EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0383R(01)

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri

COM/2018/383 final/2 - 2018/0207 (COD)

Brussell, 30.5.2018

COM(2018) 383 final

2018/0207(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri

{SEC(2018) 274 final}
{SWD(2018) 290 final}
{SWD(2018) 291 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Din il-proposta tipprevedi data ta' applikazzjoni mill-1 ta' Jannar 2021 u hija ppreżentata għal Unjoni ta' 27 Stat Membru, b'konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u l-Euratom fuq il-bażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta' Marzu 2017.

·Raġunijiet u għanijiet

L-għan tal-Unjoni Ewropea huwa li tippromovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha. L-Unjoni hija komunità tad-dritt, u l-valuri tagħha jikkostitwixxu l-bażi proprja tal-eżistenza tagħha. Dawn il-valuri huma mnaqqxa fit-Trattati tal-UE, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà.

B’mod partikolari, l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-UE jiddikjara li “l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f’soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel”. L-Artikolu 3 jkompli jispeċifika li “l-mira tal-Unjoni hija li tippromovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha” u, fost oħrajn, “għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha, u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew”. Fuq dawn il-linji, id-dokument ta’ riflessjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-finanzi tal-UE 1   jiddikjara li “l-baġit tal-UE jappoġġa dan l-għan, b’ħidma flimkien mal-baġits nazzjonali u b’mod kumplimentari għal sforzi oħra fil-livell Ewropej u dak nazzjonali”.

Dawk il-valuri jinkludu b’mod partikolari d-drittijiet fundamentali, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza, il-ġlieda kontra r-razziżmu u t-tolleranza, ir-rispett għad-dinjità umana, l-istat tad-dritt u l-indipendenza tal-ġudikatura, id-diversità kulturali, soċjetà ċivili vibranti, il-libertà tal-espressjoni u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika.

Barra minn hekk, sens ta’ appartenenza għal wirt kulturali, memorja u kommemorazzjoni komuni huwa prekondizzjoni neċessarja għall-parteċipazzjoni f’komunità demokratika u għat-tneħħija tal-isterjotipi u tad-diviżjonijiet bejn l-Ewropej.

Din il-Kummissjoni stabbiliet Unjoni ta’ bidla demokratika bħala waħda mill-10 prijoritajiet politiċi tagħha u qed taħdem f’dak il-kuntest biex tinvolvi liċ-ċittadini fir-rigward ta’ dak li qed isir mill-UE u l-mod kif taħdem u biex tibni fiduċja fl-Unjoni.

Il-finanzi tal-UE jistgħu jipprovdu valur miżjud u jgħinu biex il-valuri Ewropej komuni jkunu sostnuti.

Biex tippromovi valuri u drittijiet Ewropej komuni, l-UE ġabret flimkien diversi strumenti f’taħlita ta’ linji politiċi ta’ leġiżlazzjoni, politiki u finanzjament. B’mod partikolari, il-programmi ta’ finanzjament li ġejjin urew attenzjoni soċjetali qawwija u huma marbuta b’mod ċar mal-valuri Ewropej: il-Programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza, il-Programm Ewropa għaċ-Ċittadini u l-Programm Ġustizzja.

Dawn il-programmi wasslu għal progress reali fir-rigward tal-promozzjoni tal-valuri u l-implimentazzjoni tal-ġabra ta’ drittijiet li l-leġiżlazzjoni tal-UE tagħti lill-persuni fl-Unjoni.

Xi eżempji ta’ dan huma li l-persuni huma aktar konxji mid-drittijiet tagħhom, mill-kultura u l-istorja komuni tagħhom; hemm aktar nisa li qed jaħdmu; id-drittijiet tat-tfal ingħataw promozzjoni u protezzjoni; is-sistemi ġudizzjarji huma aktar effettivi u l-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja jafu meta u kif japplikaw l-acquis tal-UE u b’kooperazzjoni transfruntiera li qed titkattar, hemm aktar parteċipazzjoni demokratika u ċivika fil-livell tal-Unjoni, u komprensjoni aktar fil-fond tal-memorji, kulturi u tradizzjonijiet differenti u rispett għalihom.

Skont il-liġi tal-Unjoni, il-persuni jistgħu joqogħdu fuq ġabra ta’ drittijiet, fuq sistema ta’ ġustizzja indipendenti u effettiva u fuq ir-rispett tal-istat tad-dritt. Permezz ta’ fondi apposta, l-UE wriet l-impenn sod tagħha li tiġġieled kontra l-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal u kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni, filwaqt li tippromovi u tipproteġi d-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u tappoġġa soċjetà ċivili vibranti u b’saħħitha fl-UE.

Minkejja l-progress miksub fl-ambitu tal-programmi attwali, xorta għad hemm diversi lakuni fl-oqsma ta’ politika inkwistjoni u spuntaw sfidi ġodda li jridu jiġu ttrattati.

L-isfidi komuni li qed taffaċċja l-UE fir-rigward tal-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri huma tnejn:

Il-vokazzjoni tal-Unjoni li tkun komunità msejsa fuq valuri u drittijiet kondiviżi, wirt storika u kulturali kondiviż u l-involviment tal-persuni qed issib il-bsaten fir-roti minn xi movimenti li qed ifeġġu li jpoġġu f’diffikultà l-idea ta’ soċjetajiet miftuħa, inklużivi, koeżivi u demokratiċi li fihom is-sehem ċiviku u t-tgawdija tad-drittijiet jagħmluha possibbli li jinbena mod tolleranti ta’ konvivenza.

In-natura frammentata u r-riżorsi limitati tal-programmi attwali ta’ finanzjament mill-UE ddedikati għall-valuri, id-drittijiet, iċ-ċittadinanza u l-ġustizzja jillimitaw il-kapaċità tal-UE li twieġeb għal sfidi eżistenti u ġodda. “In-nuqqas tal-baġit tal-programmi li jissodisfa d-domanda” ġie identifikat minn dawk li wieġbu għall-konsultazzjoni pubblika bħala l-ostaklu ewlieni li jista’ jxekkel lill-programmi attwali milli jilħqu l-objettivi tagħhom.

Analiżi aktar dettaljata turi wkoll dan li ġej:

Il-persuni għadhom mhux qed igawdu mija fil-mija mid-drittijiet tagħhom: l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali għadhom jeżistu. Il-vjolenza għadha realtà fil-ħajja ta’ kuljum ta’ ħafna nisa, tfal u persuni oħrajn f’riskju.

Għad hemm ħafna xi jsir biex ikun żgurat li ċ-ċittadini jkunu konxji mill-valuri tal-UE u mill-benefiċċji taċ-ċittadinanza tal-UE, u biex jitħeġġu livell ogħla ta’ parteċipazzjoni politika u soċjetali u komprensjoni aħjar tal-Unjoni, tal-istorja, il-wirt kulturali u d-diversità tagħha;

Id-drittijiet li ġġib magħha ċ-ċittadinanza tal-UE — dwar il-moviment liberu, il-protezzjoni konsolari u d-drittijiet elettorali — għadhom mhumiex magħrufa u implimentati bis-sħiħ, u dan ixekkel il-parteċipazzjoni politika u soċjetali taċ-ċittadini.

Il-kriżijiet ekonomiċi, l-inugwaljanzi u sfidi li jibqgħu jippersistu bħall-migrazzjoni waslu biex uħud ipoġġu f’dubju d-drittijiet fundamentali u l-valuri li l-Unjoni Ewropea hija msejsa fuqhom qegħdin jiġu ttestjati. F’xi każijiet l-istat tad-dritt, l-aċċess għall-ġustizzja, l-ispazju għas-soċjetà ċivili u l-indipendenza tal-ġudikatura qed jitpoġġew f’diffikultà wkoll.

Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali mhijiex biżżejjed u l-aċċess għall-ġustizzja fl-Istati Membri għadu diffiċli. L-għodod għall-ġbir tal-informazzjoni komparattiva dwar il-kwalità, l-indipendenza u l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri jridu jittejbu. Ostaklu ewlieni għar-rikonoxximent reċiproku u għall-kooperazzjoni ġudizzjarja huwa n-nuqqas ta’ fiduċja fis-sistemi ġudizzjarji ta’ Stati Membri oħrajn.

Il-konsegwenzi jekk dawn l-isfidi ma jiġux indirizzati jistgħu jkunu serji billi l-fiduċja fid-demokrazija u l-appoġġ għaż-żamma tal-valuri u d-drittijiet fundamentali jistgħu jiddgħajfu.

Dawn l-isfidi huma komuni għall-Istati Membri kollha u għandhom dimensjonijiet transfruntiera. Filwaqt li azzjoni fil-livell nazzjonali hija importanti, l-Istati Membri waħidhom ma għandhomx biżżejjed influwenza biex jittrattaw dawn l-isfidi.

Il-promozzjoni u d-difiża tal-valuri u tad-drittijiet tal-UE għandhom implikazzjonijiet profondi fuq il-ħajja politika, soċjali, kulturali, ġudizzjarja u ekonomika tal-Unjoni u jikkontribwixxu biex l-UE jkollha impatt tanġibbli fuq il-ħajja ta’ kuljum tal-persuni. L-azzjoni fil-livell tal-UE f’dan il-qasam trid tkun sostnuta u msaħħa sabiex jiġu indirizzati l-lakuni persistenti u l-isfidi l-ġodda, u sabiex il-promozzjoni, il-protezzjoni effettiva u r-rispett tad-drittijiet u l-valuri jkunu żgurati; dan se jgħin biex jitlesta s-suq intern u titkattar il-prosperità u l-koeżjoni fl-UE. Se jippermetti wkoll li l-UE jkollha rwol ewlieni fid-difiża u fil-promozzjoni tal-valuri tagħha fil-livell globali u se jikkontribwixxi għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU.

Fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq, il-Programm il-ġdid ta’ finanzjament “Drittijiet u Valuri” se jkollu l-għan li jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-Trattati tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż billi jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex is-soċjetajiet miftuħa, demokratiċi u inklużivi jiġu sostnuti.

Dan il-programm il-ġdid, flimkien mal-Programm Ġustizzja, se jkun parti minn Fond ġdid għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri tal-baġit tal-UE, li se jgħin fis-sostenn ta’ soċjetajiet miftuħa, demokratiċi, pluralistiċi u inklużivi. Se jgħin ukoll biex il-persuni jingħataw is-setgħa billi jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri billi jkompli jiżviluppa spazju tal-ġustizzja tal-UE.

·Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti

Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri jikkontribwixxi b’mod dirett għal bosta prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea 2 , b’mod partikolari l-ħolqien ta’ spazju ta’ ġustizzja u ta’ drittijiet fundamentali bbażat fuq fiduċja reċiproka, suq intern iktar profond u iktar ġust u Unjoni ta’ bidla demokratika, tkabbir u impjiegi.

Il-programm il-ġdid huwa konsistenti mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat konġuntament mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Novembru 2017. Il-Pilastru huwa dwar li ċ-ċittadini jingħataw drittijiet ġodda u aktar effettivi, u jissejjes fuq 20 prinċipju ewlieni inklużi fost l-oħrajn l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-opportunitajiet indaqs, l-appoġġ għat-tfal jew l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabbiltà.

Iċ-ċittadinanza hija qasam ta’ politika tajjeb għall-iżviluppar ta’ sinerġiji bejn il-programmi ta’ finanzjament attwali għall-edukazzjoni, il-kultura u ċ-ċittadinanza tal-UE. Sinerġiji aktar b’saħħithom bejn il-Programm Ewropa għaċ-Ċittadin u l-Programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza jistgħu jinkisbu permezz ta’ kooperazzjoni tematika aktar mill-qrib, pereżempju fil-qasam tal-ġlieda kontra r-razziżmu, tal-ugwaljanza, tal-wirt kulturali, tal-kommemorazzjoni u tad-diversità kulturali. L-attivitajiet ta’ kommemorazzjoni, ta’ ġemellaġġ bejn il-bliet jew ta’ netwerks pan-Ewropej huma maħsuba biex iwessgħu l-perspettivi u jiżviluppaw sens ta’ appartenenza Ewropea u ta’ identità Ewropea.

·Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi sottostanti ta’ finanzjament se jgħinu biex jissaħħu u jinżammu l-valuri tal-UE u r-rispett tal-istat tad-dritt u biex ikunu sostnuti s-soċjetajiet miftuħa, demokratiċi, inklużivi u kreattivi mistennija mill-Ewropej. Diġà skont ir-regoli attwali, l-Istati Membri huma meħtieġa juru li r-regoli u l-proċeduri tagħhom fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja tal-flejjes tal-UE huma robusti u li l-finanzjament huwa protett biżżejjed mill-abbuż jew mill-frodi. Hija biss ġudikatura indipendenti li tiddefendi l-istat tad-dritt u ċ-ċertezza legali fl-Istati Membri kollha li tista’ fl-aħħar mill-aħħar tiggarantixxi li flus mill-baġit tal-UE jkunu protetti biżżejjed.

Fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kummissjoni pproponiet Regolament dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri. Ir-Regolament il-ġdid se jikkumplimenta l-istrumenti li għandhom l-għan li jżommu l-valuri komuni tal-UE, inkluż dan il-programm.

Il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri se jiffinanzja politiki li jittrattaw il-valuri u d-drittijiet, u fil-qalba tiegħu se jżomm il-ħajja u l-parteċipazzjoni tal-persuni. F’dan ir-rigward, se jkollu sinerġiji mill-qrib ma’ bosta politiki u mal-programmi ta’ finanzjament tagħhom. Is-sinerġiji li ġejjin ta’ min jenfasizzahom:

Sinerġiji mal-politiki okkupazzjonali, soċjali u edukattivi

Il-Fond Soċjali Ewropew tal-ġejjieni se jkun element kostitwenti ewlieni tar-raggruppament “Ninvestu fil-Persuni u fil-Valuri”. Dan l-element kostitwenti se jipprovdi appoġġ liċ-ċittadini billi jinvesti: fil-kapital uman, fl-impjiegi (fost iż-żgħażagħ), fl-innovazzjoni soċjali, fl-akkwiżizzjoni ta’ ħiliet diġitali bażiċi, fl-integrazzjoni tal-migranti, fl-inklużjoni soċjali tal-persuni l-aktar fil-bżonn, u f’livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Se jiġu żviluppati jew imsaħħa sinerġiji potenzjali, b’mod partikolari fir-rigward tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tal-opportunitajiet indaqs għal gruppi sottorappreżentati bħar-Rom u tal-promozzjoni tal-ġustizzja soċjali, tal-valuri tal-UE u tar-rispett għad-drittijiet fundamentali.

Is-sinerġiji mal-programm Erasmus+ jistgħu jissaħħu, ġaladarba Erasmus+ jappoġġa wkoll gruppi żvantaġġati — bħal żgħażagħ b’diżabbiltà — biex ikollhom aċċess aħjar għall-edukazzjoni, jappoġġa azzjonijiet li għandhom l-għan li jiksbu inklużjoni soċjali aktar b’saħħitha u għandu l-għan li jippromovi l-valuri komuni bis-saħħa tal-edukazzjoni. Is-sinerġiji ma’ Ewropa Kreattiva li diġà jeżistu se jinżammu u se jissaħħu, b’mod partikolari fir-rigward tal-wirt kulturali u tad-diversità kulturali.

Is-sinerġiji mal-politika esterni, il-politika għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-politika tat-tkabbir

Il-promozzjoni tal-valuri u tad-drittijiet fl-UE hija riflessa bil-promozzjoni tagħhom fil-livell globali, inkluż permezz tar-rabtiet mal-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġu żviluppati sinerġiji partikolarment mal-azzjoni esterna tal-UE fuq livell multilaterali iżda anki fl-għajnuna għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp u fil-politika tat-tkabbir, biex tiġi żgurata l-koerenza fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-antidiskriminazzjoni u t-tolleranza.

Sinerġiji mas-Suq Uniku

Il-Programm dwar is-Suq Uniku tal-ġejjieni se jipprovdi appoġġ liċ-ċittadini u lill-konsumaturi fis-suq intern, u b’hekk se jgħin fit-tisħiħ tad-drittijiet tagħhom u se jqawwilhom is-setgħa. F’dan ir-rigward, dan se jikkomplementa l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri li għandu lenti qawwija fuq it-tisħiħ tal-għoti tas-setgħa lill-persuni.

Billi jiffinanzja attivitajiet li jinvolvu d-dritt tal-kumpaniji, id-dritt kuntrattwali u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-Programm dwar is-Suq Uniku tal-ġejjieni se jikkomplementa l-Programm Ġustizzja u se jikkontribwixxi b’mod dirett għall-implimentazzjoni tal-politika tal-UE fil-qasam tal-ġustizzja u fil-ħolqien ta’ spazju tal-ġustizzja tal-UE. L-istess jgħodd għall-politika tal-konsumatur.

Sinerġiji mal-migrazzjoni, mal-ġestjoni tal-Fruntieri u mas-sigurtà

Il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri se jgħin biex jiġu indirizzati l-isfidi differenti li qed jimminaw il-koeżjoni soċjali fl-UE. Dan il-programm se jappoġġa attivitajiet li jiġġieldu u jipprevjenu r-razziżmu, il-ksenofobija, id-diskors ta’ mibegħda u l-estremiżmu vjolenti, u b’hekk se jikkontribwixxi wkoll favur il-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u t-terroriżmu b’mod aktar wiesa’. Permezz tal-promozzjoni u tal-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal f’sitwazzjonijiet vulnerabbli (inkluża l-migrazzjoni), tal-prevenzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal u tal-appoġġ għal azzjonijiet li jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni, dan il-programm jikkontribwixxi wkoll għall-prijoritajiet u għall-objettivi marbuta mal-ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni, mal-promozzjoni tal-inklużjoni u mal-indirizzar tat-traffikar tal-bnedmin.

Sinerġiji mal-politika ambjentali

Il-kopertura ta’ kwistjonijiet relatati mas-saħħa fil-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri se tikkomplementa l-kopertura ta’ kwistjonijiet relatati mas-saħħa fl-ambitu tal-politika ambjentali tal-UE, inklużi miżuri b’dimensjoni ambjentali tas-saħħa fl-ambitu tar-Regolament LIFE 3 .

Integrazzjoni tal-azzjoni klimatika

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 tistabbilixxi għan aktar ambizzjuż għall-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika fl-programmi kollha tal-UE, b’mira kumplessiva ta’ 25 % tan-nefqa tal-UE li tikkontribwixxi għall-objettivi tal-klima. Il-kontribut ta’ dan il-programm għall-kisba ta’ din il-mira kumplessiva se jkun intraċċat permezz ta’ sistema ta’ markatur tal-klima tal-UE f’livell xieraq ta’ diżaggregazzjoni, inkluż l-użu ta’ metodoloġiji aktar preċiżi meta dawn ikunu disponibbli. Il-Kummissjoni se tibqa’ tippreżenta l-informazzjoni b’mod annwali f’termini ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-kuntest tal-abbozz tal-baġit annwali.

Il-Kummissjoni, sabiex tappoġġa l-użu sħiħ tal-potenzjal tal-programm li jikkontribwixxi għall-objettivi tal-klima, se tfittex li tidentifika l-azzjonijiet rilevanti matul il-proċess ta’ tħejjija għall-programm u ta’ implimentazzjoni, rieżami u evalwazzjoni tiegħu.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

·Bażi ġuridika

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 16(2), 19(2), 21(2), 24, 167(5) u 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Il-kombinazzjoni ta’ dawn l-artikoli flimkien hija meħtieġa sabiex ikomplu jiġu appoġġati politiki li huma żviluppati u implimentati fil-programmi attwali. Mhijiex maħsuba biex testendi l-attivitajiet għal oqsma politiċi ġodda. It-taħlit ta’ aktar minn Artikolu wieħed hija meħtieġa sabiex jinkisbu l-objettivi ġenerali tal-programm b’mod komprensiv u sabiex jiġi adottat approċċ simplifikat u aktar effiċjenti għall-finanzjament.

Skont l-Artikolu 16(2) TFUE, l-Unjoni għandha s-setgħa li tadotta miżuri relatati mal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi u mill-aġenziji tal-Unjoni u mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, u r-regoli relatati mal-moviment liberu ta’ din id-data. Din id-dispożizzjoni tat-Trattat hija bażi ġuridika għal din il-proposta.

L-Artikolu 19(2) jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ inċentiv għall-appoġġ ta’ azzjoni mill-Istati Membri rigward il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, tar-razza jew tal-oriġini etnika, tar-reliġjon jew tat-twemmin, tad-diżabbiltà u tal-età jew tal-orjentazzjoni sesswali, inklużi attivitajiet li jippromovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u li jappoġġaw id-drittijiet tat-tfal. Din id-dispożizzjoni tat-Trattat hija bażi ġuridika għal din il-proposta.

L-Artikolu 21(2) TFUE jipprevedi miżuri tal-Unjoni li jiffaċilitaw l-eżerċitar tad-drittijiet taċ-ċittadini li jiċċaqilqu minn post għall-ieħor u li jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri. L-azzjonijiet li jinfurmaw liċ-ċittadini u lill-awtoritajiet dwar id-drittijiet għal protezzjoni diplomatika u konsulari u dwar id-drittijiet tal-vot tagħhom jistgħu jkunu koperti wkoll b’dan l-Artikolu billi fil-prattika dawn jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-dritt taċ-ċittadin li jiċċaqlaq minn post għall-ieħor u li jirrisjedi liberament.

L-involviment demokratiku, il-parteċipazzjoni ċivika u t-trawwim tas-soċjetà ċivili huma elementi kostitwenti essenzjali tal-kunċett taċ-ċittadinanza tal-UE u tad-dritt li ċ-ċittadini jiċċaqilqu minn post għall-ieħor u li jirrisjedu liberament fl-UE kif definit fl-Artikolu 21(1). F’dan ir-rigward, dawn jikkostitwixxu fatturi u faċilitaturi kruċjali tad-dritt li ċ-ċittadini jiċċaqilqu minn post għall-ieħor u li jirrisjedu liberament fl-UE.

L-Artikolu 24 TFUE jipprevedi għall-inizjattivi taċ-ċittadini fis-sens tal-Artikolu 11 TUE. Tal-ewwel hija bażi ġuridika għal din il-proposta sa fejn tipprevedi għall-finanzjament tal-appoġġ tekniku u organizzattiv għall-implimentazzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011], u b’hekk tirfed l-eżerċitar min-naħa taċ-ċittadini tad-dritt tagħhom li jniedu u li jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej.

L-Artikolu 167 TFUE jinkariga lill-Unjoni biex tikkontribwixxi għall-fjoritura tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess waqt tirriżalta l-wirt kulturali komuni. L-azzjonijiet mill-Unjoni għandhom jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u jissupplimentaw l-azzjonijiet tagħhom f’oqsma bħal, fost l-oħrajn, it-titjib tal-għarfien u t-tixrid tal-kultura u l-istorja tal-popli Ewropej u l-konservazzjoni u s-salvagwardja ta’ wirt kulturali ta’ sinifikat Ewropew. L-Artikolu 167(5) TFUE huwa għalhekk il-bażi ġuridika għal din il-proposta.

L-Artikolu 168 TFUE jipprevedi livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u azzjoni tal-Unjoni li tikkomplementa l-politiki nazzjonali fil-prevenzjoni ta’ mard fiżiku u mentali u li l-prevenzjoni ta’ sorsi ta’ periklu għas-saħħa fiżika u mentali. Il-vjolenza, inkluża dik kontra t-tfal u n-nisa, tikkostitwixxi periklu għas-saħħa fiżika u mentali. It-tfal huma ċittadini vulnerabbli u jeħtieġu livell akbar ta’ protezzjoni kontra dawn il-perikli li spiss jinkludu theddid transfruntiera. Il-vjolenza kontra n-nisa tikkostitwixxi wkoll theddida serja għas-saħħa fiżika u mentali tal-vittmi, li jkollhom bżonn livell għoli ta’ protezzjoni. L-Artikolu 168 TFUE huwa għalhekk il-bażi ġuridika għal din il-proposta.

·Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-valuri jeħtieġu opportunitajiet ta’ netwerking u mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali. L-Istati Membri li jaġixxu għal rashom tipikament dan ma jistgħux jiksbuh.

F’ħafna oqsma, bħall-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni jew iċ-ċittadinanza, l-individwi huma protetti mid-dritt u mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni iżda mhumiex konxji biżżejjed mid-drittijiet tagħhom. Huwa biss permezz tas-sensibilizzazzjoni, tal-kondiviżjoni tal-aqwa prattiki u tal-għoti ta’ taħriġ fil-livell tal-UE li se jkun possibbli li jintlaħqu l-persuni fl-Istati Membri kollha, li l-istrutturi / l-awtoritajiet amministrattivi jkunu infurmati u li jintbagħat messaġġ konsistenti. Fl-istess waqt, l-azzjoni fuq il-livell tal-UE tipproduċi ekonomiji ta’ skala, tiżgura l-kwalità tal-azzjonijiet u tiggarantixxi li l-Istati Membri jkollhom interpretazzjoni konsistenti u applikazzjoni koerenti tal-istrumenti leġiżlattivi fl-UE kollha.

Il-finanzjament fil-livell nazzjonali jew reġjonali għal attivitajiet li jippromovu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tal-UE huwa limitat ħafna, u f’bosta pajjiżi tal-UE l-finanzjament għal attivitajiet ta’ kommemorazzjoni huwa saħansitra anqas. Anki meta l-benefiċjarji jirċievu finanzjament għal attivitajiet simili, is-sorsi alternattivi ta’ finanzjament ma jagħtux prijorità lill-promozzjoni taċ-ċittadinanza u tal-kommemorazzjoni fil-livell tal-UE. Il-kapaċità limitata jew ineżistenti tal-partijiet ikkonċernati li jwettqu proġetti simili mingħajr l-appoġġ tal-finanzjament tal-UE tenfasizza l-livell ta’ dipendenza tal-benefiċjarji fuq fondi bħal dawn.

·Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi tillimita ruħha għall-minimu rikjest biex jintlaħaq l-objettiv iddikjarat fil-livell Ewropew u dak li huwa meħtieġ għal dak l-iskop.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

·Evalwazzjonijiet retrospettivi/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza turi li l-problemi u l-ixprunaturi sottostanti għall-objettiv ġenerali u għall-objettivi speċifiċi tal-programm għadhom rilevanti. Il-ħtiġijiet kumplessivi ta’ appoġġ identifikati fil-bidu tal-Programm REC ma ġewx issodisfati għalkollox u għadhom rilevanti. Kumplessivament, il-programm REC qiegħed jindirizza kif suppost il-gruppi rilevanti iżda fl-implimentazzjoni jenħtieġ li ssir analiżi aktar sistematika tal-ħtiġijiet tagħhom. Barra minn hekk, ġew identifikati wkoll kwistjonijiet li jirrigwardaw l-ekwità (id-distribuzzjoni tal-fondi bejn il-gruppi ta’ benefiċjarji, l-involviment tal-korpi tal-ugwaljanza, l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, l-integrazzjoni tad-drittijiet tat-tfal u tad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà) fil-programmazzjoni, fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ. Apparti dan, koordinazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn il-programmi u l-proġetti tal-UE jkunu strumentali sabiex ikun hemm aktar koerenza bejniethom.

Il-progress fl-implimentazzjoni tal-Programm REC kien sodisfaċenti f’termini ta’ implimentazzjoni finanzjarja u ta’ lħiq tal-attivitajiet tal-programm lill-parteċipanti. Minn analiżi ta’ dak li kiseb il-programm REC jirriżulta li l-gruppi li jipparteċipaw fl-attivitajiet iffinanzjati mill-programm issa għandhom komprensjoni aħjar tad-dritt u tal-politiki tal-Unjoni. Il-benefiċjarji taw valutazzjoni ġeneralment pożittiva tal-attivitajiet li ħadu sehem fihom minkejja li hemm lok għal titjib ta’ din is-sostenibbiltà. Il-firxa tal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni li jippromovu l-programm REC fil-biċċa l-kbira kienet suċċess. Madankollu, hemm bżonn li l-isforzi jibqgħu jiżguraw li jintlaħqu l-applikanti potenzjali kollha f’kull Stat Membru. Kisba ewlenija tal-programm il-ġdid meta mqabbel ma’ programmi preċedenti, kienet it-tnaqqis fil-piż fuq il-benefiċjarji f’termini ta’ ħin u flus: il-benefiċjarji mistħarrġa rrapportaw li kemm it-tħejjija tal-proposti kif ukoll l-implimentazzjoni tal-attivitajiet saru anqas inkonvenjenti.

It-tipi ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni (għotjiet operattivi, għotjiet ta’ azzjoni, għotjiet diretti u akkwisti) huma konformi mal-objettivi tal-programm u mal-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati eliġibbli għall-appoġġ. Ir-Regolament dwar il-finanzjament REC ipprovda flessibilità kbira fir-rigward ta’ sejħiet ristretti, b’mod speċjali f’dak li jirrigwarda l-implimentazzjoni ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni fuq skala kbira rigward il-protezzjoni tad-data u l-prevenzjoni tal-vjolenza. Il-benefiċjarji tal-programm kellhom dubji dwar l-effiċjenza tal-proċess tal-applikazzjoni, id-doveri u l-mekkaniżmi tar-rappurtar u l-implimentazzjoni. Is-simplifikazzjoni hija qasam fejn għad hemm lok għal titjib.

L-evalwazzjonijiet u l-istudji L-Ewropa għaċ-Ċittadini tal-aħħar 10 snin tal-programm, urew li l-programm kellu rwol importanti bħala l-uniku programm tal-UE mmirat direttament lejn iċ-ċittadini u li jinvolvihom permezz ta’ approċċ minn isfel għal fuq. L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini 2014-2020 uriet li l-objettivi tiegħu kienu u għadhom rilevanti għall-problemi li jridu jiġu indirizzati, jiġifieri li jagħti kontribut għal mod kif iċ-ċittadini jifhmu l-Unjoni, l-istorja komuni u d-diversità tagħha, u li jrawwem iċ-ċittadinanza Ewropea u li jtejjeb il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ċivika u demokratika fil-livell tal-Unjoni. Dawn iż-żewġ linji mhumiex biss kumplimentari iżda wkoll ta’ appoġġ reċiproku minħabba l-konnessjoni bejn it-tagħlimiet miksuba mill-imgħoddi u l-pjanijiet magħmula għall-ġejjieni tal-Ewropa. L-għadd kbir ta’ parteċipanti diretti u indiretti milħuqa mill-Ewropa għaċ-Ċittadini juri li l-programm kien effettiv bi prezz relattivament baxx. Fl-istess waqt, id-domanda kbira mill-applikanti għall-għotjiet turi li hemm lok għal finanzjament addizzjonali dan intalab mill-partijiet ikkonċernati kkonsultati matul l-evalwazzjoni. Fir-rapport tiegħu ta’ Marzu 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini 2014-2020, il-Parlament Ewropew esprima l-appoġġ qawwi tiegħu għall-programm u appella għal żieda baġitarja sostanzjali. L-Ewropa għaċ-Ċittadini wera l-valur miżjud tiegħu fil-livell tal-UE bis-saħħa tal-impatt tiegħu fuq il-parteċipanti u r-rwol tiegħu bħala programm li jikkomplementa programmi oħra ta’ finanzjament tal-UE u inizjattivi ta’ politika dwar l-edukazzjoni, il-kultura u ċ-ċittadinanza tal-UE. L-aspetti li ġew identifikati għal titjib jinkludu b’mod partikolari ż-żieda fil-viżibbiltà tal-programm, ir-reviżjoni tal-indikaturi tal-monitoraġġ u l-iżvilupp ta’ sinerġiji aktar b’saħħithom ma’ programmi u inizjattivi ta’ finanzjament rilevanti oħra tal-UE.

·Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

L-istrateġija ta’ konsultazzjoni li kienet ta’ appoġġ għal din il-ħidma ta’ tħejjija għall-programm kienet tinkludi: (i) konsultazzjoni pubblika dwar il-valuri u l-mobbiltà u dwar il-proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2020; (ii) konsultazzjonijiet pubbliċi għall-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programmi attwali ta’ finanzjament; u (iii) diversi konsultazzjonijiet ad hoc li l-Kummissjoni organizzat fl-għamla ta’ diskussjonijiet madwar mejda mal-partijiet ikkonċernati, konferenzi u seminars.

Konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar il-fondi tal-UE fil-qasam tal-valuri u l-mobbiltà

Saru konsultazzjonijiet fil-kuntest ta’ evalwazzjonijiet ta’ programmi finanzjarji eżistenti tal-UE li jkopru bosta oqsma ta’ politika u b’mod partikolari trattaw il-prestazzjoni kurrenti u l-isfidi tal-ġejjieni. L-għan tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-fondi tal-UE fil-qasam tal-valuri u l-mobbiltà kien li jiġbor l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati kollha dwar kif jista’ jsir l-aħjar użu minn kull euro tal-baġit tal-UE. Il-konsultazzjoni pubblika dwar il-fondi tal-UE fil-qasam tal-valuri u l-mobbiltà kienet miftuħa mill-10 ta’ Jannar 2018 sad-9 ta’ Marzu 2018 fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE.

B’rispons għall-konsultazzjoni pubblika online dwar il-fondi tal-UE fil-qasam tal-valuri u l-mobbiltà, il-Kummissjoni rċeviet total ta’ 1 839 tweġiba mill-Ewropa kollha. Minn dawn, 52 % waslu minn rispondenti b’esperjenza tal-Erasmus+ u 43 % waslu minn rispondenti b’esperjenza tal-Programm Ewropa Kreattiva.

Kien hemm minn tal-anqas tweġiba waħda minn kull Stat Membru. Il-pajjiż ta’ residenza bl-ikbar għadd ta’ kontributi kumplessivament kien il-Ġermanja (24,4 %), segwit minn Franza (8,7 %), mill-Belġju (7,7 %) u minn Spanja (5,4 %).

Mill-1 839 kontribut li ntbagħat permezz tal-kwestjonarju online, 65,2 % (1 199) saru minn organizzazzjonijiet u 34,8 % (640) minn individwi.

Firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati esprimew l-opinjonijiet tagħhom: minn dawk l-1 199 kontribut mill-organizzazzjonijiet, 355 (19,3 %) saru minn organizzazzjonijiet mhux governattivi, pjattaformi jew netwerks, 270 (14,7 %) minn intrapriżi privati (prinċipalment minn mikronegozji u negozji żgħar) u 127 (6,9 %) minn riċerkaturi u akkademiċi.

Il-ġabra fil-qosor tal-analiżi ta’ hawn taħt tikkonċentra fuq ir-rispondenti b’esperjenza tal-programmi tal-UE li ġejjin:

1. Il-Programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” u / jew

2. Il-Programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u / jew

3. Il-Programm Ewropa Kreattiva u / jew

4. Programm Ġustizzja.

Dawn ta’ hawn taħt huma wħud mir-riżultati prinċipali:

Skont ir-rispondenti, “Nippromovu identità Ewropea u valuri komuni” u “Nippromovu d-drittijiet u l-ugwaljanza” huma sfidi politiċi komuni importanti (fost l-ewwel erba’ sfidi msemmija) li jridu jiġu indirizzati f’kull wieħed mill-erba’ programmi. “Nappoġġaw iċ-ċittadinanza attiva, il-parteċipazzjoni demokratika fis-soċjetà u l-istat tad-dritt” u “Nippromovu l-inklużjoni soċjali u l-ġustizzja” jidhru wkoll li huma sfidi importanti li jridu jiġu indirizzati fil-programmi rilevanti u, f’livell anqas, fil-programm Ewropa Kreattiva li għalih huma aktar importanti l-isfidi ekonomiċi u d-diversità kulturali.

“Nappoġġaw l-innovazzjoni”, “Inrawmu d-diversità kulturali u l-wirt kulturali Ewropew”, “Nippromovu l-identità Ewropea u l-valuri komuni” tqiesu bħala politiki li jindirizzaw l-isfidi b’mod sħiħ jew b’mod pjuttost tajjeb minn nofs jew aktar tal-parteċipanti b’esperjenza fl-erba’ programmi kkonċernati. Apparti dan, 52 % tar-rispondenti b’esperjenza fil-programm Ewropa Kreattiva jqisu li l-politika “Nappoġġaw il-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej” tindirizza l-isfidi b’mod sħiħ jew b’mod pjuttost tajjeb.

Madwar 80 % tar-rispondenti b’esperjenza fl-erba’ programmi tal-UE msemmija hawn fuq jaqblu li dawn il-programmi jżidu l-valur bil-kbir jew b’mod pjuttost raġonevoli fuq dak li l-Istati Membri jistgħu jiksbu fil-livell nazzjonali, reġjonali u / jew lokali.

L-ostakli ewlenin identifikati mir-rispondenti li jistgħu jxekklu lill-programmi / fondi attwali milli jilħqu l-objettivi tagħhom huma simili ħafna irrispettivament mill-programm inkwistjoni: “In-nuqqas fil-baġit tal-programmi biex jissodisfa d-domanda”; “Nuqqas ta’ appoġġ mogħti lill-partijiet ikkonċernati ta’ skala żgħira”; “Nuqqas ta’ appoġġ għal dawk li japplikaw għall-ewwel darba” huma identifikati bħala t-tliet ostakli prinċipali.

Ir-rispondenti b’esperjenza f’wieħed jew aktar mill-erba’ programmi tal-UE jaqblu li “l-użu ta’ formoli ta’ applikazzjoni aktar issimplifikati”, “l-iffaċilitar ta’ netwerks u sħubijiet strutturati”, “l-iffaċilitar tal-finanzjament għal azzjonijiet li jkopru s-setturi kollha ta’ azzjoni” u “koordinazzjoni aħjar bejn programmi / fondi differenti” huma l-passi ewlenin li għandhom jittieħdu biex jiġu ssimplifikati u mnaqqsa l-piżijiet amministrattivi għall-benefiċjarji.

Valutazzjoni tal-impatt

Din il-valutazzjoni tal-impatt tħejjiet biex tanalizza l-possibbiltà ta’ programm ta’ Kultura, Drittijiet u Valuri Ewropej li jamalgama l-programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-2014-2020, il-programm Ugwaljanza u Ċittadinanza u l-programm Ewropa Kreattiva flimkien mal-programm Ġustizzja. Il-Kummissjoni ddeċidiet li jkollha programm Ewropa Kreattiva awtonomu u li toħloq Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri b’żewġ programmi ta’ finanzjament sottostanti: il-Programm Ġustizzja u l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri. Il-valutazzjoni tal-impatt tibqa’ valida meta tirfed dawn l-inizjattivi kollha.

Fl-20 ta’ April 2018, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ta opinjoni pożittiva dwar il-valutazzjoni tal-impatt ta’ akkumpanjament. Il-Bord inkluda rakkomandazzjoni biex ikompli jittejjeb ir-rapport, b’xi aspetti ewlenin ta’ dan ikunu l-isfruttament sħiħ tar-riżultati tal-evalwazzjoni u tal-eżiti tas-sejbiet, tfassil aħjar tal-prijoritajiet tal-ġejjieni u kjarifika tal-impatti mistennija mill-bidliet fil-mekkaniżmi tat-twettiq. Dawn l-aspetti ssaħħew fil-verżjoni finali tal-valutazzjoni tal-impatt. Il-valutazzjoni tal-impatt ġabret il-lezzjonijiet meħuda mill-programm Ewropa Kreattiva, il-programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza, il-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” u l-programm Ġustizzja u pproponiet struttura ġdida. Esplorat ukoll mekkaniżmi eżekuttivi li se jippromovu l-valuri u l-kultura tal-UE filwaqt li jilħqu l-objettivi stabbiliti għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss f’termini ta’ effiċjenza, flessibbiltà, sinerġiji u simplifikazzjoni. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tqiesu kif xieraq. Il-programmi evalwati kollha wrew valur miżjud ċar. Bis-saħħa tar-raggruppament il-ġdid, se jkun possibbli li l-potenzjal tal-programmi attwali jiġi sfruttat ulterjorment biex jiġu promossi l-valuri tal-UE u jiżdied il-valur miżjud tal-UE.

Ġew analizzati tliet xenarji ewlenin:

L-istatus quo li jinżammu erba’ programmi ta’ finanzjament taħt is-sottoraggruppament “valuri” tal-baġit tal-UE, jiġifieri l-Programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza, il-Programm Ġustizzja, il-Programm Ewropa Kreattiva u Programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini”.

Bħala alternattiva għas-sitwazzjoni attwali u għax-xenarju bażi, it-tieni xenarju propona li jiġu żviluppati sinerġiji fost il-programmi attwali u li dawn jinġabru flimkien biex jiffurmaw kappa politika waħda dwar il-valuri tal-UE b’żewġ programmi ta’ finanzjament sottostanti: il-Programm Kultura, Drittijiet u Valuri Ewropej u l-Programm Ġustizzja.

It-tielet xenarju kien jinvolvi l-ħolqien ta’ programm uniku ta’ finanzjament li jkopri l-erba’ programmi ta’ finanzjament elenkati hawn fuq.

Ix-xenarju bażi: l-istatus quo b’erba’ programmi ta’ finanzjament u tnaqqis baġitarju proporzjonali ta’ 15 %

L-analiżi tax-xenarju bażi bi tnaqqis possibbli ta’ 15 % tal-fondi disponibbli turi li se jkun hemm konsegwenzi negattivi fuq l-implimentazzjoni tal-politika. B’mod partikolari:

Tnaqqis ta’ 15 % fil-finanzjament tal-programm REC jirriżulta fi prijoritizzazzjoni annwali, jiġifieri konċentrazzjoni tal-finanzjament f’xi oqsma politiċi f’sena waħda u l-promozzjoni ta’ oqsma politiċi oħrajn fis-snin ta’ wara, f’kontradizzjoni mal-bżonnijiet dejjem jiżdiedu fil-qasam. Dan it-tnaqqis jimplika wkoll it-tnaqqis ta’ studji, ġbir ta’ data, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, eċċ., li huma kollha neċessarji għal politika u leġiżlazzjoni mibnija fuq bażi soda u fuq l-evidenza.

Għall-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini”, tnaqqis baġitarju ta’ 15 % jfisser tnaqqis fil-baġit tax-xenarju bażi għal EUR 157 miljun li mhuwiex biżżejjed għall-impenn tal-Kummissjoni li tqiegħed liċ-ċittadini fil-qalba tal-proċess Ewropew. Il-massa kritika tal-parteċipanti u l-kopertura ġeografika tal-attivitajiet meħtieġa biex jintlaħaq l-impatt maħsub ma tibqax tintlaħaq. Allokazzjoni baġitarja stabbli (fuq il-bażi tal-baġit 2017) tippermetti kontinwità iżda xorta jkollha impatt limitat.

Tnaqqis ta’ 15 % fil-finanzjament għas-sottoprogramm MEDIA ta’ Ewropa Kreattiva inevitabbilment jimplika simplifikazzjoni u konċentrazzjoni fuq għadd limitat ta’ azzjonijiet. Tnaqqis fil-finanzjament ikollu impatt sproporzjonat fuq pajjiżi bi produzzjoni aktar baxxa u / jew pajjiżi b’żona ġeografika / lingwistika ristretta. Dan inaqqas ukoll l-għadd ta’ attivitajiet ta’ taħriġ għal professjonisti awdjoviżivi u l-għadd ta’ koproduzzjonijiet tal-UE, li huma fost l-opri li jivvjaġġaw l-aħjar tul il-fruntieri. It-tnaqqis fl-ambitu tan-netwerk tal-operaturi taċ-ċinema jkollu impatt negattiv fuq l-aċċess taċ-ċittadini tal-UE – b’mod notevoli mill-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant – għal kontenut Ewropew mhux nazzjonali.

Tnaqqis ta’ 15 % għas-sottoprogramm Kultura ta’ Ewropa Kreattiva mhux se jagħmilha possibbli li tintlaħaq massa kritika biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-setturi kulturali u kreattivi. Dan jimplika b’mod partikolari impatt imnaqqas fuq il-valur miżjud Ewropew u għalhekk impatt imnaqqas fuq id-diversità kulturali, inqas opportunitajiet għal kooperazzjoni transfruntiera, inqas opportunitajiet tas-suq u inqas possibiltajiet ta’ karriera għall-prattikanti mis-setturi kulturali u kreattivi. L-impatt soċjetali jitnaqqas u l-ftuħ internazzjonali tal-programm jista’ jkun li jkun hemm bżonn jiġi limitat għal-livell tiegħu qabel l-2014 u li l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi msieħba ġirien ewlenin tal-UE tiġi abbandunata.

Il-Garanzija Finanzjarja għas-setturi kulturali u kreattivi tista’ tkun mhedda, u dan ikun ta’ detriment għas-setturi kulturali u kreattivi, speċjalment għall-pajjiżi tal-Lvant li s-swieq finanzjarji tagħhom huma inqas żviluppati u fejn għalhekk hemm inqas possibilitajiet ta’ aċċess għall-finanzi.

Alternattiva mwarrba fil-valutazzjoni tal-impatt: programm wieħed

Għal raġunijiet relatati mal-bażi ġuridika, twarrbet l-alternattiva proposta fit-tielet xenarju ta’ strument / programm uniku. Il-biċċa l-kbira tal-attivitajiet u l-politiki huma bbażati fuq artikoli li jipprevedu proċedura leġiżlattiva ordinarja ħlief għall-programm attwali “L-Ewropa għaċ-Ċittadini”. Attwalment, l-enfażi prinċipali tal-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” hija fuq il-parteċipazzjoni ċivika u għalhekk dan huwa bbażat fuq l-Artikolu 352 TFUE (unanimità). Wara l-analiżi, l-objettivi tal-attivitajiet korrispondenti, li kieku l-enfażi tagħhom kellha tinbidel sa ċertu punt, jistgħu jiġu adattati sabiex jidħlu fl-approċċ il-ġdid ta’ programm usa’; fit-tali każ, dawn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 167(1) u (2) TFUE, li jipprevedi l-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Madankollu, minħabba l-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda dwar l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u l-pożizzjoni tad-Danimarka kif stipulat fil-Protokolli 21 u 22 annessi mat-Trattati, il-Programm Ġustizzja, filwaqt li jesiġi proċedura leġiżlattiva ordinarja, jenħtieġ jibqa’ strument separat.

Alternattiva proposta fil-valutazzjoni tal-impatt: qafas ta’ Valuri tal-UE b’żewġ programmi ta’ finanzjament

L-analiżi turi li hemm lok għal titjib f’rabta mas-sitwazzjoni attwali ta’ erba’ programmi ta’ finanzjament. Għalhekk, bħala alternattiva għas-sitwazzjoni u x-xenarju bażi attwali, huwa propost li jiġu żviluppati sinerġiji fost il-programmi u l-linji prerogattivi attwali u li dawn jinġabru flimkien taħt kappa politika waħda dwar il-valuri tal-UE b’żewġ programmi ta’ finanzjament sottostanti: il-programm Kultura, Drittijiet u Valuri Ewropej u l-programm Ġustizzja, kif ippreżentati hawn taħt:

L-arkitettura l-ġdida tal-finanzjament tal-futur bħala alternattiva għax-xenarju bażi għandha l-għan li:

tiżviluppa sinerġiji fost il-politiki sabiex tinstab raġuni komuni għal azzjoni, filwaqt li jiġu rrispettati l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom;

tnaqqas it-trikkib bejniethom u l-frammentazzjoni;

tiżgura l-flessibbiltà fl-allokazzjoni tal-fondi, filwaqt li tiżgura ċertu grad ta’ prevedibbiltà tal-finanzjament iddedikat għal kull politika;

trawwem azzjonijiet transsettorjali u innovattivi;

tiżgura massa kritika ta’ riżorsi għall-promozzjoni tal-valuri, filwaqt li tqis ukoll il-ħtiġijiet ta’ kull politika.

Alternattiva aċċettata

Il-Kummissjoni ddeċidiet li jkollha programm Ewropa Kreattiva awtonomu u li toħloq Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri li jinkludi żewġ programmi: il-Programm Ġustizzja u l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri. Il-valutazzjoni tal-impatt tibqa’ valida meta tirfed dawn l-inizjattivi. Din id-deċiżjoni hija riflessa fil-pakkett tal-proposta QFP ta’ wara l-2020 li l-Kummissjoni ppreżentat fit-2 ta’ Mejju 2018 4 .

·Is-simplifikazzjoni

Il-programm propost dwar id-Drittijiet u l-Valuri huwa r-riżultat tar-raggruppament ta’ żewġ programmi ta’ finanzjament, jiġifieri l-Programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u l-Programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini”. Dawn il-programmi huma strumenti żgħar, li ma jistgħux jilħqu massa kritika u li l-effettività tagħhom hija limitata mill-baġits relattivament baxxi tagħhom. Għaldaqstant, il-fatt li se jinġabru flimkien ifisser simplifikazzjoni, sinerġiji u rinfurzar reċiproku u se jgħin biex dawn isiru aktar effettivi.

B’mod partikolari, permezz tar-raggruppament mill-ġdid, taħt l-istess objettivi, tal-attivitajiet dwar iċ-ċittadinanza, il-proċeduri se jkunu aktar faċli għall-benefiċjarji li se jkollhom punt uniku ta’ kuntatt għall-proposti tagħhom.

Il-programm attwali “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” diġà saritlu simplifikazzjoni sostanzjali b’miżuri bħal somom f’daqqa u rati fissi, applikazzjoni għall-formoli elettroniċi u deċiżjonijiet tal-għotjiet. F’dan is-sens, se titfittex li tinkiseb implimentazzjoni simplifikata għall-oqsma ta’ politika ffinanzjati mill-programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza permezz ta’ miżuri bħal somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji.

Il-kumplessità u d-diversità tar-regoli ta’ finanzjament tal-programmi attwali jirrappreżentaw ostaklu għall-applikanti. L-użu ta’ punt uniku ta’ kuntatt għal utenti esterni biex jipparteċipaw fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-għotjiet (jiġifieri portal għall-parteċipanti ), li jinkludi sistema komprensiva ta’ ġestjoni tal-għotjiet, jista’ jkollu rwol importanti fis-simplifikazzjoni tal-aċċess għall-programm. Il-Programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza jiġi ġestit permezz tas-sistema korporattiva tal-Kummissjoni li inizjalment kienet żviluppata għall-programm Orizzont 2020, filwaqt li l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” jista’ jsegwi fi stadju aktar tard. Ġaladarba din il-migrazzjoni tkun iffinalizzata, il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri u l-benefiċjarji tiegħu se jibbenefikaw minn din is-simplifikazzjoni.

·Drittijiet fundamentali

L-objettivi tal-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri huma marbutin mill-qrib mal-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali u huma konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. B’mod partikolari, il-programm il-ġdid, flimkien mal-Programm Ġustizzja, se jkun jifforma parti mill-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri tal-baġit tal-UE li għandu l-għan li jsostni soċjetajiet miftuħa, demokratiċi u inklużivi, li jagħti s-setgħa lill-persuni billi jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri, u li jiżviluppa ulterjorment spazju tal-ġustizzja tal-UE.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

L-allokazzjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 se tammonta għal EUR [641 705 000] (prezzijiet attwali).

5.ELEMENTI OĦRA

·Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Se jiġi żviluppat pjan ta’ implimentazzjoni biex jiġu speċifikati l-arranġamenti għat-tmexxija tal-programm.

Se jiġi żviluppat pjan ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni biex jiġi speċifikat kif l-azzjonijiet se jitwettqu fil-prattika, u skont liema strateġija dwar id-data. Se jsir monitoraġġ tal-programm, kemm b’mod kontinwu (pereż. biex jirrispondi b’mod f’waqtu għal avvenimenti mhux previsti u għal ħtiġijiet eċċezzjonali) kif ukoll bażi regolari (biex jirrapporta dwar avvenimenti prinċipali bħal sejħiet għal proposti, analiżijiet ta’ proġetti, avvenimenti ta’ disseminazzjoni jew koordinazzjoni) u, meta rilevanti, il-monitoraġġ se jikkontribwixxi għall-indikaturi ewlenin tal-programm. Ir-rapporti ta’ monitoraġġ sussegwentement se jikkontribwixxu għal:

evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu (mhux aktar tard minn erba’ snin wara li tibda l-implimentazzjoni tal-programm), flimkien mal-evalwazzjoni finali tal-programmi predeċessuri; u

evalwazzjoni finali (li trid issir mhux aktar tard minn erba’ snin wara tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni).

Dawn l-evalwazzjonijiet se jitwettqu f’konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 5 , li fih it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw li l-evalwazzjonijiet ta’ leġiżlazzjoni u politika eżistenti jenħtieġ li jipprovdu l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt tal-opzjonijiet għal azzjoni ulterjuri. L-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-effetti tal-programm fil-post, fuq il-bażi tal-indikaturi / miri tal-programm filwaqt li janalizzaw fid-dettall kemm il-programm jista’ jitqies rilevanti, effettiv u effiċjenti, jipprovdi biżżejjed valur miżjud tal-UE u huwa koerenti ma’ politiki oħra tal-UE. L-evalwazzjonijiet se jinkludu t-tagħlimiet meħuda biex jiġu indirizzati dawk in-nuqqasijiet / il-problemi identifikati u rakkomandazzjonijiet biex ikun sfruttat kwalunkwe potenzjal għal titjib ulterjuri fl-azzjonijiet jew fir-riżultati tagħhom u biex jiġi mmassimizzat l-użu / l-impatt tagħhom.

Il-Kummissjoni se tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lil kull istituzzjoni rilevanti oħra tal-UE, permezz ta’ rapporti ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni u tabella ta’ valutazzjoni pubblika tal-indikaturi ewlenin tal-programm.

Parti sinifikanti tal-programm se tiġi implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) taħt is-superviżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli mill-programm.

·Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-objettiv ġenerali tal-Programm propost dwar id-Drittijiet u l-Valuri huwa “li jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-Trattati tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż billi jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex is-soċjetajiet miftuħa, demokratiċi u inklużivi jiġu sostnuti”. Dan l-objettiv ġenerali se jintlaħaq permezz ta’ tliet objettivi speċifiċi: il-promozzjoni tal-ugwaljanza u tad-drittijiet, il-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ vjolenza. Il-programm se jipprevedi u jaċċellera s-sinerġiji bejn l-objettivi speċifiċi differenti tiegħu, biex jappoġġa b’mod aktar effettiv l-oqsma ta’ politika koperti minn dawn l-objettivi u biex iżid il-potenzjal tagħhom li jilħqu lill-persuni. Sabiex ikun effettiv, jenħtieġ li l-programm iqis in-natura speċifika tal-politiki differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom permezz ta’ approċċi mfassla apposta.

2018/0207 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 21(2), l-Artikolu 24, l-Artikolu 167, u l-Artikolu 168 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, 6  

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni, 7  

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)F’konformità mal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, “l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f’soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel”. L-Artikolu 3 jkompli jispeċifika li “l-mira tal-Unjoni hija li tippromovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha” u, fost oħrajn, “għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew”. Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid ulterjorment u artikolati fid-drittijiet, fil-libertajiet u fil-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(2)Dawn id-drittijiet u l-valuri jridu jibqgħu jiġu promossi u infurzati, u kondiviżi fost iċ-ċittadini u l-popli u jridu jkunu fil-qalba tal-proġett tal-UE. Għaldaqstant, fil-baġit tal-UE għandu jinħoloq Fond ġdid għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri, li jinkludi l-programm Ġustizzja u l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri. Fi żmien meta s-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma’ estremiżmu, radikaliżmu u diviżjonijiet, huwa aktar importanti minn qatt qabel li l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE jiġu promossi, imsaħħa u difiżi: id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt. Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Ġustizzja se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tal-ispazju tal-ġustizzja tal-Unjoni u tal-kooperazzjoni transfruntiera. Il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri se jiġbor flimkien il-Programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 9 , (minn hawn ’il quddiem “il-Programmi predeċessuri”).

(3)Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta’ finanzjament sottostanti tiegħu se jiffokaw primarjament fuq il-persuni u l-entitajiet, li jikkontribwixxu biex id-drittijiet, id-diversità rikka u l-valuri komuni tagħna jieħdu l-ħajja u jkunu vibranti. L-objettiv aħħari huwa li titrawwem u tiġi sostnuta soċjetà bbażata fuq id-drittijiet, ugwali, inklużiva u demokratika. Dan jinkludi soċjetà ċivili vibranti, l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-persuni u t-trawwim tad-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, fuq il-bażi tal-istorja u l-memorja komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jispeċifika ulterjorment li l-istituzzjonijiet għandhom, permezz ta’ mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta’ azzjoni kollha tal-Unjoni.

(4)Jenħtieġ li l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri jippermetti l-iżvilupp ta’ sinerġiji biex jiġu indirizzati l-isfidi li huma komuni għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tal-valuri u biex tintlaħaq dimensjoni kritika sabiex jinkisbu riżultati konkreti fil-qasam. Dan għandu jinkiseb billi jimxi fuq il-passi tal-esperjenza pożittiva tal-Programmi predeċessuri. Dan għandu jippermetti li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tas-sinerġiji, li jiġu appoġġati b’mod aktar effettiv l-oqsma politiċi koperti u li jiżdied il-potenzjal tagħhom biex jilħqu lill-persuni. Sabiex ikun effettiv, il-Programm għandu jqis in-natura speċifika tal-politiki differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom permezz ta’ approċċi mfassla apposta.

(5)Sabiex l-Unjoni Ewropea tersaq aktar qrib lejn iċ-ċittadini tagħha, huma meħtieġa diversi azzjonijiet u sforzi koordinati. Li ċ-ċittadini jinġabru flimkien fi proġetti ta’ ġemellaġġ jew netwerks ta’ bliet u li jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-oqsma koperti mill-programm se jikkontribwixxi biex jiżdied l-involviment taċ-ċittadini fis-soċjetà u fl-aħħar mill-aħħar l-involviment tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Fl-istess waqt l-appoġġ mogħti lil attivitajiet li jippromovu l-komprensjoni reċiproka, id-diversità, id-djalogu u r-rispett lejn l-oħrajn irawwem sens ta’ appartenenza u identità Ewropea, fuq il-bażi ta’ komprensjoni reċiproka tal-valuri, il-kultura, l-istorja u l-wirt Ewropej. Il-promozzjoni ta’ sens ta’ appartenenza akbar fl-Unjoni u tal-valuri tal-Unjoni huwa partikolarment importanti fost iċ-ċittadini tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE minħabba l-bogħod u d-distanza mill-Ewropa kontinentali.

(6)L-attivitajiet ta’ kommemorazzjoni u r-riflessjoni kritika dwar il-memorja storika tal-Ewropa huma meħtieġa biex iċ-ċittadini jsiru konxji mill-istorja komuni bħala l-pedament għal ġejjieni u skop morali komuni u għal valuri komuni. Ir-rilevanza ta’ aspetti storiċi, kulturali u interkulturali jenħtieġ għalhekk li titqies ukoll, kif ukoll ir-rabtiet bejn il-kommemorazzjoni u l-ħolqien ta’ identità Ewropea u s-sens ta’ appartenenza komuni.

(7)Jenħtieġ li ċ-ċittadini jkunu aktar konxji mid-drittijiet tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u jenħtieġ li jħossuhom komdi jgħixu, jivvjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu u jagħmlu xogħol volontarju fi Stat Membru ieħor, u jenħtieġ li jħossuhom kapaċi jgawdu u jeżerċitaw id-drittijiet taċ-ċittadinanza kollha tagħhom u jkollhom fiduċja fl-aċċess ugwali, fl-infurzabbiltà sħiħa u fil-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom mingħajr ebda diskriminazzjoni, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-Unjoni. Is-soċjetà ċivili teħtieġ tkun appoġġata biex tippromovi u tissalvagwardja l-valuri komuni tal-UE skont l-Artikolu 2 TUE u toħloq sensibilizzazzjoni dwarhom, u biex tikkontribwixxi għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni.

(8)L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija valur fundamentali u objettiv tal-Unjoni Ewropea. Id-diskriminazzjoni u t-trattament inugwali tan-nisa jiksru d-drittijiet fundamentali tagħhom u jxekklu l-parteċipazzjoni politika, soċjali u ekonomika sħiħa tagħhom fis-soċjetà. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ ostakli strutturali u kulturali tfixkel il-kisba ta’ ugwaljanza reali bejn is-sessi. Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tal-Unjoni hija għalhekk attività ewlenija għall-Unjoni u xprun għat-tkabbir ekonomiku u jenħtieġ li tiġi appoġġata mill-programm.

(9)Il-vjolenza bbażata fuq is-sess u l-vjolenza kontra t-tfal u ż-żgħażagħ tikkostitwixxi ksur serju tad-drittijiet fundamentali. Il-vjolenza għadha hemm fl-Unjoni kollha, fil-kuntesti soċjali u ekonomiċi kollha, u għandha riperkussjonijiet serji fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tal-vittmi u fuq is-soċjetà inġenerali. It-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa huma partikolarment vulnerabbli għall-vjolenza, b’mod partikolari f’relazzjonijiet mill-qrib. Jenħtieġ li tittieħed azzjoni biex jiġu promossi d-drittijiet tat-tfal u biex tikkontribwixxi għall-protezzjoni tat-tfal minn danni u vjolenza, li huma perikolużi għas-saħħa fiżika u mentali tagħhom u jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tagħhom għall-iżvilupp, għall-protezzjoni u għad-dinjità. Il-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ vjolenza, il-promozzjoni tal-prevenzjoni u l-protezzjoni u l-appoġġ għall-vittmi huma prijoritajiet tal-Unjoni li jgħinu biex jintlaħqu d-drittijiet fundamentali tal-individwi u jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Dawn il-prijoritajiet jenħtieġ li jkunu appoġġati mill-Programm.

(10)Rieda politika qawwija u azzjoni koordinata bbażata fuq il-metodi u r-riżultati tal-Programm Daphne, il-Programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u l-Programm Ġustizzja preċedenti huma meħtieġa sabiex jiġu evitati u miġġielda l-forom kollha ta’ vjolenza u biex jiġu protetti l-vittmi. B’mod partikolari, mit-tnedija tiegħu fl-1997, il-finanzjament ta’ Daphne biex jiġu appoġġati l-vittmi tal-vjolenza u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ kien suċċess ġenwin kemm f’termini tal-popolarità tiegħu mal-partijiet ikkonċernati (awtoritajiet pubbliċi, istituzzjonijiet akkademiċi u organizzazzjonijiet mhux governattivi) u kemm f’termini tal-effettività tal-proġetti ffinanzjati. Dan iffinanzja proġetti li jissensibilizzaw, li jipprovdu servizzi ta’ appoġġ lill-vittmi u li jappoġġaw l-attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs) li jaħdmu fil-post. Dan indirizza l-forom kollha ta’ vjolenza, bħal pereżempju l-vjolenza domestika, il-vjolenza sesswali, it-traffikar tal-bnedmin, kif ukoll forom ġodda ta’ vjolenza emerġenti bħaċ-ċiberbulliżmu. Għalhekk huwa importanti li jitkomplew dawn l-azzjonijiet kollha u li dawk ir-riżultati u t-tagħlimiet meħuda jitqiesu b’mod xieraq fl-implimentazzjoni tal-Programm.

(11)In-nondiskriminazzjoni huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni. L-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi azzjoni għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. In-nondiskriminazzjoni hija wkoll imnaqqxa fl-Artikolu 21 tal-Karta. Jenħtieġ li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi forom ta’ diskriminazzjoni u jenħtieġ li tiġi żviluppata azzjoni xierqa b’mod parallel biex tiġi prevenuta u miġġielda d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ raġuni waħda jew aktar. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa azzjonijiet li jipprevenu u jikkumbattu d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu, il-ksenofobija, l-antisemitiżmu, il-mibegħda kontra l-Musulmani u forom oħra ta’ intolleranza. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-prevenzjoni u lill-ġlieda kontra kull forma ta’ vjolenza, mibegħda, segregazzjoni u stigmatizzazzjoni, kif ukoll lill-ġlieda kontra l-bulliżmu, il-fastidju u t-trattament intolleranti. Il-Programm jenħtieġ li jiġi implimentat b’mod li jirrinforza kemm lilu stess kif ukoll l-attivitajiet l-oħra tal-Unjoni li jkollhom l-istess objettivi, b’mod partikolari dawk imsemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ April 2011 intitolata “Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020 10 ” u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri ta’ integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri 11 .

(12)L-ostakli attitudinali u ambjentali kif ukoll in-nuqqas ta’ aċċessibbiltà jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva ta’ persuni b’diżabbiltà fis-soċjetà fuq bażi ugwali mal-oħrajn. Il-persuni b’diżabbiltà jaffaċċjaw ostakli biex, fost affarijiet oħra, ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol, jibbenefikaw minn edukazzjoni inklużiva u ta’ kwalità, jevitaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, igawdu aċċess għal inizjattivi kulturali u għall-midja jew jużaw id-drittijiet politiċi tagħhom. Bħala parti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà (UNCRPD), l-Unjoni u l-Istati Membri kollha tagħha impenjaw ruħhom li jippromovu, jipproteġu u jiżguraw tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha mill-persuni b’diżabbiltà kollha. Id-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD saru parti integrali mill-ordni legali tal-Unjoni.

(13)Id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja ta’ dak li jkun, għad-domiċilju u għall-komunikazzjonijiet (dritt għall-privatezza) huwa dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Il-protezzjoni tad-data personali hija dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali hija soġġetta għall-kontroll minn awtoritajiet superviżorji indipendenti. Il-qafas legali tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 jistipulaw dispożizzjonijiet biex ikun żgurat li d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali jkun effettivament protett. Dawn l-istrumenti legali jinkarigaw lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-protezzjoni tad-data bil-kompitu li jippromovu kuxjenza pubblika u komprensjoni tar-riskji, tar-regoli, tas-salvagwardji u tad-drittijiet fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. Jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista’ twettaq attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, twettaq studji u attivitajiet rilevanti oħra minħabba l-importanza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali fi żminijiet ta’ żviluppi teknoloġiċi rapidi.

(14)L-Artikolu 24 TFUE jobbliga lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw dispożizzjonijiet għall-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini fis-sens tal-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan sar permezz tal-adozzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 ]. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv għall-implimentazzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011], u b’hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jniedu u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej.

(15)B’mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 TFUE, il-Programm fl-attivitajiet kollha tiegħu jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-objettivi tan-nondiskriminazzjoni.

(16)L-Artikolu 3(3) TUE jirrikjedi li l-Unjoni tippromovi l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, f’konformità mal-Artikolu 24 tal-Karta u mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

(17)F’konformità mal-atti tal-Unjoni dwar it-trattament indaqs, l-Istati Membri stabbilew korpi indipendenti għall-promozzjoni tat-trattament indaqs, magħrufa aħjar bħala “korpi tal-ugwaljanza”, sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tar-razza u tal-oriġini etnika kif ukoll tal-ġeneru. Madankollu, bosta Stati Membri għamlu pass ulterjuri lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti u żguraw li l-korpi tal-ugwaljanza jkunu jistgħu wkoll jittrattaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq raġunijiet oħra bħall-età, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon u t-twemmin, id-diżabbiltà jew raġunijiet oħrajn. Il-korpi tal-ugwaljanza għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-ugwaljanza u fl-iżgurar tal-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar it-trattament indaqs billi jipprovdu, b’mod partikolari, assistenza indipendenti lill-vittmi tad-diskriminazzjoni, jagħmlu eżerċizzji ta’ stħarriġ indipendenti dwar id-diskriminazzjoni, jippubblikaw rapporti indipendenti u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mad-diskriminazzjoni f’pajjiżhom. Huwa essenzjali li l-ħidma tal-korpi tal-ugwaljanza tkun ikkoordinata fil-livell tal-Unjoni f’dan ir-rigward. EQUINET inħoloq fl-2007. Il-membri tiegħu huma l-korpi nazzjonali għall-promozzjoni tat-trattament indaqs kif stabbiliti permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 2000/43/KE 15 u 2004/113/KE 16 , u d-Direttivi 2006/54/KE 17 u 2010/41/UE 18 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. EQUINET jinsab f’sitwazzjoni ta’ eċċezzjoni, billi huwa l-unika entità li tiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet bejn il-korpi tal-ugwaljanza. Din l-attività ta’ koordinazzjoni minn EQUINET hija kruċjali għall-implimentazzjoni tajba tad-dritt tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni fl-Istati Membri u jenħtieġ li tkun appoġġata mill-Programm.

(18)Il-korpi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni, fis-salvagwardja u fis-sensibilizzazzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 TUE, u biex jikkontribwixxu għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Kif rifless fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018, appoġġ finanzjarju adegwat huwa essenzjali għall-iżvilupp ta’ ambjent konduċenti u sostenibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex isaħħu r-rwol tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’mod indipendenti u effettiv. Filwaqt li jikkomplementaw l-isforzi fuq il-livell nazzjonali, il-fondi tal-UE jenħtieġ għalhekk li jikkontribwixxu biex jappoġġaw, jagħtu s-setgħa u jibnu l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti li huma attivi fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu fl-infurzar strateġiku tad-drittijiet skont id-dritt tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż permezz ta’ attivitajiet ta’ promozzjoni u sorveljanza, kif ukoll jikkontribwixxu, jissalvagwardjaw u jqajmu kuxjenza dwar il-valuri komuni tal-Unjoni fil-livell nazzjonali.

(19)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-konsistenza kumplessiva, il-kumplimentarjetà u s-sinerġiji mal-ħidma tal-korpi, tal-uffiċċji u tal-aġenziji tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jenħtieġ li tivvaluta l-ħidma ta’ atturi nazzjonali u internazzjonali oħrajn fl-oqsma koperti mill-Programm.

(20)Jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, għall-parteċipazzjoni tal-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u tal-membri tal-EFTA li mhumiex membri tal-ŻEE, u ta’ pajjiżi Ewropej oħra. Pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn xi strateġija ta’ qabel l-adeżjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-Programm.

(21)Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa, tal-kumplimentarjetà tagħhom mal-attivitajiet tal-Istati Membri, filwaqt li l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġiji għandhom jiġu mfittxija permezz tal-programmi ta’ finanzjament li jappoġġaw oqsma ta’ politika b’rabtiet mill-qrib ma’ xulxin, b’mod partikolari fl-ambitu tal-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri — kif ukoll tal-programm Ewropa Kreattiva, u Erasmus+ sabiex jiġi rrealizzat il-potenzjal ta’ salib it-toroq kulturali fl-oqsma tal-kultura, tal-midja, tal-arti, tal-edukazzjoni u tal-kreattività. Hemm bżonn li jinħolqu sinerġiji ma’ programmi Ewropej oħra ta’ finanzjament, b’mod partikolari fl-oqsma tal-impjiegi, tas-suq intern, tal-intrapriża, taż-żgħażagħ, tas-saħħa, taċ-ċittadinanza, tal-ġustizzja, tal-migrazzjoni, tas-sigurtà, tar-riċerka, tal-innovazzjoni, tat-teknoloġija, tal-industrija, tal-koeżjoni, tat-turiżmu, tar-relazzjonijiet esterni, tal-kummerċ u tal-iżvilupp.

(22)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri li jrid jikkostitwixxi l-ammont primarju ta’ referenza, fis-sens ta’ [il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 19 ], għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(23)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF il-ġdid] (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

(24)It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet ta’ unità, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 21 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 22 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 23  , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 . F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(25)Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta’ deċiżjoni skont dan il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta’ strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f’dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

(26)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal kontrolli dwar ir-responsabbiltà ta’ atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ defiċjenzi ġeneralizzati rigward l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt hija prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-finanzjament mill-UE.

(27)Skont [l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE 25 ], persuni u entitajiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej (overseas countries and territories, OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-objettiv tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.

(28)Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika u għall-kisba ta’ mira kumplessiva ta’ 25 % ta’ nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu ta’ nofs it-terminu.

(29)Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, meta xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post.

(30)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ indikaturi kif indikat fl-Artikolu 14 u 16 u fl-Anness II. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż f’livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(31)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 .

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I
Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1
Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri (“il-Programm”).

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Artikolu 2
Għanijiet tal-programm

1.L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-Trattati tal-UE, inkluż billi jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex is-soċjetajiet miftuħa, demokratiċi u inklużivi jiġu sostnuti.

2.Fl-ambitu tal-objettivi ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 1, il-programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin li jikkorrispondu għal-linji:

(a)għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u tad-drittijiet (il-linja għall-Ugwaljanza u d-drittijiet),

(b)    għall-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni (il-linja għall-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini),

(c)għall-ġlieda tal-vjolenza (il-linja Daphne).

Artikolu 3
Il-linja għall-Ugwaljanza u d-drittijiet

Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

(a)il-prevenzjoni u l-ġlieda tal-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali, u li jappoġġa politiki komprensivi li jippromovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-integrazzjoni tagħhom kif ukoll politiki li jikkumbattu r-razziżmu u l-forom kollha ta’ intolleranza;

(b)il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà, id-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-Unjoni u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali.

Artikolu 4
Linja għall-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini

Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

(a)il-komprensjoni taċ-ċittadini dwar l-Unjoni, l-istorja, il-wirt kulturali u d-diversità tagħha;

(b)il-promozzjoni tal-iskambju u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi differenti; il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u demokratika taċ-ċittadini billi jippermetti liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta’ azzjoni kollha tal-Unjoni;

Artikolu 5
Il-linja Daphne

Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

(a)il-prevenzjoni u l-ġlieda ta’ kull forma ta’ vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa, kif ukoll il-vjolenza kontra gruppi oħra f’riskju;

(b) l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi ta’ tali vjolenza.

Artikolu 6
Baġit

1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 – 2027 għandu jkun ta’ EUR [641 705 000] fi prezzijiet kurrenti.

2.Fl-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, l-ammont indikattiv li ġej għandu jiġi allokat għall-objettiv li ġej:

(a)EUR [408.705.000] għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u 2(2)(c);

(b)EUR [233.000.000] għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(2)(b);

3.L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditu u ta’ evalwazzjoni inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni, studji, laqgħat ta’ esperti, komunikazzjonijiet dwar prijoritajiet u oqsma marbuta mal-objettivi ġenerali tal-programm.

4.Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Finanzjarju, in-nefqa għall-azzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti inklużi fl-ewwel programm ta’ ħidma tista’ tkun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021.

5.Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni konġunta jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament f’konformità mal-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f’konformità mal-Artikolu 62(1)(c). Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 7
Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

1.Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi li ġejjin dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet:

(a)Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;

(b)il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali, f’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(c)il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, f’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi.

(d)Il-pajjiżi terzi, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:

-jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

-jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-[Regolament Finanzjarju l-ġdid];

-ma jagħtix lill-pajjiż terz, is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-programm;

-jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

Artikolu 8
Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament mill-UE

1.Il-Programm għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b’ġestjoni indiretta flimkien ma’ korpi msemmija fl-Artikolu 61(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

2.Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

3.[Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproku jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri u għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. Id-dispożizzjonijiet stipulati [fl-Artikolu X] tar-Regolament XXX [is-suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Garanzija] għandhom japplikaw].

Artikolu 9
Tipi ta’ azzjonijiet

L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ objettiv speċifiku speċifikat fl-Artikolu 2 jistgħu jirċievu finanzjament skont dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament.

Kapitolu II
Għotjiet

Artikolu 10
Għotjiet

1.Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

2.Il-kumitat ta’ evalwazzjoni jista’ jkun magħmul minn esperti esterni.

Artikolu 11
Finanzjament kumulattiv, [kumplimentari] u kkombinat

1.Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. [Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ minn diversi programmi tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi prorata].

2.Jekk il-Programm u l-Fondi taħt ġestjoni kondiviża msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) [XX] [CPR] jipprovdu b’mod konġunt appoġġ finanzjarju għal azzjoni waħda, dik l-azzjoni għandha tiġi implimentata f’konformità mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, inklużi r-regoli dwar l-irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament.

3.L-azzjonijiet eliġibbli skont il-Programm u konformi mal-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu jistgħu jiġu identifikati bl-għan li jiġu ffinanzjati mill-Fondi taħt ġestjoni kondiviża. F’dan il-każ, għandhom japplikaw ir-rati ta’ kofinanzjament u r-regoli ta’ eliġibbiltà stipulati f’dan ir-Regolament.

L-azzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)dawn ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti skont il-Programm;

(b)dawn iħarsu l-ħtiġijiet minimi ta’ kwalità ta’ din is-sejħa għal proposti;

(c)dawn ma jistgħux jiġu ffinanzjati skont din is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji.

L-azzjonijiet għandhom jiġu implimentati mill-awtorità ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu [65] tar-Regolament (UE)[XX] [CPR] f’konformità mar-regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament u r-regolamenti speċifiċi għall-fondi, inklużi regoli dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji.”

Artikolu 12
Entitajiet eliġibbli

1.Il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 3 għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-[Artikolu 197] tar-Regolament Finanzjarju.

2.Huma eliġibbli l-entitajiet li ġejjin:

(a)entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

·Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

·pajjiż terz assoċjat mal-Programm;

(b)kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali;

3.Għotja operattiva tista’ tingħata mingħajr sejħa għal proposti lin-Netwerk Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza (EQUINET) għall-kopertura tan-nefqa assoċjata mal-programm ta’ ħidma permanenti tiegħu.

Kapitolu III
Programmazzjoni, Monitoraġġ, Evalwazzjoni u Kontroll

Artikolu 13
Programm ta’ ħidma

1.Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

2.Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 19.

Artikolu 14
Monitoraġġ u rapportar

1.L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 2 huma stabbiliti fl-Anness II.

2.Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 16, biex tiżviluppa d-dispożizzjonijiet għal qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni, inkluż permezz ta’ emendi għall-Anness II biex tirrieżamina u tikkumplimenta l-indikaturi fejn meħtieġ.

3.Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-dejta għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonat fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri.

Artikolu 15
Evalwazzjoni

1.L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-impatt fit-tul tal-programmi predeċessuri (Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u L-Ewropa għaċ-Ċittadini).

3.Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

4.Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 16
Eżerċizzju tad-delega

1.Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 14 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2027.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 14 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 14 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 17
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm permezz ta’ deċiżjoni skont ftehim internazzjonali jew permezz ta’ kull strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-OLAF, drittijiet bħal dawn għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

Kapitolu IV
Dispożizzjonijiet Tranżitorji u Finali

Artikolu 18
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 2.

Artikolu 19
Proċedura ta’ Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.Il-kumitat jista’ jiltaqa’ f’konfigurazzjonijiet speċifiċi biex jittratta l-linji individwali tal-Programm.

Artikolu 20
Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 u r-Regolament (UE) Nru 390/2014 jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 21
Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1381/2013 u (UE) Nru 390/2014, li għandhom jibqgħu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

2.Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont il-programmi predeċessuri tiegħu stabbiliti permezz tar-Regolamenti (UE) Nru 1381/2013 u (UE) Nru 390/2014.

3.Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 6(3), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet mhux kompletati sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Artikolu 22
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

1.7.Modalità/modalitajiet ta’ ġestjoni ppjanata/i

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 27  

II.Koeżjoni u Valuri7. Investiment fil-Persuni, il-Koeżjoni Soċjali u l-Valuri

Ġustizzja, Drittijiet u Valuri

1.3.Natura tal-proposta / tal-inizjattiva

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota / azzjoni preparatorja 28  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew dirottar ta’ azzjoni waħda jew iżjed lejn azzjoni oħra/azzjoni ġdida 

1.4.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Billi l-leġiżlazzjoni hija għodda ewlenija għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tad-drittijiet u l-valuri, hemm bżonn li din tiġi kkumplimentata minn mezzi oħra. F’dan il-kuntest, il-finanzjament għandu rwol importanti x’jaqdi. B’mod partikolari, l-iffinanzjar jenħtieġ li jtejjeb is-sensibilizzazzjoni dwar il-valuri, l-effettività tal-leġiżlazzjoni u d-drittijiet stabbiliti direttament fit-Trattat billi jżid l-għarfien, is-sensibilizzazzjoni u l-kapaċità taċ-ċittadini, tal-professjonisti u tal-partijiet ikkonċernati, permezz tal-appoġġ għal:

-    Informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, inkluż bis-saħħa ta’ appoġġ għall-kampanji nazzjonali u Ewropej biex jinfurmaw lill-persuni dwar id-drittijiet tagħhom, kif garantiti skont id-dritt tal-UE, u kif għandhom jinfurzawhom fil-prattika, u permezz ta’ attivitajiet ta’ kommemorazzjoni;

-    Taħriġ u bini ta’ kapaċità għall-professjonisti legali (bħall-imħallfin u l-prosekuturi) u prattikanti oħrajn, sabiex dawn jingħataw l-għodod biex iqiegħdu effettivament id-drittijiet u l-politiki tal-UE fil-prattika.

Il-finanzjament għandu wkoll rwol ċentrali fil-promozzjoni tal-koperazzjoni fuq il-livell transnazzjonali u fl-iżvilupp tal-fiduċja reċiproka, permezz ta’:

-    Tisħiħ tan-netwerks u tas-soċjetà ċivili, jiġifieri organizzazzjonijiet madwar l-UE sabiex jgħinu fit-tħejjija ta’ inizjattivi futuri f’dan il-qasam, kif ukoll biex jippromovu l-implimentazzjoni konsistenti tagħhom fl-Ewropa;

-    Kooperazzjoni transfruntiera dwar l-infurzar, pereżempju t-twaqqif ta’ sistemi ta’ twissija tat-tfal nieqsa, il-koordinazzjoni ta’ kooperazzjoni operazzjonali u transfruntiera kontra d-droga.

Barra minn hekk, il-finanzjament jenħtieġ li jappoġġa: ir-riċerka, l-analiżi u attivitajiet oħra ta’ appoġġ, biex il-leġiżlatur ikollu informazzjoni ċara u dettaljata dwar il-problemi u s-sitwazzjoni fil-post. Ir-riżultati ta’ dawn l-attivitajiet jikkontribwixxu għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE u jiżguraw li dawn ikunu bbażati fuq evidenza, ikunu mmirati sew u strutturati sew.

Dawn l-attivitajiet kollha se jiġu implimentati tul il-perjodu kollu 2021-2027. Huwa diffiċli li jiġi stabbilit perjodu ta’ tnedija b’mod preċiż, meta wieħed iqis ir-ritmu mgħaġġel tal-isfidi politiċi l-ġodda li rridu naffaċċjaw u nirreaġixxu għalihom.

1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, kumplementarjetajiet jew effettività akbar). Għall-iskopijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għal azzjoni fil-livell Ewropew (ex-ante)

Il-finanzjament kopert mill-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri jikkonċentra fuq attivitajiet fejn l-intervent tal-UE jista’ jagħti valur addizzjonali meta mqabbel ma’ azzjoni tal-Istati Membri waħedhom. L-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament jikkontribwixxu għall-applikazzjoni effettiva tal-acquis billi jiżviluppaw fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, iżidu l-koperazzjoni transfruntiera u n-netwerking u jiksbu applikazzjoni korretta, koerenti u konsistenti tad-dritt tal-Unjoni fl-Unjoni kollha. L-azzjoni fuq il-livell tal-Unjoni biss tista’ tipprovdi attivitajiet koordinati li jistgħu jilħqu lill-Istati Membri kollha. L-Unjoni Ewropea tinsab f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tindirizza sitwazzjonijiet transfruntiera u tipprovdi Pjattaforma Ewropea għal tagħlim reċiproku. Mingħajr l-appoġġ tal-Unjoni, il-partijiet ikkonċernati jkollhom ħabta jindirizzaw problemi simili b’mod frammentat u maqtugħ mill-bqija.

Il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-valuri jeħtieġu opportunitajiet ta’ netwerking u mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u li tipikament ma jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri waħedhom.

F’ħafna oqsma, bħall-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni jew iċ-ċittadinanza, l-individwi huma protetti mid-dritt u mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni iżda madankollu mhumiex konxji biżżejjed mid-drittijiet tagħhom. Huma biss l-azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni, il-qsim tal-aħjar prattiki u t-taħriġ fil-livell tal-UE li jistgħu jaċċertaw li l-persuni fl-Istati Membri kollha jintlaħqu, li l-istrutturi / l-awtoritajiet amministrattivi jkunu infurmati u li l-messaġġ jgħaddi b’mod konsistenti, filwaqt li jiġu prodotti ekonomiji ta’ skala u tiġi żgurata l-kwalità tal-azzjonijiet u li l-Istati Membri jkollhom interpretazzjoni konsistenti u applikazzjoni koerenti tal-istrumenti leġiżlattivi fl-UE kollha.

Il-finanzjament fil-livell nazzjonali jew reġjonali għal attivitajiet li jrawmu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini bħala ċittadini tal-UE huwa limitat ħafna, filwaqt li f’bosta pajjiżi tal-UE hemm saħansitra anqas finanzjament disponibbli għal attivitajiet ta’ kommemorazzjoni. Anki meta l-benefiċjarji jirċievu finanzjament għal attivitajiet simili, sorsi alternattivi ta’ finanzjament ma jagħtux prijorità lill-promozzjoni taċ-ċittadinanza u tal-kommemorazzjoni fil-livell tal-UE. Il-kapaċità limitata jew ineżistenti tal-partijiet ikkonċernati li jwettqu proġetti simili mingħajr l-appoġġ tal-finanzjament tal-UE tenfasizza l-livell ta’ dipendenza tal-benefiċjarji fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet.

Valur miżjud tal-Unjoni ġġenerat mistenni (ex-post)

Il-kollaborazzjoni u n-netwerking bejn il-partijiet ikkonċernati se jwasslu għat-tixrid tal-aħjar prattiki, b’mod partikolari metodi innovattivi u integrati fi Stati Membri differenti. Imbagħad, il-parteċipanti f’dawn l-attivitajiet jaġixxu bħala multiplikaturi fl-attivitajiet professjonali rispettivi tagħhom u jxerrdu b’mod usa’ l-aħjar prattiki fl-Istat Membru tagħhom.

Se jingħata appoġġ biex ikun hemm bażi analitika soda għas-sostenn u l-iżvilupp ta’ politiki. L-intervent tal-Unjoni Ewropea jagħmilha possibbli li dawn l-attivitajiet ikunu segwiti b’mod konsistenti fl-Unjoni kollha u dan l-intervent iġib miegħu l-ekonomiji ta’ skala.]

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu li saru għall-programm attwali fil-qasam tad-drittijiet, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza kkonfermaw l-effettività kumplessiva tal-programmi, iżda ġew identifikati xi aspetti għat-titjib, b’mod partikolari l-ħtieġa li tingħata attenzjoni akbar lill-ħtiġijiet emerġenti, ir-reviżjoni tal-indikaturi ta’ monitoraġġ, il-kisba ta’ bilanċ aktar ġeografiku fost il-benefiċjarji, iż-żieda fil-viżibbiltà tal-programm u t-tisħiħ tas-sinerġiji ma’ programmi u inizjattivi oħra rilevanti ta’ finanzjament mill-UE.

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” 2014-2020 ikkonferma li l-objettivi ġenerali huma rilevanti għall-ħtiġijiet attwali fl-UE li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni ċivika u s-sensibilizzazzjoni dwar il-valuri, l-istorja u d-diversità tal-UE. L-Ewropa għaċ-Ċittadini wera l-valur miżjud tiegħu kemm f’termini tal-impatt tiegħu fuq il-parteċipanti kif ukoll fir-rwol komplimentari tiegħu għal programmi oħra ta’ finanzjament u inizjattivi ta’ politika tal-UE fl-oqsma tal-edukazzjoni, tal-kultura u taċ-ċittadinanza tal-UE. L-azzjonijiet u l-għotjiet operattivi ġew implimentati b’mod effiċjenti. L-aspetti li ġew identifikati għat-titjib jirrigwardaw l-aktar iż-żieda fil-viżibbiltà tal-programm, l-emendar tal-indikaturi tal-monitoraġġ u t-tisħiħ tas-sinerġiji ma’ inizjattivi u programmi ta’ finanzjament rilevanti oħra tal-UE.

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-Programm se jfittex li jikseb sinerġiji, konsistenza u kumplimentarjetajiet ma’ strumenti oħra tal-Unjoni, fost l-oħrajn, il-Programm tas-Suq Uniku billi jipprovdi appoġġ biex jagħti s-setgħa lill-konsumaturi u jsaħħaħ il-ħidma tal-awtoritajiet tal-infurzar fil-qasam tal-konsumaturi; il-Fond Soċjali Ewropew+ bis-saħħa tal-impatt qawwi u dirett tiegħu fuq il-persuni – inklużi dawk l-aktar żvantaġġati u diskriminati – u s-sinifikat tiegħu għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs, għall-valuri tal-UE u għar-rispett tad-drittijiet fundamentali. Il-promozzjoni tal-valuri u tad-drittijiet fl-UE hija riflessa bil-promozzjoni tagħhom fil-livell globali, inkluż permezz tar-rabtiet tal-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. F’dan ir-rigward, is-sinerġiji jistgħu jiġu żviluppati wkoll b’azzjoni esterna fil-livell multilaterali. Se jiġi evitat li jkun hemm duplikazzjoni ma’ attivitajiet f’dawn il-programmi l-oħra, u r-riżorsi jistgħu jinqasmu bejn il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri u l-Programm Ġustizzja biex jinkisbu objettivi komuni.

1.5.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

 Tul ta’ żmien limitata

x    fis-seħħ minn 01/012021 sa 31/122027

x    Impatt finanzjarju mill-2021 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2021 sal-2027 u lil hinn għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata illimitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS, segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.6.Modalità/modalitajiet ta’ ġestjoni ppjanata/i 29  

x Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

x mid-dipartimenti tagħha, inkluż il-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

x    mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-Taqsima “Kummenti”.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-proposta tinkludi obbligi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Se jsir monitoraġġ tal-kisba tal-objettivi speċifiċi fuq il-bażi tal-indikaturi li jinsabu fil-proposta; fuq bażi annwali.

Apparti minn hekk, sa nofs l-2025 l-aktar tard, il-Kummissjoni se tipprovdi rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar il-kisba tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tiegħu, flimkien mat-tagħlimiet meħuda mill-programmi predeċessuri. Wara li jintemm il-Programm, se tkun ipprovduta evalwazzjoni ex-post dwar l-impatti fuq terminu itwal ta’ żmien u dwar is-sostenibbiltà tal-effetti tal-Programm.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti

Għall-Objettivi speċifiċi “Drittijiet u Ugwaljanza” u “Daphne” ġestiti mid-DĠ JUST u EMPL

L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet previsti fil-programm taħt il-linja “ugwaljanza u drittijiet” u “Daphne” se ssir permezz ta’ ġestjoni diretta, u se tikkontribwixxi għall-objettivi komuni ta’ politika tal-Unjoni. Din il-parti tal-programm se tkun ġestita direttament mill-Kummissjoni billi tuża l-modi ta’ implimentazzjoni offruti mir-Regolament Finanzjarju, partikolarment l-għotjiet u l-akkwisti, billi dan jippermetti li l-programmi jiġu adattati aħjar għall-ħtiġijiet tal-politika u biex ikun hemm aktar flessibbiltà biex jiġu riaġġustati l-prijoritajiet f’każ li jfeġġu xi ħtiġijiet. Il-ġestjoni diretta mill-Kummissjoni se tippermetti wkoll li jiġu stabbiliti kuntatti diretti mal-benefiċjarji / kuntratturi direttament involuti fl-attivitajiet li jaqdu l-linji ta’ politika tal-Unjoni.

L-evalwazzjoni interim tal-Programm dwar id-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza 2014-2020 ikkonkludiet li ma hemm l-ebda ambitu ċar għal simplifikazzjonijiet ulterjuri li jikkonċernaw il-mod ta’ ġestjoni tal-Programm. Il-mod attwali ta’ ġestjoni diretta huwa adegwat meta wieħed iqis id-daqs tal-Programm.

Il-linja tal-programm li tiffoka fuq il-persuni b’diżabbiltà se tiġi implimentata permezz ta’ ġestjoni diretta, bl-użu tal-modi ta’ implimentazzjoni offruti mir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari l-għotjiet u l-akkwist. Il-ġestjoni diretta tippermetti li jiġu stabbiliti kuntatti diretti mal-benefiċjarji / kuntratturi direttament involuti fl-attivitajiet li jaqdu l-linji ta’ politika tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tiżgura monitoraġġ dirett tal-eżitu tal-azzjonijiet iffinanzjati. Il-modalitajiet ta’ pagament tal-azzjonijiet iffinanzjati se jiġu adattati għar-riskji li jirrigwardaw it-tranżazzjonijiet finanzjarji. Sabiex tiġi żgurata l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-kontrolli tal-Kummissjoni, l-istrateġija se tkun orjentata lejn id-direzzjoni ta’ bilanċ bejn il-verifiki ex-ante u ex-post.

Se jsiru awditi ex-post fil-post minn awdituri esterni għal kampjun ta’ tranżazzjonijiet. L-għażla ta’ dawn it-tranżazzjonijiet se tiġbor flimkien valutazzjoni tar-riskju u għażla aleatorja.

Kontrolli ex-post jiddependu wkoll fuq id-dipendenza reċiproka għall-awditi u għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni disponibbli biex ikompli jitnaqqas il-piż amministrattiv u tiżdied il-kosteffettività (l-Artikoli 127 u 128 tar-RF il-ġdid)

Għall-objettiv speċifiku “Involviment u parteċipazzjoni taċ-ċittadini” ġestit mid-DĠ HOME

L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet previsti taħt il-linja “Involviment u parteċipazzjoni taċ-ċittadini” tista’ tiġi fdata lil Aġenzija Eżekuttiva 30 . Ħafna mill-azzjonijiet skont il-programm attwali L-Ewropa għaċ-Ċittadini huma ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u tal-Kultura (EACEA).

It-tielet evalwazzjoni tal-EACEA li tkopri l-perjodu Jannar 2012 – Diċembru 2014 uriet li l-mandat tal-EACEA kien rilevanti għall-ħtiġijiet tal-Kummissjoni u għall-applikanti / benefiċjarji tal-Aġenzija.

Jenħtieġ li jiġi enfasizzat ukoll li l-miżuri ta’ simplifikazzjoni fis-seħħ għall-azzjonijiet skont il-programm attwali “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” naqqas b’mod sinifikanti r-rati ta’ żbalji u jippermettu kkuntrattar / pagamenti f’qasir żmien.

Il-programm se jiġi implimentat permezz tas-sejħiet għal proposti u għotjiet bħal fil-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini”.

Fir-rigward tal-modalitajiet ta’ pagament, huwa mistenni ħlas parzjali wieħed ta’ prefinanzjament u pagament tal-bilanċ wara r-rapport finali. L-użu tas-somom f’daqqa / rati fissi se jnaqqas ir-riskji ta’ żbalji.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u dwar is-sistema/i ta’ kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom

Għall-objettivi speċifiċi “Drittijiet u Ugwaljanza” u “Daphne” ġestiti mid-DĠ JUST u EMPL. Ir-riskji prinċipali marbuta mal-attivitajiet ta’ finanzjament tad-DĠ JUST huma tnejn:

- ir-riskju li ma jiġix iffinanzjat l-aqwa proġett biex tiġi indirizzata l-kwistjoni identifikata

- ir-riskji tal-irregolarità u l-illegalità tal-kostijiet mitluba u rimborżati.

Fir-rigward tar-riskju tal-legalità u tar-regolarità, fuq il-bażi tal-kawżi prinċipali u t-tipi ta’ żbalji l-aktar individwati f’awditi ex-post, jidher li l-oqsma prinċipali ta’ irregolaritajiet jirriżultaw minn ġestjoni finanzjarja batuta mill-benefiċjarji, l-aktar minħabba li ma jifhmux sew ir-regoli għaliex wisq kumplikati, b’mod partikolari għall-eliġibbiltà tal-kostijiet.

B’konsegwenza ta’ hekk, ir-riskji huma prinċipalment minħabba

– l-iżgurar tal-kwalità tal-proġetti magħżula u l-implimentazzjoni teknika sussegwenti tagħhom;

– Riskju ta’ użu mhux effiċjenti u mhux ekonomiku tal-fondi mogħtija, kemm għall-għotjiet (kumplessità fir-rimborżar tal-kostijiet eliġibbli attwali) kif ukoll għall-akkwist (xi drabi għadd limitat ta’ fornituri ekonomiċi bl-għarfien speċjalizzat meħtieġ li jimplika possibbiltajiet insuffiċjenti biex jitqabblu l-offerti tal-prezzijiet);

– Frodi

Ħafna minn dawn ir-riskji huma mistennija li jitnaqqsu bis-saħħa ta’:

- tfassil aħjar tas-sejħiet għal proposti,

- gwida aħjar għall-benefiċjarji u mmirar aħjar tal-proposti

- użu akbar mill-kostijiet simplifikati kif previst fir-Regolament Finanzjarju l-ġdid

- l-użu ta’ sistemi korporattivi għall-ġestjoni tal-proposti u l-għotjiet

Deskrizzjoni ta’ sistema ta’ kontroll intern

Is-sistema ta’ kontroll prevista għall-programm fil-ġejjieni hija kontinwazzjoni tas-sistema attwali ta’ kontroll.

L-istrateġija ta’ kontroll se tkun ibbażata fuq ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid u fuq ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni. Ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid u l-abbozz ta’ proposta għall-Programm Ġustizzja huma mistennija li jestendu l-użu tal-forom simplifikati tal-għotjiet bħal somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji.

L-istrateġija ta’ kontroll hija magħmula minn elementi kostitwenti differenti:

- programmazzjoni, evalwazzjoni u għażla tal-proposti sabiex ikun żgurat li jiġu ffinanzjati l-aqwa proposti biss;

- Il-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-ftehimiet dwar l-għotjiet; It-tranżazzjonijiet u l-proċeduri kollha huma soġġetti għall-verifika ex ante mill-Programm u mill-Unità tal-Ġestjoni Finanzjarja tad-DĠ JUST, kif ukoll mill-unitajiet ta’ politika rilevanti. Il-verifika finanzjarja ssir mill-Programm u mill-Unità tal-Ġestjoni Finanzjarja. Dwar l-għotjiet, it-talbiet għall-kostijiet ikunu vverifikati bir-reqqa, u jintalbu dokumenti ta’ prova meta jitqies li jkun meħtieġ, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju.

- awditi ex post permezz ta’ Ftehim dwar il-livell ta’ servizz, mad-DĠ HOME: Is-settur tal-kontroll ex post japplika “strateġija ta’ detezzjoni” immirata lejn id-detezzjoni ta’ massimu ta’ anomaliji bil-ħsieb ta’ rkupru ta’ pagamenti mhux dovuti. Fuq il-bażi ta’ din l-istrateġija, l-awditi jsiru fuq kampjun ta’ proġetti magħżula kważi kompletament fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju.

Il-kost tal-kontrolli jammonta għal madwar 4,49 % tal-pagamenti magħmula mid-DĠ JUST. Dan huwa mistenni li jibqa’ stabbli jew jonqos ftit fil-każ li l-użu tal-opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati (SCO – simplified cost options) ikun se jitwessa’ fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss.

L-implimentazzjoni tiffoka fuq l-attribuzzjoni tal-kuntratti ta’ akkwist pubbliku filwaqt li huma previsti għadd ta’ għotjiet għal organizzazzjonijiet u attivitajiet speċifiċi.

Il-kuntratti ta’ akkwist pubbliku se jiġu konklużi prinċipalment fl-oqsma bħal studji, ġbir ta’ data, kuntratti ta’ evalwazzjoni, taħriġ, kampanji tal-informazzjoni, servizzi tal-IT u tal-komunikazzjoni, ġestjoni tal-faċilitajiet, eċċ. Il-kuntratturi huma prinċipalment ditti tal-konsulenza u kumpaniji privati oħra li ħafna minnhom huma SMEs.

L-għotjiet se jingħataw prinċipalment għal attivitajiet ta’ appoġġ lil organizzazzjonijiet mhux governattivi, awtoritajiet nazzjonali, eċċ. Il-perjodu ta’ eżekuzzjoni tal-attivitajiet u l-proġetti sussidjati jvarja bejn sena sa massimu ta’ tliet snin.

Ir-riskji prinċipali huma dawn li ġejjin:

• Riskju ta’ użu mhux effiċjenti u mhux ekonomiku tal-fondi mogħtija, kemm għall-għotjiet (kumplessità tar-regoli tal-finanzjament, speċjalment għall-operaturi żgħar) kif ukoll għall-akkwist (għadd limitat ta’ fornituri ekonomiċi bl-għarfien speċjalizzat meħtieġ li jimplika possibbiltajiet insuffiċjenti biex jitqabblu l-offerti tal-prezzijiet f’xi setturi);

• Riskju għar-reputazzjoni tal-Kummissjoni, jekk jiġu skoperti attivitajiet kriminali jew frodi. mis-sistemi ta’ kontroll intern ta’ terzi persuni tista’ tittieħed biss garanzija parzjali minħabba l-għadd pjuttost kbir ta’ kuntratturi u benefiċjarji eteroġeni, li kollha joperaw is-sistema ta’ kontroll proprja tagħhom u li ħafna drabi tkun waħda żgħira.

Il-Kummissjoni implimentat proċeduri interni li għandhom l-għan li jkopru r-riskji identifikati hawn fuq. Il-proċeduri interni huma f’konformità sħiħa mar-Regolament Finanzjarju u jinkludu l-miżuri kontra l-frodi u l-kunsiderazzjonijiet kost-benefiċċji. Fl-ambitu ta’ dan il-qafas, il-Kummissjoni qed tkompli tesplora l-possibbiltajiet biex ittejjeb il-ġestjoni u biex tagħmel titjib fl-effiċjenza. Il-karatteristiċi prinċipali tal-qafas ta’ kontroll huma dawn li ġejjin:

Kontrolli qabel u matul l-implimentazzjoni tal-proġetti:

• Fil-Kummissjoni qed jintużaw u jiġu żviluppati mudelli ta’ ftehimiet ta’ għotja u kuntratti ta’ servizz. Dawn jipprevedu għal għadd ta’ dispożizzjonijiet ta’ kontroll bħal ċertifikati ta’ awditu, garanziji finanzjarji, awditi fil-post kif ukoll spezzjonijiet mill-OLAF. Ir-regoli li jirregolaw l-eliġibbiltà tal-kostijiet qegħdin jiġu ssimplifikati, pereżempju, billi jintużaw kostijiet unitarji, somom f’daqqa, kontribuzzjonijiet mhux marbuta mal-kostijiet u possibbiltajiet oħra offruti mir-Regolament Finanzjarju. Dan se jnaqqas il-kost tal-kontrolli u se jixħet l-attenzjoni fuq il-verifiki u l-kontrolli f’oqsma b’riskju għoli.

• Il-persunal kollu jaderixxi mal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba. Il-persunal li huwa involut fil-proċedura tal-għażla jew fil-ġestjoni tal-ftehim ta’ għotjiet / kuntratti jiffirma (wkoll) dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess. Il-persunal jitħarreġ regolarment u juża netwerks għall-iskambju tal-aħjar prattiki.

• L-implimentazzjoni teknika ta’ proġett tiġi verifikata f’intervalli regolari mill-uffiċċju fuq il-bażi tar-rapporti ta’ progress tekniku tal-kuntratturi u tal-benefiċjarji; barra minn hekk, huma previsti, skont il-każ, laqgħat tal-kuntratturi / benefiċjarji u żjarat fil-post.

Kontrolli fi tmiem il-proġett:

L-awditi ex-post isiru biex l-eliġibbiltà tat-talbiet għall-kostijiet tiġi vverifikata fil-post. L-għan ta’ dawn il-kontrolli huwa li jiġu evitati, individwati u korretti l-iżbalji materjali relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji. Bl-għan li jinkiseb impatt għoli ta’ kontroll, l-għażla tal-benefiċjarji li jridu jiġu awditjati tipprevedi taħlita ta’ għażla bbażata fuq ir-riskji flimkien ma’ kampjunar b’mod aleatorju, u li tingħata attenzjoni lill-aspetti operazzjonali kull meta dan ikun possibbli matul l-awditu fil-post.

Għall-objettiv speċifiku “Involviment u parteċipazzjoni taċ-ċittadini” ġestit mid-DĠ HOME

A: Riskji prinċipali u kawżi prinċipali ta’ żbalji

Il-programm attwali “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” huwa ġestit mill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA). Bis-saħħa tal-miżuri ta’ simplifikazzjoni fis-seħħ (b’mod partikolari s-somom f’daqqa), “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” attwali huwa implimentat b’rata ta’ żball stmata ferm anqas mil-livell limitu ta’ materjalità ta’ 2 %. Dawn il-miżuri ta’ simplifikazzjoni għandhom jibqgħu jiġu implimentati skont il-programm tal-ġejjieni.

B: Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern stabbilita fil-Kummissjoni – Superviżjoni tal-EACEA mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni se tapplika l-miżuri ta’ kontroll mitluba għall-aġenziji eżekuttivi f’konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament Finanzjarju [f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, ir-Regolament dwar l-aġenziji eżekuttivi].

Barra minn hekk, il-Kummissjoni se twettaq monitoraġġ u se tikkontrolla li l-aġenzija eżekuttiva tissodisfa objettivi ta’ kontroll kif suppost għall-azzjonijiet li se jiġu fdati lilha għall-ġestjoni. Din is-superviżjoni se tiġi integrata fit-termini tal-kooperazzjoni bejn id-DĠ ewlieni u l-aġenzija eżekuttiva u fir-rappurtar biannwali tal-aġenzija.

C: Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern stabbilita fl-EACEA

Is-sistema ta’ kontroll hija implimentata mill-EACEA

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-pagament u fl-għeluq)

Għall-Objettivi speċifiċi “Drittijiet u Ugwaljanza” u “Daphne” ġestiti mid-DĠ JUST u EMPL Il-kost tal-kontrolli jammonta għal madwar 4,49 % tal-pagamenti magħmula mid-DĠ JUST. Dan huwa mistenni li jibqa’ stabbli jew jonqos ftit fil-każ li l-użu tal-opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati jkun se jitwessa’ fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss. Jekk jiżdied il-kost tal-kontroll għal titjib marġinali tar-rata ta’ żball, dan ma jkunx kosteffettiv.

Fid-DĠ EMPL, il-kost tal-livell suġġerit tal-kontrolli jirrappreżenta bejn wieħed u ieħor 4 % tal-baġit annwali tan-nefqa operazzjonali. Dan huwa ġustifikat mill-ammont għoli ta’ tranżazzjonijiet li jridu jiġu kkontrollati. Fil-qasam tal-persuni b’diżabbiltà, il-ġestjoni diretta tinvolvi l-attribuzzjoni ta’ diversi kuntratti u għotjiet għal azzjonijiet, u l-pagament ta’ għadd ta’ għotjiet operattivi lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi. Ir-riskju relatat ma’ dawn l-attivitajiet jikkonċerna l-kapaċità ta’ organizzazzjonijiet (partikolarment) żgħar li jikkontrollaw in-nefqa b’mod effettiv.

Fuq bażi ta’ ħames snin, ir-rata ta’ żball għall-verifiki fil-post tal-għotjiet taħt ġestjoni diretta kienet ta’ 1,8 %. Għall-programmi kollha tad-DĠ EMPL u b’kunsiderazzjoni kumplessiva tal-livell baxx ta’ riskju għall-akkwist bħala dak ta’ 1 %. Dan il-livell ta’ żball jitqies aċċettabbli, peress li huwa taħt il-livell ta’ materjalità ta’ 2 %

Il-bidliet proposti għall-programm mhux se jaffettwaw il-mod kif inhuma attwalment ġestiti l-approprjazzjonijiet. Is-sistema ta’ kontroll eżistenti wriet li hi kapaċi tipprevjeni u / jew tidentifika żbalji u / jew irregolaritajiet, u fil-każ ta’ żbalji jew irregolaritajiet, kapaċi tikkoreġihom. Għaldaqstant, ir-rati ta’ żball tal-passat huma mistennija jibqgħu fl-istess livelli.

Għall-objettiv speċifiku “Involviment u parteċipazzjoni taċ-ċittadini” ġestit mid-DĠ HOME

L-2017 kienet it-tieni sena li fiha nħarġu r-rati ta’ żball għall-ġenerazzjoni tal-programm 2014-2020 ġestit mill-EACEA u r-riżultati huma inkoraġġanti (0 % fir-rigward tal-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini”). Minħabba l-miżuri ta’ simplifikazzjoni u l-miżuri ta’ kontroll ippjanati li jiġu implimentati, jista’ jiġi konkluż li l-livell ta’ nuqqas ta’ konformità għall-azzjonijiet previsti huwa mistenni li jkun taħt il-limitu massimu ta’ 2 %.

Stima tal-kostijiet tal-kontroll għall-azzjonijiet ġestiti mill-EACEA

1. Matul il-fażijiet tal-għażla u tal-ġestjoni tal-kuntratti

1.1 Kostijiet tal-persunal

L-istima hija kkalkolata b’kunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta’ kontroll imwettqa taħt il-Programm attwali “L-Ewropa għaċ-Ċittadini”:

- billi l-persunal operazzjonali u finanzjarju jkollu rwoli ta’ bidu u ta’ verifika

- fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett (għażla, kuntrattar u pagamenti).

Għadd ta’ persunal li jwettaq attivitajiet ta’ kontroll -    Kostijiet standard / sena:

Aġenti kuntrattwali: 6,6 x EUR 74 000 = EUR 488 400

Aġenti Temporanji: 1,6 x EUR 143 000 = EUR 228 800

Total għad-durata tal-Programm: EUR 5 020 400

1.2. Kostijiet oħra - Kostijiet standard / sena

Missjonijiet fil-post: 20 x EUR 825= EUR 16 500

Ċertifikati tal-awditi li jridu jiġu pprovduti mill-benefiċjarji: EUR 86 000

Total għad-durata tal-Programm: EUR 717 500

2. Kontrolli ex-post

2.1 Persunal

Għadd ta’ persunal li jwettaq attivitajiet ta’ kontroll - Kostijiet standard / sena

Aġenti kuntrattwali: 0,25 X EUR 74 000 =EUR 18 500

Aġenti Temporanji: 0,05 X EUR 143 000 = EUR 7 150

Total għad-durata tal-Programm: EUR 179 500

2.2. Awditi ex-post

Awditi aleatorji, ibbażati fuq ir-riskji u ad-hoc - Kostijiet standard / sena:

EUR 10 500 x 10 = EUR 105 000

Total għad-durata tal-Programm: EUR 735 000. Kostijiet totali ta’ kontrolli fl-EACEA meta mqabbla mal-baġit operazzjonali li jrid potenzjalment jiġi ġestit

B’baġit operazzjonali ta’ EUR 204 miljun għal din il-linja “Involviment u parteċipazzjoni taċ-ċittadini”, il-kost totali tal-kontroll għall-azzjonijiet ġestiti mill-EACEA huwa ta’ bejn wieħed u ieħor 3,5 % tal-baġit

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, pereż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Minbarra l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi kollha ta’ kontroll regolatorju, il-programm se jkun implimentat minn Direttorati Ġenerali li jimplimentaw ukoll l-istrateġija kontra l-frodi tal-Kummissjoni (Commission’s anti-fraud strategy, CAFS) adottata fl-24 ta’ Ġunju 2011 biex ikun żgurat, fost l-oħrajn, li l-kontrolli interni tiegħu kontra l-frodi jkunu allinjati mas-CAFS u li l-approċċ tiegħu għall-ġestjoni tar-riskju ta’ frodi jkun immirat biex jidentifika oqsma ta’ riskju ta’ frodi u reazzjonijiet adegwati.

Biex jitnaqqas ir-riskju ta’ irregolaritajiet u frodi potenzjali, huma previsti l-miżuri segwenti:

- Il-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi potenzjali titqies diġà meta jiġi stabbilit il-programm, permezz tas-simplifikazzjoni tar-regoli u l-użu usa’ ta’ rati fissi u somom f’daqqa.

- Se ssir verifika sistematika ta’ finanzjament doppju potenzjali u identifikazzjoni tal-benefiċjarji ta’ diversi għotjiet.

- Se jiġu implimentati awditi ad-hoc meta jkun hemm tħassib serju f’termini ta’ irregolaritajiet u/jew suspetti ta’ frodi.

- L-Aġenzija Eżekuttiva se jkollha tirrapporta irregolaritajiet u frodi potenzjali lill-Kummissjoni ad hoc kif ukoll fir-rapportar regolari tagħha.

- deċiżjonijet, ftehimiet u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-programm se jintitolaw espressament lill-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, u l-Qorti tal-Awdituri biex iwettqu verifiki, spezzjonijiet u kontrolli fil-post;

- il-proċedura sabiex jingħataw l-għotjiet tinkludi diversi elementi għall-individwar tal-frodi, bħall-użu mifrux tal-prinċipju ta’ erba’ għajnejn, l-ivverifikar tal-korrettezza u t-trasparenza tal-proċeduri ta’ għoti, il-proċeduri dettaljati biex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess, l-ivverifikar ta’ jekk l-applikanti humiex inklużi fil-“lista s-sewda” skont ir-Regolament 1605/2002, l-użu ta’ għodod tal-IT bħall-EDES u ARACHNE, u l-attenzjoni għal “sinjali ta’ allerta” (indikaturi tal-frodi) oħra.

Wara studju minn kuntrattur estern li jrid jiġi ffinalizzat sa nofs l-2018, l-Istrateġija Konġunta Kontra l-Frodi (JAFS) se tiġi riveduta u l-kontribut tad-DĠ EMPL għall-CAFS se jiġi aġġornat.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
Intestatura 2 Koeżjoni u Valuri

07.06 Ġustizzja, Drittijiet u Valuri

Drittijiet u Valuri

Diff./mhux diff 31 .

mingħand il-pajjiżi tal-EFTA 32

mingħand il-pajjiżi kandidati 33

mingħand pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

[07.01YY]

[Drittijiet u Valuri]

07.01.05.

Mhux diff.

IVA

IVA

LE

LE

07.06.02.01

07.06.02.02

Diff.

IVA

IVA

LE

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

<2>

Intestatura 2 Koeżjoni u Valuri

07.06 Ġustizzja, Drittijiet u Valuri

il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(1)

78,824

80,123

81,204

81,586

81,694

81,560

80,914

565,905

Pagamenti

(2)

10,578

42,020

56,269

60,625

63,576

63,814

63,490

205,533

565,905

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 34  

Impenji = Pagamenti

(3)

11,800

11,200

10,600

10,500

10,500

10,600

10,600

75,800*

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

Impenji

=1+3

90,624

91,323

91,804

92,086

92,194

92,160

91,514

641,705

Pagamenti

=2+3

22,378

53,220

66,869

71,125

74,076

74,414

74,090

205,533

641,705

L-approprjazzjonijiet huma intiżi li jiffinanzjaw l-attivitajiet elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi fil-linja tal-Ugwaljanza u tad-Drittijiet, il-Linja tal-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, u l-Linja Daphne. L-allokazzjoni tal-fondi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a) tista’ tinqasam ulterjorment bejn il-Linja tal-Ugwaljanza u d-Drittijiet (bejn wieħed u ieħor 75 %) u l-Linja Daphne (bejn wieħed u ieħor 25 %). L-allokazzjoni tal-Fondi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b) se tkun iddedikata għal-Linja tal-Involviment u l-Parteċipazzjoni taċ-Ċittadini, inkluż l-appoġġ għall-NGOs ġestit direttament mid-DĠ JUST li jirrappreżenta bejn wieħed u ieħor 20 %.

* Dan l-ammont ikopri nefqa’ ta’ appoġġ għall-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri u l-kontribuzzjoni għall-EACEA għall-ġestjoni tal-legat tal-programm Ewropa għaċ-Ċittadini 2014-2020 u l-iddelegar potenzjali ta’ parti mill-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri (il-linja tal-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini) lil aġenzija eżekuttiva. L-ammont ikopri, barra minn hekk, l-iddelegar potenzjali tal-appoġġ lill-NGOs fil-linja tal-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini. L-amministrazzjoni tal-legat tagħti spjegazzjoni għall-ammonti ogħla għall-2021-2023. Il-programm jaf ikun (parzjalment) delegat lil aġenzija eżekuttiva, soġġett għall-eżitu tal-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji u deċiżjonijiet relatati li jridu jittieħdu, u li l-approprjazzjonijiet amministrattivi għall-implimentazzjoni tal-programm fil-Kummissjoni u fl-aġenzija eżekuttiva jkunu adattati skont dan.





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

 24,795

24,795

24,795

24,795

24,795

24,795

24,795

173,565

Nefqa amministrattiva oħra

1,082

1,082

1,082

1,082

1,082

1,082

1,082

7,574

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

25,877

25,877

25,877

25,877

25,877

25,877

25,877

181,139

miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

116,501

117,200

117,681

117,963

118,071

118,037

117,391

822,844

Pagamenti

48255

79,097

92,746

97,002

99,953

100,291

99,967

205,533

822,844

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta / L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

x        Il-propost/ L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

 24,795

  24,795

  24,795

 24,795

  24,795

 24,795

 24,795

173,565

Nefqa amministrattiva oħra

1,082

1,082

1,082

1,082

1,082

1,082

1,082

7,574

Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

25,877

25,877

25,877

25,877

25,877

25,877

25,877

181,139

Barra mill-INTESTATURA 7 35
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

11,800

11,200

10,600

10,500

10,500

10,600

10,600

75,800

Subtotal
Barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

11,800

11,200

10,600

10,500

10,500

10,600

10,600

75,800

TOTAL

37,677

37,077

36,477

36377

36377

36477

36477

256939

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta / L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

x    Il-proposta / L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

156,75

156,75

156,75

156,75

156,75

156,75

156,75

Delegazzjonijiet

Riċerka

 Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED  36

Intestatura 7

Iffinazjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

31,5

31,5

31,5

31,5

31,5

31,5

31,5

- fid-Delegazzjonijiet

Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  37

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Riċerka

Oħrajn (speċifika)

TOTAL

188,25

188,25

188,25

188,25

188,25

188,25

188,25

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

id-DĠ JUST: 134 FTE marbuta mal-programm

L-FTEs kollha ta’ DĠ JUST ġew assenjati lil wieħed mit-3 programmi attwali

FTEs għall-Programm għad-Drittijiet u l-Valuri: 50 % minn JUST.04 Ġestjoni tal-programm u finanzjarja, 50 % minn unitajiet orizzontali oħra u FTEs mill-unitajiet ta’ politika marbutin mar-REC (C2, C3, C4, D1, D2, D3)

id-DĠ HOME (il-Linja tal-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini): 6 FTEs

SG: 7,25 FTEs – Inizjattiva ECI

id-DĠ EMPL (attivitajiet marbuta mad-“drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà”): 9,5 FTEs

Persunal estern

id-DĠ JUST: 29 FTE marbuta mal-programm

id-DĠ HOME (il-Linja tal-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini): 1 FTE

id-DĠ EMPL (attivitajiet marbuta mad-“drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà”): 1,5 FTE

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni

Il-proposta / L-inizjattiva:

X    ma tipprevedix il-kofinanzjament minn terzi persuni

   tipprevedi l-kofinanzjament minn terzi persuni li qed jiġi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta / L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

X    Il-proposta / L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Impatt tal-proposta / tal-inizjattiva 38

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

L-Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (pereż. il-metodu/il-formula li ntuża(t) għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    COM(2017) 358 tat-28 ta’ Ġunju 2017.
(2)    https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/juncker-political-guidelines-speech_mt.pdf
(3)    Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 Test b’relevanza għaż-ŻEE
(4)    COM(2018) 321.
(5)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1–14.
(6)    ĠU C , , p. .
(7)    ĠU C , , p. .
(8)    Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)
(9)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perjodu 2014–2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3)
(10)    COM(2011) 173.
(11)    ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1.
(12)    ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1-88.
(13)    ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89-131.
(14)    Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1).
(15)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22).
(16)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37).
(17)    Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).
(18)    Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1).
(19)    [ ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=uriserv%3AOJ.C_.2013.373.01.0001.01.ENG&toc=OJ%3AC%3A2013%3A373%3ATOC
(20)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.
(21)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p.1).
(22)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(23)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p.1).
(24)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(25)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
(26)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)
(27)    ABM: immaniġġar ibbażat fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(28)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(29)    Dettalji tal-modalitajiet ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html
(30)    Id-deċiżjoni biex il-kompiti ta’ delega jiġu ddelegati lil Aġenżija Eżekuttiva se tittieħed skont ir-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 58/2003, fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji.
(31)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(32)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(33)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(34)    Assistenza teknika u / jew amministrattiva u nefqa b’sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u / jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(35)    Assistenza teknika u / jew amministrattiva u nefqa b’sostenn tal-implimentazzjoni ta’ programmi u / jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(36)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= Persunal tal-Aġenzija; JPD = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(37)    Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(38)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Top

Brussell,30.5.2018

COM(2018) 383 final

ANNESSI

tal-Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri

{SEC(2018) 274 final}
{SWD(2018) 290 final}
{SWD(2018) 291 final}


ANNESS I

L-attivitajiet tal-Programm

Il-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 2(2) se ssir b’mod partikolari permezz tal-appoġġ għall-attivitajiet li ġejjin:

(a)is-sensibilizzazzjoni, it-tixrid ta’ informazzjoni biex jittejjeb l-għarfien tal-politiki u tad-drittijiet fl-oqsma koperti mill-Programm;

(b)it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta’ prattiki tajbin fost il-partijiet ikkonċernati biex jittejjeb l-għarfien u l-komprensjoni reċiproka u l-involviment ċiviku u demokratiku;

(c) attivitajiet analitiċi u ta’ monitoraġġ 1 biex is-sitwazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE tinftiehem aħjar fl-oqsma koperti mill-Programm kif ukoll biex tittejjeb l-implimentazzjoni tad-dritt u tal-politiki tal-UE;

(d)it-taħriġ tal-partijiet interessati rilevanti biex jittejjeb l-għarfien tagħhom tal-politiki u d-drittijiet fl-oqsma koperti;

(e)l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT);

(f)it-tisħiħ tal-għarfien taċ-ċittadini dwar il-kultura, l-istorja u l-kommemorazzjoni Ewropea kif ukoll is-sens ta’ appartenenza tagħhom fl-Unjoni;

(g)il-ġabra flimkien ta’ Ewropej ta’ nazzjonalitajiet u kulturi differenti billi jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ ġemellaġġ;

(h)it-tħeġġiġ u l-iffaċilitar ta’ parteċipazzjoni attiva fil-bini ta’ Unjoni aktar demokratika kif ukoll għarfien tad-drittijiet u tal-valuri permezz tal-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

(i)l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv biex ikun implimentat ir-Regolament [(EU) Nru 211/2011], u b’hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jniedu u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej;

(j)l-iżvilupp tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej biex jippromovu u jiżviluppaw ulterjorment id-dritt tal-Unjoni, l-istrateġiji u l-għanijiet ta’ politika kif ukoll l-għoti ta’ appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-oqsma koperti mill-Programm.

(k)it-tisħiħ tal-għarfien tal-programm u d-disseminazzjoni u t-trasferibbiltà tar-riżultati tiegħu u t-trawwim tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, inkluż billi jkunu stabbiliti u appoġġati punti ta’ informazzjoni dwar il-programm u netwerk nazzjonali ta’ kuntatt.

ANNESS II

Indikaturi

Se jsir monitoraġġ mill-qrib tal-Programm abbażi ta’ sett ta’ indikaturi maħsuba biex ikejlu sa fejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bl-għan li jiġu minimizzati l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi. Għal dak l-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta’ indikaturi ewlenin li ġejjin:

L-għadd ta’ nies li ntlaħqu minn:

(i) attivitajiet ta’ taħriġ;

(ii) it-tagħlim reċiproku u l-iskambju ta’ prattiki tajba;

(ii) sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ disseminazzjoni.

L-għadd ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li ntlaħqu minn attivitajiet ta’ appoġġ u ta’ bini tal-kapaċità

L-għadd ta’ inizjattivi u netwerks transnazzjonali li jiffukaw fuq il-memorja u l-wirt Ewropej bis-saħħa tal-intervent tal-programm

(1)    Dawn l-attivitajiet jinkludu, pereżempju, il-ġbir tad-data u tal-istatistika; l-iżvilupp ta’ metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta’ riferiment; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet; valutazzjoni tal-impatt; l-elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta’ gwidi, rapporti u materjal edukattiv.
Top