This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document COM:2004:736:FIN
Proposal for a Council Decision on the signature and provisional application of a Protocol to the Euro-Mediterranean Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Republic of Tunisia, of the other part, to take account of the accession of the Czech Republic, the Republic of Estonia, the Republic of Cyprus, the Republic of Hungary, the Republic of Latvia, the Republic of Lithuania, the Republic of Malta, the Republic of Poland, the Republic of Slovenia, and the Slovak Republic to the European Union # Proposal for a Council Decision on the conclusion of a Protocol to the Euro-Mediterranean Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Republic of Tunisia, of the other part, to take account of the accession of the Czech Republic, the Republic of Estonia, the Republic of Cyprus, the Republic of Hungary, the Republic of Latvia, the Republic of Lithuania, the Republic of Malta, the Republic of Poland, the Republic of Slovenia, and the Slovak Republic to the European Union
Proposta għal Deciżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuniżija, fuq in-naħa l-oħra, biex jikkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Cipru, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakja fl-Unjoni Ewropea
Proposta għal Deciżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri taghhom, fuq naħa, u r-Repubblika ta' Tuniżija, fuq in-naħa l-ohra, biex jikkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakja fl-Unjoni Ewropea
Proposta għal Deciżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuniżija, fuq in-naħa l-oħra, biex jikkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Cipru, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakja fl-Unjoni Ewropea
Proposta għal Deciżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri taghhom, fuq naħa, u r-Repubblika ta' Tuniżija, fuq in-naħa l-ohra, biex jikkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakja fl-Unjoni Ewropea
/* KUMM/2004/0736 finali - AVC 2004/0265 */
Proposta għal Deciżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuniżija, fuq in-naħa l-oħra, biex jikkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Cipru, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakja fl-Unjoni Ewropea /* KUMM/2004/0736 finali - AVC 2004/0265 */
Brussel 29.10.2004 KUMM(2004) 736 finali 2004/0265 (AVC) Proposta għal DECIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuniżija, fuq in-naħa l-oħra, biex jikkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Cipru, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakja fl-Unjoni Ewropea Proposta għal DECIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri taghhom, fuq naħa, u r-Repubblika ta' Tuniżija, fuq in-naħa l-ohra, biex jikkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakja fl-Unjoni Ewropea (preżentati mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Skond il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2) ta’ l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda ta' l-UE fl-UE, l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda ta’ l-UE għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju għandu jkun miftiehem permezz ta’ Protokoll għal dan il-Ftehim. L-istess Artikolu jipprovdi proċedura semplifikata, li bih il-Protokoll għandu jkun konkluż mill-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu f’isem l-Istati Membri, u mill-pajjiż terż konċernat. Din il-proċedura hi mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Komunità. Fl-10 ta’ Frar 2004, il-Kunsill approva mandat lill-Kummissjoni biex tinnegozja Protokoll simili mar-Repubblika tat-Tuniżija. Dawn in-negozjati kienu minn dak iż-żmien ’il hawn kompluti għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni. It-test tal-Protokoll kien inizjalat mill-Kummissjoni u l-awtoritajiet Tuniżini fit-18 ta’ Ġunju 2004 f’Tunis. Il-proposti mehmużin huma għal (1) Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Protokoll u (2) Deċiżjoni tal- Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll. It-test tal-Protokoll negozjat mat-Tuniżija huwa mehmuż. L-aspetti l-aktar importanti tal-Protokoll huma d-disposizzjonijiet għall-adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Tuniżija, l-adattament tal-Protokoll dwar il-prodotti agrikoli u l-inklużjoni tal-lingwi uffiċjali ġodda ta' l-UE. Il-Kummissjoni se titlob lill-Kunsill biex japprova l-abbozz mehmuz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Protokoll. Il-Parlament Ewropew se jkun mitlub biex jagħti l-kunsens tiegħu għal dan il-Protokoll. Proposta għal DECIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuniżija, fuq in-naħa l-oħra, biex jikkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Cipru, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakja fl-Unjoni Ewropea IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien mat-Tieni Sentenza ta’ l-Ewwel Subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 6(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Fl-10 ta’ Frar, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex tiftaħ in-negozjati mat-Tuniżija bl-iskop li jkun aġġustat il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuniżija, fuq in-naħa l-oħra, biex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda fl-UE. (2) Dawn in-negozjati kienu minn dak iż-żmien ’il hawn konklużi għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni. (3) It-test tal-Protokoll negozjat mar-Repubblika tat-Tuniżija jippovdi, fl-Artikolu 12(3), għall-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. (4) Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu aktar ’il quddiem, il-Protokoll għandu jkun iffirmat f’isem il-Komunità u jkun applikat proviżorjament, IDDECIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-President tal-Kunsill hu b’dan il-mezz awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) li jkollha (jkollhom) is-segħta jiffirma(w), f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuniżija, fuq in-naħa l-oħra, biex tkun kunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ l-Ungarija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u ir-Repubblika tas-Slovakja fl-Unjoni Ewropea. It-test tal-Protokoll hu mehmuz ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-Ftehim għandu jkun applikat proviżorjament mill-ewwel jum tax-xahar li jsegwi l-ġurnata li fiha jkun iffirmat, suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu aktar ’il quddiem. Magħmula fi Brussel, Għall-Kunsill Il-President 2004/0265 (AVC) Proposta għal DECIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri taghhom, fuq naħa, u r-Repubblika ta' Tuniżija, fuq in-naħa l-ohra, biex jikkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakja fl-Unjoni Ewropea IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien ma’ Artikolu 300(2) l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza, u t-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 300(3), Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 6(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew, Billi: (1) Il-Protokoll tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuniżija, fuq in-naħa l-oħra, kien iffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha dwar (2) Il-Protokoll għandu jkun approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Waħdieni Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika ta' Tuniżija, fuq in-naħa l-oħra, biex jikkunsidra l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakja fl-Unjoni Ewropea, hu b’din il-mezz approvat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. It-test tal-Protokoll hu mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Magħmula fi Brussel, Għall-Kunsill Il-Presiden PROTOKOLL għall-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tunisija, fuq in-naħa l-oħra, biex tkun ikkunsidrata l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungarija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakja Ir-Renju tal-Belġju Ir-Repubblika Ċeka Ir-Renju tad-Danimarka, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Repubblika ta’ l-Estonja Ir-Repubblika Griega, Ir-Repubblika ta’ Spanja, Ir-Repubblika ta’ Franza, L-Irlanda, Ir-Repubblika ta’ l-Italja, Ir-Repubblika ta’ Ċipru Ir-Repubblika tal-Latvja Ir-Repubblika tal-Litwanja Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Ir-Repubblika ta’ l-Ungarija Ir-Repubblika ta’ Malta Ir-Renju ta’ l-Olanda, Ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, Ir-Repubblika tal-Polonja Ir-Repubblika tal-Portugall, Ir-Repubblika tas-Slovenja Ir-Repubblika tas-Slovakja Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju ta’ l-Isvezja, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, (hawn taħt imsejħin «l-Istati Membri tal-KE»), rappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea, (hawn taħt imsejħa “Komunità”), rappreżentata mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea tal-Kummissjoni Ewropea fuq naħa u mir-Repubblika Tuniżina, hawn taħt imsejħa “Tuniżija” fuq in-naħa l-oħra jikkunsidraw dan li ġej: (1) Il-Ftehim Ewro-Mediterranju jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u r-Repubblika Tuniżina, fuq in-naħa l-oħra, hawn taħt imsejjaħ "Ftehim Ewro-Mediterranju", kien iffirmat fi Brussel fis-17 ta' Lulju 1995 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marżu 1998. (2) It-Trattat li għandu x'jaqsam ma' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungarija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakja fl-Unjoni Ewropea (hawn taħt imsejjaħ «Trattat ta’ l-Adeżjoni») kien iffirmat f’Ateni fis-16 ta’ April 2003 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004. (3) B'konformità ma’ l-Artikolu 6(2) ta’ l-Att anness mat-Trattat ta’ l-Adeżjoni, l-adeżjoni tal-partijiet kontrattanti ġodda għall-Ftehim Ewro-Mediterranju hi approvata permezz tal-konklużjoni tal-Protokoll għal dan il-Ftehim. (4) Il-konsultazzjonijiet previsti għall-Artikolu 23(2) tal-Ftehim Ewro-Mediterranju seħħu sabiex jassiguraw li kienu kkunsidrati l-interessi reċiproki tal-Komunità u tat-Tuniżija. JAQBLU DWAR DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungarija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakja isiru Partijiet Kuntrattanti għall-Ftehim Ewro-Mediterranju konkluż bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuniżija, fuq in-naħa l-oħra, u jieħdu nota u jadottaw rispettivament, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, it-testi tal-Ftehim kif ukoll id-dikjarazzjonijiet komuni, dikjarazzjonijiet u skambji ta’ ittri. Artikolu 2 Sabiex ikunu kkunsidrati l-iżviluppi istituzzjonali reċenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Partijiet jaqblu li, wara li skada t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, id-disposizzjonijiet tal-Ftehim li jirriferi għall-Komunità Ewropea, li reġgħet ħadet id-drittijiet u l-obbligi kuntrattwali mill-Komunità Ewropea tal-Faħam u ta’ l-Azzar. EMENDI MAGĦMULA FIT-TEST TAL-FTEHIM EWRO-MEDITERRANJU U NOTEVOLMENT LILL-PROTOKOLLI Artikolu 3 (prodotti agrikoli) 1) L-Artikolu 3(1) u (2) tal-Protokoll Nru 1 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni hu sostitwit bit-test li ġej: 1. L-importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa mhux ipproċessat, li jaqa' taħt il-kowds NC 1509 10 10 u 1509 10 90, ottenut kompletament mit-Tuniżija u trasportat direttament minn dan il-pajjiż għall-Komunità, huma aċċettati mill-1 ta’ Jannar 2001, fil-Komunità, bla ebda dazju, fil-limitu ta' kwantità ta’ 50 000 tunnellata. Kwantità annwali ta’ 700 tunnellata hi miżjuda magħhom mill-1 ta’ Mejju 2004. 2. Din il-kwantità se tkun miżjuda mill-1 ta’ Jannar 2002, kull sena, għal ċifra ta' 1 500 tunnellata matul perijodu ta’ 4 snin sabiex tinlaħaq kwantità annwali ta’ 56 700 tunnellata mill-1 ta’ Jannar 2005. 2) Fit-Tabella li tidher fl-Anness tal-Protokoll Nru 1 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li għandha x’taqsam mas-sistema applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti agrikoli li joriġinaw mit-Tuniżija, il-linja li tikkonċerna l-konċessjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kowd NC 1509 10 hi sostitwita mil-linja li ġejja : +++++ TABLE +++++ Artikolu 4 (Regoli ta’ l-oriġini) Il-Protokoll 4 hu emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 19 (4) hu emendat kif ġej : Iċ-ċertifikati ta' ċirkulazzjoni EUR.1 mogħtija retrospettivament għandhom ikollhom miktub wieħed minn dawn it-titli : ES « EXPEDIDO A POSTERIORI » CS « VYSTAVENO DODATEČNĔ » DA « UDSTEDT EFTERFØLGENDE » DE « NACHTRÄGLICH AUSGESTELLT » ET « VÄLJA ANTUD TAGASIULATUVALT » EL « ΕΚΔΟΘΕΝ ΕΚ ΤΩΝ ΥΣΤΕΡΩΝ » EN « ISSUED RETROSPECTIVELY » FR « DÉLIVRÉ À POSTERIORI » IT « RILASCIATO A POSTERIORI » LV « IZSNIEGTS RETROSPEKTĪVI » LT « RETROSPEKTYVUSIS IŠDAVIMAS » HU « KIADVA VISSZAMENŐLEGES HATÁLLYAL » MT « MAĦRUĠ RETROSPETTIVAMENT » NL « AFGEGEVEN A POSTERIORI » PL « WYSTAWIONE RETROSPEKTYWNIE » PT « EMITIDO A POSTERIORI » SL « IZDANO NAKNADNO » SK « VYDANÉ DODATOČNE » FI « ANNETTU JÄLKIKÄTEEN » SV « UTFÄRDAT I EFTERHAND » AR [pic] 2. It-test ta' l-Artikolu 20 (2) hu emendat kif ġej : Id-duplikat kif inhu mogħti għandu jkollu miktub wieħed minn dawn it-titli li ġejjin: ES « DUPLICADO » CS « DUPLIKÁT » DA « DUPLIKÁT » DE « DUPLIKAT » ET « DUPLIKAAT » EL « ΑΝΤΙΓΡΑΦΟ » EN « DUPLICATE » FR « DUPLICATA » IT « DUPLICATO » LV « DUBLIKĀTS » LT « DUBLIKATAS » HU « MÁSODLAT » MT « DUPLIKAT » NL « DUPLICAAT » PL « DUPLIKAT » PT « SEGUNDA VIA » SL « DVOJNIK » SK « DUPLIKÁT » FI « KAKSOISKAPPALE » SV « DUPLIKAT » AR [pic] 3. L-Artikolu 22(4) hu emendat kif gej : Fil-każijiet indikati fil-Paragrafu 3, il-punt (a), il-kaxxa “Osservazzjonijiet” taċ-ċeritifikat EUR.1 iġġib it-titli li ġejjin: «PROCEDIMIENTO SIMPLIFICADO», «FORENKLET PROCEDURE», «VEREINFACHTES VERFAHREN», «AΠΛΟΥΣΤΕΥΜΕΝΗ ΔΙΑΔΙΚΑΣΙΑ», «SIMPLIFIED PROCEDURE», «PROCÉDURE SIMPLIFIÉE», «PROCEDURA SEMPLIFICATA,», «VEREENVOUDIGDE PROCEDURE», «PROCEDIMENTO SIMPLIFICADO», «YKSINKERTAISTETTU MENETTELY», «FÖRENKLAT FÖRFARANDE», «ZJEDNODUšENÝ POSTUP-čLÁNEK», «LIHTSUSTATUD TOLLIPROTSEDUUR», «VIENKARšOTA PROCEDURA», «SUPAPRASTINTA PROCEDURA», « EGYSZERűSÍTETT ELJÁRÁS», « PROCEDURA SIMPLIFIKATA», «PROCEDURA UPROSZCZONA», « POENOSTAVLJEN POSTOPEK», «ZJEDNODUšENÝ POSTUP », [pic] Artikolu 5 (Presidenza tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni) L-Artikolu 82(3) hu emendat kif ġej : "Il-presidenza tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni hi eżerċitata fuq bażi ta’ rotazzjoni permezz ta' rappreżentant tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u rappreżentant tal-gvern tar-Repubblika Tuniżina" DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI Artikolu 6 (evidenzi ta’ l-oriġini u kooperazzjoni amministrattiva) 1. L-evidenzi ta’ l-oriġini mogħtija b’konformità mit-Tuniżija jew wieħed mill-Istati Membri fl-ambitu ta' akkordji preferenzjali jew ta' sistemi awtonomi applikati bejnhom huma aċċettati fil-pajjiżi rispettivi, bil-kondizzjoni li: a) l-akkwist ta' dan l-oriġini jagħti trattament ta’ tariffi preferenzjali skond il-miżuri ta’ tariffi preferenzjali previsti kemm fil-Ftehim Ewro-mediterranju kemm fl-iskema Komunitarja ta’ preferenzi ġeneralizzati; b) l-evidenza ta' l-oriġini u d-dokumenti ta' trasport setgħu ngħataw mhux aktar tard mill-ġurnata li tippreċiedi d-data ta' l-adeżjoni; c) l-evidenza ta’ l-oriġini għandha tkun sottomessa lill-awtoritajiet tad-dwana mhux aktar tard minn erba’ xhur mid-data ta' adeżjoni. Meta l-merkanziji jkunu dikjarati għal finijiet ta’ importazzjoni fit-Tuniżija jew fi Stat Membru ġdid, qabel id-data ta’ adeżjoni, fl-ambitu ta' akkordji preferenzjali jew ta' sistemi awtonomi applikati bejn it-Tuniżija u l-Istat Membru ġdid f’dak il-mument, l-evidenza ta’ l-origini li kienet mogħtija b’mod retrospettiv fl-ambitu ta' dawn l-akkordji u sistemi tista’ tkun ukoll aċċettata bil-kondizzjoni li hi tkun preżentata lill-awtoritajiet tad-dwana mhux aktar tard minn erba’ xhur mid-data ta’ adeżjoni. 2. It-Tuniżija u l-Istati Membri ġodda għandhom id-dritt li jżommu l-awtorizzazzjonijiet li jagħtu l-l-istatus "ta' esportatur awtorizzat" fl-ambitu ta' akkordji preferenzjali jew ta' sistemi awtonomi applikati bejniethom, bil-kondizzjoni li: a) disposizzjoni simili hi diġà prevista fl-Ftehim konkluż qabel id-data ta’ adeżjoni bejn it-Tuniżija u l-Komunità; b) l-esportatur awtorizzat japplika r-regoli ta’ l-oriġini fis-seħħ skond dan il-Ftehim. Mhux aktar tard minn sena wara d-data ta’ adeżjoni, l-awtorizzazzjonijiet huma sostitwiti minn awtorizzazzjonijiet ġodda mogħtija b'konformità mal-kondizzjonijiet tal-Ftehim. 3. Id-domandi ta’ verifikazzjoni retrospettiva ta' l-evidenzi mogħtija ta' l-oriġini skond l-akkordji preferenzjali jew is-sistemi awtonomi indikati fil-Paragrafi 1 u 2 hawn fuq huma aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti ta' dwana tat-Tuniżija jew ta’ l-Istati Membri ġodda matul perijodu ta’ tliet snin li jsegwu l-ħruġ ta' l-evidenza konċernata ta' l-oriġini u jistgħu jkunu preżentati mill-awtoritajiet matul perijodu ta’ tliet snin wara l-aċċettazzjoni ta' l-evidenza ta' l-oriġini mogħtija lil dawn l-awtoritajiet biex issostni dikjarazzjoni ta' importazzjoni. Artikolu 7 (merkanziji li qed jinġarru) 1. Id-disposizzjonijiet tal-Ftehim Ewro-Mediterranju jistgħu jkunu applikabbli għall-merkanziji, esportati mit-Tuniżija lejn wieħed mill-Istati Membri ġodda jew minn wieħed minn dawn ta' l-aħħar lejn it-Tuniżija, li huma konformi mad-disposizzjonijiet tal-Protokoll 4 u li, fid-data ta' l-adeżjoni, qed jinġarru jew huma f'depost temporanju, f'maħżen tad-dwana jew f'żona ħielsa fit-Tuniżija jew f'dan l-Istat Membru ġdid. 2. It-trattament preferenzjali jista’ jkun mogħti f’dawn il-każijiet, bil-kondizzjoni li evidenza mogħtija b’mod retrospettiv ta’ l-oriġini mill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż esportatur tkun preżentata lill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatur, mhux aktar tard minn erba’ xhur li jibdew jingħaddu mid-data ta’ adeżjoni. DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI Artikolu 8 It-Tuniżija tintrabat li ma tippreżenta l-ebda rikjesta, domanda jew riferiment u li ma temendax jew tirtira l-ebda konċessjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV(6) u l-Artikolu XXVIII tal-GATT b’konnessjoni mat-tkabbir tal-Komunità. Artikolu 9 Għas-sena 2004, iż-żieda tal-volum tal-kwoti tat-tariffi eżistenti għall-importazzjonijiet taż-żejt taż-żebbuġa mhux ipproċessat se jkun ikkalkulat permezz ta’ prorata tal-volumi bażiċi, filwaqt li jkun ikkunsidrat il-perijodu taż-żmien li jkun għadda qabel l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll. Artikolu 10 Dan il-Protokoll jagħmel parti integrali mill-Ftehim Ewro-Mediterranju. L-Annessi ta’ dan il-Protokoll jagħmlu parti integrali minnu. Artikolu 11 1. Dan il-Protokoll hu approvat mill-Kummissjoni, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri u mir-Repubblika tat-Tuniżija, b’konformità mal-proċeduri adatti tagħhom. 2. L-instrumenti ta’ approvazzjoni huma reġistrati fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea. Artikolu 12 1. Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ l-istess jum tat-Trattat ta' l-Adeżjoni, bir-riżerva li l-istrumenti ta' approvazzjoni ta' dan il-Protokoll ikunu reġistrati qabel din id-data. 2. Jekk l-istrumenti ta’ approvazzjoni kollha ta’ dan il-Protokoll ma jkunux ġew reġistrati qabel din id-data, dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ l-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar li jsegwi d-data tar-reġistrazzjoni ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni. 3. Jekk il-kondizzjoni numerata tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mhix osservata, dan il-Protokoll japplika b’mod proviżorju b’effett mill-1 jum tax-xahar li jsegwi dak tad-data tal-firma tiegħu. Artikolu 13 Dan il-Protokoll hu miktub f’kopja doppja f’kull lingwa uffiċjali tal-Partijiet Kuntrattanti, b’kull wieħed minn dawn it-testi huwa daqsinsew awtentiku. Artikolu 14 It-test tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, inklużi l-Annessi u l-Protokolli li jagħmlu parti integrali minnu, kif ukoll it-test ta’ l-Att finali u d-dikjarazzjonijiet annessi fih huma miktuba biċ-Ċek, bl-Estonjan, bl-Ungariż, bil-Latvjan, bil-Litwanjan, bil-Malti, bil-Pollakk, bis-Slovakk, bis-Sloven u huma awtentiċi daqsinsew it-testi oriġinali. Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni approva dawn it-testi. GĦALL-ISTATI MEMBRI GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA GĦAR-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA