EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2009:232:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 232, 26 ta' Settembru 2009


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.232.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 232

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
26 ta' Settembru 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 232/01

Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2009/C 232/02

Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

2

2009/C 232/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5583 – Partner RE/Paris RE) ( 1 )

5

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 232/04

Rata tal-kambju tal-euro

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 232/05

MEDIA 2007 – Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ – Sejħa għall-proposti – EACEA/20/09 – Appoġġ għall-Iżvilupp ta’ proġetti ta’ produzzjoni – Finzjoni (narrativa), Dokumentarji Kreattivi u Animazzjoni – Proġetti Waħdiena, Slate Funding u t-tieni fażi ta’ Slate Funding

7

2009/C 232/06

MEDIA 2007 – Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ – Sejħa għall-proposti – EACEA/21/09 – Appoġġ għall-Iżvilupp ta' xogħlijiet interattivi fuq kull pjattaforma kemm online kif ukoll offline

10

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 232/07

Deċiżjoni Nru 579 tat-2 ta’ Lulju 2009 dwar il-ftuħ ta' proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni ta' żejt u gass – riżorsi naturali ta’ taħt l-art skont l-Artikolu 2(1)(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art, fil-Blokk 1-11 Vranino, li jinsab fil-provinċja ta’ Dobrich, u n-notifikazzjoniji rigward il-kompetizzjoni prevista għall-għoti tal-awtorizzazzjoni

13

2009/C 232/08

Deċiżjoni Nru 580 tat-2 ta’ Lulju 2009 dwar il-ftuħ ta' proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni ta' żejt u gass – riżorsi naturali ta’ taħt l-art skont l-Artikolu 2(1)(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art, fil-Blokk 1-17 Ovcha Mogila, li jinsab fil-provinċji ta’ Pleven, u Veliko Tarnovo u n-notifika rigward il-kompetizzjoni prevista għall-għoti tal-awtorizzazzjoni

16

2009/C 232/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5608 – Advent/Median Clinics) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

19

2009/C 232/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5625 – British Land/Blackstone/Broadgate Estate) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

20

2009/C 232/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5639 – Alpha V/Investindustrial Funds/Permasteelisa) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

21

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni

2009/C 232/12

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

22

2009/C 232/13

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

27

 

Rettifika

2009/C 232/14

Rettifika għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda (ĠU C 217 11.9.2009)

31

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/1


Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 232/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

10.9.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 412/09

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Länder Niedersachsen, Sachsen-Anhalt

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

NORD/LB

Il-bażi legali

Gesetz über die Feststellung des Haushaltsplans für das Haushaltsjahr 2009 für Niedersachsen; Gesetz zur Garantieermächtigung des Ministeriums der Finanzen zugunsten der Norddeutschen Landesbank- Girozentrale für Sachsen-Anhalt

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Il-forma tal-għajnuna

L-estimi

Baġit globali: 10 000 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

15.8.2009–15.2.2010

Setturi ekonomiċi

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Länder Niedersachsen, Sachsen-Anhalt

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/2


Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 232/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

13.7.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 316/08

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Közép-Magyarország kivételével valamennyi régió

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Közlekedési módok összekapcsolása, gazdasági központok intermodalitásának és közlekedési infrastruktúrájának fejlesztése

Il-bażi legali

10/2008. (VIII. 1.) NFGM rendelet a Közlekedési Operatív Program 4. prioritásának első konstrukciójára vonatkozó részletes szabályokról

It-tip tal-miżura

Għajnuna mhux rimborsabbli

L-għan

L-estensjoni, il-modernizzazjoni, u t-titjib tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti u t-tisħiħ tal-intermodalità tagħha.

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

HUF 16 900 miljun (EUR 59 9 miljun).

L-intensità

50 % u 85 %

It-tul ta' żmien

2009-2013

Setturi ekonomiċi

L-infrastruttura tat-trasport

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Nemzeti Fejlesztési Ügynökség

Budapest

Wesselényi u. 20–22.

1077

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

3.7.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 67/09

Stat Membru

Il-Finlandja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Muutokset Suomessa voimassa olevaan merirahtiliikenteen tukiohjelmaan

Il-bażi legali

Laki meriliikenteessä käytettävien alusten kilpailukyvyn parantamisesta (1277/2007) ja laki meriliikenteessä käytettävien alusten kilpailukyvyn parantamisesta annetun lain muuttamisesta (967/2008)

It-tip tal-miżura

L-għan

Li żżomm il-kompetittività tal-flotta u tħeġġeġ ir-“raggruppament” tat-trasport marittimu (l-impjieg tal-baħħara tal-KE, iż-żamma tal-għarfien marittimu fil-KE u l-iżvilupp tal-ħiliet marittimi u t-t-titjib tas-sikurezza) (1)

Il-forma tal-għajnuna

L-estimi

EUR 700 000 kull sena (stima tal-impatt tal-miżura notifikata)

L-intensità

100 % (tnaqqis tat-taxxa applikabbli għal żero)

It-tul ta' żmien

Sal-31 ta’ Diċembru 2011

Setturi ekonomiċi

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Merenkulkulaitos

Merenkulkulaitoksen Keskushallinto

PL 171

FI-00181 Helsinki

SUOMI/FINLAND

Porkkalankatu 5

FI-00180 Helsinki

SUOMI/FINLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

3.7.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 120/09

Stat Membru

Il-Finlandja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Muutokset Suomessa voimassa olevaan meriliikenteen tukiohjelmaan

Il-bażi legali

Laki meriliikenteessä käytettävien alusten kilpailukyvyn parantamisesta (1277/2007) ja laki meriliikenteessä käytettävien alusten kilpailukyvyn parantamisesta annetun lain muuttamisesta (967/2008)

It-tip tal-miżura

L-għan

Permezz ta' dawn l-emendi, il-gvern Finlandiż biħsiebu jirrispondi għall-ħtieġa għal aktar żvilupp fis-settur marittimu, iżomm il-kompetittività tal-flotta u jġib ’il quddiem ġemgħa ta' fatturi tat-tbaħħir marittimu (impjiegi ta' baħħara tal-KE, iż-żamma tal-għarfien marittimu fil-KE, l-iżvilupp ta' ħiliet marittimi u t-titjib tas-sikurezza) (2)

Il-forma tal-għajnuna

L-estimi

EUR 200 000 fis-sena (l-impatt stmat tal-miżura notifikata)

L-intensità

100 % (tnaqqis tar-rata applikabbli tat-taxxa tad-dħul għal żero)

It-tul ta' żmien

Sal-31 ta’ Diċembru 2011

Setturi ekonomiċi

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Merenkulkulaitos

Merenkulkulaitoksen Keskushallinto

PL 171

FI-00181 Helsinki

SUOMI/FINLAND

Porkkalankatu 5

FI-00180 Helsinki

SUOMI/FINLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


(1)  L-iskema eżistenti ta' għajnuna għat-trasport marittimu ġiet approvata mill-Kummissjoni fl-2006 (Għajnuna mill-Istat Nru N 408/05, deċiżjoni tas-16 ta' Mejju 2006, ippubblikata ĠU C 276, 14.11.2006, p. 14).

(2)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 1.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5583 – Partner RE/Paris RE)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 232/03

Fil-21 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5583. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-25 ta’ Settembru 2009

2009/C 232/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4670

JPY

Yen Ġappuniż

132,59

DKK

Krona Daniża

7,4420

GBP

Lira Sterlina

0,91875

SEK

Krona Żvediża

10,1538

CHF

Frank Żvizzeru

1,5118

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,5020

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,180

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

270,00

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7069

PLN

Zloty Pollakk

4,1960

RON

Leu Rumen

4,2008

TRY

Lira Turka

2,1779

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6952

CAD

Dollaru Kanadiż

1,6035

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,3696

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,0462

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0787

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 740,22

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,9049

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,0170

HRK

Kuna Kroata

7,2950

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 164,36

MYR

Ringgit Malażjan

5,0920

PHP

Peso Filippin

69,412

RUB

Rouble Russu

44,1365

THB

Baht Tajlandiż

49,284

BRL

Real Brażiljan

2,6382

MXN

Peso Messikan

19,7957

INR

Rupi Indjan

70,3280


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/7


MEDIA 2007 – ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI, PROMOZZJONI U TAĦRIĠ

Sejħa għall-proposti – EACEA/20/09

Appoġġ għall-Iżvilupp ta’ proġetti ta’ produzzjoni – Finzjoni (narrativa), Dokumentarji Kreattivi u Animazzjoni – Proġetti Waħdiena, Slate Funding u t-tieni fażi ta’ Slate Funding

2009/C 232/05

1.   Għanijiet u Deskrizzjoni

Dan l-avviż ta’ Sejħa għall-Proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

Wieħed mill-għanijiet tal-programm huwa li jippromwovi, billi jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju, l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ produzzjoni maħsuba għas-swieq Ewropej u internazzjonali ppreżentati minn kumpaniji ta’ produzzjoni Ewropej indipendenti fil-kategoriji li ġejjin: id-drama, id-dokumentarji kreattivi u l-animazzjoni.

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż huwa maħsub għal kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet imsemmija fuq, u b’mod partikolari għal kumpaniji ta’ produzzjoni indipendenti.

L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea

il-pajjiżi tal-EFTA, l-Iżvizzera u l-Kroazja.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

L-attivitajiet ta’ żvilupp għax-xogħlijiet awdjoviżivi li ġejjin (ta’ darba jew sensiela) huma eliġibbli:

Proġetti ta’ drama maħsuba għal użu kummerċjali ta’ mhux inqas minn 50 minuta

Dokumentarji kreattivi maħsuba għal użu kummerċjali ta’ mhux inqas minn 25 minuta (it-tul ta’ ħin għal kull episodju f’każ ta’ sensiela)

Proġetti ta’ animazzjoni maħsuba għal użu kummerċjali ta’ mhux inqas minn 24 minuta

L-attivitajiet ta’ żvilupp u produzzjoni għall-kategoriji ta’ xogħol li ġejjin huma ineliġibbli:

irrekordjar ta’ xandiriet diretti, logħob fuq it-televiżjoni, programmi televiżivi ta’ diskussjoni, programmi televiżivi tal-ħajja reali jew programmi edukattivi, ta’ tagħlim u ta’ tagħrif;

dokumentarji li jippromwovu t-turiżmu, “kif isir…” (“making-of”), rapporti, rappurtaġġi dwar l-annimali, programmi tal-aħbarijiet u docu-soaps;

proġetti li jippromwovu, direttament jew indirettament, messaġġi li ma jaqblux mal-linji politiċi tal-Unjoni Ewropea. Per eżempju, proġetti li jistgħu jmorru kontra l-interessi tas-saħħa pubblika (alkoħol, tabakk, drogi), ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà tan-nies, il-libertà tal-espressjoni eċċ.;

proġetti li jippromwovu l-vjolenza u/jew ir-razziżmu u/jew li għandhom kontenut pornografiku;

xogħlijiet ta’ natura promozzjonali;

produzzjonijiet istituzzjonali li jippromwovu organizzazzjoni speċifika jew l-attivitajiet tagħha.

Is-Sejħa għall-Proposti 20/09 għandha żewġ dati tal-għeluq. Sabiex tiġi nkluża fl-ewwel data tal-għeluq, l-applikazzjoni għall-appoġġ għandha tintbagħat lill-Aġenzija bejn id-data tal-pubblikazzjoni tas-Sejħa għall-Proposti u s-27 ta’ Novembru 2009. Sabiex tiġi nkluża fit-tieni data tal-għeluq, l-applikazzjoni għall-appoġġ għandha tintbagħat lill-Aġenzija bejn it-28 ta’ Novembru 2009 u t-12 ta’ April 2010, id-data tal-għeluq tas-Sejħa għall-Proposti.

It-tul ta' żmien massimu tal-proġett huwa sat-30 ta' Ġunju 2012 għal talbiet għal appoġġ sottomessi fi żmien l-ewwel data tal-għeluq u sat-30 ta’ Novembru 2012 għal dawk it-talbiet sottomessi fi żmien it-tieni data tal-għeluq jew sad-data tal-bidu tal-produzzjoni tal-proġett, skont liema waħda tkun l-aktar kmieni.

4.   Kriterji tal-għoti

Ser jiġu allokati l-punti minn total ta’ 100 abbażi tal-weighting li ġej:

 

Għal Proġett Waħdieni

Kriterji relatati mal-kumpanija applikanti (40 punt).

Il-kwalità tal-istrateġija tal-iżvilupp (10);

Il-konsistenza tal-baġit tal-iżvilupp (10);

Il-kwalità tal-istrateġija ta’ finanzjament (10);

Il-kwalità tal-istrateġija tad-distribuzzjoni (10)

Kriterji relatati mal-proġett sottomess (60 punt).

Il-kwalità tal-proġett (40);

Il-potenzjal għall-produzzjoni u l-fattibilità tal-proġett (10);

Il-potenzjal għad-distribuzzjoni Ewropea u Internazzjonali (10).

 

Għal Slate Funding u t-tieni fażi ta’ Slate Funding

Kriterji relatati mal-kumpanija applikanti (60 punt).

Il-kapaċità tal-kumpanija li tiżviluppa u tipproduċi fuq livell Ewropew (15-il punt għal Slate Funding – 30 punt għat-tieni fażi ta’ Slate Funding);

Il-kwalità tal-istrateġija tal-iżvilupp u l-konsistenza tal-baġit tal-iżvilupp (15-il punt għal Slate Funding – 10 punti għat-tieni fażi ta’ Slate Funding);

Il-kwalità tal-istrateġija tal-finanzjament (15-il punt għal Slate Funding – 10 punti għat-tieni fażi ta’ Slate Funding);

Il-kwalità tal-istrateġija tad-distribuzzjoni (15-il punt għal Slate Funding – 10 punti għat-tieni fażi ta’ Slate Funding)

Kriterji relatati mal-proġetti sottomessi (40 punt).

Il-kwalità tal-proġetti (10);

Il-potenzjal tat-tim kreattiv (10)

Il-potenzjal għall-produzzjoni u l-fattibilità tal-proġett (10);

Il-potenzjal għad-distribuzzjoni Ewropea u Internazzjonali (10).

5.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli huwa ta’ EUR 17-il miljun. Il-kontribut finanzjarju mogħti huwa sussidju.

Il-kontribut finanzjarju massimu li jista’ jingħata għal Proġett Waħdieni huwa bejn EUR 10 000 u EUR 60 000 għajr għal animazzjonijiet b’tul ta’ silta qasira biex jintwera fit-teatru, li l-massimu għalihom huwa ta’ EUR 80 000. Il-kontribut finanzjarju mogħti fl-ebda każ mgħandu jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli sottomessi mill-produttur (60 % għal proġetti li juru interess fil-promozzjoni tad-diversità kulturali Ewropea).

Il-kontribut finanzjarju massimu li jista’ jingħata għal Slate Funding u għat-tieni fażi ta’ Slate Funding huwa bejn EUR 70 000 u EUR 190 000. Il-kontribut finanzjarju mogħti fl-ebda każ mgħandu jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli sottomessi mill-produttur.

L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tiddistribwix il-fondi kollha disponibbli.

6.   Data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2009 u s-12 ta’ April 2010 (ara l-punt 3) fl-indirizz li ġej:

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) – MEDIA

Mr. Constantin Daskalakis

BOUR 3/30

Avenue du Bourget 1

1140 Brussels

BELGIUM

Ser jiġu aċċettati biss l-applikazzjonijiet li jiġu sottomessi fuq il-formola tal-applikazzjoni uffiċjali, iffirmata kif suppost mill-persuna intitolata biex tidħol f'impenji li jorbtu b'mod legali f'isem l-organizzazzjoni li qed tapplika u li jkunu jinkludu l-informazzjoni u l-annessi kollha speċifikati fit-test sħiħ tas-Sejħa.

Applikazzjonijiet mibgħuta b’fax jew email mhux ser jiġu milqugħa.

7.   Dettalji kollha

It-test sħiħ tal-linji gwida flimkien mal-formoli tal-applikazzjoni, jistgħu jiġu kkonsultati fl-indirizz elettroniku li ġej: http://ec.europa.eu/media

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-termini kollha tal-linji gwida u jintbagħtu fuq il-formoli pprovduti.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/10


MEDIA 2007 – ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI, PROMOZZJONI U TAĦRIĠ

Sejħa għall-proposti – EACEA/21/09

Appoġġ għall-Iżvilupp ta' xogħlijiet interattivi fuq kull pjattaforma kemm online kif ukoll offline

2009/C 232/06

1.   Għanijiet u Deskrizzjoni

Dan l-avviż ta’ Sejħa għall-Proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

Wieħed mill-għanijiet tal-programm huwa li jippromwovi, billi jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju, l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ produzzjoni maħsuba għas-swieq Ewropej u internazzjonali ppreżentati minn kumpaniji ta’ produzzjoni Ewropej indipendenti.

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż huwa maħsub għal kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet imsemmija fuq, u b’mod partikolari għal kumpaniji ta’ produzzjoni indipendenti.

L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea

il-pajjiżi tal-EFTA, l-Iżvizzera u l-Kroazja.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

L-attivitajiet għax-xogħlijiet interattivi li ġejjin huma eliġibbli:

Il-kunċett ta’ żvilupp (sal-ewwel applikazzjoni) ta’ kontenut interattiv diġitali li jikkumplimenta proġett awdjoviżiv (drama, dokumentrarju kreattiv jew animazzjoni) żviluppat speċifikatament għal mill-anqas waħda mill-pjattaformi li ġejjin:

Internet

PC

konsowl

apparat li joqgħod fl-id

televiżjoni interattiv

Dan il-kontenut diġitali għandu jippreżenta:

interattività sostanzjali b’komponent narrattiv

originalità, kreatività u innovazzjoni kontra xogħlijiet eżistenti

potenzjal ta’ kummerċ Ewropew

It-tipi ta’ proġett awdjoviżiv li ġejjin biss intiżi għall-esplojtazzjoni kummerċjali jistgħu jiġu kkumplimentati mix-xogħol interattiv sottomess:

drama ta’ mill-anqas 50 minuta (it-tul sħiħ tas-serje fil-każ ta’ serje);

dokumentarju kreattiv ta’ mill-anqas 25 minuta (tul ta’ kull episodju fil-każ ta’ serje);

animazzjoni ta’ mill-anqas 24 minuta (it-tul totali tas-serje fil-każ ta’ serje).

L-attivitajiet li ġejjin huma ineliġibbli:

L-attivitajiet ta’ żvilupp u produzzjoni għall-kategoriji ta’ xogħol li ġejjin huma ineliġibbli:

xogħlijiet ta’ referenza (enċiklopediji, atlasis, katalogi, databases…);

xogħlijiet li jgħallmu kif wieħed jagħmel xi ħaġa (“how-to” – programmi edukattivi, manwali…);

servizzi ta’ strumenti u softwer;

servizzi ta’ tagħrif jew dawk li huma speċifikament tranżattivi;

programmi u rivisti ta’ tagħrif;

proġetti li jippromwovu t-turiżmu;

proġetti ta’ arti bl-użu ta’ multimedia;

proġetti li jippromwovu, direttament jew indirettament, messaġġi li ma jaqblux mal-linji politiċi tal-Unjoni Ewropea. Per eżempju, proġetti li jistgħu jmorru kontra l-interessi tas-saħħa pubblika (alkoħol, tabakk, drogi), ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà tan-nies, il-libertà tal-espressjoni eċċ. huma projbiti;

proġetti li jippromwovu l-vjolenza u/jew ir-razziżmu u/jew li għandhom kontenut pornografiku;

xogħlijiet ta’ natura promozzjonali (partikolarment kontenut b’ditta);

produzzjonijiet istituzzjonali li jippromwovu organizzazzjoni speċifika jew l-attivitajiet tagħha.

Is-Sejħa għall-Proposti 21/09 għandha żewġ dati tal-għeluq. Sabiex tiġi inkluża fl-ewwel data tal-għeluq, l-applikazzjoni għall-appoġġ għandha tintbagħat lill-Aġenzija bejn id-data tal-pubblikazzjoni tas-Sejħa għall-Proposti u s-27 ta’ Novembru 2009. Sabiex tiġi inkluża fit-tieni data tal-għeluq, l-applikazzjoni għall-appoġġ għandha tintbagħat lill-Aġenzija bejn it-28 ta’ Novembru 2009 u t-12 ta’ April 2010, id-data tal-għeluq tas-Sejħa għall-Proposti.

It-tul ta' żmien massimu tal-proġett huwa sat-30 ta' Ġunju 2012 għal talbiet għal appoġġ sottomessi fi żmien l-ewwel data tal-għeluq u sat-30 ta’ Novembru 2012 għal dawk it-talbiet sottomessi fi żmien it-tieni data tal-għeluq jew sad-data tal-bidu tal-produzzjoni tal-proġett, skont liema waħda tkun l-aktar kmieni.

4.   Il-kriterji tal-għoti

Ser jiġu allokati l-punti minn total ta’ 100 abbażi tal-weighting li ġej:

Kriterji relatati mal-kumpanija applikanti (40 punt).

Il-kwalità tal-istrateġija tal-iżvilupp (10);

Il-konsistenza tal-baġit tal-iżvilupp (10);

Il-kapaċità tal-kumpanija biex tirnexxi fil-proġett (10);

Il-kwalità tal-istrateġija ta’ finanzjament (10)

Kriterji relatati mal-proġett sottomess (60 punt).

Il-kwalità tal-kontenut u l-oriġinalità tal-kunċett mqabbla ma’ xogħlijiet eżistenti (20);

Innovazzjoni, kemm huma xierqa t-tekniki wżati fix-xogħol u l-kwalità tal-interattività (20);

Potenzjal għall-esplojtazzjoni Ewropea u kemm ikun xieraq għall-udjenza fil-mira (20).

5.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 2 miljun. Il-kontribut finanzjarju jingħata bħala sussidju.

Il-kontribut finanzjarju massimu li jista’ jingħata huwa bejn EUR 10 000 u EUR 150 000.

Il-kontribut finanzjarju mogħti fl-ebda każ mgħandu jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli sottomessi mill-produttur (60 % għal proġetti li juru interess fil-promozzjoni tad-diversità kulturali Ewropea).

L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tiddistribwix il-fondi kollha disponibbli.

6.   Data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2009 u s-12 ta’ April 2010 (ara l-punt 3) fl-indirizz li ġej:

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) – MEDIA

Mr. Constantin Daskalakis

BOUR 3/30

Avenue du Bourget 1

1140 Brussels

BELGIUM

Ser jiġu aċċettati biss l-applikazzjonijiet li jiġu sottomessi fuq il-formola tal-applikazzjoni uffiċjali, iffirmata kif suppost mill-persuna intitolata biex tidħol f'impenji li jorbtu b'mod legali f'isem l-organizzazzjoni li qed tapplika u li jkunu jinkludu l-informazzjoni u l-annessi kollha speċifikati fit-test sħiħ tas-Sejħa.

Applikazzjonijiet mibgħuta b’faks jew email mhux ser jiġu milqugħa.

7.   Dettalji kollha

It-test sħiħ tal-linji gwida flimkien mal-formoli tal-applikazzjoni, jistgħu jiġu kkonsultati fl-indirizz elettroniku li ġej: http://ec.europa.eu/media

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-termini kollha tal-linji gwida u jintbagħtu fuq il-formoli pprovduti.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/13


DEĊIŻJONI Nru 579

tat-2 ta’ Lulju 2009

dwar il-ftuħ ta' proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni ta' żejt u gass – riżorsi naturali ta’ taħt l-art skont l-Artikolu 2(1)(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art, fil-Blokk 1-11 Vranino, li jinsab fil-provinċja ta’ Dobrich, u n-notifikazzjoniji rigward il-kompetizzjoni prevista għall-għoti tal-awtorizzazzjoni

2009/C 232/07

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI

Skont l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 42(1)(1) u l-Artikolu 44(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, u b’kunsiderazzjoni għall-Artikolu 4(2)(16) u l-Artikolu 1(24a) tal-Att tal-Enerġija,

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI DDEĊIEDA LI:

1.

jiftaħ proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni taż-żejt mhux raffinat u tal-gass naturali fil-Blokk 1-11 Vranino, b'superfiċe ta' 392,42 km2 u b'koordinati tal-konfini 1 sa 5, kif deskritt fl-Anness għal din id-deċiżjoni;

2.

jħabbar li l-għoti tal-awtorizzazzjoni skont il-punt 1 ser jissejjes fuq kompetizzjoni;

3.

jispeċifika li l-perjodu ta’ żmien kopert mill-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni huwa ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-kuntratt għat-tiftix u l-esplorazzjoni, bid-dritt li dan il-perjodu jkun jista’ jiġi estiż skont l-Artikolu 31(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art;

4.

il-kompetizzjoni għall-għoti tal-awtorizzazzjoni skont il-punt 1 issir fil-150 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fil-bini tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, Nru 8, Triq Triaditza, Sofia;

5.

id-data tal-għeluq għax-xiri tal-fajl tal-kompetizzjoni hija l-17:00 fil-120 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.

id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni hija l-17:00 fil-130 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.

id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-offerti skont il-fajl tal-kompetizzjoni hija l-17:00 fil-144 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.

il-kompetizzjoni ma titlobx li jkun hemm il-preżenza personali;

9.

il-prezz tal-fajl tal-kompetizzjoni huwa stabbilit għal BGN 2 500 (2 500 leva Bulgara). Il-fajl tal-kompetizzjoni jista’ jinxtara mill-kamra Nru 802 tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, Nru 8, Triaditza Street, Sofia, matul il-perjodu ffissat fil-punt 5;

10.

l-applikanti għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 23(1) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art;

11.

il-proposti tal-applikanti se jkunu evalwati abbażi tal-programmi ta’ ħidma proposti, ir-riżorsi ddedikati lill-ħarsien ambjentali u lit-taħriġ, il-bonusijiet, kif ukoll skont il-kapaċitajiet maniġerjali u finanzjarji tagħhom, kif inhu speċifikat fil-fajl tal-kompetizzjoni;

12.

id-depożitu għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni huwa stabbilit għal BGN 50 000 (50 000 leva Bulgara) u għandu jitħallas qabel id-data tal-għeluq speċifikata fil-punt 6, fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, kif iddikjarat fil-fajl tal-kompetizzjoni;

13.

fil-każ li t-talba tal-applikant biex jipparteċipa fil-kompetizzjoni ma tintlaqax, l-applikant jirċievi lura d-depożitu li jkun ħallas f’forma ta’ rimbors fi żmien 14-il jum mid-data meta jkun ġie nnotifikat li l-applikazzjoni tiegħu ma ntlaqgħetx;

14.

id-depożitu tal-applikant li jirbaħ il-kompetizzjoni jinżamm u l-bqija tal-parteċipanti l-oħra jirċievu lura d-depożiti f'forma ta' rimbors fi żmien 14-il jum mill-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni fil-Gazzetta tal-Istat;

15.

l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni u l-proposti mill-applikanti skont il-fajl tal-kompetizzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, Nru 8, Triaditza Street, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 46 tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art;

16.

l-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet li jidhru fil-fajl tal-kompetizzjoni;

17.

il-kompetizzjoni tista’ ssir anke jekk jitħalla jipparteċipa applikant wieħed biss;

18.

il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija huwa awtorizzat jagħmel kif ġej:

18.1.

jibgħat din id-Deċiżjoni biex tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Gazzetta tal-Istat, kif ukoll fuq is-sit tal-internet tal-Kunsill tal-Ministri;

18.2.

jorganizza l-andament tal-kompetizzjoni.

19.

l-appelli kontra din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu indirizzati lill-Qorti Amministrattiva Suprema fi żmien 14-il jum mill-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru

Sergei STANISHEV

Is-Segretarju Prinċipali tal-kunsill tal-Ministri

Vesselin DAKOV

Kopja awtentika,

Id-direttur tal-uffiċċju tal-kabinett

Vesselin DAKOV


ANNESS

LISTA TA' KOORDINATI

1.

Il-koordinati ġeografiċi (sistema ta' koordinati: 1950): tal-Block 1-11 Vranino:

1.

43° 39′ 42,190″ N

28° 14′ 59,825″ E

2.

43° 36′ 49,199″ N

28° 30′ 00,834″ E

3.

43° 25′ 54,191″ N

28° 23′ 09,845″ E

4.

43° 29′ 46,184″ N

28° 11′ 05,835″ E

5.

43° 39′ 42,190″ N

28° 14′ 59,825″ E


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/16


DEĊIŻJONI Nru 580

tat-2 ta’ Lulju 2009

dwar il-ftuħ ta' proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni ta' żejt u gass – riżorsi naturali ta’ taħt l-art skont l-Artikolu 2(1)(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art, fil-Blokk 1-17 Ovcha Mogila, li jinsab fil-provinċji ta’ Pleven, u Veliko Tarnovo u n-notifika rigward il-kompetizzjoni prevista għall-għoti tal-awtorizzazzjoni

2009/C 232/08

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI

Skont l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 42(1)(1) u l-Artikolu 44(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, u b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 4(2)(16) u t-Taqsima 24a tal-Att tal-Enerġija,

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI IDDEĊIEDA LI:

1.

jiftaħ proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni taż-żejt mhux raffinat u tal-gass naturali fil-Blokk 1-17 Ovcha Mogila, b'superfiċe ta' 260,96 km2 u b'koordinati 1 sa 5 skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.

jħabbar li l-għoti tal-awtorizzazzjoni skont il-punt 1 se jkun imsejjes fuq kompetizzjoni.

3.

jispeċifika li l-perjodu ta’ żmien kopert mill-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni huwa ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-kuntratt għat-tiftix u l-esplorazzjoni, bid-dritt li dan il-perjodu jiġi estiż skont l-Artikolu 31(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art.

4.

Il-kompetizzjoni għall-għoti tal-awtorizzazzjoni skont il-punt 1 issir fil-150 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fil-bini tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, Nru 8, Triaditza Street, Sofia.

5.

L-iskadenza għax-xiri tal-fajl tal-kompetizzjoni hija l-17:00 fil-120 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.

L-iskadenza għas-sottomissjoni tan-notifikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni hija l-17:00 fil-130 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

7.

L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti skont il-fajl tal-kompetizzjoni hija l-17:00 fil-144 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

8.

Il-kompetizzjoni ma titlobx li jkun hemm il-preżenza personali.

9.

Il-prezz tal-fajl tal-kompetizzjoni huwa stabbilit għal BGN 500 (500 leva Bulgara). Il-fajl tal-kompetizzjoni jista’ jinxtara’ mill-kamra Nru 802 tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, No 8, Triaditza Street , Sofia, matul il-perjodu ffissat fil-punt 5.

10.

L-applikanti għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 23(1) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art.

11.

Il-proposti tal-applikanti se jkunu evalwati abbażi tal-programmi ta’ ħidma proposti, ir-riżorsi ddedikati lill-ħarsien ambjentali u lit-taħriġ, il-bonusijiet, kif ukoll skont il-kapaċitajiet maniġerjali u finanzjarji tagħhom, kif inhu speċifikat fil-fajl tal-kompetizzjoni.

12.

Id-depożitu għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni huwa stabbilit għal BGN 10 000 (10 000 leva Bulgara) u għandu jitħallas qabel l-iskadenza speċifikata fil-punt 6, fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, kif jidher fil-fajl tal-kompetizzjoni.

13.

Fil-każ li t-talba tal-applikant biex jipparteċipa fil-kompetizzjoni ma tintlaqax, id-depożitu li l-applikant ikun ħallas jiġi rimburżat fi żmien 14-il jum mid-data meta jkun ġie nnotifikat li l-applikazzjoni tiegħu ma ntlaqgħetx.

14.

Id-depożitu ta’ min ikun rebaħ l-offerta jinżamm u l-bqija tal-applikanti l-oħra jiġu rimburżati fi żmien 14-il jum mill-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni fil-Gazzetta tal-Istat.

15.

L-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni u l-proposti tal-applikanti skont il-fajl tal-kompetizzjoni għandhom jiġu ppreżentati fil-bini tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, No 8, Triaditza Street, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 46 tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art.

16.

L-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet li jidhru fil-fajl tal-kompetizzjoni.

17.

Il-kompetizzjoni tista’ ssir anke jekk jitħalla jipparteċipa applikant wieħed biss.

18.

Il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija huwa awtorizzat jagħmel kif ġej:

18.1.

jibgħat it-test ta' din id-Deċiżjoni biex jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Gazzetta tal-Istat, kif ukoll fuq is-sit tal-internet tal-Kunsill tal-Ministri;

18.2.

jorganizza l-andament tal-kompetizzjoni.

19.

L-appelli kontra din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu indirizzati lill-Qorti Amministrattiva Suprema fi żmien 14-il jum mill-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru

Sergei STANISHEV

Is-Segretarju prinċipali tal-kunsill tal-Ministri

Vesselin DAKOV

Kopja awtentika,

Id-direttur tal-uffiċċju tal-kabinett

Vesselin DAKOV


ANNESS

LISTA TA’ KOORDINATI

1.

Il-koordinati ġeografiċi (sistema ta’ koordinati: 1950): tal-Blokk 1-17 Ovcha Mogila:

1.

43° 31′ 53,551″ N

25° 08′ 03,624″ E

2.

43° 31′ 49,230″ N

25° 28′ 10,182″ E

3.

43° 26′ 37,261″ N

25° 28′ 10,451″ E

4.

43° 26′ 41,617″ N

25° 08′ 05,618″ E

5.

43° 31′ 53,551″ N

25° 08′ 03,624″ E


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5608 – Advent/Median Clinics)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 232/09

1.

Fis-17 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Advent International Corporation (“Advent”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll ta’ partijiet mill-grupp ta’ kumpaniji Median (“Median clinics”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Advent: fond ta’ investiment ta' ekwità globali,

għal Median: it-tħaddim ta’ kliniċi ta’ rijabilitazzjoni u ta’ kura akuta fil-Ġermanja. L-akkwist huwa dwar 26 klinika ta’ rijabilitazzjoni u klinika waħda ta’ kura akuta mit-32 klinika li bħalissa huma proprjetà tal-grupp ta’ kumpaniji Median.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5608 – Advent/Median Clinics, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5625 – British Land/Blackstone/Broadgate Estate)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 232/10

1.

Fit-18 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Blackstone Group (“Blackstone”, USA) u British Land Company plc (“British Land”, UK) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-impriżi li huma sidien ta' “The Broadgate Estate” f’Londra permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Blackstone: ġestjoni tal-assi globali u l-għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza finanzjarja,

għal British Land: investiment fil-qasam tal-proprjetà immobbli, b’mod partikolari ġestjoni, iffinanzjar u żvilupp ta' propjetà immobbli kummerċjali,

għal Broadgate Estate: proprjetarju legali u effettiv ta’ 17-il proprjetà immobbli f’Londra.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5625 – British Land/Blackstone/Broadgate Estate, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5639 – Alpha V/Investindustrial Funds/Permasteelisa)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 232/11

1.

Fit-18 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Investindustrial L.P. (“Investindustrial LP”, Jersey-Channel Islands), Investindustrial IV L.P. (“Investindustrial IV LP”, Jersey-Channel Islands) – flimkien “Investindustrial Funds” – u Alpha Private Equity Fund V (“Alpha V”, Jersey-Channel Islands) akkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt tal-impriża sħiħa Permasteelisa S.p.A. (“Permasteelisa”, l-Italja), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Investindustrial LP, Investindustrial IV LP u Alpha V: fondi ta’ ishma privati li jakkwistaw u jbiegħu kumpaniji għall-benefiċċju tal-investituri,

għal Permasteelisa: disinn, produzzjoni u istallazzjoni ta' qoxra arkitettonika (curtain wall) għal bini kbir, ħitan interni u diviżorji kif ukoll disinn u istallazzjoni ta' tagħmir għal ħwienet ta' klassi medja jew esklussiva.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5639 – Alpha V/Investindustrial Funds/Permasteelisa, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/22


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2009/C 232/12

Din il-pubblikazzjoni tagħti dritt għal oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni

DOKUMENT UNIKU

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“CASTAÑA DE GALICIA”

Nru tal-KE: ES-PGI-0005-0609-21.06.2007

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Denominazzjoni:

“Castaña de Galicia”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott [skont il-klassifikazzjoni tal-Anness II]:

Klassi 1.6

Frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f'(1):

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Castaña de Galicia” hija riservata għall-frott miksub minn kultivazzjonijiet awtoktoni tal-Galicia tal-qastan Ewropew (Castanea sativa, Mill.) bil-ħsieb li jiġu kkunsmati mill-bniedem u li jiġu kkummerċjalizzati friski jew iffriżati.

Dawn il-kultivazzjonijiet huma ffurmati minn grupp ta’ ekotipi ta’ oriġini lokali ġejjin minn selezzjonijiet li saru mill-bdiewa matul is-sekli bil-ħsieb li jtejbu l-kwalitajiet produttivi tagħhom. Il-morfoloġija u l-ispeċifiċità tal-prodott huma deskritti u identifikati sew fil-konfront ta’ żoni ta’ produzzjoni oħrajn fi Spanja, il-Portugall u Franza. Dawn il-kultivazzjonijiet huma kkunsidrati bħala patrimonju uniku ta’ riżorsi fitoġenetiċi għall-ħarsien tad-diversità bijoloġika u ġenetika, u jġibu l-isem, skont id-definizzjoni legali, ta’ “varjetajiet ta’ konservazzjoni”.

B’hekk iż-żamma tat-tekniki tradizzjonali tal-kultivazzjoni tal-qastan fil-Galicia ppermettiet is-selezzjoni ta’ għadd omoġenju ta’ kultivazzjoniet awtoktoni u din hija l-bażi li fuqha nbniet ir-reputazzjoni u l-fama tal-qastna tal-Galicia.

Il-karatteristiċi ewlenin li jiddistingwu l-“Castaña de Galicia” huma:

Perikarpu fin, kannella u jleqq,

Episperma (membrana) fina kemm kemm imqabbda maż-żerriegħa u li tinqala’ faċilment meta titqaxxar il-qastna,

Togħma ħelwa u konsistenza soda iżda ma għandhiex mid-dqiq,

Bejn 50 u 60 % ta’ kontenut ta’ ilma fil-frott meta jinqata’,

Ġeneralment, f’kull qoxra ikun hemm 3 frottiet jew inqas,

Perċentwal medju ta’ karboidrati ta’ 59,5 % (imkejjel fuq materja xotta), l-ogħla valur fil-bqija taż-żoni kollha ta’ produzzjoni fit-territiorju Spanjol,

Perċentwali medji baxxi ħafna ta’ qastan maqsum (4,5 %) u qastan magħluq (2,1 %). Il-qastan tal-Galicia jippreżenta l-inqas valur taż-żewġ parametri miġbura flimkien meta mqabbel ma’ dak tal-bqija taż-żoni ta’ produzzjoni Spanjoli.

Wara d-definizzjoni tal-valuri medji li jiddeskrivu l-qastan tal-Galicia, wieħed jista’ jkompli billi jiddeskrivi l-karatteristiċi li japplikaw għall-frott li għandu jiġi protett bl-IĠP “Castaña de Galicia” wara l-qtugħ.

Kontenut minimu tal-ilma 50 % u massimu ta’ 60 %,

Perċentwal massimu ta’ frott magħluq: 12 %,

Perċentwal minimu ta’ karboidrati: 55 %,

In-numru massimu ta’ frott kull kilogramm ma jkunx iktar minn 120 fil-każ tal-prodott frisk u 200 fil-każ tal-prodott iffriżat.

F’kull imballaġġ ta’ qastan IĠP “Castaña de Galicia” huwa awtorizzat massimu ta’ 5 % ta’ frott li ma jikkonformax mal-ispeċifikazzjonijiet rikjesti.

Il-proċess ta’ ffriżar isir biss biex jittawwal iż-żmien ta’ konservazzjoni tal-prodott, mingħajr ma dan jgħaddi, lanqas minimament, minn proċess ta’ trasformazzjoni, b’tali mod li kemm il-frott frisk kif ukoll dak iffriżat ikollu l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi li ssemmew aktar ’il fuq.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Il-fażijiet speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata:

Bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni vera u proprja, ma jeżistux proċessi speċifiċi li għandhom jitwettqu fiż-żona territorjali identifikata.

3.6.   Regoli speċjali ta’ kif jitqatta’, jitfarrak, jiġi ppakkjat, eċċ.:

Il-qastan bl-IĠP “Castaña de Galicia” jiġi kkummerċjalizzat f’pakketti tax-xibka, tar-raffja jew tad-drapp fil-każ tal-frott frisk u, fil-każ tal-prodott iffriżat, f’pakketti ta’ materjal li jintuża għall-ikel awtorizzat mil-leġislazzjoni fis-seħħ dwar l-ikel. Fiż-żewġ każijiet, il-piżijiet awtorizzati għandhom ikunu ta’ 500 g, 1 kg, 2,5 kg, 5 kg, 10 kg, 15 kg, 20 kg u 25 kg, għalkemm wieħed jikkunsidra l-possibbiltà ta’ formati oħra, dejjem jekk il-kwalità tal-prodott ma tkunx kompromessa.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Il-qastan kummerċjalizzat kopert mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Castaña de Galicia” għandu jkollu t-tikketta kummerċjali li tikkorrispondi ma’ kull produttur/azjenda tal-imballaġġ u tikketta tal-IĠP, b’kodiċi alfanumeriku bin-numru korrelattiv, approvat u ppubblikat mill-organu ta’ spezzjoni, u bil-logo uffiċjali tad-Indikazzjoni Ġeografika Protetta.

Kemm it-tikketta kummerċjali kif ukoll it-tikketta speċifika tal-IĠP irid ikollhom ir-referenza Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Castaña de Galicia”.

Fuq it-tikketti tal-prodotti pproċessati (bħalma huma l-puré tal-qastan, il-krema tal-qastan, il-qastan fil-ġulepp, il-qastan fl-alkoħol, il-marrón glacé, il-bombón de marrón glacé…) jista’ jiġi indikat li l-qastan użat fil-preparazzjoni tagħhom ġej mill-IĠP “Castaña de Galicia”, dejjem jekk il-materja prima tkun tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni.

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Castaña de Galicia” tinkludi parti mit-territorju tal-Comunidad Autónoma ta’ Galicia li tinsab imdawra bid-Dorsal Gallega fil-Punent u bis-Sierra del Xistral fuq in-naħa tat-Tramuntana.

Għalhekk, mill-aspett amministrattiv, iż-żona ta' kultivazzjoni tinkludi:

Il-provinċja ta’ A Coruña: Comarca de Terra de Melide u l-muniċipalitajiet ta’ Arzúa y Boimorto (Comarca de Arzúa),

Il-provinċja kollha ta’ Lugo, ħlief il-muniċipalitajiet ta’ O Vicedo, Viveiro, Xove u Cervo (Comarca de Mariña Occidental), Burela u Foz (Comarca de Mariña Central) u Barreiros u Ribadeo (Comarca de Mariña Oriental),

Il-muniċipalitajiet kollha tal-provinċja ta’ Ourense,

Il-provinċja ta’ Pontevedra: Il-Comarca ta’ Tabeirós-Terra de Montes u l-Deza, il-muniċipalitajiet ta’ Cotobade, A Lama u Campo Lameiro (Comarca de Pontevedra) u l-muniċipalità Cuntis (Comarca de Caldas).

Id-definizzjoni taż-żona ta’ produzzjoni msemmija tippreżenta kundizzjonijiet ta’ nżul tax-xita, temperaturi u ħamrija eċċellenti għall-kultivazzjoni tal-qastan ta’ kwalità.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika definita tippreżenta kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sew tal-kultivazzjoni u tal-kwalità għolja tal-qastan tal-Galicia, bħalma huma t-temperaturi moderati matul l-iżvilupp u l-maturazzjoni tal-frott u l-umdità fl-ambjent li tippermetti perċentwal għoli ta’ kontenut ta’ ilma fil-frott, karatteristiċi li jagħtu kwalità għolja lill-prodott.

Iktar ’il quddiem se jiġu deskritti b’iktar dettall il-karatteristiċi speċifici taż-żona ġeografika tal-IĠP b’referenza diretta għal parametri li huma kkunsidrati bħala l-aqwa għall-qastan.

L-inżul tax-xita: Iż-żona ta’ produzzjoni tippreżenta livell għoli ta’ nżul ta’ xita, b’valuri ta’ xita mkejla matul is-sena ta’ 1 000 mm, flimkien ma’ ċerta nixfa Sajfija li mbagħad tgħib mix-xahar ta’ Settembru ′l quddiem. Dawn iż-żewġ ċirkustanzi jiffavorixxu t-tnejn li huma l-kwalità tal-qastan. Iż-żoni tal-Galicia li jinsabu l-iktar qrib tal-kosta huma esklużi miż-żona ta’ produzzjoni minħabba li l-valuri tax-xita f’dawk iż-żoni jaqbeż il-limitu rakkomandat għall-kultivazzjoni,

Temperatura: Iż-żona tippreżenta temperaturi medji ta’ bejn 6 u 14 °C matul is-sena, li jikkorrispondu mal-intervalli rakkomandati għall-qastan (3 – 16 °C), b’temperaturi għoljin li jiffavorixxu l-maturazzjoni u l-iżvilupp tal-frott fis-Sajf,

It-temperaturi u x-xita: In-nofs tan-naħa tal-Lvant jirrappreżenta ż-żona li tiffavorixxi l-iktar il-qastan, speċi li tiżviluppa aħjar f’ambjenti b’ċerta umdità fl-ambjent, li qatt ma għandha tkun għolja wisq, għax f’dak il-każ tkun tiffavorixxi l-iżvilupp ta’ mard bħall-marda tal-linka u l-ġlata tal-qastan,

Ipsometrija: Iż-żona definita tinsab f'altitudnijiet fejn is-siġar tal-qastan jkollhom l-aħjar addattament (f’firxa ta’ bejn l-400 u d-900 m., li ma taqbiżx l-1 200 m.),

Ħamrija u litografija: Il-maġġoranza tal-erja fiha ħamrija li ġiet żviluppata fuq il-granit u blat metamorfiku (blat artab li jitfarrak malajr tat-tajn jew tafal magħqud u lavanja), bi struttura tal-franka, b'ħafna materja organika, b’livell ta’ pH u ta’ ġir attiv baxxi, ikkunsidrati bħala l-iktar adatti għall-kultivazzjoni tal-qastan.

Il-kultivazzjoni tal-qastan għandha valur ambjentali għoli, kif ukoll addattament perfett għall-kundizzjonijiet edafoklimatiċi li jippredominaw fiż-żoni tal-muntanji għoljin u medji li jinsabu fil-parti interna tal-Galicia, fejn din tirriżulta bħala l-alternattiva agronomika l-iktar kompetittiva. L-evoluzzjoni storika u t-tipoloġija tal-użu tal-istess territorju (favur l-ispeċi ta’ siġar tal-injam li jikbru malajr u kultivazzjonijiet bħal tal-qamħirrum u tal-patata) inbidlet f'fattur ieħor li kkontribwixxa għad-definizzjoni tat-territorju inkwistjoni.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

Minbarra l-ispeċifiċità dovuta għall-kundizzjonjiet edafoklimatiċi adegwati taż-żona ta’ produzzjoni msemmija fil-punt ta' qabel u li jirriżultaw fl-aqwa żvilupp tal-frott, il-produzzjoni tal-qastan tal-Galicia tinvolvi xogħol intensiv ta’ selezzjoni li ilu jsir matul sekli sħaħ mill-bdiewa tal-Galicia fis-“soutos” (meta wieħed isemmi is-“soutos” ikun qed jirreferi għal kultivazzjonijiet ta’ siġar tal-istess età jew kważi, fejn jiġu applikati l-istess prattiki kulturali). B’dan il-mod, il-fattur uman, permezz tal-prattiki ta’ kultivazzjoni tradizzjonali u b'ħafna attenzjoni, serva bħala mutur li ħoloq selezzjoni kontinwa tal-varjetà (fir-rigward tal-karatteristiċi tal-produzzjoni u tal-kwalità), bir-riżultat ta’ serje ta' ekotipi awtoktoni li llum il-ġurnata jikkostitwixxu l-qastan tal-Galicia ta’ kwalità. Permezz ta’ dawn il-fatturi kollha nkisbet din il-qastna li llum il-ġurnata tgawdi minn tant fama u prestiġju.

Il-mudell tal-produzzjoni li kien jikkostitwixxi is-“soutos” għadu attwalment fis-seħħ, u minbarra li juri r-rabta mal-kultura u t-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-qastan tal-Galicia, għandu wkoll ir-rwol importanti ta’ sors tal-materja veġetali għall-użu tiegħu f'kultivazzjonijiet ġodda speċifiċi għall-qastan li jsiru skont it-tekniki ta’ kultivazzjoni moderni.

Fost il-kartteristiċi li jagħtu speċifiċità fil-kwalità tal-qastan tal-Galicia meta mqabbla ma’ qastan ieħor li jiġi minn żoni ta’ produzzjoni oħra, jistgħu jissemmew:

Episperma (membrana) fina kemm kemm imqabbda maż-żerriegħa u li tinqala’ faċilment meta titqaxxar il-qastna,

Perċentwal baxx ta’ frott magħluq, raġuni li, bħall-punt ta’ qabel, tikkontribwixxi ħafna biex il-qastan jitqaxxar faċilment,

Perċentwal għoli fil-kontenut tal-ilma, li huwa parametru valorizzat ħafna għall-konsum tal-prodott frisk kif ukoll għall-preparazzjoni tal-prodott trasformat,

Perċentwal baxx ta’ qsim, li jnaqqas sew ir-rimi waqt is-selezzjoni,

Perċentwal għoli ta’ lamtu, li jirriżulta f’togħma iktar ħelwa fil-qastna wara li din tiġi ttrasformata (idroliżi naturali minħabba l-maturazzjoni u idroliżi megħjuna mill-proċessi termiċi) f’zokkor.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP):

Is-siġra tal-qastan ilha teżisti fi stat selvaġġ fil-Galicia sa miż-żmien Pleistoċenu, iżda d-domestikazzjoni u l-introduzzjoni tal-kultivazzjoni tagħha waslet mad-dominazzjoni Rumana. Iktar tard, fil-Medjuevu l-kleru u n-nobbiltà taw spinta ġdida lill-qastan, billi żiedu l-kultivazzjoni tiegħu u rabtuh mal-kultivazzjoni tad-dwieli.

Għalhekk, sa minn żmien antik, bdiet issir selezzjoni u tixrid ta’ varjetajiet awtoktoni ta’ qastan ta’ kwalità għolja, li ġeneralment seta’ jintuża kemm għall-injam kif ukoll għall-frott. Mill-banda l-oħra, it-tixrid kbir tal-popolazzjoni li storikament ikkaratterizzat ir-reġjun tal-Galicia, u okkupat prattikament it-territorju kollu (żoni tal-kosta, pjanuri ċentrali, widien u muntanji), iffavorixxa s-selezzjoni ta’ għadd ta’ varjetajiet bi kwalitajiet differenti fis-sens ta’ ambjent, b’kombinazzjoni eċċellenti ta’ addattament edafoklimatiku b’perċentwali baxxi ta' frott maqsum u magħluq, daqs adegwat, eċċ.

L-addattament eċċellenti tal-qastan għall-kundizzjonijiet ambjentali tad-definizzjoni taż-żona magħżula (karattru speċifiku taż-żona ġeografika) diġà jagħti minnu nnifsu kwalità għolja lill-prodott, u din tiġi mir-rabta loġika li hemm bejn l-iżvilupp tajjeb tal-ispeċi tas-siġra u l-kisba ta’ frott ta’ kwalità. Minbarra hekk, it-temperaturi moderati matul l-iżvilupp u l-maturazzjoni tal-qastan, kif ukoll l-umdità għolja fl-ambjent taż-żona ta’ produzzjoni jagħtu perċentwal għoli lill-kontenut tal-ilma fil-frott, fattur ivvalorizzat ħafna kemm għall-konsum tal-frott frisk kif ukoll għall-użu tiegħu bħala materja prima fil-preparazzjoni tal-frott ipproċessat.

Mill-banda l-oħra, il-metodi ta’ kultivazzjoni fis-“soutos” kienu jikkostitwixxu tradizzjonalment il-mudell ta’ produzzjoni bażika fil-produzzjoni tal-qastan tal-Galicia. Dan l-ambjent ta’ produzzjoni kkontribwixxa għas-selezzjoni li saret bil-mod il-mod u għad-domestikazzjoni tal-qastan mill-bdiewa, imsejsa fuq il-produttività u l-kwalità, li wasslu għal għadd ta’ ekotipi lokali li rriżultaw fil-kultivazzjonijiet awtoktoni li jinsabu fil-produzzjoni attwali u li fuqhom tibbaża l-kwalità, ir-reputazzjoni u l-fama tal-qastan tal-Galicia.

Dan il-prestiġju tal-qastan tal-Galicia jidher mill-pożizzjoni tajba li huwa jokkupa fit-traffiku kummerċjali, u mill-fatt li jiġri spiss li qastan ta’ oriġini oħrajn jinbiegħ għax ikun immarkat bħala qastan tal-Galicia, fatt li jipprova r-reputazzjoni tiegħu. Fost ir-referenzi bibliografiċi bbażati fuq ir-reputazzjoni storika tal-qastan tal-Galicia wieħed jista’ jsemmi dawn li ġejjin:

Għadd ta’ dokumenti miġbura fil-monasteri tal-Galicia li jirreferu għall-importanza tal-qastan tal-Galicia fil-Medjuevu. Din id-dokumentazzjoni tissemma f’diversi xogħlijiet, l-aħjar fosthom huma “El priorato benedictino de San Vicenzo de Pombeiro y su colección diplomática en la Edad Media” u “El monasterio de S. Clodio do Ribeiro en la Edad Media: Estudio y Documentos” ta’ M. Lucas Álvarez y P. Lucas Domínguez jew il-“Colección Diplomática do mosteiro cisterciense de Sta. María de Oseira” ta’ M. Romaní Martínez,

Referenza ta’ Alexandre Dumas fir-rumanz tiegħu “De París a Cádiz”, miktub fl-1847 fir-rigward tal-kwalità tal-qastan ta’ Galicia,

Il-kunsiderazzjoni tal-kultivazzjonijiet tal-qastan bħala wieħed mill-elementi l-iktar importanti tal-pajsaġġ agrarju tal-Galicia minn Abel Bouhier fix-xogħol tiegħu “La Galice. Essai géographique d'analyse et d'interpretation d'un vieux complexe agraire”,

Għadd ta’ referenzi għall-festa tal-“magosto” (festa popolari li tiġi ċċelebrata f’ħafna lokalitajiet fil-Galicia, li fiha l-qastan għandu rwol ewlieni); biex insemmu eżempju wieħed, il-ġabra ta’ Manuel Murguía fix-xogħol tiegħu “Historia de Galicia” (1865),

Ir-rwol importanti li għandu l-qastan tal-Galicia fir-riċetti, bħal dawk miġbura minn Manuel Puga u Parga (1874-1917) fil-ktieb tiegħu “La Cocina Práctica” (1905), jew f’għadd ta' platti deskritti minn “La Cocina Gallega” (1973).

Il-frekwenza tar-referenzi li wieħed jista’ jsib fl-internet għall-qastan tal-Galicia u għall-oriġini tiegħu hija prova oħra indiretta tal-għarfien wiesa’ tar-reputazzjoni u l-prestiġju tal-qastan tal-Galicia. Fil-fatt, tfittxija bil-Google fid-data 20 ta’ Novembru 2008 bir-referenza “castaña/s gallega/s” (qastan/qastan tal-Galicia) jew l-ekwivalenti bil-Gallego (castaña/s galega/s) tellgħet total ta’ 5 600 riżultat, filwaqt li tfittxija bir-referenza “castaña/s española/s” (qastna/qastan ta’ Spanja) fl-istess data tellgħet inqas minn 200 riżultat, u t-tiftix dwar qastan ta’ oriġini oħra (Asturias, Anadalucía jew Extremadura) ma tellax iktar minn 20 riżultat għal kull wieħed minnhom.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

Orden tat-3 ta’ Novembru 2006 li biha tiġi adottata d-deċiżjoni favorevoli fir-rigward tal-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta Castaña de Galicia.

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Galicia Nru 219 tal-14 ta’ Novembru 2006.

http://dxosi.xunta.es:90/Doc/Dog2006.nsf/FichaContenido/234BE?OpenDocument


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/27


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2009/C 232/13

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SOMMARJU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ΕΞΑΙΡΕΤΙΚO ΠΑΡΘEΝΟ ΕΛΑΙOΛΑΔΟ ΣEΛΙΝΟ ΚΡHΤΗΣ” (EXERETIKO PARTHENO ELEOLADO SELINO KRITIS)

Nru tal-KE: EL-PDO-0005-0515-20.12.2005

DPO ( X ) IĠP ( )

Dan is-sommarju jagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal finijiet informattivi.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Διεύθυνση Βιολογικής Γεωργίας, του Υπουργείου Αγροτικής Ανάπτυξης και Τροφίμων (Id-Dipartiment tal-Biedja Organika tal-Ministeru tal-Iżvilupp Rurali u l-Ikel)

Indirizz:

Αχαρνών 29 (Aharnon 29)

Αθήνα/Athens

EΛΛΑΔΑ/GREECE

Tel.

+30 2108232025

Feks

+30 2108821241

Posta elettronika:

ax29u029@minagric.gr, ax29u030@minagric.gr

2.   Grupp:

Isem:

Ένωση Αγροτικών Συνεταιρισμών Σελίνου (Il-Junjin tal-Kooperattivi Agrikoli ta’ Selinos)

Indirizz:

Παλαιοχώρα Κάνδανος Χανιών,(Palaiohora Kandanos Hanion)

ΤΚ 73001

EΛΛΑΔΑ/GREECE

Tel.

+30 2823041209 / 41306

Feks

+30 282341463

Posta elettronika:

easselin@otenet.gr

Kompożizzjoni:

Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn: ( )

3.   Varjetà ta’ prodott:

Klassi: 1.5.

Żjut u xaħmijiet

4.   Speċifikazzjoni:

(sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

‘Εξαιρετικό Παρθένο Ελαιόλαδο Σέλινο Κρήτης’ (Exeretiko Partheno Eleolado Selino Kritis)

4.2.   Deskrizzjoni:

Żejt taż-żebbuġa extra-verġini, ta’ lewn aħdar skur fl-aħdar, b’medja ta’ difetti li jammontaw għal xejn, b’togħma tajba, ftit morra u pikkanti u b’riħa tfuħ ta’ żebbuġ b’medja minima ta’ attribut iffruttat ta’ 3,2. Aċidità massima ta’ 0,7 % (perċentwal skont il-piż tal-aċidu olejku) u numru tal-perossidu b’massimu ta' 15 (meq ta’ ossiġnu attiv/kg). Il-koeffiċjenti ta’ estinzjoni (extinction coefficients) Κ270 u Κ232 u l-varjazzjoni tagħhom għandhom valuri massimi ta' 0,15, 2,5 u 0,00 rispettivament.

Iż-żejt taż-żebbuġa huwa magħmul miż-żebbuġ tal-varjetà “tsounati”, bi proporzjon ta’ mill-lanqas 60 %, u miż-żebbuġ tal-varjetà “koroneiki” sa massimu ta’ 40 %.

Il-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi ta’ Exeretiko Partheno Eleolado Selino Kritis jinkisbu l-iktar minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-klima (xemx qawwija, ħafna xita, livell relattivament baxx ta’ umdità) u l-kundizzjonijiet ġeomorfoloġiċi (art b’pendil u b'varjazzjonijiet sinifikanti ta' altitudni) fiż-żona, u minħabba l-isfruttar tal-vantaġġi komparattivi li joħorġu mill-karatteristiċi taż-żebbuġ tal-varjetjiet tsounati u koroneiki li jikbru fiż-żoni ta' altitudnijiet varji taż-żona ġeografika definita.

4.3.   Żona ġeografika:

Iż-żebbuġ u ż-żejt taż-żebbuġa huma prodotti fiż-żona ġeografika definita. Iż-żona ġeografika hija l-Provinċja ta’ Selinos, li tinsab fil-parti tal-Lbiċ tal-Prefettura ta’ Hania. Tkopri d-distretti amministrattivi tal-muniċipalitajiet ta’ Kandanos, Pelekanos u Anatolikos Selinos. Parti kbira miż-żona hija magħmula minn muntanji, ogħla minn 1 000 metru. Hija miżgħuda bis-siġar taż-żebbuġ, li huma l-għelejjel prinċipali tal-familji tal-bdiewa tal-Provinċja tal-Prefettura.

4.4.   Prova tal-oriġini:

It-traċċabilità tal-prodott hija ggarantita f’kull stadju tal-proċess tal-produzzjoni, mit-tkabbir tas-siġar taż-żebbuġ sat-tagħsir, il-ħżin, il-ġarr u l-istandardizzazzjoni tal-prodott sa meta jasal għand il-konsumatur aħħari.

Kull persuna involuta żżomm id-dejta li għandha x’taqsam mal-proċessi tal-produzzjoni u l-istandardizzazzjoni sabiex il-korp kompetenti ta’ sorveljanza (bħalissa l-OPEGEP) jkun jista’ jara li l-proċeduri kollha ġew onorati u b’hekk tkun żgurata t-traċċabilità tal-prodott.

4.5.   Metodu tal-produzzjoni:

Il-kultivazzjoni taż-żebbuġ tal-varjetajiet tsounati u koroneiki hija estensiva u ssir billi jintużaw vera ftit stimulanti (fertilizzanti, irrigazzjoni, prodotti li jħarsu l-pjanti). Iż-żebbuġ tal-varjetà koroneiki huwa kkultivat fuq l-art li jkollha altitudni ta' massimu ta' 500 metru filwaqt li ż-żebbuġ tal-varjetà tsounati jinsab f'altitudnijiet ogħla. Fejn l-art hija kemm kemm imżerżqa, il-ħamrija tinħadem billi jintużaw l-iktar mezzi mekkanizzati. Minħabba li ħafna mill-ħamrija fiż-żona ma tirreaġixxix għall-aċidu, il-fertilizzanti tal-kubrit ma jintużawx imma kultant jingħata trattament bil-ġir. Is-siġar taż-żebbuġ jirreaġixxu b’mod pożittiv għaż-żieda ta’ nitroġenu kull sena filwaqt li r-reazzjoni għall-fertilizzanti tal-potassju hija żgħira imma pożittiva. Fiż-żona hemm biss ftit imsaġar taż-żebbuġ bl-irrrigazzjoni. L-għadu prinċipali tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ huwa d–dubbiena taż-żebbuġa (Bactrocera oleae), li d-Direttorat għall-Iżvilupp Rurali tal-Prefettura ta' Hania qiegħed jeqridha billi jisprejja lixka preventiva fuq l-art. Il-popolazzjoni tad-dubbiena taż-żebbuġa hija mmonitorjata bl-użu ta’ nases xierqa. Fl-isfond tal-ġlieda kontra l-mard tas-siġar taż-żebbuġ, il-grieħi jitbexxew kontra l-mard u jiġu ddiżinfettati bi tħejjijiet xierqa, b’mod partikolari għaż-żebbuġ koroneiki. Għalkemm iż-żebbuġ tal-varjetà tsounati huwa sensittiv għall-fungus Cycloconium oleaginum, mhuwiex meqjus xieraq li jittieħdu xi miżuri billi minħabba l-ġeomorfoloġija taż-żona, hemm ventilazzjoni tajba u l-livell relattiv tal-umdità fl-arja jinżamm f'livelli li mhumiex għolja biżżejjed u għalhekk ma jgħinux sabiex il-mard jiżviluppa.

Il-qtugħ taż-żebbuġ tal-varjetà koroneiki jibda fil-bidu ta’ Novembru u jispiċċa f’Diċembru, filwaqt li ż-żebbuġ tal-varjetà tsounati jsir fi stadji u l-qtugħ jibda fl-aħħar ta’ Diċembru – bidu ta’ Jannar, huwa sospiż waqt l-istaġun kiesaħ u jerġa’ jibda fl-aħħar ta’ Frar, u jispiċċa f’April. Madankollu, il-massa taż-żebbuġ tal-varjetà tsounati li jintuża għaż-żejt taż-żebbuġa extra-verġini Selinos jinqata’ sal-aħħar ta’ Jannar, u għalhekk iż-żejt taż-żebbuġa li jiġi prodott jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa tal-kwalità. Il-kriterji użati sabiex jiġi determinat il-livell ta' sajran tal-frott huma meta l-lewn tal-qoxra jinbidel għal kollox minn isfar ħadrani għal vjola skur u mill-anqas nofs il-laħam huwa ta' lewn vjola skur. Iż-żebbuġ jinqata’ billi jintużaw għodod apposta għall-ħsad u jinġabar fl-istess waqt mill-art ladarba jaqa’ fix-xbieki li jitqiegħdu apposta biex jinġabar.

Iż-żebbuġ jinġarr l-iktar fl-ixkejjer magħmulin minn materjal ħafif jew f’kontenituri tal-plastik. Jinħażnu f’żoni speċjali taħt kundizzjonijiet ikkontrollati sabiex jiġu ppriżervati l-kwalitajiet speċifiċi tagħhom. Minħabba li ż-żebbuġ għandu jiġi pproċessat mhux iktar tard minn 24 siegħa wara li jkun inqata’, il-ħin għall-ġarr u l-ħżin għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u b’kollox m’għandux jaqbeż l-24 siegħa.

Iż-żejt taż-żebbuġa jingħasar permezz ta’ mezzi mekkanizzati f’temperatura li ma taqbiżx il-25 °C fl-imtieħen taż-żebbuġ fiż-żona li ġew approvati mill-awtorità kompetenti ta’ sorveljanza. Iż-żejt taż-żebbuġa magħmul primarjament miż-żebbuġ tal-varjetà koroneiki imma wkoll miż-żebbuġ tal-varjetà tsounaki jinħażen kif xieraq għal xahar sa tliet xhur sakemm jitħallat f’tankijiet. Waqt il-perjodu tal-ħżin, il-partiċelli solidi u t-tartru li jkunu trabbew jitneħħew billi ż-żejt taż-żebbuġa jitferra’ f’tank nadif b’tali mod li jillimitah kemm jista’ jkun milli jkun espost għall-ossiġnu u l-ammont ta' arja li jiġi f'kuntatt miegħu.

4.6.   Rabta:

Storika

Fil-baċir tal-Kantanos hemm siġar taż-żebbuġ kbar ħafna li jsejħulhom “dekaoktouses” li għandhom iktar minn 1 500 sena, bi zkuk li għandhom ċirkonferenza sa 12,3 metru; Il-“mantinades” (kanzunetti folkloristiċi minn Kreta) jikkonfermaw ukoll li Selinos hija żona fejn jipproduċu ż-żejt.

Naturali

Fir-rigward tal-art tagħha, iż-żona ġeografika definita hija magħmula l-iktar minn ħamrija skistuża, għalkemm hemm ukoll ħamrija kalkarja fi kwantitajiet iżgħar. Ir-reġjun huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu magħmul minn muntanji, ogħla minn 400 metru, fil-biċċa l-kbira b’pendil għajr għall-baċir ta' Kantanos li, morfoloġikament huwa qortin. Karatteristiċi partikolari taż-żona huma ħafna xita, livell ta’ umdità relattivament baxx u għadd żgħir ta’ jiem bis-sħab.

L-art, bil-pendil li jispiċċa fi pjanura, li tagħti lill-imsaġar taż-żebbuġ l-aħjar possibbiltà sabiex ikunu esposti għad-dawl, tikkontribwixxi sabiex tiżdied il-konċentrazzjoni tal-alkalojdi li tagħti l-kwalità ffruttata lill-prodott finali. Barra minn hekk, il-kontenut organiku baxx tal-ħamrija jżid il-komponenti aromatiċi taż-żejt taż-żebbuġa li jiġi prodott. It-togħma kemm kemm morra u pikkanti hija attribwita għall-fatt li mal-prodott finali jiżdied ftit żebbuġ tal-varjetà koroneiki u dan minħabba s-sustanzi fenoliċi li jinsabu fiż-żebbuġ fiż-żmien tal-qtugħ. Il-lewn aħdar jiġi minħabba l-konċentrazzjoni li tkun żdiedet ta' klorofilla, l-iktar feofitina u pirofeofitina.

Il-kundizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-klima fir-reġjun (l-umdità, it-temperatura) jgħinu l-karatteristiċi taż-żebbuġ tal-varjetà tsounati, li jista’ jitqies li huwa fil-ħabitat naturali tiegħu, biex jilħaq l-aqwa tiegħu. Il-fatt li din il-varjetà taż-żebbuġ hija mwaħħra, li għalhekk ifisser li s-siġar jarmu tard u l-frott idum biex jikber u għalhekk jimmatura tard, huwa influwenzat mit-temperatura u l-livell relattiv tal-umdità tal-arja u tal-ħamrija li huma l-iktar tajbin fil-perjodi kruċjali. Ukoll, ir-reżistenza taż-żebbuġ tal-varjetà tsounati għall-ksieħ tfisser li ż-żebbuġ jista’ jiġi kkultivat fiż-żona kollha kemm hi. Iż-żebbuġ tal-varjetà koroneiki huwa l-aħjar ikkultivat f’altitudnijiet iktar baxxi u f’ħamrija umda biżżejjed, għalhekk tintuża l-art speċifika taż-żona ġeografika definita bl-aħjar mod possibbli.

Il-kultivazzjoni taż-żebbuġ tal-varjetajiet tsounati u koroneiki, u b’estensjoni l-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa extra-verġini ta’ Selinos, hija l-uniku mod possibbli għal żvilupp li jista’ jittieħed għaż-żona ġeografika definita minħabba li l-predominanza tal-faqar, u fil-biċċa l-kbira minħabba l-aċidu, il-ħamrija skistuża tagħmel is-sitwazzjoni diffiċli sabiex wieħed jaqleb għal għelejjel differenti jew varjetà differenti ta’ żebbuġ jew sabiex jadotta metodi intensivi ta’ kultivazzjoni li huma iktar produttivi. Barra minn dan, is-sbuħija naturali tal-pajsaġġ hija ppriżervata minħabba li s-sistema b’saħħitha tal-għeruq li jkunu jinsabu fil-ħamrija fejn hemm iż-żebbuġ tal-varjetà tsounati b’mod partikolari tevita t-tnixxija tal-ilma mill-wiċċ u l-erożjoni tal-art skistuża bil-pendil li tkun partikolarment fraġli.

4.7.   Korp ta’ spezzjoni:

Skont il-leġislazzjoni nazzjonali, l-ispezzjoni u l-applikazzjoni tal-miżuri li jikkonċernaw id-denominazzjoni tal-oriġini protetta taż-żejt taż-żebbuġa qegħdin isiru mill-korpi msemmijin hawn taħt.

Isem:

Διεύθυνση Γεωργίας του Ν. Χανιών (Id-Direttorat Agrikolu tal-Prefettura ta’ Hania)

Indirizz:

Σφακίων 26 (Sfakion 26)

TK 73174 Χανιά (Hania)

EΛΛΑΔΑ/GREECE

Tel.

+30 2821056463

Feks

+30 2821028047

Posta elettronika:

u14901@minagric.gr

Isem:

Οργανισμός Πιστοποίησης και Ελέγχου Γεωργικών Προϊόντων, Ο.Π.Ε.Γ.Ε.Π. (L-Organizzazzjoni għall-Ħruġ taċ-Ċertifikati tal-Prodotti Agrikoli, l-OPEGEP)

Indirizz:

Άνδρου 1 και Πατησίων (Androu 1 and Patision)

TK 11257

EΛΛΑΔΑ/GREECE

Tel.

+30 2108231277

Feks

+30 2108231438

Posta elettronika:

info@agrocert.gr

4.8.   Ittikkettar

L-imballaġġ taż-żejt taż-żebbuġa għandu jkollu l-indikazzjoni: “Εξαιρετικό Παρθένο Ελαιόλαδο Σέλινο Κρήτης” (Exeretiko Partheno Eleolado Selino Kritis), kif ukoll l-informazzjoni mitluba skont il-leġislazzjoni nazzjonali u tal-Komunità.


Rettifika

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/31


Rettifika għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 217 tal-11 ta’ Settembru 2009 )

2009/C 232/14

F’paġna 10, taħt “Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni relatata mal-obbligu ta’ servizz pubbliku”:

minflok:

“Id-digriet tal-14.8.2009: modifikazzjoni tal-OSP fir-rotta Strasburgu–Ruma (NOR: DEVA0918070A)”;

aqra:

“Id-digriet tal-14.8.2009: impożizzjoni tal-OSP fir-rotta Strasburgu–Ruma (NOR : DEVA0918070A)”;

minflok:

“osp-compagnies@dta.aviation-civile.gouv.fr”;

aqra:

“compagnies.dta@aviation-civile.gouv.fr”.


Top