjiżi u r-reġjuni parteċipanti u b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.
Implimentazzjoni u valur miżjud tal-UE
L-EUSALP għandha l-għan li tipprovdi qafas ta’ kooperazzjoni fejn is-suġġetti makro-reġjonali jistgħu jiġu indirizzati flimkien sabiex tinkiseb koerenza ogħla, iżda tinvolvi wkoll aktar parteċipanti minn livelli differenti minn fost ir-reġjuni kollha involuti.
L-EUSALP tfittex ukoll li tibni relazzjoni ġdida bejn iż-żoni metropolitani u muntanjużi (inklużi ż-żoni ta’ bejniethom).
L-istrateġija ser tkun ibbażata fuq l-istess prinċipji ewlenin li japplikaw għall-istrateġiji makro-reġjonali eżistenti:
— |
ebda fond ġdid tal-UE,
|
— |
ebda struttura formali tal-UE addizzjonali u
|
— |
ebda leġiżlazzjoni tal-UE addizzjonali.
|
Hija tistrieħ ukoll fuq approċċ ikkoordinat, sinerġiji u l-użu aktar effettiv tal-fondi tal-UE eżistenti u ta’ strumenti finanzjarji oħrajn.
L-istrateġija ser timmobilizza u tlaqqa’ flimkien il-programmi tal-politika reġjonali tal-UE 2014-20 (bħal taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment tal-UE), kif ukoll oqfsa rilevanti oħrajn tal-politika reġjonali u nazzjonali.
TERMINI EWLENIN
*Strateġija makro-reġjonali hija qafas integrat li jindirizza l-isfidi komuni li tiffaċċja żona ġeografika partikolari.
Bħalissa jeżistu 4 strateġiji makro-ekonomiċi tal-UE:
— |
— |
— |
— |
l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Alpi.
|
SFOND
— |
— |
— |
ATT
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Alpi (COM(2015) 366 finali tat-28.7.2015)
ATTI RELATATI
Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni - Pjan ta’ azzjoni li jakkumpanja d-dokument tal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Alpi (SWD(2015) 147 finali tat-28.07.2015)
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19-20 ta’ Diċembru 2013
l-aħħar aġġornament 16.11.2015