EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2007:200:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 200, 28 ta' Awwissu 2007


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 200

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
28 ta' Awwissu 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 200/01

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2007/C 200/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4265 — Philips/Avent) ( 1 )

6

2007/C 200/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4475 — Schneider Electric/APC) ( 1 )

6

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 200/04

Rata tal-kambju ta' l-euro

7

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2007/C 200/05

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

8

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2007/C 200/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M. 4809 — France Télécom/Mid Europa Partners/One) ( 1 )

12

 

2007/C 200/07

Avviż

s3

 


 

(1)   Test b'relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

28.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 200/1


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 200/01)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

8.6.2007

Għajnuna Nru

N 350b/06

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Válcovny Plechu Frýdek-Místek

Il-bażi legali

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Ir-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà

Il-forma ta' l-għajnuna

N/A

L-Estimi

Baġit annwali: —; Baġit globali: —

L-intensità

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

Azzar

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Aktar informazzjoni

Id-deċiżjoni tikkonċerna l-ftehim dwar it-tibdil ta' l-IBP kif previst fil-Protokoll Nru 2 tat-Trattat ta' Adeżjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

22.2.2007

Għajnuna Nru

N 535/06

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Małopolska

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Shell Polska Sp. z o.o.

Il-bażi legali

Uchwała Rady Ministrów nr 31/2006 z dnia 21 marca 2006 r. w sprawie ustanowienia programu wieloletniego pod nazwą „Wsparcie finansowe inwestycji realizowanej przez Shell Polska Sp. z o.o. w Zabierzowie pod nazwą: »Shell SCC Kraków«, w latach 2006-2010”; Umowa ramowa o udzielenie dotacji celowej z dnia 13 kwietnia 2006 r. pomiędzy Ministrem Gospodarki a Shell Polska Sp. z o.o.; Art. 117 ustawy z dnia 30 czerwca 1998 r. o finansach publicznych

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp reġjonali, Impjiegi

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit annwali: —; Baġit globali: 3 256 000 miljun PLN

L-intensità

3,42 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' servizz, Il-kompjuter u attivitajiet relatati

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Minister Gospodarki

Plac Trzech Krzyży 3/5

PL-00-507 Warszawa

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

10.7.2007

Għajnuna Nru

N 887/06

Stat Membru

Franza

Reġjun

Rhône-Alpes

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Projet Bernin 2010

Il-bażi legali

Régimes filière électronique (1986) et grands projets innovants (1989); régime cadre des interventions des collectivités locales en faveur de la R&D — N 446/03

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit globali: 14,3 miljun EUR

L-intensità

26 %

It-tul ta' żmien

1.7.2006-30.6.2009

Setturi ekonomiċi

L-industrija tal-manifattura

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministère de l'Économie, des Finances et de l'Industrie; Conseil général de l'Isère; Commune de Bernin; Communauté de Communes du Moyen Grésivaudan

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

29.6.2007

Għajnuna Nru

N 40/07

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Podpora poskytnutá Eurovizi – audiovizuální tvorba

Il-bażi legali

Č. 543/2005 Sb., o státním rozpočtu České republiky na rok 2006

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Kultura, Il-konservazzjoni ta' wirt

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit annwali: —; Baġit globali: 21,5 miljun CZK

L-intensità

70 %

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstvo kultury ČR

Maltézské nám. 1

CZ-118 01 Praha

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

16.7.2007

Għajnuna Nru

N 121/07

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Mesures fiscales en faveur de la production d'œuvres audiovisuelles (régime tax-shelter)

Il-bażi legali

Article 194 ter du Code des impôts sur les revenus 1992

Artikel 194 ter van het Wetboek van de inkomstenbelastingen 1992

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura

Il-forma ta' l-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità, Tranżazzjonijiet mhux fuq termini tas-suq, Vantaġġ fiskali

L-Estimi

Baġit annwali: 20 miljun EUR; Baġit globali: 50 miljun EUR

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

1.7.2007-31.12.2009

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport, Il-Midja

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

28.6.2007

Għajnuna Nru

N 168/07

Stat Membru

L-Awstrija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Fernsehfilmförderungsfonds (Fernsehfonds Austria) — Änderung und Verlängerung von Beihilfenregelung N 77/05

Il-bażi legali

1. §§ 9f bis 9h KommAustria-Gesetz (KOG) 2. Richtlinien über die Gewährung von Mitteln aus dem Fernsehfilmförderungsfonds (Fernsehfonds Austria)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit annwali: 7,5 miljun EUR; Baġit globali: 45 miljun EUR

L-intensità

20 %

It-tul ta' żmien

1.7.2007-30.6.2013

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport, Il-Midja

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Rundfunk und Telekom Regulierungs-GmbH

Mariahilfer Straße 77-79

A-1060 Wien

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

10.7.2007

Għajnuna Nru

N 291/07

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Suppletieregeling Filminvesteringen Nederland — Uitvoeringsregeling Lange Speelfilm

Il-bażi legali

Specific Cultural Policy Act (Wet op het specifiek cultuurbeleid): Art. 9 Funds; Suppletieregeling Filminvesteringen Nederland; Uitvoeringsregeling Lange Speelfilm

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura

Il-forma ta’ l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit annwali: 27 miljun EUR; Baġit globali: 162 miljun EUR

L-intensità

85 %

It-tul ta' żmien

1.7.2007-1.7.2013

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport, Il-Midja

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Nederlands Fonds voor de Film (Dutch Film Fund)

Jan Luykenstraat 2

1071 CM Amsterdam

Nederland

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


28.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 200/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4265 — Philips/Avent)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 200/02)

Fit-28 ta' Awissu 2006, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32006M4265. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


28.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 200/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4475 — Schneider Electric/APC)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 200/03)

Fit-8 ta' Frar 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4475. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

28.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 200/7


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Is-27 ta'Awwissu 2007

(2007/C 200/04)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3658

JPY

Yen Ġappuniż

158,63

DKK

Krona Daniża

7,4423

GBP

Lira Sterlina

0,67770

SEK

Krona Żvediża

9,3720

CHF

Frank Żvizzeru

1,6436

ISK

Krona Iżlandiża

87,44

NOK

Krona Norveġiża

7,9515

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5842

CZK

Krona Ċeka

27,808

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

255,95

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6991

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,8265

RON

Leu Rumen

3,2404

SKK

Krona Slovakka

33,718

TRY

Lira Turka

1,7969

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6425

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4327

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6602

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8870

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0764

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 282,01

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,8111

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,3260

HRK

Kuna Kroata

7,3255

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 811,20

MYR

Ringgit Malażjan

4,7578

PHP

Peso Filippin

63,715

RUB

Rouble Russu

35,0479

THB

Baht Tajlandiż

44,753


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

28.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 200/8


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2007/C 200/05)

Numru XA: XA 108/07

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Veneto

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem il-kumpanija li tirċievi għotja ta' l-għajnuna individwali: Corsi di aggiornamento per il corretto impiego di prodotti fitosanitari.

Bażi ġuridika: Legge regionale 30 gennaio 1990, n. 10, Ordinamento del sistema di formazione professionale e organizzazione delle politiche regionali del lavoro. D.P.R. 23 aprile 2001, n. 290, artt. 25-26-27, Regolamento di semplificazione dei procedimenti di autorizzazione alla produzione, alla immissione in commercio e alla vendita di prodotti fitosanitari e relativi coadiuvanti. Deliberazione della giunta regionale del Veneto 22 ottobre 2004, n. 3306, Direttive generali realizzazione corsi.

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħti lill-kumpanija: Il-baġit huwa stabbilit fuq il-bażi ta' Liġi Reġjonali li tapprova l-estimi tal-baġit għas-sena finanzjarja u emendi sussegwenti lil dawn l-estimi. Għall-2007, l-ammont kumplessiv tal-baġit huwa ta' 162 005 EUR.

Intensità massima ta' għajnuna: Sa 100 % tan-nefqa eliġibbli, fuq il-bażi ta' l-ispejjeż attwali tat-taħriġ (125 EUR/siegħa). L-applikanti (organizazzjonijiet ta' taħriġ akkreditati kif previst fil-Liġi Reġjonali Nru 19 tad-9 ta' Awissu 2002) jistgħu jibagħtu sa massimu ta' proġett wieħed li jkopri l-korsijiet tat-taħriġ (bażiċi u/jew ta' aġġornament) kollha, l-ammont massimu totali ta' sigħat huwa ta' 390. In-nefqa totali eliġibbli għal kull kors ta' taħriġ huwa ta' 1 875 EUR għal taħriġ bażiku (tul minimu ta' żmien ta' 15-il siegħa għal kull kors) u 750 EUR għal taħriġ ta' aġġornament (tul minimu ta' 6 sigħat għal kull kors).

Data ta' l-implimentazzjoni: 30 ta' Ġunju 2007.

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali mogħtija: 31 ta' Diċembru 2008.

Għan ta' l-għajnuna: Edukazzjoni ġenerali u taħriġ lill-bdiewa u ħaddiema tal-farm.

Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, Provista ta' appoġġ tekniku fil-qasam ta' l-agrikoltura.

Spejjeż eliġibbli: nefqa dwar l-organizzazzjoni u t-tħaddim ta' korsijiet ta' taħriġ.

Settur(i) konċernat(i): L-iskema tkopri taħriġ vokazzjonali (fl-użu korrett tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti) għal bdiewa involuti fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli msemmija f'Anness I tat-Trattat.

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione del Veneto — Giunta regionale Direzione regionale Agroambiente e servizi per l'agricoltura

Via Torino, 110

I-30172 Mestre (VE)

Websajt: http://www.regione.veneto.it/Economia/Agricoltura+e+Foreste/Agricoltura/Servizi+per+Agricoltura/Formazione+e+aggiornamento

http://www.regione.veneto.it/Bandi+Avvisi+Concorsi/Bandi/?materia=Agricoltura

Tagħrif ieħor: —

Numru XA: XA 109/07

Stat Membru: ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Il-Muniċipalità ta' Domžale

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Domžale 2007-2013.

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Domžale — II. Poglavje.

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Nefqa annwali għall-perjodu 2007-2013 mistennija li tammonta 74 400 EUR.

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.

Investiment f'farms tal-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas ivvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'oqsma oħra,

2.

Biex jiġi pprovdut appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, is-servizzi ta' konsulenza u għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, eżibizzjonijiet, fieri, għall-pubblikazzjonijiet, katalgi u sitiweb.

Data ta' l-implimentazzjoni: Bidu f'Ġunju 2007 (jew fid-data li fiha jidħlu fis-seħħ ir-Regoli)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Tmiem fil-31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna:: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u spejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tal-Pravilnika o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Domžale (ir-Regoli għall-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Domžale), inkluż miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istati lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, p.3, 16.12.2006):

l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni: investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni: provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu.

Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): Agrikoltura — biedja u trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Občina Domžale

Ljubljanska 69

SLO-1230 Domžale

Websajt: http://vestnik.domzale.si/index.php?id=344

Tagħrif ieħor: —

Numru XA: XA 110/07

Stat Membru: :Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Il-muniċipalità ta' Maribor

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna u isem l-impriża benefiċjarja ta' l-għajnuna individwali: Programi razvoja podeželja v občini Maribor 2007-2013.

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči, pomoči de minimis in izvajanju drugih ukrepov razvoj kmetijstva in podeželja v Mestni občini Maribor — II. Poglavje.

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: 2007: 240 000 EUR

2008: 245 000 EUR

2009: 250 000 EUR

2010: 260 000 EUR

2011: 270 000 EUR

2012: 270 000 EUR

2013: 275 000 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.

Investiment fil-farms għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati jew sa 40 % ta' l-ispejjeż eleġibbli f'żoni oħra,

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f'żoni oħra, jekk l-investiment isir minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mit-twaqqif tal-farm tagħhom u huwa mmirat għall-investimenti inklużi fil-pjanijiet ta' ħidma.

2.

Il-konservazzjoni ta' pajsaġġi u bini tradizzjonali

sa 60 % jew sa 75 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati għall-investimenti biex jiġi kkonservat il-patrimonju kulturali tal-faċilitajiet tal-produzzjoni, sakemm dan ma jwassalx għal żieda fil-produzzjoni,

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment għall-finijiet ta' konservazzjoni ta' patrimonju mhux produttiv li jinsab fil-farms (siti ta' interess arkeoloġiku u storiku),

sa 100 % ta' l-għajnuna addizzjonali biex jiġu koperti l-ispejjeż żejda minħabba l-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-elementi patrimonjali tal-bini.

3.

Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni

imħalta ma' fondi ta' kofinanzjament mill-Istati, l-għajnuna ma tistax taqbeż il-50 % ta' l-ispejjez tal-primjums ta' l-assigurazzjoni.

4.

Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli minfuqa fi proċeduri amministrattivi, inkluż spejjeż ta' spezzjonijiet.

5.

Għajnuna biex titħeġġeġ il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

l-għajnuna tista' tingħata biex tkopri sa 100 % ta' l-ispejjeż fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti għall-produtturi.

6.

Il-provvediment ta' assistenza teknika:

l-għajnuna tista' tingħata biex tkopri sa 100 % ta' l-ispejjeż fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti għall-produtturi.

Data ta' l-implimentazzjoni: Bidu f'Ġunju 2007 (jew fid-data li fiha jidħlu fis-seħħ ir-Regoli)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: sal-31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u spejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tal-Pravilnika o dodeljevanju državnih pomoči,pomoči de minimis in izvajanju drugih ukrepov razvoja podeželja v Mestni občini Maribor (ir-Regoli għall-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat, għajnuna de minimis u li jimplimentaw miżuri oħra ta' żvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Maribor), inkluż miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istati lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, p. 3, 16.12.2006):

l-Artikolu 4 tar-Regolamenti tal-Kummissjoni: investiment f'azjendi agrikoli;

l-Artikolu 5 tar-Regolamenti tal-Kummissjoni: il-konservazzjoni ta' pajsaġġi u bini vernakolari;

l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummmissjoni: għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

l-Artikolu 13 tar-Regolamenti tal-Kummissjoni: għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

l-Artikolu 14 tar-Regolamenti tal-Kummissjoni: għajnuna biex titħeġġeġ il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

l-Artikolu 15 tar-Regolamenti tal-Kummissjoni: provvediment ta' appoġġ tekniku.

Is-settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i): Agrikoltura: Biedja u trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Mestna občina Maribor

Ul. Heroja staneta 1

SLO-2000 Maribor

Websajt: http://www.izit.si/muv/index.php?action=showIzdaja&year=2007&izdajaID=410

Tagħrif ieħor: —

In-numru XA: XA 111/07

L-Istat Membru: Il-Ġermanja

Ir-reġjun: Land Baden-Württemberg

It-titolu ta' l-iskema: Dienstleistung zur Vermarktung ökologischer oder regionaler land- und forstwirtschaftlicher Qualitätsprodukte im Zusammenhang mit der Erhaltung der Kulturlandschaft:

Organisationskosten eines zu gründenden oder wesentlich zu erweiternden Erzeugerzusammenschlusses

Bażi ġuridika: Landschaftspflegerichtlinie (LPR) 2007 des Ministeriums für Ernährung und Ländlichen Raum Baden-Württemberg

L-ispiża annwali ppjanata skond l-iskema: 150 000 EUR /sena

Intensità massima ta' għajnuna: Ir-rata ta' għajnuna għall-ispejjeż ta' l-organizzazzjoni ta' assoċjazzjoni tal-bdiewa tlaħħaq sa 90 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fl-ewwel sena, sa 70 % fit-tieni sena, sa 50 % fit-tielet sena, sa 30 % fir-raba' sena u sa 10 % fil-ħames sena.

Id-data ta' l-implimentazzjoni: Minn Mejju 2007

It-tul ta' żmien ta' l-iskema: Minn Mejju 2007 sa Diċembru 2013

L-għan ta' l-għajnuna: Biex iżżid il-valur fuq skala lokali/reġjunali billi l-pajsaġġ ta' artijietmaħduma jiġi użat bl-aħjar mod possibbli.

Fil-kuntest ta' żvilupp reġjunali orjentat lejn il-ħarsien tan-natura, huwa maħsub illi ċerti żoni li jintgħażlu għax ikollhom karatteristiċi ta' pajsaġġ ta' valur għoli f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien tan-natura għandhom jiġu megħjuna biex jużaw il-potenzjal li għandhom għaż-żamma, ħarsien u żvilupp tal-pajsaġġ ta' artijiet maħduma u tal-wirt naturali.

B'konformità ma' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006:

għajnuna orjentata lejn il-ħarsien tan-natura li tingħata lil SMEs bil-għan taż-żamma u żvilupp sostenibbli tal-pajsaġġ ta' artijiet maħduma u tal-wirt naturali.

L-għajnuna tista' tingħata — abbażi ta' fatturi ddettaljati jew xhieda oħra — għall-ispejjeż meħtieġa biex tiġi stabbilita jew imkabbra l-assoċjazzjoni tal-produtturi, faċilitajiet u tagħmir ta' l-uffiċini (deprezzament inkluż), spejjeż ta' l-istaff u ta' l-operat, il-ġbir u l-preparazzjoni ta' prodotti ta' kwalità (minbarra l-ispejjeż tat-trasport) inkluż il-ħażna tagħhom għal żmien qasir, pariri esterni, il-kontroll u ġestjoni tal-kwalità, il-ġestjoni ta' l-ambjent, ċertifikazzjoni inizjali.

Is-settur(i) kkonċernat(i): Is-setturi agrikoli u tal-forestrija kollha

L-isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna: Regierungspräsidium Stuttgart, Ruppmannstraße 21, D-70565 Stuttgart

Regierungspräsidium Karlsruhe, Schlossplatz 1-3, D-76131 Karlsruhe

Regierungspräsidium Freiburg, Bissierstraße 7, D-79114 Freiburg

Regierungspräsidium Tübingen, Konrad-Adenauer-Straße 40-44, D-72072 Tübingen

L-indirizz ta' l-internet: http://www.mlr.baden-wuerttemberg.de/mlr/formular/landschaftspflege.pdf

Tagħrif ieħor:

Millanqas, l-assoċjazzjoni tal-produtturi għandha jkollha kuntratt ta' ħames snin u trid tkun magħmula minn ta' lanqas żewġ produtturi.

Min jirċievi l-għajnuna għandu jiżgura li l-interessi tal-produtturi jiġu kkunsidrati.

L-għajnuna tingħata biss f'żoni rikonoxxuti mill-Ministeru ta' l-Ikel u ż-Żoni Rurali li għandhom strateġija integrata għall-ħarsien tan-natura jew f'żoni rikonoxxuta mill-awtorità amministrattiva (ta' livell inqas għoli) bħala żoni minimi meħtieġa għar-ragħa ta' l-annimali.

L-għajnuna tingħata abbażi tal-linji ta' gwida għat-titjib strutturali tas-swieq jew ta' l-għajnuna orjentata lejn il-ħarsien tan-natura għall-mikroimpriżi skond l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u ma tistax tmur kontra l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jew tar-Regolament li ħareġ minnu dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u ħxejjex.

Min jirċievi l-għajnuna għandu joqgħod għal proċedura ta' kontroll li tikkonċerna l-produzzjoni ekoloġika jew l-oriġini reġjunali. Il-kunċett ta' kontroll għandu jifforma parti mill-applikazzjoni u huwa eliġibbli għall-għajnuna. Is-sostenibbiltà tal-proġett għandha tkun evidenti.

Iffirmat

Dr Merz

Numru XA: XA 112/07

Stat Membru: Franza

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna: Aides au paiement des primes et cotisations d'assurance afférentes aux dommages causés par plusieurs phénomènes météorologiques, dont au moins à la fois la sécheresse, la grêle, le gel et l'inondation ou l'excès d'eau (Għajnuna għall-ħlas ta' primjums u kontribuzzjonijiet ta' l-assigurazzjoni minħabba ħsarat kkawżati minn għadd ta' kundizzjonijiet meteoroloġiċi, eż. nixfa, silġ, ġlata u għargħar jew eċċess ta' ilma).

Bażi ġuridika:

Article 12 du règlement (CE) no 1857/2006

Loi 64.706 du 10 juillet 1964

Article L 361-8 du livre III (nouveau) du code rural

Article L 122.7 du code des assurances

Décret no 2007-134 du 30 janvier 2007 fixant les modalités d'application de l'article L.361-8 du livre II (nouveau) du code rural en vue de favoriser le développement de l'assurance contre certains risques agricoles

Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu ta' l-iskema ta' għajnuna: 30 miljun EUR minn fondi nazzjonali ta' garanzija għad-diżastri fl-agrikoltura (FNGCA)

Intensità massima ta' l-għajnuna: 35 % tal-primjum jew kontribuzzjoni, netti mit-taxxi u tariffi dovuti minn dawk ikkonċernati, b'rabta mal-garanzija eliġibbli għall-għajnuna. Il-garanzija eliġibbli għall-għajnuna tikkonċerna dawk il-poloz b'25 % eċċess (excess) fil-każ ta' l-assigurazzjoni fuq l-għelejjel, u 20 % eċċess fil-każ ta' l-assigurazzjoni fuq l-azjenda. Il-perċentwali ta' l-għajnuna jiżdiedu b'5 % fil-każ ta' bdiewa żgħażagħ stabbiliti f'dawn l-aħħar ħames snin.

Data ta' l-implimentazzjoni: Mill-konferma ta' l-irċevuta mill-Kummissjoni

Tul ta' l-iskema ta' għajnuna:: Sena mill-konferma ta' l-irċevuta mill-Kummissjoni

Għan ta' l-għajnuna: Il-promozzjoni ta' l-iżvilupp ta' l-assigurazzjoni kontra għadd ta' riskji agrikoli. Il-primjums ta' l-assigurazzjoni megħjuna huma dawk imsemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) nru 1857/2006.

Settur(i) konċernat(i): Azjendi, eskluż impriżi kbar, fil-produzzjoni primarja tal-frott, ħaxix, inbid, ċereali, xtieli taż-żrieragħ għaż-żejt jew tal-proteini.

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministère de l'agriculture et de la pêche — Direction des affaires financières et de la logistique — Bureau du crédit et de l'assurance

78, rue de Varenne

F-75700 Paris

Sitweb: www.agriculture.gouv.fr

Sezzjoni “ressources” fir-“recherche”, ittajpja “calamités”


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

28.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 200/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M. 4809 — France Télécom/Mid Europa Partners/One)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 200/06)

1.

Fis-17 ta' Awissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi France Télécom S.A. (“France Télécom”, Franza) u Mid Europa Partners (“MEP”, ir-Renju Unit) jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża One GmbH (“One”, l-Awstrija) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal France Télécom: forniment ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi servizzi ta' telefonija vokali fissa, linji bil-kera u servizzi ta' trażmissjoni tad-data, il-bejgħ u l-kiri ta' tagħmir tat-telekomunikazzjonijiet, u l-forniment ta' servizzi tax-xandir televiżiv u l-informazzjoni;

għal MEP: ditta ta' l-investiment ta' l-ekwità privat;

għal One: forniment ta' servizzi tat-telefonija mobbli u tħaddim ta' netwerk tat-telefonija mobbli;

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jibagħtu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu bil-feks (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M. 4809 — France Télécom/Mid Europa Partners/One, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


28.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 200/s3


AVVIŻ

Fit-28 ta' Awwissu 2007, f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 200 A, se jiġi ppubblikat il-“Katalgu komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli — is-6 suppliment għall-25 edizzjoni kompluta”.

L-abbonati tal-Ġurnal Uffiċjali jistgħu jiksbu l-istess numru ta' kopji u verżjonijiet lingwistiċi ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali bħal dawk li jiksbu mingħajr ħlas. L-abbonati huma mitluba jirritornaw il-formola mehmuża hawnhekk, mimlija u bin-numru sħiħ ta' l-abbonament tagħhom (il-kodiċi jidher fuq ix-xellug ta' kull tikketta u jibda: O/..........). Dan il-Ġurnal Uffiċjali se jibqa' disponibbli mingħajr ħlas għal sena mid-data ta' meta jiġi ppubblikat.

Non-abbonati jistgħu jordnaw dan il-Ġurnal Uffiċjali bi ħlas f'wieħed mill-uffiċini ta' bejgħ tagħna (ara http://publications.europa.eu/others/sales_agents_mt.html).

Dan il-Ġurnal Uffiċjali — bħall-Ġurnali Uffiċjali kollha (L, C, CA, CE) — jista' jiġi kkonsultat mingħajr ħlas online fuq http://eur-lex.europa.eu

Image


Top