Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ambjent tax-xogħol sikur u ħieles mill-periklu

Hija tanalizza l-progress li sar fl-Unjoni Ewropea (UE) fuq l-ambjenti tax-xogħol sikuri u ħielsa mill-periklu, tidentifika l-isfidi li għadhom iridu jiġu ffaċċjati u tfassal strateġija għall-perjodu 2014-2020.

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għall-perjodu 2014-2020 (COM(2014) 332 finali tas-6 ta’ Ġunju 2014)

SOMMARJU

X’TAGĦMEL DIN IL-KOMUNIKAZZJONI?

Hija tanalizza l-progress li sar fl-Unjoni Ewropea (UE) fuq l-ambjenti tax-xogħol sikuri u ħielsa mill-periklu, tidentifika l-isfidi li għadhom iridu jiġu ffaċċjati u tfassal strateġija għall-perjodu 2014-2020.

PUNTI EWLENIN

Minkejja t-tnaqqis sinjifikanti fl-aċċidenti u l-prevenzjoni aħjar, il-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol fl-UE jeħtieġ aktar titjib:

Kull sena, aktar minn 4 000 ħaddiem imutu minħabba aċċidenti fuq ix-xogħol u aktar minn 3 miljun ħaddiem isofru aċċidenti serji.

Madwar 25% tal-ħaddiema jgħidu li s-saħħa u s-sigurtà tagħhom huma f’riskju minħabba x-xogħol li jagħmlu.

L-ispejjeż minħabba l-liv tal-mard relatat max-xogħol huma għoljin b’mod inaċċettabbli.

Il-Komunikazzjoni tipproponi programm ta’ azzjonijiet b’kollaborazzjoni mal-pajjiżi tal-UE u ma’ partijiet interessati oħrajn, b’7 għanijiet strateġiċi:

1.

It-tisħiħ tar-rwol tal-UE fl-appoġġ għall-istrateġiji nazzjonali,

2.

L-iffaċilitar tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali (OSH), b’mod partikolari għal negozji iżgħar,

3.

Modi aħjar ta’ promozzjoni u infurzar tal-leġiżlazzjoni mill-pajjiżi tal-UE,

4.

Is-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti,

5.

L-indirizzar tal-kwistjonijiet li jirriżultaw mill-ħaddiema li qegħdin jixjieħu, riskji ġodda emerġenti u l-prevenzjoni ta’ mard relatat max-xogħol,

6.

It-titjib tal-ġbir ta’ statistika u informazzjoni dwar aċċidenti u mard relatat max-xogħol, u

7.

Sforzi internazzjonali u tal-UE kkoordinati aħjar u kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

Minbarra l-liġijiet ġodda, fejn xieraq, il-Komunikazzjoni tissuġġerixxi li għandhom jintużaw ukoll metodi oħrajn, bħal benchmarking, skambju ta’ prassi tajbin, sensibilizzazzjoni, normi volontarji u għodod tal-IT faċli għall-utenti.

Il-pajjiżi tal-UE huma mħeġġa sabiex jagħmlu użu mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) matul il-perjodu 2014-2020 sabiex jgħinu fil-kisba ta’ dawn l-għanijiet.

Il-Kummissjoni Ewropea timpenja ruħha li timmonitorja mill-qrib u tevalwa l-progress.

SFOND

L-iżgurar ta’ ambjent tax-xogħol sikur u ħieles mill-periklu għal aktar minn 217-il miljun ħaddiem fl-UE huwa mira strateġika għall-Kummissjoni Ewropea. Billi r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema huma simili ħafna madwar l-UE, dan għandu rwol ċar li jgħin sabiex din il-kwistjoni tiġi indirizzata b’mod aktar effettiv.

Għal aktar tagħrif, ara:

l-aħħar aġġornament 30.09.2015

Top