Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document COM:2006:169:FIN

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, imlaqqgħa fi ħdan il-Kunsill Dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, min-naħa l-oħra
    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati membri ta' l-Unjoni ewropea, Imlaqqgħa fi ħdan il-Kunsill Dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, min-naħa l-oħra

    /* KUMM/2006/0169 finali */ /* KUMM/2006/0169 finali - CNS 2006/0058 */

    52006PC0169(01)

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, imlaqqgħa fi ħdan il-Kunsill Dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, min-naħa l-oħra /* KUMM/2006/0169 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 21.4.2006

    KUMM(2006) 169 finali

    2006/0058 (CNS)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA, IMLAQQGĦA FI ĦDAN IL-KUNSILL

    Dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, min-naħa l-oħra

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA, IMLAQQGĦA FI ĦDAN IL-KUNSILL

    Dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, min-naħa l-oħra

    (preżentati mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

    110 | Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, min-naħa l-oħra ġie nnegozjat taħt mandat mogħti mill-Kunsill f'Ġunju 2003. Is-servizzi ta' l-ajru bejn l-UE u l-USA fil-preżent joperaw fuq il-bażi ta' ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri individwali u l-USA. Dawn l-arranġamenti bilaterali fihom dispożizzjonijiet li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja f'Novembru 2002 iddeċidiet li mhumiex kumpatibbli mal-liġi Komunitarja, u għalhekk huwa essenzjali li għas-servizzi bejn l-UE u l-USA jiġi stabbilit qafas fuq il-livell tal-Komunità. Il-Ftehim jirrappreżenta ftehim komprensiv ta' stadju inizjali u jinkludi impenn miż-żewġ naħat li, fi żmien determinat, jibdew in-negozjati fuq it-tieni stadju. Dan ikun jissodisfa r-rekwiżiti ġuridiċi tal-Komunità u lill-vjaġġaturi li jaqsmu l-Atlantiku bl-ajru u lill-operaturi tal-merkanzija jagħtihom benefiċċji ekonomiċi immedjati u sostanzjali. |

    120 | Il-kuntest ġenerali Il-mandat tan-negozjati ffissa l-mira li tiġi stabbilita Żona Miftuħa ta' l-Avjazzjoni (OAA) bejn l-UE u l-USA. Din toħloq suq waħdieni għat-trasport bl-ajru bejn l-UE u l-USA, li fih l-investiment ikun jista' jsir mingħajr xkiel u l-linji ta' l-ajru ta' l-UE u ta' l-USA jkunu jistgħu jipprovdu servizzi mingħajr restrizzjonijiet ta' xejn, inklużi dawk fis-swieq domestiċi taż-żewġ partijiet. It-twettiq sħiħ tal-mandat jirrikjedi tibdiliet leġiżlattivi sinifikanti fl-Istati Uniti ta' l-Amerika, partikolarment biex jitneħħew ir-restrizzjonijiet ġuridiċi fuq li l-linji ta' l-ajru ta' l-USA jkunu ta' proprjetà barranija, kif ukoll fuq il-kabotaġġ. Dawn il-kwistjonijiet għadhom ta' sensittività politika kbira fl-USA. Għal din ir-raġuni, il-mandat espliċitament jagħraf il-possibbiltà li l-ftehim jiġi implimentat f'fażijiet suċċessivi, għalkemm dan jirrikjedi li jkun hemm mekkaniżmi li jiżguraw il-progress lejn l-istadji sussegwenti. Matul in-negozjati, l-UE aċċettat li l-kabotaġġ ma setax jiġi inkluż fi ftehim ta' l-ewwel fażi, imma lill-Istati Uniti għamlithielha ċara li ftehim ta' l-ewwel fażi jkunilha aċċettabbli biss jekk isir progress sinifikanti lejn it-tneħħija tar-restrizzjonijiet dwar il-proprjetà u l-kontroll tal-linji ta' l-ajru ta' l-USA. Fit-2 ta' Novembru 2005, id-Dipartiment tat-Trasport (DOT) ta' l-USA ħareġ "Avviż ta' Proposta ta' Regolament" (NPRM) li jinterpreta mod ieħor ir-rekwiżit statutorju li l-linji ta' l-ajru ta' l-USA jkunu taħt "il-kontroll reali" ta' ċittadini ta' l-USA, b'tali mod li jespandi l-opportunitajiet għaċ-ċittadini ta' pajjiżi oħra biex jinvestu u jieħdu sehem fit-tmexxija tal-linji ta' l-ajru ta' l-USA. Fuq il-bażi tad-direttivi tan-negozjati tal-mandat, it-test tal-Ftehim ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika ġie ffinalizzat mill-Kummissjoni fil-fażi finali tan-negozjati fit-18 ta' Novembru 2005. Permezz tal-finalizzazzjoni tat-test tal-Ftehim, l-UE stqarret li, fit-teħid ta' deċiżjoni dwar jekk jimxux 'il quddiem bil-Ftehim, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha sejrin jikkunsidraw ir-riżultati tal-proċess ta' l-NRPM kif espress f'regola finali. L-adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Kunsill għaldaqstant se tkun soġġetta għall-adozzjoni minn qabel min-naħa tad-DOT ta' l-USA ta' regola finali li l-Kunsill jivvalutaha bħala bidla ċara, sinifikanti u qawwija tal-politika ta' l-USA f'dan il-qasam. Jekk ir-regola finali tad-DOT tiġi ppubblikata kmieni biżżejjed, u jekk il-valutazzjoni tal-Kunsill tkun pożittiva, huwa previst li l-iffirmar tal-Ftehim iseħħ fl-ewwel nofs ta' l-2006. |

    130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta. Id-dispożizzjonjiet tal-Ftehim jieħdu post l-20 ftehim bilaterali eżistenti ben l-Istati Membri u l-Istati Uniti ta' l-Amerika. |

    140 | Il-konsistenza ma' politika u għanijiet oħra ta' l-Unjoni Il-konklużjoni ta' Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika ilha prijorità għall-UE, u hija element ewlieni fl-iżvilupp tal-politika dwar l-avjazzjoni esterna ta' l-UE, kif identifikata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2005) 79 finali "L-iżvilupp ta' l-aġenda għall-politika dwar l-avjazzjoni esterna tal-Komunità". Il-Ftehim se jservi wkoll għan fundamentali tal-politika Komunitarja dwar l-avjazzjoni esterna billi jikkonforma l-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi ta’ l-ajru mal-liġi Komunitarja. |

    IL-KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT |

    Il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati |

    211 | Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi fil-mira ewlenin u l-profil ġenerali tar-rispondenti Matul il-proċess tan-negozjati, il-Kummissjoni kellha konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet interessati partikolarment permezz ta' laqgħat regolari tal-Forum Konsultattiv li kien jiġbor fih rappreżentanti ta' l-operaturi ta' l-ajru, l-ajruporti u l-unjins. |

    212 | Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu Saru aktar minn 10 laqgħat mal-Forum Konsultattiv, li matulhom ġew diskussi fid-dettall l-elementi kollha tan-negozjati. Il-kummenti kollha tal-partijiet interessati ġew meqjusa fit-tħejjija tal-pożizzjoni tan-negozjati tal-Komunità. |

    Il-ġbir u l-użu ta' l-għarfien espert |

    229 | Ma kienx hemm bżonn ta' għarfien espert estern. |

    230 | Valutazzjoni ta’ l-impatt Dan il-Ftehim jirrappreżenta pass sinifikanti tal-bidu lejn l-għan aħħari ta' l-UE li tiġi stabbilita Żona Miftuħa ta' l-Avjazzjoni bejn l-UE u l-USA. Rapport imħejji għall-Kummissjoni mill-Brattle Group, konsulenti Amerikani, stima li Żona Miftuħa ta' l-Avjazzjoni bejn l-UE u l-USA tiġġenera aktar minn 17-il miljun passiġġier addizzjonali fis-sena, benefiċċji lill-konsumatur ta' talanqas €5 biljun fis-sena, u spinta lill-impjiegi fuq iż-żewġ naħat ta' l-Atlantiku. Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt li se jkun responsabbli għar-reviżjoni ta' l-implimentazzjoni tal-Ftehim, u ta' l-effetti tagħha. |

    L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

    305 | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Il-Ftehim jirrappreżenta ftehim komprensiv ta' l-ewwel fażi li se jieħu post il-ftehimiet bilaterali eżistenti konklużi mill-Istati Membri ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika. Ineħħi r-restrizzjonijiet kollha eżistenti fuq id-drittijiet ta' l-operaturi ta' l-ajru sew tal-Komunità kif ukoll ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika li joperaw bejn postijiet fil-Komunità Ewropea u oħrajn fl-Istati Uniti ta' l-Amerika. F'dan ir-rigward, il-Ftehim iwarrab l-ostakli minn quddiem l-abbiltà ta' l-operaturi ta' l-ajru Komunitarji li jgawdu mid-dritt ta' stabbiliment fi ħdan il-Komunità, inkluż id-dritt għall-aċċess bla diskriminazzjoni għas-suq, fir-rigward tal-provvista ta' servizzi bl-ajru lejn u mill-Istati Uniti ta' l-Amerika li ġew identifikati fid-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-każijiet C-466/98, C-467/98, C-468/98, C-469/98, C-471/98, C-472/98, C-475/98 u C-476/98. |

    310 | Il-bażi ġuridika L-Artikolu 80 tat-Trattat, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu. |

    320 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika fil-grad li l-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. |

    L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġunijiet li ġejjin. |

    321 | Il-Ftehim jistabbilixi arranġamenti ġodda fuq il-livell Komunitarju li jirregolaw il-provvista ta' servizzi bl-ajru transatlantiċi li sejrin jieħdu post l-arranġamenti eżistenti magħmula mill-Istati Membri individwali. Il-Ftehim joħloq għall-operaturi bl-ajru kolha tal-Komunità kundizzjonijiet uniformi għall-aċċess għas-suq, u jistabbilixxi arranġamenti ġodda għall-kooperazzjoni regolatorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika fl-oqsma li huma essenzjali għall-operat tas-servizzi transatlantiċi bl-ajru fis-sikurezza, is-sigurtà u l-effiċjenza. B'mod partikolari, sejjer ikun hemm kooperazzjoni msaħħa fi kwistjonijiet li jolqtu s-sigurtà u s-sikurezza fl-avjazzjoni. Se jkun hemm arranġamenti ġodda għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-kompetizzjoni fuq kull naħa rigward l-applikazzjoni għall-avjazzjoni tas-sistemi rispettivi tagħhom dwar il-kompetizzjoni li jaffettwaw is-suq transatlantiku. Dawn l-arranġamenti jistgħu jintlaħqu biss fuq il-livell Komunitarju, minħabba li jinvolvu għadd ta' oqsma li huma tal-kompetenza esklussiva tal-Komunità. |

    L-għanijiet tal-proposta jintlaħqu aħjar permezz ta’ azzjoni Komunitarja għar-raġuni(jiet) li ġejja/in: |

    324 | Il-Ftehim jipprovdi għall-estensjoni simultanja tat-termini tiegħu lill-25 Stat Membru, bl-applikazzjoni mingħajr diskriminazzjoni ta' l-istess regoli għall-benefiċċju ta' l-operaturi bl-ajru kollha tal-Komunità, kienet x'kienet in-nazzjonalità tagħhom. Dawn l-operaturi issa jistgħu joperaw liberament minn kwalunkwe post fl-Unjoni Ewropea lejn kwalunkwe post ieħor fl-Istati Uniti ta' l-Amerika. |

    325 | It-tneħħija tar-restrizzjonjiet kollha għall-aċċess għas-suq bejn l-UE u l-USA mhux biss sejra tiġbed operaturi ġodda lejn is-suq u toħloq opportunitajiet għall-operat lejn ajruporti li ma tantx jaraw traffiku, imma sejra wkoll tiffaċilita l-konsolidament bejn l-operaturi bl-ajru tal-Komunità. |

    327 | Għall-operaturi bl-ajru kollha tal-Komunità, il-Ftehim jiksibilhom aċċess għall-opportunitajiet kummerċjali, bħalma huma l-provvista ta' ajruplani bl-ekwipaġġi lill-operaturi bl-ajru ta' l-USA, li l-ebda Stat Membru individwali ma rnexxielu jikseb bin-negozjati individwali. Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-mandat huwa l-ħolqien ta' kundizzjonijiet uniformi bejn l-operaturi bl-ajru ta' l-UE u l-USA, u dan jirrikjedi kooperazzjoni regolatorja qawwija li tista' tingħata biss fuq il-livell Komunitarju. |

    Għaldaqstant, il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. |

    Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. |

    331 | Sejjer jiġi stabbilit Kumitat Konġunt biex jiddiskuti kwistjonjiet relatati ma' l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt sejjer iġib 'il quddiem skambji, fuq il-livell ta' l-esperti, dwar inizjattivi jew żviluppi regolatorji jew leġiżlattivi, u jikkunsidra oqsma potenzjali għall-iżvilupp tal-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri. |

    332 | Barra minn hekk, l-Istati Membri se jissuktaw it-twettiq tal-ħidmiet amministrattivi tradizzjonali tagħhom fil-kuntest tat-trasport internazzjonali bl-ajru, iżda dan jagħmluh taħt regoli komuni applikati bl-uniformità. |

    L-għażla ta’ l-istrumenti |

    341 | Strumenti proposti: oħrajn. |

    342 | Mezzi oħra ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. Ir-relazzjonijiet esterni ta' l-avjazzjoni jistgħu jsiru effettivi biss permezz ta' ftehimiet internazzjonali. |

    IMPLIKAZZJONIJIET FUQ IL-BAġIT |

    409 | Din il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit Komunitarju. |

    1. Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA, IMLAQQGĦA FI ĦDAN IL-KUNSILL

    Dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, min-naħa l-oħra

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦA FI ĦDAN IL-KUNSILL

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Billi:

    (1) Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri, Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika (minn hawn il quddiem "il-Ftehim");

    (2) il-Ftehim ġie inizjalat fid-data .....;

    (3) il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat proviżorjament mill-Komunità u l-Istati Membri, soġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data ulterjuri;

    (4) fil-preżent, il-liġi statutorja ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika tesiġi li, fost l-oħrajn, biex linja ta' l-ajru tingħata liċenzja bħala operatur ta' l-ajru ta' l-USA, jeħtiġilha tkun taħt "il-kontroll reali" ta' ċittadini ta' l-USA. Dan ir-rekwiżit ġie interpretat mill-USA. Id-Dipartiment tat-Trasport, f'dikjarazzjoni ta' politika ġenerali li tinsab f'Parti 399.88 tat-Titolu 14 tal-Kodiċi tar-Regolamenti Federali tiegħu (minn hawn 'il quddiem “ CFR 14 Part 399.88”);

    (5) il-Ftehim jissejjes fuq il-fehma li l-Istati Uniti ta' l-Amerika għandha tapplika l-interpretazzjoni tar-rekwiżit statutorju dwar il-"kontroll reali" li ppronunzja d-Dipartiment tat-Trasport f' CFR 14 Part 399.88 b'tali mod li ċ-ċittadini ta' l-Istati Membri li jkunu investew f'linja ta' l-ajru ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika tingħatalhom l-opportunità li jeżerċitaw grad korrispondenti ta' influwenza fuq l-operat kummerċjali ta' dik il-linja ta' l-ajru. Għaldaqstant, jekk l-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni jew il-qrati ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika jonqsu milli jinterpretaw jew japplikaw CFR 14 Part 399.88 b'dan il-mod, jew jekk dik id-dipsożizzjoni tiġi emendata, revokata, irtirata jew imħassra, sakemm ma ssirx minflokha dispożizzjoni li lill-investituri Komunitarjitagħtihom trattament xejn anqas favorevoli, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom itemmu l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim;

    (6) jeħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti proċedurali biex jiġi deċiż, jekk dan ikun f'loku, kif tintemm l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim. Jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti arranġamenti proċedurali adegwati għall-parteċipazzjoni tal-Komunità u ta' l-Istati Membri fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 17 tal-Ftehim u fil-proċeduri ta' l-arbitraġġ li dwarhom jipprovdi l-Artikolu 18 tal-Ftehim, kif ukoll fl-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonjiet tal-Ftehim dwar is-sigurtà, is-sikurezza, id-drittijiet ta' traffiku u l-appoġġ tal-gvern.

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1 (L-iffirmar)

    Soġġett għal konklużjoni possibbli f'data ulterjuri, il-President tal-Kunsill b'dan huwa awtorizzat jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa li, f'isem il-Komunità, tiffirma l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, min-naħa l-oħra. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2 (L-applikazzjoni proviżorja)

    1. Fl-istennija tad-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-Ftehim għandu jiġi applikat mill-Komunità u mill-Istati Membri fuq bażi proviżorja minn […].

    2. Deċiżjoni biex ittemm l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim u tagħti notifika ta' dan lill-Istati Uniti ta' l-Amerika skond l-Artikolu 24(2) tal-Ftehim, u deċiżjoni biex tirtira tali notifika, għandha tittieħed mill-Kunsill, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri, unanimament fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni.

    3. Jekk il-Kunsill jiddeċiedi, skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, li:

    a) CFR 14 Part 399.88, jew kwalunkwe dispożizzjoni suċċessiva, tkun qed tiġi interpretata jew applikata mill-awtoritajiet aeronawtiċi jew mill-qrati ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika b'tali mod li ċ-ċittadini ta' l-Istati Membri li jkunu investew f'linja ta' l-ajru ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika ma tingħatalhomx l-opportunità li jeżerċitaw grad korrispondenti ta' influwenza fuq l-operat kummerċjali ta' dik il-linja ta' l-ajru, bl-eċċezzjoni ta' kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sigurtà, is-sikurezza u l-impenji tal-Flotta ta' l-Ajru Ċivili ta' Riserva; jew

    b) CFR 14 Part 399.88, jew kwalunkwe dispożizzjoni suċċessiva, tiġi emendata b'tali mod li ċ-ċittadini ta' l-Istati Membri li jkunu investew f'linja ta' l-ajru ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika jingħataw trattament anqas favorevoli mnn dak mogħti minn CFR 14 Part 399.88; jew

    c) CFR 14 Part 399.88, jew kwalunkwe dispożizzjoni suċċessiva, tiġi rtirata, revokata jew imħassra, sakemm ma ssirx minflokha dispożizzjoni li lill-investituri Komunitarji li jkunu investew f'linja ta' l-ajru ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika tagħtihom trattament xejn anqas favorevoli minn dak mogħti minn CFR 14 Part 399.88.

    għandu jagħti n-notifika li dwarha jipprovdi l-Artikolu 24(2) tal-Ftehim.

    Artikolu 3 (Il-Kumitat Konġunt)

    1. Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom ikunu rrappreżentati fil-Kumitat Konġunt stabbilit skond l-Artikolu 17 tal-Ftehim mill-Kummissjoni megħjuna minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri.

    2. Il-pożizzjoni li jkun għandha tittieħed mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha fi ħdan il-Kumitat Konġunt rigward kwistjonijiet jaqgħu taħt l-Artikoli 17 u 19 tal-Ftehim jew kwistjonijiet li ma jirrikjedux l-adozzjoni ta' deċiżjoni li jkollha effetti ġuridiċi għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni. Fl-okkażjonijiet l-oħra kollha, il-pożizzjoni tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha tiġi adottata mill-Kunsill, permezz ta' maġġoranza kwalifikata, fuq proposta tal-Kummissjoni.

    Artikolu 4 (L-Arbitraġġ)

    1. Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta l-Komunità u l-Istati Membri fi proċeduri ta' arbitraġġ skond l-Artikolu 18 tal-Ftehim.

    2. Id-deċiżjoni biex tissospendi l-applikazzjoni tal-benefiċċji skond l-Artikolu 18(7) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kunsill fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata.

    3. Kwalunkwe azzjoni oħra f'lokha li jkun għandha tittieħed skond l-Artikolu 18 tal-Ftehim għandha tiġi deċiża mill-Kummissjoni, bl-għajnuna ta' Kumitat Speċjali ta' rappreżentanti ta' l-Istati Membri, maħtur mill-Kunsill.

    Artikolu 5 (Id-drittijiet ta' traffiku)

    1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-quddiem dwar kwalunkwe deċiżjoni li jkunu biħsiebhom jadottaw skond l-Artikoli 4 jew 5 tal-Ftehim.

    2. Jekk il-Kummissjoni fi kwalunkwe waqt tiddetermina li deċiżjoni li Stat Membru jkun adotta, jew ikun biħsiebu jadotta, skond l-Artikoli 4 jew 5 tal-Ftehim tkun inkompatibbli mal-Ftehim, għandha tindirizza deċiżjoni lil dak l-Istat Membru li tesiġi li dan jieħu l-azzjoni adegwata biex jikkonforma mal-Ftehim. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill u lill-Istati Membri dwar deċiżjoni tali. Kwalunkwe Stat Membru jista' jirreferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn mindu jirċievi n-notifika. Il-Kunsill jista' jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar mir-riferiment. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata.

    Artikolu 6 (Is-sikurezza)

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni immedjatament dwar kwalunkwe talba jew notifika li tkun saritilhom jew li jkunu rċevew skond l-Artikolu 7 tal-Ftehim.

    Artikolu 7 (Is-sigurtà)

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni immedjatament dwar kwalunkwe talba jew notifika li tkun saritilhom jew li jkunu rċevew skond l-Artikolu 8 tal-Ftehim.

    Artikolu 8 (Is-sussidji u appoġġ tal-gvern)

    1. Jekk Stat Membru jkun tal-fehma li sussidju jew miżura ta' appoġġ li tkun qed tiġi kkunsidrata jew mogħtija minn entità governattiva fit-territorju ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika jkun se jkollha l-effetti ħżiena fuq il-kompetizzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tal-Ftehim, jista' jressaq il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-Kummissjoni, li tista' tavviċina lill-entità kkonċernata jew titlob laqgħa tal-Kumitat Konġunt stabbilit skond l-Artikolu 17 tal-Ftehim.

    2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni immedjatament meta jiġu kkuntattjati mill-Istati Uniti ta' l-Amerika skond l-Artikolu 13(3) tal-Ftehim.

    Magħmula fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    2006/0058 (CNS)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA, IMLAQQGĦA FI ĦDAN IL-KUNSILL

    Dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, min-naħa l-oħra

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦA FI ĦDAN IL-KUNSILL

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[1]

    Billi:

    (1) Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri, Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika (minn hawn il quddiem "il-Ftehim");

    (2) il-Ftehim ġie ffirmat fid-data .....;

    (3) il-Ftehim jiġi approvat mill-Komunità u mill-Istati Membri;

    (4) fil-preżent, il-liġi statutorja ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika tesiġi li, fost l-oħrajn, biex linja ta' l-ajru tingħata liċenzja bħala operatur ta' l-ajru ta' l-USA, jeħtiġilha tkun taħt "il-kontroll reali" ta' ċittadini ta' l-USA. Dan ir-rekwiżit ġie interpretat mill-USA. Id-Dipartiment tat-Trasport, f'dikjarazzjoni ta' politika ġenerali li tinsab f'Parti 399.88 tat-Titolu 14 tal-Kodiċi tar-Regolamenti Federali tiegħu (minn hawn 'il quddiem “ CFR 14 Part 399.88”);

    (5) il-Ftehim jissejjes fuq il-fehma li l-Istati Uniti ta' l-Amerika għandha tapplika l-interpretazzjoni tar-rekwiżit statutorju dwar il-"kontroll reali" li ppronunzja d-Dipartiment tat-Trasport f' CFR 14 Part 399.88 b'tali mod li ċ-ċittadini ta' l-Istati Membri li jkunu investew f'linja ta' l-ajru ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika tingħatalhom l-opportunità li jeżerċitaw grad korrispondenti ta' influwenza fuq l-operat kummerċjali ta' dik il-linja ta' l-ajru. Għaldaqstant, jekk l-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni jew il-qrati ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika jonqsu milli jinterpretaw jew japplikaw CFR 14 Part 399.88 b'dan il-mod, jew jekk dik id-dipsożizzjoni tiġi emendata, revokata, irtirata jew imħassra, sakemm ma ssirx minflokha dispożizzjoni li lill-investituri Komunitarjitagħtihom trattament xejn anqas favorevoli, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom itemmu l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim;

    (6) jeħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti proċedurali biex jiġi deċiż, jekk dan ikun f'loku, kif jiġi tterminat il-Ftehim. Jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti arranġamenti proċedurali adegwati għall-parteċipazzjoni tal-Komunità u ta' l-Istati Membri fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 17 tal-Ftehim u fil-proċeduri ta' l-arbitraġġ li dwarhom jipprovdi l-Artikolu 18 tal-Ftehim, kif ukoll fl-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonjiet tal-Ftehim dwar is-sigurtà, is-sikurezza, id-drittijiet ta' traffiku u l-appoġġ tal-gvern.

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1 (L-iffirmar)

    1. Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, min-naħa l-oħra, b'dan huwa approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

    2. Hekk kif itemm il-proċeduri interni tiegħu għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, kull Stat Membru għandu jikkomunika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill in-nota diplomatika li dwarha jipprovdi l-Artikolu 25 tal-Ftehim.

    3. Il-President tal-Kunsill b'dan huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa li twassal lill-Istati Uniti ta' l-Amerika, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri, in-noti diplomatiċi li dwarhom jipprovdi l-Artikolu 25 tal-Ftehim.

    Artikolu 2 (It-Terminazzjoni)

    1. Deċiżjoni biex tittermina l-Ftehim u tagħti notifika ta' dan lill-Istati Uniti ta' l-Amerika skond l-Artikolu 22 tal-Ftehim, u deċiżjoni biex tirtira tali notifika, għandha tittieħed mill-Kunsill, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri, unanimament fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni.

    2. Jekk il-Kunsill jiddeċiedi, skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, li:

    a) CFR 14 Part 399.88, jew kwalunkwe dispożizzjoni suċċessiva, tkun qed tiġi interpretata jew applikata mill-awtoritajiet aeronawtiċi jew mill-qrati ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika b'tali mod li ċ-ċittadini ta' l-Istati Membri li jkunu investew f'linja ta' l-ajru ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika ma tingħatalhomx l-opportunità li jeżerċitaw grad korrispondenti ta' influwenza fuq l-operat kummerċjali ta' dik il-linja ta' l-ajru, bl-eċċezzjoni ta' kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sigurtà, is-sikurezza u l-impenji tal-Flotta ta' l-Ajru Ċivili ta' Riserva; jew

    b) CFR 14 Part 399.88, jew kwalunkwe dispożizzjoni suċċessiva, tiġi emendata b'tali mod li ċ-ċittadini ta' l-Istati Membri li jkunu investew f'linja ta' l-ajru ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika jingħataw trattament anqas favorevoli mnn dak mogħti minn CFR 14 Part 399.88; jew

    c) CFR 14 Part 399.88, jew kwalunkwe dispożizzjoni suċċessiva, tiġi rtirata, revokata jew imħassra, sakemm ma ssirx minflokha dispożizzjoni li lill-investituri Komunitarji li jkunu investew f'linja ta' l-ajru ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika tagħtihom trattament xejn anqas favorevoli minn dak mogħti minn CFR 14 Part 399.88.

    għandu jagħti n-notifika li dwarha jipprovdi l-Artikolu 22 tal-Ftehim.

    Artikolu 3 (Il-Kumitat Konġunt)

    1. Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom ikunu rrappreżentati fil-Kumitat Konġunt stabbilit skond l-Artikolu 17 tal-Ftehim mill-Kummissjoni megħjuna minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri.

    2. Il-pożizzjoni li jkun għandha tittieħed mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha fi ħdan il-Kumitat Konġunt rigward kwistjonijiet jaqgħu taħt l-Artikoli 17 u 19 tal-Ftehim jew kwistjonijiet li ma jirrikjedux l-adozzjoni ta' deċiżjoni li jkollha effetti ġuridiċi għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni. Fl-okkażjonijiet l-oħra kollha, il-pożizzjoni tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha tiġi adottata mill-Kunsill, permezz ta' maġġoranza kwalifikata, fuq proposta tal-Kummissjoni.

    Artikolu 4 (L-Arbitraġġ)

    1. Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta l-Komunità u l-Istati Membri fi proċeduri ta' arbitraġġ skond l-Artikolu 18 tal-Ftehim.

    2. Id-deċiżjoni biex tissospendi l-applikazzjoni tal-benefiċċji skond l-Artikolu 18(7) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kunsill fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata.

    3. Kwalunkwe azzjoni oħra f'lokha li jkun għandha tittieħed skond l-Artikolu 18 tal-Ftehim għandha tiġi deċiża mill-Kummissjoni, bl-għajnuna ta' Kumitat Speċjali ta' rappreżentanti ta' l-Istati Membri, maħtur mill-Kunsill.

    Artikolu 5 (Id-drittijiet ta' traffiku)

    1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-quddiem dwar kwalunkwe deċiżjoni li jkunu biħsiebhom jadottaw skond l-Artikoli 4 jew 5 tal-Ftehim.

    2. Jekk il-Kummissjoni fi kwalunkwe waqt tiddetermina li deċiżjoni li Stat Membru jkun adotta, jew ikun biħsiebu jadotta, skond l-Artikoli 4 jew 5 tal-Ftehim tkun inkompatibbli mal-Ftehim, għandha tindirizza deċiżjoni lil dak l-Istat Membru li tesiġi li dan jieħu l-azzjoni adegwata biex jikkonforma mal-Ftehim. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill u lill-Istati Membri dwar deċiżjoni tali. Kwalunkwe Stat Membru jista' jirreferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn mindu jirċievi n-notifika. Il-Kunsill jista' jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar mir-riferiment. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata.

    Artikolu 6 (Is-sikurezza)

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni immedjatament dwar kwalunkwe talba jew notifika li tkun saritilhom jew li jkunu rċevew skond l-Artikolu 7 tal-Ftehim.

    Artikolu 7 (Is-sigurtà)

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni immedjatament dwar kwalunkwe talba jew notifika li tkun saritilhom jew li jkunu rċevew skond l-Artikolu 8 tal-Ftehim.

    Artikolu 8 (Is-sussidji u appoġġ tal-gvern)

    1. Jekk Stat Membru jkun tal-fehma li sussidju jew miżura ta' appoġġ li tkun qed tiġi kkunsidrata jew mogħtija minn entità governattiva fit-territorju ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika jkun se jkollha l-effetti ħżiena fuq il-kompetizzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tal-Ftehim, jista' jressaq il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-Kummissjoni, li tista' tavviċina lill-entità kkonċernata jew titlob laqgħa tal-Kumitat Konġunt stabbilit skond l-Artikolu 17 tal-Ftehim.

    2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni immedjatament meta jiġu kkuntattjati mill-Istati Uniti ta' l-Amerika skond l-Artikolu 13(3) tal-Ftehim.

    Magħmula fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS

    FTEHIM DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU

    L-ISTATI UNITI TA’ L-AMERIKA (minn hawn ’il quddiem “l-Istati Uniti”), min-naħa l-waħda; u

    IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

    IR-RENJU TAL-BELĠJU,

    IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

    IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

    L-IRLANDA

    IR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

    IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

    IR-RENJU TA' L-OLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    IR-RENJU TA' SPANJA,

    IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

    IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

    bħala partijiet mit-Trattat li jistabbilixxi l-KOMUNITÀ EWROPEA u bħala Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem l-“Istati Membri”),

    u l-KOMUNITÀ EWROPEA, min-naħa l-oħra;

    Xewqana li jippromwovu sistema ta’ l-avjazzjoni internazzjonali msejsa fuq il-kompetizzjoni bejn linji ta’ l-ajru fis-suq bl-inqas indħil u regolamentazzjoni mill-gvern;

    Xewqana li jiffaċilitaw l-espansjoni ta’ l-opportunitajiet tat-trasport internazzjonali bl-ajru, inkluż permezz ta’ l-iżvilupp ta’ xbieki tat-trasport bl-ajru biex jaqdu l-ħtiġijiet ta’ passiġġieri u trasportaturi tal-merkanzija għal servizzi konvenjenti tat-trasport bl-ajru;

    Xewqana li joħolqu l-possibbiltà għal-linji ta’ l-ajru li joffru prezzijiet u servizzi kompetittivi fi swieq miftuħa lill-pubbliku li jivvjaġġa u jittrasporta l-merkanzija;

    Xewqana li s-setturi kollha ta’ l-industrija tat-trasport bl-ajru, inklużi l-ħaddiema tal-linji ta’ l-ajru, jibbenefikaw minn ftehim liberalizzat;

    Xewqana li jiżguraw l-ogħla livell ta’ sikurezza u sigurtà fit-trasport internazzjonali bl-ajru u li jaffermaw mill-ġdid it-tħassib serju tagħhom dwar atti u theddid kontra s-sigurtà ta’ l-inġenji ta’ l-ajru, li jipperikolaw is-sikurezza ta’ persuni jew proprjetà, jolqtu ħażin it-tħaddim tat-trasport bl-ajru, u jnawru l-fiduċja tal-pubbliku fis-sikurezza ta’ l-avjazzjoni ċivili;

    Waqt li jinnotaw il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, li nfetħet għall-firem f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944;

    Waqt li jagħrfu li sussidji governattivi jistgħu jolqtu ħażin il-kompetizzjoni bejn il-linji ta’ l-ajru u jistgħu jipperikolaw l-għanijiet bażiċi ta’ dan il-Ftehim;

    Waqt li jaffermaw l-importanza tal-protezzjoni ta’ l-ambjent fl-iżvilupp u t-twettiq tal-politika ta’ l-avjazzjoni internazzjonali;

    Waqt li jinnotaw l-importanza li jiġu mħarsa l-konsumaturi, inklużi l-protezzjonijiet mogħtija permezz tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli tat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, magħmula f’Montreal fit-28 ta’ Mejju, 1999;

    Bl-intenzjoni li jibnu fuq il-qafas ta’ ftehimiet eżistenti bl-għan li jiftħu l-aċċess għas-swieq u jkabbru sal-massimu l-benefiċċji għall-konsumaturi, il-linji ta’ l-ajru, ix-xogħol, u l-komunitajiet fuq iż-żewġ naħat ta’ l-Atlantiku;

    Bl-intenzjoni li jistabbilixxu preċedent ta’ sinifikat globali biex jippromwovu l-benefiċċji tal-liberalizzazzjoni f’dan is-settur ekonomiku kruċjali;

    Ftiehmu kif ġej:

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba ma jkunx speċifikat xort’oħra, it-terminu:

    1. “Ftehim” ifisser dan il-Ftehim, l-Annessi tiegħu u kull emenda tiegħu;

    2. “Trasport bl-Ajru” ifisser it-trasport b’inġenji ta’ l-ajru ta’ passiġġieri, bagalji, merkanzija, u posta, separatament jew flimkien, offrut lill-pubbliku bi ħlas jew kiri;

    3. “Konvenzjoni” tfisser il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, li nfetħet għall-firem f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru, 1944, u tinkludi:

    a. kull emenda li daħlet fis-seħħ taħt l-Artikolu 94(a) tal-Konvenzjoni u li ġiet ratifikata kemm mill-Istati Uniti u kemm mill-Istat Membru jew l-Istati Membri kif ikun rilevanti għas-suġġett fil-kwistjoni, u

    b. kull Anness jew kull emenda adottata għalih taħt l-Artikolu 90 tal-Konvenzjoni, safejn tali Anness jew emenda jkunu effettivi fi kwalunkwe waqt partikolari kemm fl-Istati Uniti u kemm fl-Istat Membru jew Stati Membri kif ikun rilevanti għas-suġġett fil-kwistjoni;

    4. “l-ispiża sħiħa” tfisser l-ispiża għall-forniment ta’ servizz b’żieda ta’ ħlas raġonevoli għall-ispejjeż amministrattivi;

    5. “Trasport internazzjonali bl-ajru” ifisser trasport bl-ajru li jgħaddi mill-ispazju ta’ l-ajru fuq it-territorju ta’ aktar minn Stat wieħed;

    6. "Parti" tfisser jew l-Istati Uniti jew il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha;

    7. “Prezz” ifisser kull noll, rata jew ħlas għat-trasport ta’ passiġġieri, bagalji u/jew merkanzija (eskluża l-posta) fi trasport bl-ajru, inkluż it-trasport bl-art jew bil-baħar marbut ma’ trasport internazzjonali bl-ajru, jekk japplika, mitluba mill-linji ta’ l-ajru, inklużi l-aġenti tagħhom, u l-kundizzjonijiet li jirregolaw id-disponibbiltà ta’ tali noll, rata jew ħlas;

    8. “Waqfa għal skopijiet mhux ta’ traffiku” tfisser inżul għal kwalunkwe skop għajr dak ta’ tagħbija jew ħatt ta’ passiġġieri, bagalji, merkanzija u/jew posta fi trasport bl-ajru;

    9. “Territorju” jfisser, għall-Istati Uniti, iż-żoni ta’ l-art (kontinentali u gżejjer), l-ilmijiet interni u l-ibħra territorjali taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni tagħha, u, għall-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iż-żoni ta’ art (kontinentali u gżejjer), l-ilmijiet interni u l-ibħra territorjali fejn it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea huwa applikat u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat u f’kull strument suċċessur; l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għall-ajruport ta’ Ġibiltà huwa mifhum li jkun bla preġudizzju għall-pożizzjonijiet ġuridiċi rispettivi tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit fir-rigward tal-kwistjoni dwar is-sovranità tat-territorju fejn jinsab l-ajruport; l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għall-ajruport ta’ Ġibiltà għandu jkun sospiż sakemm jidħlu fis-seħħ l-arranġamenti fid-Dikjarazzjoni Konġunta magħmula mill-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit fit-2 ta’ Diċembru 1987; u

    10. "Ħlas mill-utent” ifisser ħlas mitlub mil-linji ta’ l-ajru impost għall-provvista ta’ faċilitajiet jew servizzi ta’ l-ajruport, l-ambjent ta’ l-ajruport, in-navigazzjoni fl-ajru, jew sigurtà ta’ l-avjazzjoni inklużi servizzi u faċilitajiet relatati.

    Artikolu 2

    Opportunità ġusta u ndaqs

    Kull Parti għandha tagħti opportunità ġusta u ndaqs lil-linji ta’ l-ajru taż-żewġ Partijiet biex jikkompetu fil-provvista tat-trasport internazzjonali bl-ajru rregolat b’dan il-Ftehim.

    Artikolu 3

    L-Għoti ta’ Drittijiet

    1. Kull Parti tagħti lill-Parti l-oħra d-drittijiet li ġejjin għat-twettiq ta’ trasport internazzjonali bl-ajru mil-linji ta’ l-ajru tal-Parti l-oħra:

    a . id-dritt li jtiru fuq it-territorju tagħha mingħajr inżul;

    b. id-dritt li jagħmlu waqfiet fit-territorju tagħha għal skopijiet mhux ta’ traffiku;

    c. id-dritt li jwettqu trasport internazzjonali bl-ajru bejn punti fuq ir-rotot li ġejjin:

    i. għal-linji ta’ l-ajru ta’ l-Istati Uniti (minn hawn ’il quddiem “linji ta’ l-ajru ta’ l-Istati Uniti”), minn punti wara l-Istati Uniti vija l-Istati Uniti u punti intermedjarji lejn kwalunkwe punt jew punti fi kwalunkwe Stat jew Stati Membri u lil hinn; u għas-servizzi li jġorru biss merkanzija, bejn kwalunkwe Stat Membru u kwalunkwe punt jew punti (inkluż fi kwalunkwe Stati Membri oħra);

    ii. għal-linji ta’ l-ajru tal-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha (minn hawn ’il quddiem “linji ta’ l-ajru tal-Komunità”), minn punti wara l-Istati Membri vija l-Istati Membri u punti intermedjarji lejn kwalunkwe punt jew punti fl-Istati Uniti u lil hinn; u għas-servizzi li jġorru biss merkanzija, bejn l-Istati Uniti u kwalunkwe punt jew punti; u

    d. id-drittijiet b’mod ieħor speċifikati f’dan il-Ftehim.

    2. Kull linja ta’ l-ajru tista’ dwar xi titjira jew it-titjiriet kollha u fuq għażla tagħha:

    a. tħaddem titjiriet f’xi waħda jew fiż-żewġ direzzjonijiet;

    b. tgħaqqad flimkien numri tat-titjiriet differenti f’operazzjoni waħda ta’ inġenji ta’ l-ajru;

    c. tħaddem servizz wara, bejn, u lil hinn minn punti u punti fit-territorji tal-Partijiet fi kwalunkwe kombinazzjoni u fi kwalunkwe ordni;

    d. ma tagħmilx waqfiet f’xi punt jew punti;

    e. titrasferixxi traffiku minn kwalunkwe inġenju ta’ l-ajru tagħha għal xi inġenju ta’ l-ajru ieħor tagħha fi kwalunkwe punt;

    f. taqdi punti wara kwalunkwe punt fit-territorju tagħha bi jew mingħajr bidla ta’ l-inġenji ta’ l-ajru jew in-numru tat-titjira u toffri u tirreklama tali servizzi lill-pubbliku bħala vjaġġi bil-waqfiet ( through services );

    g. tagħmel waqfiet intermedjarji ( stopovers ) fi kwalunkwe punt kemm ġewwa u kemm barra mit-territorju ta’ xi waħda mill-Partijiet;

    h. iġġorr traffiku fi tranżitu mit-territorju tal-Parti l-oħra; u

    i. tgħaqqad traffiku fuq l-istess inġenji ta’ l-ajru irrispettivament minn fejn joriġina tali traffiku;

    mingħajr limitazzjoni direzzjonali jew ġeografika u mingħajr telf ta’ l-ebda dritt li ġġorr traffiku b’mod ieħor permissibbli taħt dan il-Ftehim.

    3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw suġġetti għar-rekwiżit li, bl-eċċezzjoni tas-servizzi li jġorru biss merkanzija, it-trasport huwa parti minn servizz li jaqdi lill-Istati Uniti għal-linji ta’ l-ajru ta’ l-Istati Uniti, jew servizz li jaqdi Stat Membru għal-linji ta’ l-ajru tal-Komunità.

    4. Kull Parti għandha tippermetti lil kull linja ta’ l-ajru biex tiddeċiedi l-frekwenza u l-kapaċità tat-trasport internazzjonali bl-ajru li tista’ toffri msejjes fuq kunsiderazzjonijiet kummerċjali tas-suq. Konformi ma’ dan id-dritt, l-ebda Parti ma għandha tillimita b’mod unilaterali l-volum ta’ traffiku, il-frekwenza jew ir-regolarità tas-servizz, jew it-tip jew tipi ta’ inġenji ta' l-ajru mħaddma mill-linji ta’ l-ajru tal-Parti l-oħra, lanqas ma għandha tesiġi l-preżentazzjoni ta’ skedi, programmi għal titjiriet charter, jew pjani operazzjonali minn linji ta’ l-ajru tal-Parti l-oħra, għajr kif jista’ jkun meħtieġ għal raġunijiet doganali, tekniċi, operazzjonali jew ambjentali (konformi ma’ l-Artikolu 14) taħt kundizzjonijiet uniformi konformi ma’ l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni.

    5. Kull linja ta’ l-ajru tista’ twettaq trasport internazzjonali bl-ajru mingħajr ebda limitazzjoni ta’ bidla f’xi punt, fit-tip jew fl-għadd ta’ inġenji ta' l-ajru mħaddma; sakemm, bl-eċċezzjoni ta’ servizzi li jġorru biss merkanzija, it-trasport ikun parti minn servizz li jaqdi lill-Istati Uniti għal-linji ta’ l-ajru ta’ l-Istati Uniti. jew servizz li jaqdi Stat Membru għal-linji ta’ l-ajru tal-Komunità.

    6. Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jitqies li jagħti lil:

    a. Linji ta’ l-ajru ta’ l-istati Uniti d-dritt li jtellgħu abbord, fit-territorju ta’ xi Stat Membru, passiġġieri, bagalji, merkanzija jew posta għall-ġarr b’kumpens u destinati għal punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

    b. Linji ta’ l-ajru tal-Komunità d-dritt li jtellgħu abbord, fit-territorju ta’ l-Istati Uniti, passiġġieri, bagalji, merkanzija, jew posta għall-ġarr b’kumpens u destinati għal punt ieħor fit-territorju ta’ l-Istati Uniti.

    Artikolu 4

    L-Awtorizzazzjoni

    Mal-wasla ta’ l-applikazzjonijiet minn linja ta’ l-ajru ta’ Parti waħda, fil-forma u mod preskritti għall-awtorizzazzjoni operattiva u l-permessi tekniċi, il-Parti l-oħra għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-inqas dewmien ta’ proċedura, sakemm:

    a. għal linja ta’ l-ajru ta’ l-Istati Uniti, il-proprjetà sostantiva u l-kontroll effettiv ta’ dik il-linja ta’ l-ajru m’humiex f’idejn l-Istati Uniti, nies ta’ nazzjonalità ta’ l-Istati Uniti, jew it-tnejn;

    b. għal linja ta’ l-ajru tal-Komunità; il-proprjetà sostantiva u l-kontroll effettiv ta’ dik il-linja huma f’idejn Stat jew Stati Membri, nies ta’ nazzjonalità tat-tali Stati jew Stati, jew it-tnejn;

    c. il-linja ta’ l-ajru hija kkwalifikata li tissodisfa l-kundizzjonijiet preskritti taħt il-liġijiet u r-regolamenti li soltu japplikaw għat-tħaddim ta’ trasport internazzjonali bl-ajru mill-Parti li qed tikkunsidra l-applikazzjoni jew l-applikazzjonijiet; u

    d. id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7 (Sikurezza) u l-Artikolu 8 (Sigurtà) ikunu qed jitħarsu u jitħaddmu.

    Artikolu 5

    Ir-Revoka ta’ l-Awtorizzazzjoni

    1. Kull Parti tista’ tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet operattivi jew il-permessi tekniċi jew xort’oħra tissospendi jew tillimita l-ħidmiet ta’ linja ta’ l-ajru tal-Parti l-oħra fejn:

    a. għal linja ta’ l-ajru ta’ l-Istati Uniti., il-proprjetà sostantiva u l-kontroll effettiv ta’ dik il-linja ta’ l-ajru m’humiex f’idejn l-Istati Uniti, nies ta’ nazzjonalità ta’ l-Istati Uniti, jew it-tnejn;

    b. għal linja ta’ l-ajru tal-Komunità, il-proprjetà sostantiva u l-kontroll effettiv ta’ dik il-linja ta’ l-ajru m’humiex f’idejn Stat jew Stati Membri, nies ta’ nazzjonalità ta’ tali Stat jew Stati, jew it-tnejn; jew

    c. dik il-linja ta’ l-ajru tkun naqset milli tikkonforma mal-liġijiet u r-regolamenti msemmija fl-Artikolu 6 (Applikazzjoni tal-Liġijiet) ta’ dan il-Ftehim.

    2. Sakemm ma tkunx meħtieġa azzjoni immedjata biex tipprevjeni aktar nuqqas ta’ konformità mas-subparagrafu 1c ta’ dan l-Artikolu, id-drittijiet stabbiliti b’dan l-Artikolu għandhom jiġu eżerċitati biss wara konsultazzjoni mal-Parti l-oħra.

    3. Dan l-Artikolu ma jillimitax id-drittijiet ta’ xi waħda mill-Partijiet li żżomm, tirrevoka, tillimita jew timponi kundizzjonijiet fuq l-awtorizzazzjoni operattiva jew il-permess tekniku ta’ linja jew linji ta’ l-ajru tal-Parti l-oħra skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 (Sikurezza) jew l-Artikolu 8 (Sigurtà).

    Artikolu 6

    L-Applikazzjoni tal-Liġijiet

    1. Il-liġijiet u r-regolamenti ta’ Parti relatati mad-dħul fi jew it-tluq mit-territorju tagħha ta’ inġenji ta' l-ajru involuti fin-navigazzjoni internazzjonali bl-ajru, jew mat-tħaddim jew in-navigazzjoni ta’ tali inġenji ta’ l-ajru waqt li jkunu fit-territorju tagħha, għandhom japplikaw għall-inġenji ta’ l-ajru użati mill-linji ta’ l-ajru tal-Parti l-oħra, u tali inġenji ta’ l-ajru għandhom jikkonformaw magħhom mad-dħul jew mat-tluq minn jew waqt li jkunu fit-territorju ta’ l-ewwel Parti.

    2 . Waqt id-dħul fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet, ġewwa fih, jew it-tluq minnu, il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli f’dak it-territorju relatati mad-dħul fi jew it-tluq mit-territorju tagħha ta’ passiġġieri, ekwipaġġ jew merkanzija fuq l-inġenji ta’ l-ajru (inklużi regolamenti relatati mad-dħul, il-permessi, l-immigrazzjoni, il-passaporti, id-dwana u l-kwarantina jew, fil-każ ta’ posta, ir-regolamenti postali) għandhom jitħarsu minn, jew f’isem, tali passiġġieri, ekwipaġġ jew merkanzija tal-linji ta’ l-ajru tal-Parti l-oħra.

    Artikolu 7

    Is-Sikurezza

    1. L-awtoritajiet responsabbli tal-Partijiet għandhom jirrikonoxxu bħala validi, għall-finijiet tat-tħaddim tat-trasport bl-ajru pprovdut f’dan il-Ftehim, ċertifikati ta’ “ airworthiness ”, ċertifikati ta’ kompetenza, u liċenzji maħruġa jew validati minn xulxin u li jkunu għadhom validi, sakemm ir-rekwiżiti għal dawn iċ-ċertifikati jew liċenzji jkunu minn ta’ l-inqas daqs l-istandards minimi li jistgħu jkunu stabbiliti skond il-Konvenzjoni. L-awtoritajiet responsabbli jistgħu, madanakollu, jirrifjutaw li jagħrfu bħala validi għall-finijiet ta’ titjir fuq it-territorju tagħhom stess, ċertifikati ta’ kompetenza u liċenzji mogħtija lil jew validata fir-rigward ta’ nies tan-nazzjonalità tagħhom stess minn tali awtoritajiet oħra.

    2. L-awtoritajiet responsabbli ta’ xi Parti jistgħu jitolbu konsultazzjonijiet ma’ l-awtoritajiet oħra responsabbli rigward l-istandards ta’ sikurezza mħarsa minn dawk l-awtoritajiet dwar faċilitajiet aeronawtiċi, ekwipaġġi ta’ l-ajru, inġenji ta’ l-ajru, u t-tħaddim tal-linji ta’ l-ajru ssorveljati minn dawk l-awtoritajiet. Tali konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien 45 jum mit-talba sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor. Jekk wara dawn il-konsultazzjonijiet, l-awtoritajiet responsabbli li jagħmlu t-talba jsibu li dawk l-awtoritajiet ma jħarsux u ma jħaddmux standards u rekwiżiti ta’ sikurezza b’mod effettiv f’dawn l-oqsma li minn ta’ l-inqas ikunu daqs l-istandards minimi li jistgħu jkunu stabbiliti skond il-Konvenzjoni, l-awtoritajiet responsabbli li jagħmlu t-talba għandhom jgħarrfu lil dawk l-awtoritajiet b’tali sejbiet u l-passi meqjusa meħtieġa għall-konformità ma’ dawn l-istandards minimi, u dawk l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-azzjoni korrettiva xierqa. L-awtoritajiet responsabbli li jagħmlu t-talba jżommu d-dritt li jżommu, jirrevokaw jew jillimitaw l-awtorizzazzjoni operattiva jew il-permessi tekniċi ta’ linja jew linji ta’ l-ajru li fuqhom dawk l-awtoritajiet jagħmlu s-sorveljanza tas-sikurezza fil-każ li dawk l-awtoritajiet ma jeħdux tali azzjoni korrettiva xierqa fi żmien raġonevoli u li jieħdu azzjoni immedjata jekk tkun meħtieġa għall-prevenzjoni ta’ iktar nuqqas ta’ konformità mad-dmir li jitħarsu u jitħaddmu l-istandards u r-rekwiżiti msemmija qabel li jirriżulta f’theddida immedjata għas-sikurezza tat-titjir.

    3. Il-Kummissjoni Ewropea għandha fl-istess waqt tirċievi t-talbiet u n-notifiki kollha taħt dan l-Artikolu.

    4. Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jimpedixxi lill-awtoritajiet responsabbli tal-Partijiet milli jagħmlu diskussjonijiet dwar is-sikurezza, inklużi dawk relatati mar-rutina ta’ l-applikazzjoni ta’ standards u rekwiziti ta’ sikurezza jew ma’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien.

    Artikolu 8

    Is-Sigurtà

    1. Skond id-drittijiet u l-obbligi tagħhom taħt il-liġi internazzjonali, il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid li l-obbligu tagħhom lejn xulxin li jipproteġu s-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ ndħil illegali u li jifforma parti integrali minn dan il-Ftehim. Mingħajr ma jillimitaw il-ġeneralità tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom taħt il-liġi internazzjonali, il-Partijiet għandhom b’mod partikolari jaġixxu f’konformità mal-ftehimiet li ġejjin: il-Konvenzjoni dwar ir-Reati u Ċerti Atti Oħra Kommessi Abbord Inġenji ta’ l-Ajru, magħmula f’Tokyo fl-14 ta’ Settembru, 1963, il-Konvenzjoni għat-Trażżin ta’ Ħtif Illegali ta’ Inġenji ta’ l-Ajru, magħmula f'The Hague fis-16 ta’ Diċembru, 1970, il-Konvenzjoni għat-Trażżin ta’ Atti Illegali kontra s-Sikurezza ta’ l-Avjazzjoni Ċivili, magħmula f’Montreal fit-23 ta’ Settembru, 1971, u l-Protokoll għat-Trażżin ta’ Atti Illegali ta’ Vjolenza f’Ajruporti li Jservu l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, magħmula f’Montreal fl-24 ta’ Frar, 1988.

    2. Il-Partijiet għandhom jipprovdu meta jintalbu, kull għajnuna meħtieġa lil xulxin biex tiġi indirizzata kull theddida għas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili, inklużi l-prevenzjoni ta’ atti ta’ ħtif illegali ta’ inġenji ta’ l-ajru ċivili u atti oħra illegali kontra s-sikurezza ta’ tali inġenji ta’ l-ajru, tal-passiġġieri u l-ekwipaġġi tagħhom, u ta’ ajruporti u faċilitajiet tan-navigazzjoni ta’ l-ajru.

    3. Il-Partijiet għandhom, fir-relazzjonijiet reċiproċi, jaġixxu f’konformità ma’ l-istandards tas-sigurtà u l-prattiċi rakkomandati ta’ l-avjazzjoni xierqa stabbiliti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili u ddeżinjati bħala Annessi għall-Konvenzjoni; huma għandhom jeħtieġu mill-operaturi ta’ inġenji ta’ l-ajru rreġistrati magħhom; mill-operaturi ta’ inġenji ta’ l-ajru li għandhom il-post prinċipali tan-negozju jew ir-residenza permanenti fit-territorju tagħhom; u mill-operaturi ta’ l-ajruporti fit-territorju tagħhom li jaġixxu f’konformità ma’ tali dispożizzjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni.

    4. Kull Parti għandha tiżgura li jittieħdu miżuri effettivi fit-territorju tagħha għall-protezzjoni ta’ l-inġenji ta’ l-ajru u għall-ispezzjoni tal-passiġġieri, l-ekwipaġġi u l-bagalji tagħhom u oġġetti li jġorru magħhom, kif ukoll tal-merkanzija u l-istivi ta’ l-inġenji ta’ l-ajru, qabel u waqt l-imbark jew tagħbija; u li dawk il-miżuri jiġu aġġustati biex jilqgħu għat-theddid li żdied għas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili. Kull Parti taqbel li d-dispożizzjonijiet tas-sigurtà meħtieġa mill-Parti l-oħra għal tluq mit-territorju ta’ dik il-Parti l-oħra u waqt il-preżenza fih għandhom jiġu osservati. Kull Parti għandha tagħti kunsiderazzjoni pożittiva għal kull talba mill-Parti l-oħra għal miżuri ta’ sigurtà speċjali biex jilqgħu għal xi theddida partikolari.

    5. F’kunsiderazzjoni sħiħa u rispett reċiproku għas-sovranità ta’ xulxin, Parti tista’ tadotta miżuri ta’ sigurtà għad-dħul fit-territorju tagħha. Fejn hu possibbli, dik il-Parti għandha tieħu f’kunsiderazzjoni l-miżuri ta’ sigurtà diġà applikati mill-Parti l-oħra u kull fehma li l-Parti l-oħra tista’ toffri. Kull Parti tagħraf, madanakollu, li xejn f’dan l-Artikolu ma jillimita l-kapaċità ta’ Parti li tirrifjuta d-dħul fit-territorju tagħha ta’ xi titjira jew titjiriet li hija tqis bħala ta’ theddida għas-sigurtà tagħha.

    6. Xi Parti tista’ tieħu miżuri ta’ emerġenza inklużi emendi biex tilqa’ għal xi theddida speċifika għas-sigurtà. Tali miżuri għandhom jiġu mgħarrfa minnufih lill-awtoritajiet responsabbli tal-Parti l-oħra.

    7. Il-Partijiet jenfasizzaw l-importanza li jaħdmu lejn prattiċi u standards kompatibbli bħala mezz ta’ titjib fis-sigurtà tat-trasport bl-ajru u lejn il-minimizzazzjoni tad-diverġenza regolatorja. Għal dan il-għan il-Partijiet għandhom jużaw u jiżviluppaw b’mod sħiħ il-mezzi eżistenti għad-diskussjoni tal-miżuri ta’ sigurtà attwali u proposti. Il-Partijiet jistennew li d-diskussjonijiet jindirizzaw, fost kwistjonijiet oħra, miżuri ta’ sigurtà ġodda proposti jew f’kunsiderazzjoni mill-Parti l-oħra, inklużi r-reviżjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà meħtieġa minn bidla fiċ-ċirkostanzi; miżuri proposti minn xi Parti biex tilqa’ għall-ħtiġijiet tas-sigurtà tal-Parti l-oħra; possibbiltajiet għall-aġġustament b’aktar ħeffa ta’ standards fir-rigward ta’ miżuri ta’ sigurtà fl-avjazzjoni; u l-kompatabbiltà tal-ħtiġijiet ta’ Parti ma’ l-obbligi leġiżlattivi tal-Parti l-oħra. Tali diskussjonijiet għandhom iservu biex irawmu notifikazzjoni kmieni u diskussjoni minn qabel ta’ inizzjattivi u ħtiġijiet ġodda tas-sigurtà.

    8. Mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tittieħed azzjoni immedjata sabiex tiġi protetta s-sigurtà fit-trasport, il-Partijiet jaffermaw li fil-kunsiderazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà, Parti għandha tevalwa l-effetti li jistgħu jolqtu ħażin it-trasport internazzjonali bl-ajru u, sakemm ma tkunx kostretta bil-liġi, għadha tieħu tali fatturi fil-kunsiderazzjoni meta tiddetermina x’miżuri huma meħtieġa u xierqa biex jiġi indirizzat dak it-tħassib dwar is-sigurtà.

    9. Meta jkun hemm inċident jew theddida ta’ inċident ta’ ħtif illegali ta’ inġenji ta’ l-ajru jew atti oħra illegali kontra s-sikurezza tal-passiġġieri, l-ekwipaġġi, l-inġenji ta’ l-ajru, l-ajruporti jew il-faċilitajiet tan-navigazzjoni fl-ajru, il-Partijiet għandhom jgħinu lil xulxin billi jiffaċilitaw il-komunikazzjonijiet u l-miżuri oħra xierqa maħsuba biex itemmu b’ħeffa u sikurezza tali inċident jew theddida.

    10. Meta Parti jkollha kawża raġonevoli għalxiex taħseb li l-Parti l-oħra tbiegħdet mid-dispożizzjonijiet tas-sigurtà fl-avjazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet responsabbli ta’ dik il-Parti jistgħu jitolbu konsultazzjonijiet immedjati ma’ l-awtoritajiet responsabbli tal-Parti l-oħra. Nuqqas ta’ qbil sodisfaċenti fi żmien 15-il jum mid-data ta’ din it-talba jkun jikkostitwixxi raġunijiet għaż-żamma, ir-revoka, il-limitazzjoni jew l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni operattiva u l-permessi tekniċi ta’ linja jew linji ta’ l-ajru ta’ dik il-Parti. Meta dan ikun meħtieġ f’emerġenza, Parti tista’ tieħu azzjoni ad interim qabel ma jiskadu 15-il jum.

    11. B’mod separat mill-valutazzjonijiet ta’ l-ajruporti magħmula biex tiġi ddeterminata l-konformità ma’ l-istandards u l-prattiċi tas-sigurtà fl-avjazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, Parti tista’ titlob il-kooperazzjoni tal-Parti l-oħra fil-valutazzjoni ta’ jekk il-miżuri partikolari tas-sigurtà ta’ dik il-Parti l-oħra jissodisfawx il-ħtiġijet tal-Parti li tagħmel it-talba. L-awtoritajiet responsabbli tal-Partijiet għandhom jikkoordinaw bil-quddiem l-ajruporti li għandhom jiġu valutati u d-dati tal-valutazzjoni u biex jistabbilixxu proċedura biex jiġu indirizzati r-riżultati ta’ dawn il-valutazzjonijiet. F’kunsiderazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjonijiet, il-Parti li tagħmel it-talba tista’ tiddeċiedi li jiġu applikati miżuri tas-sigurtà ta’ standard ekwivalenti fit-territorju tal-Parti l-oħra sabiex il-passiġġieri fi tranżitu, il-bagalji fi tranżitu u/jew merkanzija fi tranżitu jkunu jistgħu jiġu eżentati minn skrinjar mill-ġdid fit-territorju tal-Parti li tagħmel it-talba. Tali deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata lill-Parti l-oħra.

    Artikolu 9

    L-Opportunitajiet Kummerċjali

    1. Il-linji ta’ l-ajru ta’ kull Parti għandu jkollhom id-dritt li jwaqqfu uffiċċji fit-territorju tal-Parti l-oħra għall-promozzjoni u l-bejgħ ta’ trasport bl-ajru u attivitajiet relatati.

    2. Il-linji ta’ l-ajru ta’ kull Parti għandhom ikunu intitolati, f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti l-oħra dwar dħul, residenza, u impjieg, li jdaħħlu u jżommu fit-territorju tal-Parti l-oħra staff maniġerjali, tal-bejgħ, tekniku, operattiv u ieħor speċjalizzat li jkun meħtieġ biex jappoġġaw il-provvista ta’ trasport bl-ajru.

    3. a. Bla ħsara għas-subparagrafu (b) hawn taħt, kull linja ta’ l-ajru għandu jkollha fir-rigward ta’ groundhandling fit-territorju tal-Parti l-oħra:

    (i) id-dritt li tagħmel il-groundhandling hi stess (“self-handling”) jew, skond l-għażla tagħha

    (ii) id-dritt li tagħżel fost fornituri kompetituri li jipprovdu servizzi ta’ groundhandling fl-intier jew parzjali fejn dawn il-fornituri għandhom l-aċċess għas-suq skond il-liġijiet u r-regolamenti ta’ kull Parti, u fejn dawn il-fornituri jinsabu fis-suq.

    b. Id-drittijiet taħt (i) u (ii) fis-subparagrafu (a) ta’ hawn fuq għandhom ikunu suġġetti biss għal restrizzjonijiet speċifiċi ta’ spazju jew daqs disponibbli minħabba li jkun ġej mill-ħtieġa li tinżamm is-sikurezza fit-tħaddim ta’ l-ajruport. Fejn dawn ir-restrizzjonijiet ma jippermettux self-handling u fejn m’hemmx kompetizzjoni effettiva bejn fornituri li jipprovdu servizzi ta’ groundhandling tali servizzi kollha għandhom ikunu disponibbli kemm fuq bażi ndaqs u kemm fuq bażi adegwata għal-linji kollha ta’ l-ajru; il-prezzijiet ta’ tali servizzi ma għandhomx jaqbżu l-ispiża kollha tagħhom inkluż redditu raġonevoli fuq l-assi, wara d-deprezzament.

    4. Kwalunkwe linja ta’ l-ajru ta’ kull Parti tista’ tieħu sehem fil-bejgħ ta’ trasport bl-ajru fit-territorju tal-Parti l-oħra direttament u/jew, skond kif tagħżel il-linja ta’ l-ajru, permezz ta’ l-aġenti tal-bejgħ tagħha jew intermedjarji oħra maħtura mill-linja ta’ l-ajru. Kull linja ta’ l-ajru għandu jkollha d-dritt li tbigħ tali trasport, u kull persuna għandha tkun ħielsa li tixtri dan it-trasport, bil-munita ta’ dak it-territorju jew b’muniti li jissarfu liberament.

    5. Kull linja ta’ l-ajru għandu jkollha d-dritt li ssarraf u tibgħat flus mit-territorju tal-Parti l-oħra lejn it-territorju ta’ pajjiżha u, għajr fejn dan ma jkunx konformi mal-liġi jew regolamentazzjoni ġeneralment applikabbli, lejn il-pajjiż jew il-pajjiżi ta’ l-għażla tagħha, fuq talba,id-dħul finanzjarju lokali li jibqa’ żejjed fuq ammonti ta’ flus imħallsa lokalment. It-tisrif u r-rimessa għandhom ikunu permessi fil-pront mingħajr restrizzjonijiet jew taxxi fuqhom bir-rata tal-kambju applikabbli għal tranżazzjonijiet u rimessi kurrenti fid-data li t-trasportatur jagħmel l-applikazzjoni inizjali għar-rimessa.

    6. Il-linji ta’ l-ajru ta’ kull Parti għandhom jitħallew iħallsu għall-ispejjeż lokali, inkluż għax-xiri ta’ fjuwil, fit-territorju tal-Parti l-oħra bil-munita lokali. Skond l-għażla tagħhom, il-linji ta’ l-ajru ta’ kull Parti jistgħu jħallsu għal tali spejjeż fit-territorju tal-Parti l-oħra b’muniti li jissarrfu liberament skond ir-regolamenti tal-kambju lokali.

    7. Fit-tħaddim u l-offerta ta’ servizzi taħt il-Ftehim, kull linja ta’ l-ajru ta’ Parti tista’ tidħol f’arranġamenti ta’ marketing kooperattiv, bħal m’huma arranġamenti ta’ spazju riżervat (blocked space) jew arranġamenti ta’ code sharing (qsim ta’ titjiriet kodifikati) ma’:

    a. kull linja jew linji ta’ l-ajru tal-Partijiet;

    b. kull linja jew linji ta’ l-ajru ta’ pajjiż terz; u

    c xi fornitur ta’ trasport bl-art jew bil-baħar minn kwalunkwe pajjiż;

    sakemm (i) il-parteċipanti kollha f’tali arranġamenti jkollhom l-awtorità xierqa u (ii) l-arranġamenti jissodisfaw il-kundizzjonijiet preskritti fil-liġijiet u r-regolamenti applikati normalment mill-Partijiet għat-tħaddim u l-offerta ta’ trasport internazzjonali bl-ajru.

    8. Il-linji ta’ l-ajru ta’ kull Parti jistgħu jidħlu f’arranġamenti għal provvista ta’ inġenji ta’ l-ajru kompluti bl-ekwipaġġ għal trasport internazzjonali bl-ajru ma’:

    a. kull linja jew linji ta’ l-ajru tal-Partijiet; u

    b. kull linja jew linji ta’ l-ajru ta’ pajjiż terz;

    sakemm il-parteċipanti kollha f’dawn l-arranġamenti jkollhom l-awtorità xierqa u jissodisfaw il-kundizzjonijiet preskritti fil-liġijiet u r-regolamenti applikati normalment mill-partijiet għal arranġamenti bħal dawn. L-ebda waħda mill-Partijiet ma għandha teħtieġ minn linja ta’ l-ajru ta’ xi waħda mill-Parti li tipprovdi l-inġenji ta’ l-ajru li jkollha drittijiet tat-traffiku skond dan il-Ftehim għar-rotot li fuqhom l-inġenji ta’ l-ajru se jopera.

    9. Minkejja kull dispożizzjoni oħra ta’ dan il-Ftehim, linji ta’ l-ajru u fornituri indiretti ta’ trasport tal-merkanzija tal-Partijiet għandhom jitħallew, mingħajr restrizzjoni, li jużaw b’konnessjoni mat-trasport internazzjonali bl-ajru kull trasport bl-art jew bil-baħar ta’ merkanzija lejn jew minn xi punti fit-territorji tal-Partijiet, jew f’pajjiżi terzi, inkluż trasport lejn jew mill-ajruporti kollha b’faċilitajiet ta’ dwana, u inkluż, fejn applikabbli, id-dritt tat-trasport ta’ merkanzija f'depożtu doganali taħt il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli. Tali merkanzija, kemm jekk tivvjaġġa bl-art jew il-baħar u kemm jekk bl-ajru, għandu jkollha aċċess għall-ipproċessar u l-faċilitajiet tad-dwana ta’ l-ajruport. Il-linji ta’ l-ajru jistgħu jagħżlu li jagħmlu t-trasport tagħhom stess bl-art jew il-baħar jew li jipprovduha permezz ta’ arranġamenti ma’ trasportaturi oħra bl-art jew il-baħar, inkluż trasport bl-art jew il-baħar imħaddem minn linji ta’ l-ajru oħra u fornituri indiretti ta’ trasport tal-merkanzija bl-ajru. Tali servizzi b’taħlita ta’ mezzi jistgħu jiġu offruti bi prezz waħdieni, permezz ta’ prezz għas-servizzi ta’ trasport bl-art, il-baħar u l-ajru f’daqqa, sakemm l-aġenti tal-merkanzija ma jiġux żgwidati dwar il-fatti li jikkonċernaw tali trasport.

    Artikolu 10

    Id-Dazji u l-Ħlasijiet tad-Dwana

    1. Mal-wasla fit-territorju ta’ Parti waħda, inġenji ta’ l-ajru mħaddma fit-trasport internazzjonali bl-ajru mill-linji ta’ l-ajru tal-Parti l-oħra, it-tagħmir regolari tagħhom, it-tagħmir ta’ l-art, il-fjuwil, il-lubrikanti, il-provvisti tekniċi konsumabbli, partijiet tal-bdil (inklużi magni), provvisti ta’ l-inġenji ta’ l-ajru (inklużi imma mhux limitati għal oġġetti bħal ikel, xorb u xorb alkoħoliku, tabakk u prodotti oħra maħsuba għal bejgħ lill-passiġġieri jew għall-użu tagħhom fi kwantitajiet limitati waqt it-titjir), u oġġetti oħra maħsuba jew użati biss fi rbit mat-tħaddim jew it-tiswija ta’ l-inġenji ta’ l-ajru li jaħdmu fit-trasport internazzjonali bl-ajru jkunu eżenti, fuq il-bażi tar-reċiproċità, mir-restrizzjonijiet kollha fuq l-importazzjoni, it-taxxi fuq il-proprjetà u t-taxxi fuq il-kapital, id-dazju tad-dwana, it-taxxi tas-sisa, u l-miżati u l-ħlasijiet simili li huma (a) imposti mill-awtoritajiet nazzjonali jew mill-Komunità Ewropea, u (b) li m’humiex imsejsa fuq kemm jiswew is-servizzi pprovduti, sakemm dan it-tagħmir u provvisti jibqgħu abbord l-inġenji ta’ l-ajru.

    2. Għandhom ikunu eżentati wkoll, fuq il-bażi tar-reċiproċità, mit-taxxi, soprataxxi, dazji, miżati u ħlasijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni tal-ħlasijiet imsejsa fuq kemm jiswa s-servizz ipprovdut:

    a. provvisti ta’ l-inġenji ta’ l-ajru mdaħħla jew fornuti fit-territorju ta’ Parti u mtellgħa abbord, f’limiti raġonevoli, għall-użu fuq inġenji ta’ l-ajru li jkunu destinati għal barra u li jkunu ta’ linja ta’ l-ajru tal-Parti l-oħra li taħdem fit-trasport internazzjonali bl-ajru, anki meta dawn il-provvisti jkunu għall-użu fuq parti mill-vjaġġ magħmul fuq it-territorju tal-Parti li minnha jkunu ttellgħu abbord;

    b. tagħmir ta’ l-art u partijiet tal-bdil (inklużi magni) imdaħħla fit-territorju ta’ Parti għall-manutenzjoni ordinarja, manutenzjoni jew tiswija ta’ inġenji ta’ l-ajru ta’ linja ta’ l-ajru tal-Parti l-oħra użati fit-trasport internazzjonali bl-ajru;

    c. fjuwil, lubrikanti u provvisti tekniċi konsumabbli mdaħħla jew ipprovduti fit-territorju ta’ Parti għall-użu fuq inġenji ta’ l-ajru ta’ linja ta’ l-ajru tal-Parti l-oħra li taħdem fit-trasport internazzjonali bl-ajru, anki meta dawn il-provvisti jkunu għal-użu fuq parti mill-vjaġġ magħmul fuq it-territorju tal-Parti fejn jittellgħu abbord; u

    d. karta stampata, kif imsemmija fil-liġi tad-dwana ta’ kull Parti, imdaħħla jew ipprovduta fit-territorju ta’ Parti waħda u mtellgħa abbord għall-użu fuq inġenji ta’ l-ajru destinati għal barra u li jkunu ta’ linja ta’ l-ajru tal-Parti l-oħra li taħdem fit-trasport internazzjonali bl-ajru, anki meta dawn il-provvisti jkunu għall-użu fuq parti mill-vjaġġ magħmul fuq it-territorju tal-Parti fejn jittellgħu abbord.

    3. It-tagħmir u l-provvisti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkunu meħtieġa li jinżammu taħt is-superviżjoni jew il-kontroll ta’ l-awtoritajiet rilevanti.

    4. L-eżenzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu għandhom ikunu applikabbli wkoll fejn il-linji ta’ l-ajru ta’ Parti waħda jkunu għamlu ftehim ma’ linja ta’ l-ajru oħra, li bħalhom tgawdi mill-istess eżenzjonijiet mill-Parti l-oħra, għas-self jew it-trasferiment fit-territorju tal-Parti l-oħra ta’ l-oġġetti speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

    5. Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jżomm lil xi waħda mill-Partijiet milli timponi taxxi, soprataxxi, dazji, miżati jew ħlasijiet fuq oġġetti mibjugħa għajr dawk għall-konsum abbord mill-passiġġieri waqt settur minn servizz bl-ajru bejn żewġ punti fit-territorju tagħha minn fejn l-imbark jew l-iżbark huma permessi.

    6. Fil-każ li żewġ Stati Membri jew aktar jipprevedu li japplikaw, fir-rigward tal-fjuwil fornut lil inġenji ta’ l-ajru ta’ l-Istati Uniti fit-territorji ta’ tali Stati Membri għal titjiriet bejn tali Stati Membri, xi tneħħija ta’ l-eżenzjoni inkluża fl-Artikolu 14 (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003, il-Kumitat Konġunt għandu jikkonsidra dik il-kwistjoni, skond il-paragrafu 4(e) ta’ l-Artikolu 17.

    7. Parti tista’ titlob l-għajnuna tal-Parti l-oħra, f’isem il-linja jew linji ta’ l-ajru tagħha, biex tikseb eżenzjoni mit-taxxi, id-dazji, il-ħlasijiet u l-miżati imposti mill-gvernijiet jew l-awtoritajiet statali u lokali fuq l-oġġetti speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll minn ħlasijiet fuq il-volum ta’ fjuwil; fiċ-ċirkostanzi deskritti f’dan l-Artikolu, għajr safejn il-ħlasijiet ikunu msejsa fuq kemm tiswa l-fornitura tas-servizz. B’risposta għal talba bħal din, il-Parti l-oħra għandha ġġib il-fehmiet tal-Parti li tagħmel it-talba għall-attenzjoni ta’ l-unità jew awtorità governattiva u tħeġġeġ li dawk il-fehmiet jingħataw il-kunsiderazzjoni xierqa.

    Artikolu 11

    Il-Ħlasijiet mill-Utent

    1. Ħlasijiet mill-utent li jistgħu jiġu imposti mill-awtoritajiet jew korpi ta’ kull Parti kompetenti li jitolbu l-ħlasijiet mil-linji ta’ l-ajru tal-Parti l-oħra għandhom ikunu ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji b’mod inġust, u mqassma b’mod ġust bejn il-kategoriji ta’ l-utenti. Taħt kull ċirkostanza, dawn il-ħlasijiet għall-użu għandhom jiġu kkalkolati fuq il-linji ta’ l-ajru tal-Parti l-oħra skond termini li ma jkunux inqas favorevoli mit-termini l-aktar favorevoli applikabbli għal kwalunkwe linja ta’ l-ajru oħra fiż-żmien li l-ħlasijiet jiġu kkalkolati.

    2. Ħlasijiet mill-utent imposti fuq il-linji ta’ l-ajru tal-Parti l-oħra jistgħu jirriflettu, imma ma għandhomx jaqbżu, l-ispiża sħiħa magħmula mill-awtoritajiet jew korpi kompetenti li jitolbu l-ħlasijiet biex jipprovdu faċilitajiet u servizzi xierqa ta’ l-ajruport, l-ambjent ta’ l-ajruport, in-navigazzjoni ta’ l-ajru u s-sigurtà ta' l-avjazzjoni fl-ajruport jew fi ħdan is-sistema ta’ l-ajruport. Tali ħlasijiet jistgħu jinkludu redditu raġonevoli fuq l-assi, wara d-deprezzament. Il-faċilitajiet u s-servizzi li għalihom jintalbu ħlasijiet għandhom jiġu pprovduti fuq bażi effiċjenti u ekonomika.

    3. Kull Parti għandha tinkoraġġixxi konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet jew korpi kompetenti li jitolbu l-ħlasijiet fit-territorju tagħha u l-linji ta’ l-ajru li jużaw is-servizzi u l-faċilitajiet, u għandha tħeġġeġ lill-awtoritajiet jew korpi kompetenti li jitolbu l-ħlasijiet u l-linji ta’ l-ajru biex jiskambjaw informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa biex tkun tista' ssir analiżi eżatta dwar kemm huma raġonevoli l-ħlasijiet skond il-prinċipji tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Kull Parti għandha tħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti li jitolbu l-ħlasijiet biex jagħtu lill-utenti avviż raġonevoli ta’ kull proposta ta’ bidliet fil-ħlasijiet mill-utent biex l-utenti jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom qabel isiru l-bidliet.

    4. Fil-proċeduri tas-soluzzjoni ta’ tilwim skond l-Artikolu 18, l-ebda Parti ma titqies li tkun qed tikser xi dispożizzjoni ta’ dan l-Artikolu, sakemm (a) ma tonqosx li fi żmien raġonevoli tagħmel analiżi tal-ħlas jew il-prattika li tkun is-suġġett ta’ lment mill-Parti l-oħra; jew (b) wara tali analiżi, ma tonqosx milli tieħu l-passi kollha fis-setgħa tagħha biex tirrimedja dwar kull ħlas jew prattika li ma tkunx konformi ma’ dan l-Artikolu.

    Artikolu 12

    L-Iffissar tal-Prezzijiet

    1. Prezzijiet għas-servizzi tat-trasport bl-ajru mħaddma skond dan il-Ftehim għandhom ikunu ffissati b’mod liberu u ma għandhomx ikunu suġġetti għal approvazzjoni, lanqas ma jinħtiġilhom jiġu rreġistrati.

    2. Minkejja l-paragrafu 1:

    a. L-introduzzjoni jew kontinwazzjoni ta’ prezz propost li jintalab jew li jintalab minn linja ta’ l-ajru ta’ l-Istati Uniti għal trasport internazzjonali bl-ajru bejn punt fi Stat Membru u punt fi Stat Membru ieħor għandu jkun konformi ma’ l-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2409/92 tat-23 ta’ Lulju 1992, jew regolament suċċessur li ma jkunx iżjed restrittiv minnu.

    b. Skond dan il-paragrafu, il-linji ta’ l-ajru tal-Partijiet għandhom jipprovdu aċċess immedjat, meta jintalab, għal informazzjoni fuq il-prezzijiet ta’ qabel, eżistenti u proposti lill-awtoritajiet responsabbli tal-Partijiet b’mod u f’format aċċettabbli għal dawk l-awtoritajiet.

    Artikolu 13

    Sussidji u Għajnuniet mill-Gvern

    1. Il-Partijiet jagħrfu li s-sussidji u l-għajnuniet mill-gvern jistgħu jolqtu ħażin l-opportunità ġusta u ndaqs tal-linji ta’ l-ajru li jikkompetu fil-provvista tat-trasport internazzjonali bl-ajru rregolat b’dan il-Ftehim.

    2. Jekk Parti waħda temmen li xi sussidju jew għajnuna mill-gvern li qed tiġi kkunsidrata jew ipprovduta mill-Parti l-oħra għal- jew lil-linji ta’ l-ajru ta’ dik il-Parti l-oħra tkun se tolqot ħażin jew qed tolqot ħażin dik l-opportunità ġusta u ndaqs biex il-linji ta’ l-ajru ta’ l-ewwel Parti jikkompetu, hija tista’ tressaq osservazzjonijiet lil dik il-Parti. Barra minn hekk, hija tista’ titlob laqgħa tal-Kumitat Konġunt kif stipulat fl-Artikolu 17, biex tikkunsidra l-kwistjoni u tiżviluppa tweġibiet xierqa għat-tħassib li jinstab li jkun leġittimu.

    3. Kull Parti tista’ tavviċina l-entitajiet governattivi responsabbli fit-territorju tal-Parti l-oħra, inklużi entitajiet fil-livell statali, provinċjali jew lokali, jekk taħseb li xi sussidju jew għajnuna li qed jiġu kkunsidrati jew ipprovduti minn dawn l-entitajiet se jkollhom l-effetti ħżiena fuq il-kompetizzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Jekk Parti tiddeċiedi li tagħmel tali kuntatt dirett għandha tgħarraf mill-ewwel lill-Parti l-oħra permezz tal-kanali diplomatiċi. Hija tista’ wkoll titlob laqgħa tal-Kumitat Konġunt.

    4. Kwistjonijiet imqajma taħt dan l-Artikolu jistgħu jinkludu, pereżempju, injezzjonijiet ta’ kapital, sussidju ħaġa b’oħra (cross-subsidization), għotjiet, garanziji, sjieda, tnaqqis jew ħelsien mit-taxxa, magħmula minn xi entità governattiva.

    Artikolu 14

    L-Ambjent

    1. Il-Partijiet jagħrfu l-importanza tal-ħarsien ta’ l-ambjent waqt l-iżvilupp u t-twettiq ta’ politika ta’ l-avjazzjoni internazzjonali. Il-Partijiet jagħrfu li l-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ miżuri għat-tħaris ta’ l-ambjent għandhom jitqiesu bir-reqqa fl-iżvilupp ta’ politika ta’ l-avjazzjoni internazzjonali.

    2. Meta xi Parti tkun qed tikkonsidra miżuri ambjentali proposti, din għandha tevalwa l-possibbiltà ta’ effetti ħżiena fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet imniżżla f’dan il-Ftehim, u, jekk tali miżuri jiġu adottati, hija għandha tieħu l-passi xierqa biex ittaffi xi effetti ħżiena bħal dawn.

    3. Meta jiġu stabbiliti miżuri ambjentali, l-istandards ambjentali għall-avjazzjoni adottati mill-Organizzazzjoni ta’ l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali fl-Annessi għal din il-Konvenzjoni għandhom jiġu segwiti għajr fejn ġew ippreżentati differenzi. Il-Partijiet għandhom japplikaw kull miżura ambjentali li taffettwa s-servizzi ta’ l-ajru skond dan il-Ftehim skond l-Artikolu 2 u 3(4) ta’ dan il-Ftehim.

    4. Jekk Parti waħda temmen li kwistjoni li tinvolvi l-ħarsien ambjentali mill-avjazzjoni tqajjem tħassib dwar l-applikazzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, hija tista’ titlob laqgħa tal-Kumitat Konġunt, skond l-Artikolu 17, biex jikkunsidra l-kwistjoni u jiżviluppa tweġibiet xierqa għat-tħassib li jinstab li jkun leġittimu.

    Artikolu 15

    Il-Protezzjoni tal-Konsumatur

    Il-Partijiet jaffermaw l-importanza tal-protezzjoni tal-konsumaturi, u kull Parti tista’ titlob laqgħa tal-Kumitat Konġunt biex jiddiskuti kwistjonijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur li l-Parti li tagħmel it-talba tidentifika bħala sinifikanti.

    Artikolu 16

    Sistemi ta’ Prenotazzjoni Kompjuterizzata

    1. Bejjiegħa ta’ Sistemi ta’ Prenotazzjoni Kompjuterizzata (CRSs) li joperaw fit-territorju ta’ Parti waħda għandhom ikunu intitolati li jdaħħlu, jżommu, u jagħmlu s-CRSs tagħhom disponibbli liberament għall-aġenziji ta’ l-ivvjaġġar jew kumpaniji ta’ l-ivvjaġġar li n-negozju prinċipali tagħhom huwa d-distribuzzjoni ta’ prodotti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ivvjaġġar fit-territorju tal-Parti l-oħra sakemm is-CRS tikkonforma mar-rekwiżit regolatorji rilevanti tal-Parti l-oħra.

    2. L-ebda Parti ma għandha, fit-territorju tagħha, timponi jew tħalli l-impożizzjoni fuq il-bejjiegħa tas-CRS tal-Parti l-oħra ta’ rekwiżiti aktar stretti f-r-rigward ta' wiri (inklużi parametri ta’ editjar u wiri) tħaddim, prattiċi, bejgħ, jew sjieda minn dawk imponuti fuq il-bejjiegħ tas-CRS tagħha stess.

    3. Sidien/Operaturi ta’ CRSs ta’ Parti waħda li jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti tal-Parti l-oħra, jekk ikun hemm, għandu jkollhom l-istess opportunità li jkunu sidien ta’ CRSs fit-territorju tal-Parti l-oħra li għandhom sidien/operaturi ta’ dik il-Parti.

    Artikolu 17

    Il-Kumitat Konġunt

    1. Kumitat Konġunt li jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Partijiet għandu jiltaqa’ minn ta’ l-inqas darba fis-sena biex imexxi konsultazzjonijiet relatati ma’ dan il-Ftehim u biex jirrevedi l-implimentazzjoni tiegħu.

    2. Parti tista’ titlob ukoll laqgħa tal-Kumitat Konġunt biex tfittex li ssolvi kwistjonijiet relatati ma’ l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Madanakollu, fir-rigward ta’ l-Artikolu 19 jew l-Anness 2, il-Kumitat Konġunt jista’ jikkunsidra biss kwistjonijiet relatati mar-rifjut ta’ xi Parti li timplimenta l-impenji li ntrabtet bihom u l-impatt tad-deċiżjonijiet dwar il-kompetizzjoni fuq l-applikazzjoni tal-Ftehim. Laqgħa bħal din għandha tibda fl-aktar data kmieni possibbli, iżda mhux iktar tard minn 60 jum mid-data tal-wasla tat-talba, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor.

    3. Il-Kumitat Konġunt għandu jirrevedi, mhux aktar tard mill-ewwel laqgħa annwali u minn hemm ’il quddiem skond kif ikun xieraq, l-implimentazzjoni ġenerali tal-Ftehim, inklużi kwalunkwe effetti tar-restrizzjonijiet ta’ l-infrastruttura ta’ l-avjazzjoni fuq it-tħaddim tad-drittijiet stipulati fl-Artikolu 3, l-effetti tal-miżuri ta’ sigurtà meħuda skond l-Artikolu 8, l-effetti fuq il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni, inklużi fil-qasam tas-Sistemi ta’ Prenotazzjoni Kompjuterizzata u kwalunkwe effett soċjali ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

    4. Il-Kumitat Konġunt għandu jiżviluppa wkoll il-kooperazzjoni billi:

    a. irawwem skambji f’livell espert dwar inizzjattivi u żviluppi leġiżlattivi jew regolatorji ġodda, inklużi fl-oqsma tas-sigurtà,is-sikurezza, l-ambjent, l-infrastruttura ta’ l-avjazzjoni (inklużi slots), u l-protezzjoni tal-konsumatur;

    b. jikkunsidra l-effetti soċjali tal-Ftehim kif ikun qed jiġi implimentat u jiżviluppa tweġibiet xierqa għat-tħassib li jinstab li jkun leġittimu;

    c jikkunsidra oqsma potenzjali għal aktar żvilupp tal-Ftehim, inkluża r-rakkomandazzjoni ta’ emendi għall-Ftehim;

    d. jżomm inventarju ta’ kwistjonijiet dwar sussidji jew għajnuniet mill-gvern imressqa minn xi Parti fil-Kumitat Konġunt;

    e. jieħu deċiżjonijiet, fuq bażi ta’ kunsens, dwar kull materja li tirrigwarda l-applikazzjoni tal-paragrafu 6 ta’ l-Artikolu 10.

    5. Il-Kumitat Konġunt għandu jopera fuq bażi ta’ kunsens.

    Artikolu 18

    L-Arbitraġġ

    1. Kull tilwima dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim, għajr kwistjonijiet li jqumu taħt l-Artikolu 19 jew l-Anness 2, li ma tkunx solvuta permezz ta’ laqgħa tal-Kumitat Konġunt tista’ bi ftehim mal-Partijiet titressaq quddiem persuna jew korp għal deċiżjoni. Jekk il-Partijiet ma jaqblux hekk, il-kwistjoni għandha, fuq talba ta’ kwalunkwe Parti, tiġi mressqa għal arbitraġġ skond il-proċeduri mniżżla hawn taħt.

    2. Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, l-arbitraġġ għandu jsir permezz ta’ tribunal ta’ tliet arbitri kkostitwit kif ġej:

    a. Fi żmien 20 jum mill-wasla tat-talba għall-arbitraġġ, kull Parti għandha tinnomina arbitru. Fi żmien 45 jum minn meta dawn iż-żewġ arbitri jkunu ġew nominati, huma għandhom bi ftehim jaħtru t-tielet arbitru, li għandu jaġixxi ta’ President tat-tribunal.

    b. Jekk xi Parti tonqos milli taħtar arbitru, jew jekk it-tielet arbitru ma jiġix maħtur skond is-subparagrafu a ta’ dan il-paragrafu, kull Parti tista’ titlob lill-President tal-Kunsill ta’ l-Organizzazzjoni ta’ l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali biex jaħtar l-arbitru jew l-arbitri meħtieġa fi żmien 30 jum mill-wasla ta’ dik it-talba. Jekk il-President tal-Kunsill ta’ l-Organizzazzjoni ta’ l-Avjazzjoni Ċivili jkun ta’ nazzjonalità ta’ l-Istati Uniti jew ta’ Stat Membru,il-Viċi President l-iktar anzjan ta’ dak il-Kunsill li m’huwiex skwalifikat għal dik ir-raġuni għandu jagħmel il-ħatra.

    3. Għajr fejn maqbul mod ieħor, it-tribunal għandu jiddetermina l-limiti tal-ġurisdizzjoni tiegħu skond dan il-Ftehim u għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess. Fuq talba ta’ xi Parti, it-tribunal, ladarba jkun iffurmat, jista’ jitlob lill-Parti l-oħra biex timplimenta miżuri interim ta’ rimedju sad-determinazzjoni finali tat-tribunal. B’ordni tat-tribunal jew fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, għandha ssir konferenza mhux iktar tard minn 15-il jum wara li t-tribunal ikun kostitwit kollu biex it-tribunal jiddetermina l-kwistjonijiet preċiżi għall-arbitraġġ u l-proċeduri speċifiċi li għandhom jiġu segwiti.

    4. Għajr fejn maqbul mod ieħor jew b’ordni tat-tribunal:

    a. L-istqarrija tat-talba għandha titressaq fi żmien 30 jum mid-data li fiha lt-tribunal ikun ġie kkostitwit kollu, u l-istqarrija tad-difiża għandha tiġi mressqa fi żmien l-40 jum ta’ wara. Kull tweġiba mill-attur għandha tiġi mressqa fi żmien 15-il jum mit-tressiq ta’ l-istqarrija tad-difiża. Kull tweġiba mill-konvenut għandha titressaq fi żmien il-15-il jum ta’ wara.

    b. It-tribunal għandu jagħmel smigħ fuq talba ta’ xi Parti, jew jista’ jagħmel smigħ fuq l-inizzjattiva tiegħu stess, fi żmien 15-il jum wara li titressaq l-aħħar tweġiba.

    5. It-tribunal għandu jipprova li jagħti deċiżjoni bil-miktub fi żmien 30 jum wara li jitlesta s-smigħ jew, jekk ma jsir l-ebda smigħ, fi żmien 30 jum wara li titressaq l-aħħar tweġiba . Id-deċiżjoni tal-maġġoranza tat-tribunal għandha tgħodd.

    6. Il-Partijiet jistgħu jressqu talbiet għal kjarifika tad-deċiżjoni fi żmien għaxart ijiem wara li tingħata u kwalunkwe kjarifika li tingħata għandha tinħareġ fi żmien 15-il jum minn tali talba.

    7. Jekk it-tribunal jiddeċiedi li kien hemm ksur ta’ dan il-Ftehim u l-Parti responsabbli ma tirrimedjax dan il-ksur, jew ma tilħaqx qbil mal-Parti l-oħra fuq soluzzjoni sodisfaċenti għat-tnejn fi żmien 40 jum wara n-notifika tad-deċiżjoni tat-tribunal, il-Parti l-oħra tista’ tissospendi l-applikazzjoni ta’ benefiċċji paragunabbli li joħorġu minn dan il-Ftehim sakemm il-Partijiet jaqblu fuq soluzzjoni għall-kwistjoni. Xejn f’dan il-paragrafu ma għandu jinftiehem bħala li jillimita d-dritt ta’ xi Parti li tieħu miżuri proporzjonali skond il-liġi internazzjonali.

    8. L-ispejjeż tat-tribunal, inklużi l-miżati u l-ispejjeż ta’ l-arbitri, għandhom jinqasmu ndaqs bejn il-Partijiet. L-ispejjeż kollha magħmula mill-President tal-Kunsill ta’ l-Organizzazzjoni ta’ l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, b’rabta mal-proċeduri tal-paragrafu 2b ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala parti mill-ispejjeż tat-tribunal.

    Artikolu 19

    Il-Kompetizzjoni

    1. Il-Partijiet jagħrfu li l-kompetizzjoni bejn il-linji ta’ l-ajru fis-suq transatlantiku hija importanti biex tippromwovi l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, u jikkonfermaw li huma japplikaw is-sistemi kompetittivi rispettivi tagħhom biex iħarsu u jtejbu l-kompetizzjoni ġenerali u mhux kompetituri individwali.

    2. Il-Partijiet jagħrfu li jistgħu jinqalgħu differenzi dwar l-applikazzjoni tas-sistemi kompetittivi rispettivi tagħhom għall-avjazzjoni internazzjonali li jaffetwaw is-suq transatlantiku, u li l-kompetizzjoni bejn il-linji ta’ l-ajru f’dak is-suq tista’ titrawwem billi jitnaqqsu kemm jista' jkun dawk id-differenzi.

    3. Il-Partijiet jagħrfu li l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni rispettivi tagħhom isservi biex tippromwovi kompetizzjoni fis-swieq u għandha l-potenzjal li tippromwovi riżultati regolatorji kompatibbli u li tnaqqas id-differenzi fil-metodu tar-reviżjonijiet rispettivi tal-kompetizzjoni fir-rigward ta’ ftehimiet bejn l-operaturi tat-trasport bl-ajru. B’riżultat ta’ dan, il-Partijiet għandhom ikattru din il-kooperazzjoni sa fejn huwa fattibbli, f’kunsiderazzjoni tar-responsabbiltajiet, kompetenzi u proċeduri differenti ta’ l-awtoritajiet, f’konformità ma’ l-Anness 2.

    4. Il-Kumitat Konġunt għandu jiġi mgħarraf kull sena bir-riżultati tal-kooperazzjoni taħt l-Anness 2.

    Artikolu 20

    It-Tieni Stadju ta’ Negozjati

    Il-Partijiet għandhom l-istess għan li jkomplu jiftħu l-aċċess għas-swieq u li jiksbu l-ogħla benefiċċji għall-konsumaturi, il-linji ta’ l-ajru, il-ħaddiema, u l-kommunitajiet fuq iż-żewġ naħat ta’ l-Atlantiku. Biex ikomplu dan il-proċess, il-Partijiet għandhom jiżviluppaw aġenda li tinkludi punti ta’ interess l-aktar importanti għal kull Parti. Il-Partijiet għandhom jibdew negozjati sa mhux iktar tard minn 60 jum wara d-data ta’ l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim, bl-għan li jiżviluppaw l-istadju li jmiss bla telf ta’ żmien.

    Artikolu 21

    Relazzjoni ma’ Ftehimiet Oħra

    1. Waqt il-perjodu ta’ l-applikazzjoni provviżorja skond l-Artikolu 24 ta’ dan il-Ftehim, il-ftehimiet bilaterali elenkati fis-sezzjoni 1 ta’ l-Anness 1, għandhom jiġu sospiżi, għajr safejn stipulat fis-sezzjoni 2 ta’ l-Anness 1.

    2. Mad-dħul fis-seħħ skond l-Artikolu 25 ta’ dan il-Ftehim, dan il-Ftehim għandu jieħu post il-ftehimiet bilaterali elenkati fis-sezzjoni 1 ta’ l-Anness 1, ħlief safejn stipulat fis-sezzjoni 2 ta’ l-Anness 1.

    3. Jekk il-Partijiet isiru partijiet fi ftehim multilaterali, jew japprovaw uffiċjalment deċiżjoni adottata mill-Organizzazzjoni ta’ l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali jew xi organizzazzjoni internazzjonali oħra, li tindirizza oqsma koperti b’dan il-Ftehim, huma għandhom jikkonsultaw fil-Kumitat Konġunt biex jiddeterminaw jekk dan il-Ftehim għandux jiġi rivedut biex jikkunsidra tali żviluppi.

    Artikolu 22

    It-Terminazzjoni

    Kull Parti tista’, f’kull waqt, tagħti avviż bil-miktub permezz ta’ kanali diplomatiċi lill-Parti l-oħra dwar id-deċiżjoni tagħha li tittermina dan il-Ftehim. Tali avviż għandu jintbagħat fl-istess ħin lill-Organizzazzjoni ta’ l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali. Dan il-Ftehim għandu jiġi tterminat f’nofsillejl GMT fi tmiem l-istaġun tat-traffiku ta’ l-International Air Transport Association (l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru) (IATA) li jkun għaddej sena wara d-data ta’ l-avviż ta’ terminazzjoni bil-miktub, sakemm l-avviż ma jiġix irtirat bi qbil bejn il-Partijiet qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu.

    Artikolu 23

    Ir-Reġistrazzjoni ma’ l-ICAO

    Dan il-Ftehim u l-emendi kollha miegħu għandhom jiġu reġistrati ma’ l-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (International Civil Aviation Organization, ICAO)

    Artikolu 24

    L-Applikazzjoni Provviżorja

    Sakemm jidħol fis-seħħ skond l-Artikolu 25:

    1. Il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim minn [A].

    2. Kull Parti tista’, f’kull waqt, tagħti avviż bil-miktub permezz ta’ kanali diplomatiċi lill-Parti l-oħra ta’ deċiżjoni biex ma tibqax tapplika aktar dan il-Ftehim. F’dak il-każ, l-applikazzjoni tieqaf f’nofsillejl GMT fi tmiem l-istaġun tat-traffiku ta’ l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA) li jkun għaddej sena wara d-data ta’ l-avviż bil-miktub, sakemm l-avviż ma jiġix irtirat bi qbil bejn il-Partijiet qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu.

    Artikolu 25

    Id-Dħul fis-Seħħ

    Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ xahar wara d-data ta’ l-aktar nota tard fi skambju ta' noti diplomatiċi bejn il-Partijiet li jikkonfermaw li l-proċeduri kollha neċessarji biex dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ ikunu tlestew. Għall-finijiet ta’ dan l-iskambju, l-Istati Uniti għandha twassal lill-Komunità Ewropea n-nota diplomatika lill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-Komunità Ewropea għandha twassal lill-Istati Uniti n-nota jew in-noti diplomatiċi mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. In-nota jew in-noti diplomatiċi mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandu jkun fihom il-komunikazzjonijiet minn kull Stat Membru li jikkonferma li l-proċeduri neċessarji tiegħu biex dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ tlestew.

    B’XIEHDA TA’ DAN, is-sottoskritti, bl-awtorizzazzjoni meħtieġa, iffirmaw dan il-Ftehim.

    MAGĦMUL fi [_____________] fi [_______] jum ta’ ________, 200__, b’żewġ kopji, fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża. Fil-każ ta’ diverġenza, it-test Ingliż għandu jegħleb il-lingwi l-oħra.

    GĦALL-ISTATI UNITI TA’ L-AMERIKA GĦAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA

    GĦAR-RENJU TAL-BELĠJU

    GĦAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU

    GĦAR-REPUBBLIKA ĊEKA

    GĦAR-RENJU TAD-DANIMARKA

    GĦAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA

    GĦAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA

    GĦAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA

    GĦAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA

    GĦAR-REPUBBLIKA ELLENIKA

    GĦAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA

    GĦALL-IRLANDA

    GĦAR-REPUBBLIKA TALJANA

    GĦAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA

    GĦAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA

    GĦALL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU

    GĦAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA

    GĦAR-RENJU TA’ L-OLANDA

    GĦAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA

    GĦAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA

    GĦAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA

    GĦAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA

    GĦAR-RENJU TA’ SPANJA

    GĦAR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA

    GĦAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ

    GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA

    ANNESS 1

    Sezzjoni 1

    Kif stipulat fl-Artikolu 21 ta’ dan il-Ftehim, il-ftehimiet bilaterali dwar it-trasport bl-ajru li ġejjin bejn l-Istati Uniti u l-Istati Membri għandhom jiġu sospiżi jew mibdula b’dan il-Ftehim:

    a. Ir-Repubblika ta’ l-Awstrija: Il-Ftehim dwar is-servizzi ta’ l-ajru, iffirmat fi Vjenna fis-16 ta’ Marzu, 1989; u emendat fl-14 ta’ Ġunju, 1995.

    b. Ir-Renju tal-Belġju: Il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru, li sar permezz ta’ skambju ta' noti f’Washington fit-23 ta’ Ottubru, 1980; emendat fit-22 ta’ Settembru u t-12 ta’ Novembru, 1986; emendat fil-5 ta’ Novembru, 1993 u fit-12 ta’ Jannar, 1994.

    (l-emenda konkluża fil-5 ta’ Settembru, 1995 (applikata b’mod provviżorju).)

    c. Ir-Repubblika Ċeka: Il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru, iffirmat fi Praga fl-10 ta’ Settembru, 1996; emendat fl-4 ta’ Ġunju, 2001 u fl-14 ta’ Frar, 2002.

    d. Ir-Renju tad-Danimarka: Il-Ftehim dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru, li sar permezz ta’ skambju ta' noti f’Washington fis-16 ta’ Diċembru, 1944; emendat fis-6 ta’ Awissu, 1954; u emendat fis-16 ta’ Ġunju, 1995.

    e. Ir-Repubblika tal-Finlandja: Il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru, iffirmat f’Ħelsinki fid-29 ta’ Marzu, 1949; il-protokoll relatat iffirmat fit-12 ta’ Mejju, 1980; il-ftehim li jemenda l-ftehim ta’ l-1949 u l-protokoll ta’ l-1980 konkluż fid-9 ta’ Ġunju, 1995.

    f. Ir-Repubblika Franċiża: Il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru, iffirmat f’Washington fit-18 ta’ Ġunju, 1998; emendat fl-10 ta’ Ottubru, 2000; u emendat fit-22 ta’ Jannar, 2002.

    g. Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja: Il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru u skambji ta’ noti, iffirmat f’Washington fis-7 ta’ Lulju, 1955; u emendat fil-25 ta’ April, 1989.

    (il-protokoll relatat konkluż fl-1 ta’ Novembru, 1978; il-ftehim konness konkluż fl-24 ta’ Mejju 1994; il-protokoll li jemenda l-ftehim ta’ l-1955 konkluż fit-23 ta’ Mejju, 1996; ftehim li jemenda l-protokoll ta’ l-1996 konkluż fl-10 ta’ Ottubru, 2000 (kollha applikati b’mod provviżorju).)

    h. Ir-Repubblika Ellenika: Il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru, iffirmat f'Ateni fil-31 ta' Awissu, 1991; u mtawwal sal-31 ta’ Lulju 2006 permezz tal-bdil tan-noti tad-19 u l-25 ta’ Lulju 2005.

    i. Ir-Repubblika ta’ l-Ungerija: Il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru u memorandum ta’ ftehim, iffirmat f’Budapest fit-12 ta’ Lulju, 1989; u mtawwal sat-12 ta’ Lulju, 2006 permezz tal-bdil tan-noti tat-12 ta’ Lulju u s-7 ta’ Novembru, 2005.

    j. L-Irlanda: Il-Ftehim dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru, li sar permezz ta’ skambju ta' noti f’Washington fit-3 ta’ Frar, 1945; emendat fil-25 ta’ Jannar 1988 u fid-29 ta' Settembru 1989; u emendat fil-25 ta’ Lulju u s-6 ta’ Settembru 1990.

    (Memorandum ta’ konsultazzjonijiet, iffirmat f’Washington fit-28 ta’ Ottubru, 1993 (applikat b’mod provviżorju).)

    k. Ir-Repubblika Taljana: Il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru, b’memorandum u skambju ta' noti, iffirmat f’Ruma fit-22 ta’ Ġunju, 1970; emendat fil-25 ta’ Ottubru, 1988; il-memorandum ta’ ftehim relatat, iffirmat fis-27 ta’ Settembru 1990; l-emendar tal-ftehim ta’ l-1970 u l-MOU (memorandum ta’ ftehim) ta’ l-1990 konkluż fit-22 ta’ Novembru u t-23 ta’ Diċembru, 1991; l-emendar tal-ftehim ta’ l-1970 u l-MOU ta’ l-1990 konkluż fit-30 ta’ Mejju u l-21 ta’ Ottubru, 1997; il-ftehim li jissupplimenta l-ftehim ta’ l-1970 konkluż fit-30 ta’ Diċembru 1998 u t-2 ta’ Frar, 1999.

    (Il-Protokoll li jemenda l-ftehim ta’ l-1970 konkluż fis-6 ta’ Diċembru 1999 (applikat b’mod provviżorju).)

    l. Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu: Il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru, iffirmat f'Lussemburgu fid-19 ta’ Awissu, 1986; emendat fis-6 ta’ Ġunju, 1995; u emendat fit-13 u l-21 ta’ Lulju 1998.

    m. Ir-Repubblika ta’ Malta: Il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru, iffirmat f’Washington fit-12 ta’ Ottubru, 2000.

    n. Ir-Renju ta’ l-Olanda: Il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru, iffirmat f’Washington fit-3 ta’ April, 1957; il-protokoll li jemenda l-ftehim ta’ l-1957 konkluż fil-31 ta’ Marzu, 1978; l-emendar tal-protokoll ta’ l-1978 konkluż fil-11 ta’ Ġunju, 1986; l-emendar tal-ftehim ta’ l-1957 konkluż fit-13 ta’ Ottubru u t-22 ta’ Diċembru, 1987; l-emendar tal-ftehim ta’ l-1957 konkluż fid-29 ta’ Jannar u t-13 ta’ Marzu, 1992; l-emendar tal-ftehim ta’ l-1957 u l-protokoll ta’ l-1978 konkluż fl-14 ta’ Ottubru, 1992.

    o. Ir-Repubblika tal-Polonja: Il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru, iffirmat f’Varsavja fis-16 ta’ Ġunju, 2001.

    p. Il-Repubblika Portugiża: Il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru, iffirmat f’Liżbona fit-30 ta’ Mejju, 2000.

    q. Ir-Repubblika Slovakka: Il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru, iffirmat fi Bratislava fit-22 ta’ Jannar, 2001.

    r. Ir-Renju ta’ Spanja: Il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru ffirmat f'Madrid fl-20 ta' Frar 1973; il-ftehim relatat ta' l-20 ta' Frar, il-31 u Marzu u s-7 ta' April 1987; l-emendar tal-ftehim ta’ l-1973 konkluż fil-31 ta’ Mejju, 1989; l-emendar tal-ftehim ta’ l-1973 konkluż fis-27 ta’ Novembru, 1991.

    s. Ir-Renju ta’ l-Iżvezja: Il-Ftehim dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru, li sar permezz ta’ skambju ta' noti f’Washington fis-16 ta’ Diċembru, 1944; emendat fis-6 ta’ Awissu, 1954; u emendat fis-16 ta’ Ġunju, 1995.

    t. Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq: Il-Ftehim dwar is-servizzi ta’ l-ajru u skambju ta’ ittri, iffirmati f’Bermuda fit-23 ta’ Lulju, 1977; il-ftehim dwar in-nollijiet ta’ l-ajru ta’ l-Atlantiku tat-Tramuntana, konkluż fis-17 ta’ Marzu, 1978; il-ftehim li jemenda l-ftehim ta’ l-1977, konkluż fil-25 ta’ April, 1978; il-ftehim li jimmodifika u jestendi l-ftehim ta’ l-1978 dwar in-nollijiet ta’ l-ajru ta’ l-Atlantiku tat-tramuntana konkluż fit 2 u d-9 ta’ Novembru, 1978; il-ftehim li jemenda l-ftehim ta’ l-1977, konkluż fl-4 ta’ Diċembru, 1980; il-ftehim li jemenda l-ftehim ta’ l-1977, konkluż fl-20 ta’ Frar, 1985; il-ftehim li jemenda l-Artikolu 7, l-Anness 2 u l-Anness 5 għall-ftehim ta’ l-1977, konkluż fil-25 ta’ Mejju, 1989; il-ftehim dwar l-emendar tal-ftehim ta’ l-1977; it-terminazzjoni ta’ l-Arbitraġġ Stati Unit/Renju Unit Dwar il-Ħlasijiet mill-Utenti fl-Ajurport ta’ Heathrow u t-talba għall-arbitraġġ magħmula mir-Renju Unit fin-nota ta’ l-ambaxxata tagħha Nru. 87 tat-13 ta’ Ottubru 1993 u s-soluzzjoni tal-kwistjonijiet li qanqlu dawk il-proċeduri, konklużi fil-11 ta’ Marzu, 1994; il-ftehim li jemenda l-ftehim ta’ l-1977, konkluż fis-27 ta’ Marzu, 1997.

    (l-arranġamenti, li qed jiġu applikati b’mod provviżorju, li jinsabu fil-memorandum tal-konsultazzjonijiet datat 11 ta’ Settembru, 1986; l-arranġamenti li jinsabu fl-iskambju ta’ ittri datati 27 ta’ Lulju, 1990; l-arranġamenti li jinsabu fil-memorandum ta’ konsultazzjonijiet tal-11 ta’ Marzu, 1991; arranġamenti li jinsabu fl-iskambju ta’ ittri datati 6 ta’ Ottubru, 1994; l-arranġamenti li jinsabu fil-memorandum ta’ konsultazzjonijiet tal-5 ta’ Ġunju, 1995; l-arranġamenti li jinsabu fl-iskambju ta’ ittri datati 31 ta’ Marzu u 3 ta’ April, 2000 (kollha applikati b’mod provviżorju).)

    Sezzjoni 2

    Minkejja s-sezzjoni 1 ta’ dan l-Anness, għaż-żoni li ma jintlaħqux bid-definizzjoni ta’ “territorju” fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim, il-ftehimiet fil-paragrafi (d) (Danimarka-Stati Uniti), (f) (Franza-Stati Uniti), u (t) (Renju Unit-Stati Uniti) ta’ dik is-sezzjoni għandhom ikomplu japplikaw, skond it-termini tagħhom.

    Sezzjoni 3

    Minkejja l-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim, il-linji ta’ l-ajru ta’ l-Istati Uniti ma għandhomx ikollhom id-dritt li jipprovdu servizzi li jġorru biss merkanzija, li mhumiex parti minn servizz li jaqdi l-Istati Uniti, għal jew minn punti fl-Istati Membri, għajr għal jew mir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, u r-Repubblika Slovakka.

    Sezzjoni 4

    Minkejja kull dispożizzjoni oħra ta’ dan il-Ftehim, din is-sezzjoni għandha tapplika għal-trasport bl-ajru f’taħlita ta’ titjiriet bi skeda u charter (bla skeda) bejn l-Irlanda u l-Istati Uniti b’effett mill-bidu ta’ l-istaġun tax-Xitwa 2006/2007 ta’ l-IATA sa’ l-aħħar ta’ l-istaġun tax-Xitwa 2007/2008 ta’ l-IATA.

    a. (i) Kull linja ta’ l-ajru ta’ l-Istati Uniti u l-Komunità tista’ topera 3 titjiriet bla waqfiet bejn l-Istati Uniti u Dublin għal kull titjira bla waqfiet li l-linja ta’ l-ajru topera bejn l-Istati Uniti u Shannon. Dan l-intitolament għal titjiriet bla waqfiet lejn Dublin għandhom jissejsu fuq medja ta’ operazzjonijiet tul il-perjodu tranżizzjonali intier ta’ tliet staġuni . Titjira titqies bħala titjira bla waqfiet lejn Dublin , jew bla waqfiet lejn Shannon, skond l-ewwel punt tad-dħul fi, jew l-aħħar punt tat-tluq minn, l-Irlanda .

    (ii) Ir-rekwiżit li jiġi servut Shannon fis-subparagrafu (a)(i) ta’ din is-Sezzjoni għandu jispiċċa jekk xi linja ta’ l-ajru tinawgura servizzi ta’ taħlita ta’ titjiriet bi skeda jew charter (bla skeda) bejn Dublin u l-Istati Uniti, f’iż-żewġ direzzjonijiet, mingħajr ma topera ta’ l-inqas titjira waħda bla waqfiet lejn Shannon għal kull tliet titjiriet bla waqfien lejn Dublin, imqassmin fil-medja fuq il-perjodu tat-tranżizzjoni.

    b. Għal servizzi bejn l-Istati Uniti u l-Irlanda, il-linji ta’ l-ajru tal-Komunità jistgħu jservu biss Boston, New York, Chicago, Los Angeles, u 3 punti oħra fl-Istati Uniti, li għandhom jiġu notifikati lill-Istati Uniti meta jingħażlu jew jinbidlu. Dawn is-servizzi jistgħu jitħaddmu vija punti intermedjarji fi Stati Membri oħra jew f’pajjiżi terzi.

    c. Code-sharing għandu jiġi awtorizzat bejn l-Irlanda u l-Istati Uniti vija punti oħra fil-Komunità Ewropea biss. Arranġamenti oħra ta’ ‘code-share’ jiġu kkunsidrati fuq il-bażi ta’ korteżija u reċiproċità.

    ANNESS 2

    Dwar

    Il-Kooperazzjoni Fir-rigward ta’ Kwistjonijiet ta’ Kompetizzjoni fl-Industrija tat-Trasport bl-Ajru

    Artikolu 1

    Il-kooperazzjoni kif stipulata f’dan l-Anness għandha titwettaq mid-Dipartiment tat-Trasport ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Parteċipanti”), f’konformità mal-funzjonijiet rispettivi tagħhom fl-indirizz ta’ kwistjonijiet tal-kompetizzjoni fl-industrija tat-trasport bl-ajru li jinvolvu lill-Istati Uniti u l-Komunità Ewropea.

    Artikolu 2

    Għan

    L-għan ta’ din il-kooperazzjoni huwa li:

    1. Ttejjeb il-fehim reċiproku ta’ l-applikazzjoni mill-Parteċipanti, tal-liġijiet, il-proċeduri u l-prattiċi fis-sistemi ta’ kompetizzjoni rispettivi tagħhom biex iħeġġu l-kompetizzjoni fl-industrija tat-trasport bl-ajru;

    2. Tiffaċilita l-fehim bejn il-Parteċipanti dwar l-impatt ta’ żviluppi fl-industrija tat-trasport bl-ajru fuq il-kompetizzjoni fis-suq internazzjonali ta’ l-avjazzjoni ; u

    3. Tnaqqas il-probabbiltà ta’ kunflitti fl-applikazzjoni tal-Parteċipanti tas-sistemi tal-kompetizzjoni rispettivi tagħhom għall-ftehimiet u arranġamenti kooperattivi oħra li għandhom impatt fuq is-suq transatlantiku.

    4. Tippromwovi metodi regolatorji kompatibbli għall-ftehimiet u arranġamenti kooperattivi oħra permezz ta’ fehim aħjar tal-metodoloġiji, tekniċi analitiċi li jinkludu d-definizzjoni tas-suq/swieq rilevanti u analiżi ta’ l-effetti fuq il-kompetizzjoni, u r-rimedji li l-Parteċipanti jużaw fir-reviżjonijiet indipendenti tagħhom tal-kompetizzjoni.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-fini ta’ dan l-Anness, il-frażi “kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni” tfisser il-liġijiet, proċeduri u prattiċi li jirregolaw l-eżerċizzju mill-Parteċipanti tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom fir-reviżjoni tal-ftehimiet u arranġamenti kooperattivi oħra bejn linji ta’ l-ajru fis-suq internazzjonali. Għall-Komunità Ewropea, dan jinkludi, iżda m’hux limitat għal, l-Artikoli 81, 82, u 85 tat-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u Regolamenti Implimentattivi tiegħu skond l-imsemmi Trattat, kif ukoll kull emenda tiegħu. Għad-Dipartiment tat-Trasport, dan jinkludi, iżda m’hux limitat għal, is-sezzjonijiet 41308, 41309, u 41720 tat-Titolu 49 tal-Kodiċi ta’ l-Istati Uniti, u r-Regolamenti Implimentattivi tiegħu u l-ġurisprudenza relatata miegħu.

    Artikolu 4

    L-Oqsma ta’ Kooperazzjoni

    Suġġetti għall-kwalifiki fis-subparagrafi 1(a) u 1(b) ta’ l-Artikolu 5, it-tipi ta’ kooperazzjoni bejn il-Parteċipanti għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

    (1) Laqgħat bejn ir-rappreżentanti tal-Parteċipanti, li għandhom jinkludu esperti tal-kompetizzjoni, bħala prinċipju fuq bażi ta’ sitt xhur, bl-għan li jiġu diskussi l-iżviluppi fl-industrija tat-trasport bl-ajru, kwistjonijiet ta’ politika tal-kompetizzjoni ta’ interess reċiproku, u metodi analitiċi fl-applikazzjoni tal-liġijiet tal-kompetizzjoni għall-avjazzjoni internazzjonali, partikorlarment fis-suq transaltlantiku. Id-diskussjonijiet ta’ hawn fuq jistgħu jwasslu għall-iżvilupp ta’ fehim aħjar tal-modi rispettivi kif il-Parteċipanti jittrattaw kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni inklużi dawk l-affarijiet komuni eżistenti u għal aktar kompatibbiltà f’dawk il-modi ta’ trattament, partikolarment fir-rigward tal-ftehimiet inter-carrier.

    (2) Konsultazzjonijiet kull ħin bejn il-Parteċipanti, permezz ta’ ftehim reċiproku jew fuq it-talba ta’ wieħed mill-Parteċipanti, biex jiddiskutu kwistjonijiet li jirrigwardaw dan l-Anness, inklużi każijiet speċifiċi.

    (3) Kull Parteċipant jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jistieden rappreżentanti ta’ awtoritajiet governattivi oħra biex jipparteċipaw kif ikun xieraq fi kwalunkwe laqgħat jew konsultazzjonijiet li jsiru skond il-paragrafi 1 jew 2 ta’ hawn fuq.

    (4) Avviżi f’waqthom tal-proċeduri jew kwistjonijiet li ġejjin, li fil-ġudizzju tal-Parteċipant li jagħti l-avviż jista’ jkollhom implikazzjonijiet sinifikanti għall-interessi tal-kompetizzjoni tal-Parteċipant l-ieħor:

    a. Fir-rigward tad-Dipartiment tat-Trasport, (i) proċeduri għar-reviżjoni ta’ applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ ftehimiet u arranġamenti oħra kooperattivi bejn il-linji ta’ l-ajru involuti fit-trasport internazzjonali bl-ajru, partikolarment ta’ immunità mill-anti-trust (proċeduri kontra l-kartelli) li tinvolvi linji ta’ l-ajru organizzati taħt il-liġijiet ta’ l-Istati Uniti u l-Komunità Ewropea, u (ii) il-wasla fid-Dipartiment tat-Trasport ta’ ftehim ta’ joint venture (impriża bi sħab), skond is-sezzjoni 41720 tat-Titolu 49 tal-Kodiċi ta’ l-Istati Uniti; u

    b. Fir-rigward il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, (i) proċeduri għar-reviżjoni ta’ ftehimiet u arranġamenti oħra kooperattivi bejn linji ta’ l-ajru li jinvolvu trasport internazzjonali bl-ajru, b’mod partikolari ta’ alleanzi u arranġamenti kooperattivi oħra li jinvolvu linji ta’ l-ajru organizzati taħt il-liġijiet ta’ l-Istati Uniti u l-Komunità Ewropea u (ii) kunsiderazzjoni ta’ eżenzjonijiet individwali jew ta’ grupp mill-liġi tal-kompetizzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea;

    (5) Avviżi tad-disponibbiltà, u kull kundizzjoni li tirregola dik id-disponibbiltà, ta’ informazzjoni u data ppreżentata lil Parteċipant, f’forma elettronika jew mod ieħor, li, fil-ġudizzju ta’ dak il-Parteċipant, jista’ jkollhom implikazzjonijiet sinifikanti għall-interessi tal-kompetizzjoni tal-Parteċipant l-ieħor, u u

    (6) Avviżi ta’ attivitajiet oħra bħal dawn relatati mal-politika tal-kompetizzjoni tat-trasport bl-ajru kif meqjusa xierqa mill-Parteċipant li jagħmel l-avviżi.

    Artikolu 5

    L-Użu u l-kxif ta’ Informazzjoni

    (1) Minkejja kull dispożizzjoni oħra ta’ dan l-Anness, l-ebda Parteċipant ma huwa mistenni li jipprovdi xi informazzjoni lill-Parteċipant l-ieħor jekk il-kxif ta’ l-informazzjoni lill-Parteċipant li jagħmel it-talba:

    a. huwa projbit bil-liġijiet, regolamenti jew prattiċi tal-Parteċipant sid ta’ l-informazzjoni; jew

    b. ikun inkompatibbli ma’ l-interessi importanti tal-Parteċipant sid ta’ l-informazzjoni.

    (2) Kull Parteċipant għandu safejn huwa possibbli jżomm il-konfidenzjalità ta’ kull informazzjoni mgħoddija lilu b’mod kunfidenzjali mill-Parteċipant l-ieħor skond dan l-Anness u li jopponi kull applikazzjoni għall-kxif ta’ tali informazzjoni lil terza parti li m’hijiex awtorizzata mill-Parteċipant li qed jgħaddi l-informazzjoni biex jirċievi l-informazzjoni. Kull Parteċipant għandu javża lill-Parteċipant l-ieħor kull meta xi informazzjoni proposta li tiġi skambjata f’diskussjonijiet jew b'xi mod ieħor tista’ tkun meħtieġa li tinkixef fi proċedura pubblika.

    (3) Fejn skond dan l-Anness Parteċipant jipprovdi informazzjoni fuq bażi kunfidenzjali lill-Parteċipant l-ieħor għall-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 2, dik l-informazzjoni għandha tintuża mill-Parteċipant li jirċeviha għal dik il-għan biss.

    Artikolu 6

    L-Implimentazzjoni

    (1) Kull Parteċipant qed jaħtar rappreżentant biex ikun responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet stabbiliti f’dan l-Anness.

    (2) Dan l-Anness, u l-attivitajiet kollha mwettqa mill-Parteċipant skond dan l-Anness stess, huma:

    a. maħsuba biex jitwettqu biss sa fejn hu konformi mal-liġijiet , regolamenti, u prattiċi kollha applikabbli għal dak il-Parteċipant; u

    b. maħsuba biex jitwettqu bla ħsara għall-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika rigward l-applikazzjoni tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tagħhom.

    [1] ĠU L ...

    Top