EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2010:238:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 238, 03 ta' Settembru 2010


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.238.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 238

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
3 ta' Settembru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 238/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 238/02

Rata tal-kambju tal-euro

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 238/03

Silta mid-Deċiżjoni dwar il-Byr Savings Bank skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 238/04

Sejħa għal Proposti – EACEA/31/10 – Media 2007: festivals awdjoviżivi

8

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 238/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5977 – Faurecia/Plastal) ( 1 )

10

2010/C 238/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5975 – Lion Capital/Picard Groupe) ( 1 )

11

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

3.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 238/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

26.5.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 190/09

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

CO2atch up proefproject in de Nuon Buggenum centrale

Il-bażi legali

Unieke Kansen Regeling, Besluit EOS

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Il-ħarsien tal-ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 10 miljuni

L-intensità

23 %

It-tul ta' żmien

2010-2012

Setturi ekonomiċi

L-enerġija

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerie van Economische Zaken

Postbus 20101

2500 EC Den Haag

NEDERLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

6.7.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 689/09

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

KfW-Kapital für Arbeit und Investitionen (KfAI)

Il-bażi legali

KfW-Gesetz BGB I., S. 2427; Programmmerkblatt Unternehmerkapital, KfW-Kapital für Arbeit und Investitionen

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Il-forma tal-għajnuna

L-estimi

Baġit annwali: EUR 97,5 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

KfW-Bankengruppe

Plamengartenstraße 5-9

60325 Frankfurt

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

28.6.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 254/10

Stat Membru

L-Irlanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prolongation of the Credit Institutions Eligible Liabilities Guarantee Scheme

Il-bażi legali

The Credit Institutions (Financial Support) Act 2008 as amended

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

[…] (1)

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.7.2010-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

The Minister, acting on behalf of the Government, in accordance with the Act

Department of Finance, Government Building

Upper Merrion Street

Dublin 2

IRELAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

30.6.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 260/10

Stat Membru

Il-Greċja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Μέτρα στήριξης για τα πιστωτικά ιδρύματα της Ελλάδας

Metra stiriksis gia ta pistwtika idrumata ths Elladas

Il-bażi legali

N 3723/08 «Ενίσχυση της ρευστότητας της οικονομίας για την αντιμετώπιση των επιπτώσεων της διεθνούς χρηματοπιστωτικής κρίσης και άλλες διατάξεις» N 3723/08 «Enisxisi ths refstotitas tis oikonomias gia tin antimetwpisi twn epiptwsewn tis diethnous xrhmatopistwtikis krisis kai alles diatakseis»

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija, Forom oħra ta' intervent ta' ekwità

L-estimi

Baġit globali: EUR 68 000,00 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.7.2010-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών

Ypourgeio Oikonomias kai Oikonomikwn

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

22.7.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 275/10

Stat Membru

L-Awstrija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Haftungsübernahme für eine Ausstellung der Albertina

Il-bażi legali

Bundesgesetz über die Haftungsübernahme für die Ausstellung „Michelangelo. Zeichnungen eines Genies“ in Verbindung mit § 66 Bundeshaushaltsgesetz

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Kultura, Il-konservazzjoni ta' wirt

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit annwali: EUR 550 miljun;

Baġit globali: EUR 550 miljun

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.9.2010-28.2.2011

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Bundesministerium für Finanzen

Hintere Zollamtsstraße 2b

1030 Wien

ÖSTERREICH

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


(1)  Informazzjoni kunfidenzjali.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

3.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-2 ta’ Settembru 2010

2010/C 238/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2818

JPY

Yen Ġappuniż

107,81

DKK

Krona Daniża

7,4447

GBP

Lira Sterlina

0,83275

SEK

Krona Żvediża

9,3185

CHF

Frank Żvizzeru

1,2953

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,9010

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,710

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

285,03

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7087

PLN

Zloty Pollakk

3,9767

RON

Leu Rumen

4,2698

TRY

Lira Turka

1,9402

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4099

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3451

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,9619

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7898

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7262

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 513,56

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,3090

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,7270

HRK

Kuna Kroata

7,2815

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 545,73

MYR

Ringgit Malażjan

4,0060

PHP

Peso Filippin

57,558

RUB

Rouble Russu

39,3880

THB

Baht Tajlandiż

39,947

BRL

Real Brażiljan

2,2340

MXN

Peso Messikan

16,7530

INR

Rupi Indjan

59,8920


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

3.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/6


Silta mid-Deċiżjoni dwar il-Byr Savings Bank skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

2010/C 238/03

Stedina Għat-Tressiq Ta’ Pretensjoni

L-Awtorità Superviżorja Finazjarja (FME) fl-Islanda ffurmat Bord Proviżorju għal Byr Saving Bank, Nru tar-reġistrazzjoni 610269-2229, Borgartuni 18, 105 Reykjavik, l-Islanda, fit-22 ta' April 2010, b'referenza għall-Artikolu 100 tal-Att Nru 161/2002 dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji, ara l-Artikolu 4 tal-Att Nru 44/2009 dwar l-Emenda tal-Att Nru 161/2002. Ir-rwol tal-Bord Proviżorju wasal fi tmiemu fit-2 ta' Lulju 2010, meta l-Qorti Distrettwali ta' Reykjavik ħatret Kumitat tal-Istralċ għall-Byr Savings Bank b'referenza għall-paragrafu 4 tal-Artikolu 101 tal-Att Nru 161/2002, ara l-Artikolu 5 tal-Att Nru 44/2009. Waħda mir-responsabbiltajiet tal-Kumitat tal-Istralċ hija li jissorvelja l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet ta' pretensjoni kontra l-Bank waqt il-proċedimenti tal-istralċ.

Id-data ta' referenza tal-proċedimenti tal-istralċ hija s-16 ta' Ġunju 2009, ara l-paragrafu 5 tal-Artikolu 101 tal-Att Nru 161/2002 u ara l-Artikolu 5 tal-Att Nru 44/2009, iżda f'dik id-data tal-FME tat l-ewwel avviż lill-Bank li l-proporzjon tal-ekwità tiegħu kien inqas mill-minimu rikjest fl-Artikolu 84 tal-Att Nru 161/2002, ara l-paragrafu 4 tal-Artikolu 86. Id-data tal-bidu tal-ipproċessar tal-pretensjonijiet hija t-2 ta' Lulju 2010 u hija bbażata fuq id-data ta' meta l-Qorti Distrettwali ta' Reykjavik ħatret il-Kumitat tal-Istralċ, ara l-paragrafu 3 tal-Artikolu 102 tal-Att Nru 161/2002 u ara n-nota 2 tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 6 tal-Att Nru 44/2009.

Il-partijiet kollha li għandhom pretensjoni ta' debiti jew ta' drittijiet oħra mill-Byr Savings Bank huma mistiedna jressqu l-pretensjonijiet tagħhom bil-miktub lill-Kumitat tal-Istralċ fi żmien tliet xhur mill-ewwel pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Gazzetta Legali u Ministerjali tal-Islanda fit-13 ta’ Lulju 2010. Il-pretensjonijiet għandhom jitressqu lill-Kumitat tal-Istralċ fl-iskadenza stipulata, u għandhom jikkonformaw mal-istruzzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 117 tal-Att Nru 21/1991 dwar il-Falliment.

Il-pretensjonijiet għandhom jintbagħtu lil:

Slitastjorn Byr Sparisjods

(Il-Kumitat tal-Istralċ tal-Byr Savings Bank)

Borgartuni 18

105 Reykjavik

ICELAND

Skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-kredituri għandhom jinkludu l-ammont dettaljat tal-pretensjonijiet tagħhom mit-2 ta’ Lulju 2010.

Pretensjonijiet għal ammonti f'valuta barranija għandhom jitressqu fil-valuta rilevanti. Kredituri minn Stati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea jew mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles jistgħu jressqu l-applikazzjonijiet tagħhom bl-ilsien ta' dak l-istat. Ma' pretensjonijiet bħal dawn, jeħtieġ li jkun hemm traduzzjoni bl-Islandiż. Madankollu, huwa permess li l-pretensjonijiet jitressqu bl-Ingliż mingħajr il-ħtieġa ta' traduzzjoni bl-Islandiż. Kredituri oħra jistgħu jressqu l-pretensjonijiet tagħhom bl-Islandiż jew bl-Ingliż.

Jekk pretensjoni ma titressaqx sal-iskadenza msemmija hawn fuq, il-pretensjoni kontra Byr Savings Bank titqies nulla skont l-Artikolu 118 tal-Att Nru 21/1991, dejjem jekk ma jiġux applikati l-eċċezzjonijiet speċifikati fis-subparagrafi 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi.

Bit-tressiq ta' pretensjoni, il-kreditur jitqies li jkun ċaħad drittijietu għall-kunfidenzjalità (is-segretezza bankarja) fir-rigward tal-pretensjoni mressqa.

B'dan qed jingħata avviż li se ssir laqgħa tal-kredituri l-Erbgħa s-17 ta’ Novembru 2010 fit-15:00 ta' filgħodu fil-Grand Hotel, Sigtuni 38, 105 Reykjavik, I-Islanda. Kwalunkwe parti li tkun ressqet pretensjoni kontra l-bank għandha d-dritt tattendi l-laqgħa. Fill-laqgħa se jkun hemm diskussjoni dwar il-lista tal-pretensjonijiet imressqa, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kumitat tal-Istralċ rigward ir-rikonoxximent tal-pretensjonijiet, safejn din il-pożizzjoni tkun disponibbli. Il-lista tal-pretensjonijiet imressqa titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-partijiet li, tal-anqas ġimgħa qabel il-laqgħa, ikunu ressqu l-pretensjonijiet.

Aktar tagħrif dwar it-tressiq u t-trattament tal-pretensjonijiet se tkun disponibbli permezz tas-sit tal-bank, http://www.byr.is/winding-up jew tingħata billi tintbagħat talba lill-slitastjorn@byr.is

Il-Kumitat tal-Istralċ jixtieq jagħti l-istruzzjonijiet li ġejjin lil kull kreditur; Jekk jogħġbok agħti l-indirizz tal-posta elettronika tiegħek lir-rappreżentant tiegħek meta tressaq pretensjoni u jekk jogħġbok speċifika d-dettalji tal-kont bankarju tiegħek sabiex tiffaċilita kwalunkwe ħlas eventwali.

Reykjavík, l-Islanda it-8 ta’ Lulju 2010

Il-Kumitat tal-Istralċ tal-Byr Savings Bank

Eva B. HELGADÓTTIR, Avukat tal-Qorti Suprema

Árni Ármann ÁRNASON, Avukat tal-Qorti Suprema

Ágúst KRISTINSSON, Kontabilista Pubbliku Awtorizzat mill-Istat


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

3.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/8


SEJĦA GĦAL PROPOSTI – EACEA/31/10

Media 2007: festivals awdjoviżivi

2010/C 238/04

1.   Objettivi u Deskrizzjoni

Dan l-avviż għal sejħa għal proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

L-għanijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija aktar ’il fuq jinkludu:

faċilitar u inkoraġġament tal-promozzjoni u ċ-ċirkolazzjoni ta’ xogħol awdioviżiv u ċinematografiku Ewropew f’wirjiet, fieri u festivals awdioviżivi ġol-Ewropa u madwar id-dinja, ladarba dawn l-avvenimenti jafu jaqdu rwol importanti fil-promozzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej u fil-ħolqien ta’ netwerks ta’ professjonisti;

it-titjib tal-aċċess tal-pubbliku Ewropew u internazzjonali għax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej.

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż huwa mmirat lejn kumpanniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta' hawn fuq. L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed minn dawn il-pajjiżi: is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea, il-pajjiżi tal-EFTA, l-Iżvizzera u l-Kroazja.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

Organizzazzjonijiet bħal dawn għandhom jorganizzaw festivals awdjoviżivi li jikkontribwixxu lejn l-għanijiet imsemmija u li fir-rigward tal-programmazzjoni globali juru minimu ta 70 % ta' films Ewropej minn tal-inqas 10 Stati li jipparteċipaw fil-Programm MEDIA.

Il-Proġetti jridu jibdew bejn l-1 ta’ Mejju 2011 u t-30 ta’ April 2012.

4.   Kriterji tal-Aġġudikazzjoni

Ser jiġu allokati l-punti minn total ta’ 100 abbażi tal-weighting li ġej:

Id-dimensjoni Ewropea tal-ipprogrammar (15 punt)

Id-diversità kulturali u ġeografika tal-ipprogrammar (20 punt)

Il-kwalità u n-natura innovattiva tal-ipprogrammar (10 punt)

L-impatt fuq l-udjenza (30 punt)

L-impatt fuq il-promozzjoni u ċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (15 punt)

Il-parteċipazzjoni tal-professjonisti tal-films (10 punt)

5.   Baġit

Il-baġit totali stmat allokat għall-kofinanzjament ta’ proġetti huwa ta’ EUR 1 600 000 (Fuq il-kundizzjoni li jiġi adottat il-baġit tal-2011).

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija ma għandha qatt taqbeż il-50 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli. Il-massimu għall-għotjiet huwa ta' EUR 75 000.

L-Aġenzija żżomm il-possibbiltà li ma tattribwix il-fondi kollha disponibbli.

6.   Skadenza għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet

Dati tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-proposti:

2 ta' Novembru 2010: għal proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Mejju 2011 u l-31 ta' Ottubru 2011

30 ta' April 2011: għal proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Novembru 2011 u t-30 ta' April 2012

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) fl-indirizz li ġej:

Agence exécutive Éducation, audiovisuel et culture (EACEA)

Unité programme MEDIA — P8

Appel à Propositions — EACEA/31/10 — Festivals audiovisuels

M. Constantin DASKALAKIS

BOUR 04/55

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formola adegwata, mimlijin kif xieraq, datati u ffirmati mill-persuna bis-setgħa li tirrappreżenta legalment il-korp li qiegħed jagħmel it-talba biss jistgħu jiġu aċċettati.

Applikazzjonijiet mibgħuta b’fax jew email mhux ser jiġu milqugħa

7.   Aktar tagħrif

Istruzzjonijiet/formoli tal-applikazzjoni għas-sejħa: http://ec.europa.eu/media

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-termini kollha tal-linji gwida u jintbagħtu fuq il-formoli pprovduti. Il-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli huma dawk ippubblikati fuq is-sit: http://eacea.ec.europa.eu/about/eacea_documents_register_en.php


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

3.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5977 – Faurecia/Plastal)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 238/05

1.

Fis-26 ta’ Awwissu 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha Faurecia Exteriors GmbH (il-Ġermanja), sussidjarja ta' Faurecia SA, (“Faurecia”, Franza), ikkontrollata minn PSA Peugeot Citroën SA (Franza), takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll kollu ta' Plastal GmbH (il-Ġermanja), permezz tax-xiri tal-assi tagħha u ta' Plastal Spain SAU (Spanja, it-tnejn li huma f'daqqa “Plastal”) permezz tax-xiri tal-ishma tagħha.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Faurecia: inġinerija, il-produzzjoni u l-forniment ta' apparat għall-karozzi, b'mod partikolari ta' seats tal-karozzi, partijiet interjuri, partijiet ta' quddiem u sistemi tal-egżost (madwar id-dinja),

għal Plastal: inġinerija, il-produzzjoni u l-forniment ta' elementi tal-plastik b'inġinerija termoplastika għall-industrija tal-karozzi, b'mod partikolari ta' bumpers u front-end carriers (madwar iż-ŻEE kollha).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista taqa fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5977 – Faurecia/Plastal, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


3.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5975 – Lion Capital/Picard Groupe)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 238/06

1.

Fis-27 ta’ Awwissu 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Lion Capital LLP (“Lion Capital”, ir-Renju Unit) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Picard Groupe SA (“Picard”, Franza) permezz tax-xiri ta' titoli ta' sigurtà.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Lion Capital hija maniġer ta' investimenti f'ekwità privata b'attenzjoni partikolari lejn investimenti f'kumpaniji li jkunu involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ ta' prodotti tal-konsum tad-ditta. Waħda mill-kumpaniji fil-portafoll tagħha, Findus, hija attiva fis-suq tal-forniment ta' ikel tal-friża lill-bejjiegħa bl-imnut,

Picard hija attiva fid-distribuzzjoni bl-imnut ta' ikel tal-friża permezz tan-netwerk ta' distribuzzjoni tagħha stess li jikkonsisti minn ħwienet speċjalizzati li joperaw taħt l-isem tad-ditta Picard.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5975 – Lion Capital/Picard Groupe, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top