EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2011:098:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 98, 13 ta' April 2011


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.098.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 98

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
13 ta' April 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2011 tat-12 ta’ April 2011 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċertu ħut u ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Bożnija u Ħerzegovina

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 355/2011 tat-8 ta’ April 2011 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Montasio (DPO)]

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 356/2011 tat-12 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2010 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti

8

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 357/2011 tat-12 ta’ April 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

9

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 358/2011 tat-12 ta’ April 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/233/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni b’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEAG/2010/010 CZ/Unilever mir-Repubblika Ċeka)

13

 

 

2011/234/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' April 2011 li tikkonċerna n-noninklużjoni tad-diklobenil fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2437)  ( 1 )

14

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2011 tal-11 ta' April 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 297/2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima ( ĠU L 97, 12.4.2011 )

16

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 354/2011

tat-12 ta’ April 2011

li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċertu ħut u ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Bożnija u Ħerzegovina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) No 594/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (1), b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni”), ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-16 ta’ Ġunju 2008. Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni qiegħed fil-proċess ta’ ratifika.

(2)

Fis-16 ta’ Ġunju 2008, ġie konkluż Ftehim Interim dwar in-negozju u materji oħra marbuta man-negozju bejn il-Komunità Ewropa minn naħa, u u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (2) (“il-Ftehim Interim”), li ġie approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/474/KE (3). Il-Ftehim Interim jipprovdi għad-dħul fis-seħħ bikri tad-dispożizzjonijiet kummerċjali u marbuta mal-kummerċ tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Dan daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008.

(3)

Il-Ftehim Interim u l-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jipprovdu li ċertu ħut u ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Bożnja u Ħerzegovina jistgħu jkunu importati fl-Unjoni Ewropea, fil-limiti tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni (“kwoti”), b’rata ta’ dazju mnaqqsa jew rata żero.

(4)

Il-kwoti tariffarji stipulati fil-Ftehim Interim u fil-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni huma annwali u ġew adottati għal żmien indeterminat. Jeħtieġ li jinfetħu l-kwoti tariffarji għall-2008 u għas-snin ta’ wara u li jiġi pprovdut għal sistema komuni għall-ġestjoni tagħhom.

(5)

Din il-ġestjoni komuni għandha tiżgura li l-importaturi kollha fl-Unjoni Ewropea jkollhom aċċess indaqs u kontinwu għall-kwoti tariffarji u li r-rati stipulati għall-kwoti huma applikati mingħajr interruzzjoni għall-importazzjonijiet kollha tal-prodotti in kwistjoni lejn l-Istati Membri kollha sakemm il-kwoti jintużaw kollha. Sabiex tkun żgurata l-effiċjenza tas-sistema, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jiġbdu mill-volumi tal-kwoti l-kwantitajiet meħtieġa li jikkorrispondu għall-importazzjonijiet attwali. Hija meħtieġa kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u din tal-aħħar għandha partikolarment tkun tista’ timmonitorja r-rata ta’ kif qed jintużaw il-kwoti u tgħarraf lill-Istati Membri skont dan. Għal raġunijiet ta’ ħeffa u effiċjenza, il-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandha, sa fejn ikun possibli, isseħħ bi trażmissjoni elettronika.

(6)

Il-kwoti miftuħa minn dan ir-Regolament għandhom għalhekk jiġu ġestiti skont is-sistema tal-ġestjoni tal-kwoti tariffarji mfassla biex jintużaw skont l-ordni kronoloġiku tad-dati tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tad-dwana pprovduta fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4).

(7)

Billi l-Ftehim Interim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u għandu jibqa’ fis-seħħ wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ħut u prodotti tal-ħut li joriġinaw mill-Bożnja u Ħerzegovina u li huma elenkati fl-Anness li jitqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni Ewropea, għandhom igawdu minn rata ta’ dazju mnaqqsa jew rata żero, fil-livelli u fi ħdan il-limiti tal-kwoti tariffarji annwali tal-Unjoni stipulati fl-Anness.

Sabiex igawdu minn dawn ir-rati preferenzjali, il-prodotti in kwistjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn prova tal-orġini kif ipprovdut fil-Protokoll 2 tal-Ftehim Interim mal-Bożnija u Ħerzegovina jew fil-Protokoll 2 tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Bożnija u Ħerzegovina.

Artikolu 2

1.   Il-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

2.   Komunikazzjonijiet li jirreferu għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu effettwati, sa fejn ikun possibbli, permezz ta’ trażmissjoni elettronika.

Artikolu 3

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw flimkien sabiex jiżguraw l-osservanza ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 169, 30.6.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 169, 30.6.2008, p. 13.

(3)  ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li m’għandhomx aktar minn valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali ddeterminata, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, mill-kopertura tal-Kodiċijiet tan-NM. Fejn ex kodiċijiet NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi meħuda flimkien.

ĦUT U PRODOTTI TAS-SAJD

Nru tal-Ordni

kodiċi NM

suddiviżjoni tat-TARIC

Deskrizzjoni

Volum tal-kwota tariffarja annwali (piż nett f’tunnellati)

Rata ta’ dazju tal-kwota

09.1594

0301 91 10

 

Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster): ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor ta’ ħut; dqiq, pasta u gerbub (pelits), tajbin għall-konsum mill-bniedem

60 tunnellata

Eżenti

0301 91 90

 

0302 11 10

 

0302 11 20

 

0302 11 80

 

0303 21 10

 

0303 21 20

 

0303 21 80

 

0304 19 15

 

0304 19 17

 

ex 0304 19 19  (1)

30

ex 0304 19 91

10

0304 29 15

 

0304 29 17

 

ex 0304 29 19  (2)

30

ex 0304 99 21

11 , 12 , 20

ex 0305 10 00

10

ex 0305 30 90

50

0305 49 45

 

ex 0305 59 80

61

ex 0305 69 80

61

09.1595

0301 93 00

 

Karpjun: ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor ta’ ħut; dqiq, pasta u gerbub (pelits), tajbin għall-konsum mill-bniedem

130 tunnellata

Eżenti

0302 69 11

 

0303 79 11

 

ex 0304 19 19  (1)

20

ex 0304 19 91

20

ex 0304 29 19  (2)

20

ex 0304 99 21

16

ex 0305 10 00

20

ex 0305 30 90

60

ex 0305 49 80

30

ex 0305 59 80

63

ex 0305 69 80

63

09.1596

ex 0301 99 80

80

sparidae (Dentex dentex u Pagellus spp.): ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor ta’ ħut; dqiq, pasta u gerbub (pelits), tajbin għall-konsum mill-bniedem

30 tunnellata

Eżenti

0302 69 61

 

0303 79 71

 

ex 0304 19 39

80

ex 0304 19 99

77

ex 0304 29 99

50

ex 0304 99 99

20

ex 0305 10 00

30

ex 0305 30 90

70

ex 0305 49 80

40

ex 0305 59 80

65

ex 0305 69 80

65

09.1597

ex 0301 99 80

22

Spnott (Dicentrarchus labrax): ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor ta’ ħut; dqiq, pasta u gerbub (pelits), tajbin għall-konsum mill-bniedem

30 tunnellata

Eżenti

0302 69 94

 

ex 0303 77 00

10

ex 0304 19 39

85

ex 0304 19 99

79

ex 0304 29 99

60

ex 0304 99 99

70

ex 0305 10 00

40

ex 0305 30 90

80

ex 0305 49 80

50

ex 0305 59 80

67

ex 0305 69 80

67

09.1598

1604 13 11

 

Sardin ippreparat jew ippreżervat

50 tunnellata

6  %

1604 13 19

 

ex 1604 20 50

10 , 19

09.1599

1604 16 00

 

Inċova ppreparata jew ippreżervata

50 tunnellata

12,5  %

1604 20 40

 


(1)  Mill-1 ta’ Jannar 2010 il-kodiċi NM ex 0304 19 19 nbidel għal ex 0304 19 18.

(2)  Mill-1 ta’ Jannar 2010 il-kodiċi NM ex 0304 29 19 nbidel għal ex 0304 29 18.


13.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 355/2011

tat-8 ta’ April 2011

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Montasio (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu (17)(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Montasio”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 (3).

(2)

Minħabba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4) skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19.

(4)  ĠU C 212, 5.8.2010, p. 9.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobon

L-ITALJA

Montasio (DPO)


13.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 356/2011

tat-12 ta’ April 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2010 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 43(f) u (j) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2010 (2) jistipula li t-trab tal-ħalib maħżun qabel l-1 ta’ Novembru 2009 huwa disponibbli għall-bejgħ permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti. Għall-fini ta’ ċarezza, huwa xieraq li tiġi ffissata l-unità ta’ kejl li għandu jirreferi għaliha l-prezz propost.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 447/2010 jistipula li t-tressiq tal-offerti għal sejħiet individwali għall-offerti għandu jsir fl-ewwel u t-tielet nhar ta’ Tlieta tax-xahar. Is-sitwazzjoni attwali tas-suq tal-prodotti tal-ħalib tippermetti li jitnaqqas l-għadd ta’ sejħiet individwali għall-offerti għal darba fix-xahar.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 447/2010 għaldaqstant għandu jkun emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 447/2010 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fl-Artikolu 1, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Il-prezz propost għandu jkun il-prezz għal kull 100 kilogramma ta’ prodotti.”

(b)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Il-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti għal sejħiet individwali għall-offerti għandu jkun il-11:00 (ħin ta’ Brussell) tat-tielet nhar ta’ Tlieta tax-xahar. Madankollu, f’Awwissu għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) tar-raba’ nhar ta’ Tlieta, u f’Diċembru għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) tat-tieni nhar ta’ Tlieta tax-xahar. Jekk it-Tlieta tkun festa pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) tal-ġurnata tax-xogħol ta’ qabel.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Neelie KROES

Viċi-President


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 126, 22.5.2010, p. 19.


13.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 357/2011

tat-12 ta’ April 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ April 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

74,4

JO

68,6

MA

47,4

TN

113,1

TR

83,5

ZZ

77,4

0707 00 05

EG

152,2

TR

136,6

ZZ

144,4

0709 90 70

MA

82,8

TR

112,8

ZA

15,5

ZZ

70,4

0805 10 20

EG

60,2

IL

77,0

MA

50,4

TN

47,1

TR

73,9

ZZ

61,7

0805 50 10

EG

53,5

TR

50,7

ZZ

52,1

0808 10 80

AR

105,9

BR

82,2

CA

114,9

CL

92,2

CN

122,4

MK

50,2

NZ

122,7

US

121,4

UY

57,7

ZA

86,0

ZZ

95,6

0808 20 50

AR

91,2

CL

119,7

CN

85,8

US

72,1

ZA

89,2

ZZ

91,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


13.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 358/2011

tat-12 ta’ April 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 353/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ April 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 97, 12.4.2011, p. 26.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-13 ta’ April 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

45,90

0,00

1701 11 90  (1)

45,90

1,13

1701 12 10  (1)

45,90

0,00

1701 12 90  (1)

45,90

0,84

1701 91 00  (2)

48,51

2,92

1701 99 10  (2)

48,51

0,00

1701 99 90  (2)

48,51

0,00

1702 90 95  (3)

0,49

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

13.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/13


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-5 ta’ April 2011

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni b’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEAG/2010/010 CZ/Unilever mir-Repubblika Ċeka)

(2011/233/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li spiċċaw issensjati b’konsegwenza ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEAG twessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Ir-Repubblika Ċeka ressqet applikazzjoni fl-24 ta’ Marzu 2010 għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta’ sensji fl-intrapriża Unilever ČR spol.s r.o. u ssupplimentatha b’tagħrif addizzjonali sal-20 ta’ Settembru 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, tipproponi li jiġi mobilizzat l-ammont ta’ EUR 323 820.

(5)

Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mir-Repubblika Ċeka,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni FEAG għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 323 820 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, il-5 ta’ April 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

GYŐRI E.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


13.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/14


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' April 2011

li tikkonċerna n-noninklużjoni tad-diklobenil fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2437)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/234/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u tat-tielet stadji tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi d-diklobenil.

(2)

Skont l-Artikolu 11f tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 u l-Artikolu 12(1)(a) u l-Artikolu 12(2)(b) ta' dak ir-Regolament, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/754/KE tat-18 ta' Settembru 2008 dwar l-esklużjoni ta' dichlobenil mill-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (4) ġiet adottata.

(3)

In-notifikant oriġinali (minn hawn 'il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata, kif prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta' Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta' proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta' dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(4)

L-applikazzjoni intbagħtet lir-Renju Unit, li kien maħtur bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta' żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/754/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

Ir-Renju Unit ivvaluta d-dejta addizzjonali mibgħuta mill-applikant u ħejja rapport addizzjonali. Huwa bagħat dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fis-7 ta' Ottubru 2009. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. B'konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar id-diklobenil lill-Kummissjoni fid-29 ta' Lulju 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fil-11 ta' Marzu 2011 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għad-diklobenil.

(6)

Ir-rapport addizzjonali mill-Istat Membru relatur u l-konklużjoni mill-Awtorità jikkonċentraw fuq it-tħassib li jwassal għan-noninklużjoni; b'mod partikolari, kien hemm tħassib fir-rigward tal-espożizzjoni tal-konsumatur permezz tal-ilma tax-xorb u l-lissija għall-ilma ta' taħt l-art. Kien identifikat iktar tħassib fir-rapport ta' reviżjoni għad-diklobenil.

(7)

Intbagħat tagħrif addizzjonali mill-applikant, b'mod partikolari fir-rigward tal-lissija għall-ilma ta' taħt l-art, l-esposiżizzjoni tal-konsumatur permezz tal-ilma tax-xorb, ir-riskji għall-għasafar u l-mammiferi u metodi ta' analiżi għall-impuritajiet fil-materjal tekniku u għall-prodotti ta' oriġini mill-annimali.

(8)

Madankollu, l-informazzjoni addizzjonali ppreżentata mill-applikant ma ppermettietx l-eliminazzjoni tat-tħassib speċifiku kollu dwar id-diklobenil.

(9)

Matul il-valutazzjoni ta' din is-sustanza attiva, ġie identifikat xi tħassib. Ġew identifikati bosta effetti inaċċettabbli fuq l-ambjent. B'mod partikolari, il-kontaminazzjoni potenzjali tal-ilma ta' taħt l-art mill-metabolit persistenti ħafna 2,6-diklorobenżammid (BAM) hija mistennija li tkun għolja ħafna, b'konċentrazzjonijiet 'il fuq sew minn 10 μg/l fil-mudelli tax-xenarji kollha li ntużaw. Hemm potenzjal ta' trasportazzjoni fil-bogħod tal-metabolit BAM permezz tal-atmosfera. Ġie identifikat riskju akut għoli għall-għasafar u riskju għoli fit-tul għall-għasafar u l-mammiferi li jieklu l-ħanex. Id-dejta disponibbli ma kinitx biżżejjed biex tiġi indirizzata n-natura tar-residwi tal-metabolit BAM fi prodotti bażiċi pproċessati.

(10)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008, il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq kummenti dwar l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa.

(11)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib identifikat ma setax jitneħħa, u l-valutazzjonijiet li saru fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata u vvalutata matul il-laqgħat tal-esperti tal-Awtorità ma wrewx li wieħed jista' jistenna li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-diklobenil jissodisfaw b'mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(12)

Għalhekk, is-sustanza diklobenil ma għandhiex tiġi inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(13)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, id-Deċiżjoni 2008/754/KE għandha titħassar.

(14)

Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għat-tressiq ta' applikazzjoni ulterjuri għad-diklobenil skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE tal-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(15)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-diklobenil ma għandux jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2008/754/KE tħassret.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 70.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva diklobenil. EFSA Journal 2010;8(8):1705. [68 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1705. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.


Rettifika

13.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/16


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2011 tal-11 ta' April 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 297/2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 97 tat-12 ta' April 2011 )

F'paġna 23, l-Anness II jinbidel kif ġej:

“ANNESS II

Livelli massimi għall-oġġetti tal-ikel  (1) (Bq/kg)

 

Ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar

Ħalib u prodotti tal-ħalib

Oġġetti oħra tal-ikel għajr oġġetti tal-ikel likwidi

Oġġetti tal-ikel likwidi

Total ta’ Isotopi tal-istronzju, l-aktar Sr-90

75

125

750

125

Total ta’ Isotopi tal-jodju, l-aktar I-131

100  (2)

300  (2)

2 000

300  (2)

Total ta’ Isotopi li jarmu Alpha tal-elementi tal-plutonju u tat-trans-plutonju, l-aktar Pu-239, Am-241

1

1  (2)

10  (2)

1  (2)

Total tan-nuklidi l-oħra kollha li jonqsu bin-nofs fi żmien itwal minn 10 ijiem, l-aktar Cs-134 u Cs-137, għajr C-14 u H-3

200  (2)

200  (2)

500  (2)

200  (2)


Livelli massimi għall-oġġetti tal-għalf  (3) (Bq/kg)

 

Oġġetti tal-għalf

Total ta’ Cs-134 u Cs-137

500  (4)

Total ta’ Isotopi tal-jodju, l-aktar I-131

2 000  (5)


(1)  Il-livell applikabbli għall-prodotti konċentrati jew imnixxfa huwa ikkalkulat fuq il-bażi tal-prodott rikostitwit bħala lest għal konsum.

(2)  Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli ta’ azzjoni li bħalissa huma applikati fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostitwixxu, fuq bażi provviżorja, il-valuri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87.

(3)  Il-livell massimu huwa relattiv għall-għalf li għandu kontenut ta’ umidità ta’ 12 %.”

(4)  Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli ta’ azzjoni li bħalissa huma applikati fil-Ġappun, dan il-valur jissostitwixxi, fuq bażi provviżorja, il-valur stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 770/90.

(5)  Dan il-valur huwa stipulat fuq bażi provviżorja u meqjus bħala l-istess tal-oġġetti tal-ikel, sakemm issir valutazzjoni tal-fatturi ta’ trasferiment tal-jodju mill-oġġetti tal-għalf għall-prodotti tal-ikel.


Top