Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-iskambju ta' informazzjoni dwar proġetti ta' investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea

Il-liġi tistabbilixxi r-regoli skont liema l-Istati Membri tal-UE jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dejta u informazzjoni dwar proġetti ta' investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fl-UE f'firxa vasta ta' setturi.

ATT

Regolament (UE) Nru 256/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta’ proġetti ta’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea, li jissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 617/2010 u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96.

SOMMARJU

Mill-1 ta' Jannar 2015, u kull sentejn wara dik id-data, il-pajjiżi tal-UE se jkollhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar proġetti ta' investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fis-setturi li ġejjin:

żejt;

il-gass naturali;

l-elettriku (inkluż l-elettriku minn sorsi rinnovabbli, l-elettriku mill-faħam u l-linjite, u l-koġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana utli);

il-produzzjoni tal-bijofjuwil;

il-qbid, it-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju prodott minn dawn is-setturi.

Ir-Regolament ser japplika għal proġetti ta' investiment tat-tipi elenkati fl-Anness li fuqhom inbeda xogħol ta' kostruzzjoni jew dekummissjonar jew li fuqhom ittieħdet deċiżjoni finali dwar l-investiment.

Id-dejta ser tgħin lill-Kummissjoni biex tikseb stampa ġenerali tal-iżvilupp fl-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fl-UE. Id-disponibbiltà ta' dejta u informazzjoni regolari u aġġornata ser tippermetti lill-Kummissjoni biex tagħmel il-paraguni u l-evalwazzjonijiet, jew li tipproponi miżuri rilevanti.

Skont l-Artikolu 5, l-informazzjoni dwar it-tipi li ser tiġi kondiviża mal-Kummissjoni ser tkun dwar:

il-volum tal-kapaċità ppjanata jew li tkun taħt kostruzzjoni;

it-tip u l-karatteristiċi ewlenin tal-infrastruttura jew tal-kapaċità ppjanata jew li tkun taħt kostruzzjoni, inkluż il-post tal-proġetti ta' trażmissjoni traskonfinali, jekk applikabbli;

is-sena probabbli tal-kummissjonar;

it-tip ta' sorsi ta' enerġija użat;

l-installazzjonijiet li huma kapaċi jirrispondu għall-kriżijiet ta' sigurtà tal-provvista, bħal tagħmir li jippermetti l-flussi opposti jew il-bdil minn fjuwil għall-ieħor; u

it-tagħmir tas-sistemi tal-qbid tal-karbonju jew mekkaniżmi installati fuq tagħmir li diġà jiffunzjona għall-qbid u l-ħżin tal-karbonju.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 256/2014

9.4.2014

-

ĠU L 84 tal-20.3.2014

L-aħħar aġġornament: 08.08.2014

Top