This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 8b34b2e0-d36b-11eb-895a-01aa75ed71a1
COMMISSION DECISION of 17 April 2007 concerning lists of composite products to be subject to controls at border control posts (notified under document number C(2007) 1547) (Text with EEA relevance) (2007/275/EC)Text with EEA relevance
Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ April 2007 dwar listi ta’ prodotti komposti li jridu jkunu soġġetti għall-kontrolli fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1547) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2007/275/KE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ April 2007 dwar listi ta’ prodotti komposti li jridu jkunu soġġetti għall-kontrolli fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1547) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2007/275/KE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02007D0275 — MT — 21.04.2021 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
►M4 ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-17 ta’ April 2007 dwar listi ta’ prodotti komposti li jridu jkunu soġġetti għall-kontrolli fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera ◄ (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1547) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 116 4.5.2007, p. 9) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 28/2012 tal-11 ta’ Jannar 2012 |
L 12 |
1 |
14.1.2012 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta’ Diċembru 2011 |
L 21 |
1 |
24.1.2012 |
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1196 tal-20 ta' Lulju 2016 |
L 197 |
10 |
22.7.2016 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2007 tat-18 ta’ Novembru 2019 |
L 312 |
1 |
3.12.2019 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/630 tas-16 ta’ Frar 2021 |
L 132 |
17 |
19.4.2021 |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tas-17 ta’ April 2007
dwar listi ta’ prodotti komposti li jridu jkunu soġġetti għall-kontrolli fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1547)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/275/KE)
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli rigward il-prodotti komposti li jridu jiġu soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera mad-dħul tagħhom fl-Unjoni.
Artikolu 2
Id-Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“prodott kompost”: oġġett ta’ l-ikel maħsub għall-konsum uman li jkun fih kemm prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali kif ukoll prodotti li joriġinaw mill-pjanti, u jinkludi dawk fejn l-ipproċessar tal-prodott primarju jkun parti integrali mill-produzzjoni tal-prodott finali;
“prodotti tal-laħam”: prodotti kif iddefiniti fil-punt 7.1 ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“prodotti pproċessati”: il-prodotti pproċessati elenkati taħt il-punt 7 ta’ l-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“prodotti tal-ħalib”: prodotti kif iddefiniti fil-punt 7.2 ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
Artikolu 3
Kontrolli uffiċjali tal-prodotti komposti elenkati fl-Anness I
Artikolu 4
Prodotti komposti soġġetti għall-kontrolli uffiċjali
Il-prodotti komposti li ġejjin għandhom jiġu soġġetti għall-kontrolli uffiċjali:
Il-prodotti komposti li fihom prodott tal-laħam ipproċessat.
Il-prodotti komposti li fihom nofs is-sustanza tagħhom jew aktar minn kwalunkwe prodott ipproċessat wieħed li joriġina mill-annimali, għajr prodott tal-laħam ipproċessat.
Il-prodotti komposti li ma fihom l-ebda prodott tal-laħam ipproċessat u inqas min-nofs is-sustanza tagħhom minn prodott tal-ħalib ipproċessat, fejn il-prodotti finali ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 6.
▼M1 —————
▼M5 —————
Artikolu 7
Ir-revoka
Id-Deċiżjoni 2002/349/KE qed tiġi revokata.
Artikolu 8
L-applikabilità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika minn xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 9
Id-destinatarji.
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
LISTA TA’ PRODOTTI KOMPOSTI SOĠĠETTI GĦAL KONTROLLI UFFIĊJALI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3
Din il-lista tistabbilixxi l-prodotti komposti f’konformità man-nomenklatura tal-oġġetti li qed tintuża fl-Unjoni sabiex tiġi determinata l-għażla tal-kunsinni li jridu jiġu sottomessi għal kontrolli uffiċjali f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera
Noti għat-tabella:
▼M4 —————
Nota tal-Kapitolu
Dawn in-noti tal-kapitoli huma spjegazzjonijiet, estratti fejn meħtieġ, min-Noti tal-Kapitoli individwali tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.
Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata
Informazzjoni addizzjonali dwar il-Kapitoli differenti ġiet estratta, fejn meħtieġ, min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali mill-2007.
Kolonna (1) – il-kodiċi NM
Din il-kolonna tindika l-kodiċi NM. In-NM, imwaqqfa bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hija bbażata fuq is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u l-kodifikazzjoni ta’ oġġetti (iktar 'il quddiem is-“SA”), imfassla mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Mondjali tad-Dwana (“OMD”), u adottata mill-Konvenzjoni Internazzjonali konkluża fi Brussell, fl-14 ta’ Ġunju 1983, u approvata f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE ( 2 ) (“il-Konvenzjoni SA”). In-NM tirriproduċi t-titoli u s-sottotitoli tas-SA għal sitt figuri, u s-seba' u t-tmien figuri biss joħolqu sottotitoli ulterjuri li huma speċifiċi għaliha.
Meta jintuża kodiċi b’erba’ ċifri: sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, il-prodotti kollha prefissi bi jew koperti minn dawn l-erba’ ċifri jridu jiġu sottomessi għal kontrolli uffiċjali f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Fil-maġġoranza ta’ dawn il-każijiet, il-kodiċijiet NM rilevanti inklużi fis-sistema TRACES stabbilita bl-Artikolu 133(4) tar-Regolament (UE) 2017/625 huma mqassma f’kodiċi b’sitt jew tmien ċifri.
Fejn ċerti prodotti speċifiċi biss taħt kwalunkwe kodiċi b'erba', sitt jew tmien figuri huma meħtieġa li jiġu sottomessi għal verifiki veterinarji u ma teżisti l-ebda subdiviżjoni speċifika taħt din il-kodiċi fin-NM, il-kodiċi jiġi mmarkat Ex (pereżempju, Ex 30 02 : verifiki vetrinarji meħtieġa biss għall-materjal derivat mill-annimali, inklużi ħuxlief u tiben, u mhux għat-titolu, is-sottotitolu jew il-kodiċi NM kollu). Il-kodiċijiet rilevanti huma inklużi wkoll fis-sistema TRACES.
Kolonna (2) - Deskrizzjoni
Id-deskrizzjoni tal-oġġetti hija kif stabbilit fil-kolonna tad-deskrizzjoni tan-NM fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. Għal aktar spjegazzjoni tal-kopertura eżatta tat-Tariffa Doganali Komuni, jekk jogħġbok irreferi għall-aħħar emenda għal dak l-Anness.
Kolonna (3) – Kwalifika u spjega
Din il-kolonna tagħti d-dettalji tal-prodotti koperti. Aktar informazzjoni dwar il-prodotti komposti koperti fil-Kapitoli differenti tan-NM tista’ tinstab fl-aktar verżjoni riċenti tan-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea ( 3 ).
TABELLA
Bla ħsara għar-regoli għall-interpretazzjoni tan-NM, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-oġġetti fil-kolonna 2 huwa meqjus li jkun ta’ valur indikattiv biss, ladarba l-oġġetti koperti b'din id-Deċiżjoni huma determinati, f'dan l-Anness, minn kodiċijiet NM.
Meta jkun hemm simbolu “Ex” quddiem kodiċi NM, l-oġġetti koperti b'din id-Deċiżjoni huma determinati mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi NM u minn dak tad-deskrizzjoni korrispondenti fil-kolonna (2) u l-kwalifikazzjoni u l-ispjegazzjoni fil-kolonna (3).
▼M4 —————
KAPITOLU 15
Xaħmijiet u żjut u l-prodotti mill-qsim tagħhom; xaħmijiet li jittieklu mħejjija; xemgħat ta' annimali jew veġetali
Rimarki ġenerali
Xaħmijiet u żjut kollha derivati mill-annnimali. Rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti li ġejjin huma stabbiliti fl-Anness XIV tar-Regolament (EU) Nru 142/2011:
xaħmijiet mirduda u żejt tal-ħut fir-Ringiela 3 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I;
xaħmijiet mirduda mill-materjali tal-Kategorija 2 għal ċerti finijiet barra l-katina tal-għalf għal annimali mrobbija fl-irziezet (pereżempju finijiet oleokimiċi) fir-Ringiela 17 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II;
id-derivattivi tax-xaħam fir-Ringiela 18 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II.
Id-derivattivi tax-xaħam jinkludu l-prodotti tal-ewwel stadju derivati minn xaħmijiet u żjut meta jkunu fl-istat pur tagħhom li jiġu prodotti b'metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.
Id-derivattivi mħallta ma’ materjali oħra huma suġġetti għal verifiki veterinarji.
Noti tal-Kapitolu 15 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)
1. Dan il-kapitolu ma jkoprix:
ix-xaħam tal-majjal jew ix-xaħam tat-tjur fit-titolu 0209 ;
il-butir, ix-xaħam u ż-żejt tal-kawkaw (it-titolu 1804 );
preparazzjonijiet li jittieklu li fihom aktar minn 15 % bil-piż tal-prodotti tat-titolu 0405 (ġeneralment il-Kapitolu 21);
fdal li ma dabx (it-titolu 2301 ) jew il-fdalijiet tat-titoli 2304 sa 2306 ;
…
3. It-titolu 1518 ma jkoprix xaħmijiet jew żjut jew il-frazzjonijiet tagħhom, żnaturati biss, li jiġu klassifikati taħt it-titolu xieraq għax-xaħmijiet u għaż-żjut u għall-frazzjonijiet korrispondenti tagħhom mhux żnaturati.
4. Sapun sempliċi, tartru u residwi taż-żejt, żift tal-istearina, żift tal-gliċerol u residwi tax-xaħam tas-suf jaqgħu fit-titolu 1522 .
Estratt mir-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata
It-titolu 1516 ikopri x-xaħmijiet u ż-żjut tal-annimali u veġetali, li jkunu għaddew minn trasformazzjoni kimikali speċifika ta’ tip imsemmi hawn taħt, iżda li ma jkunux ġew ippreparati aktar.
It-titolu jkopri wkoll frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut tal-annimali jew veġetali li ġew ittrattati b'mod simili.
L-idroġenizzazzjoni, li tiġi affettwata billi l-prodotti jiġu f'kuntatt ma’ idroġenu pur f'temperatura u taħt pressjoni adattati fil-preżenza ta’ katalista (ġeneralment nikil imfarrak b'mod fin), tgħolli l-punti tat-tidwib tax-xaħmijiet u żżid il-konsistenza taż-żjut billi tittrasforma l-gliċeridi mhux saturati fi gliċeridi saturati b'punti ogħla ta’ tidwib.
It-titolu 1518 ikopri taħlitiet jew preparazzjonijiet li ma jittiklux ta' xaħmijiet jew żjut tal-annimali jew tal-ħxejjex jew ta' frazzjonijiet ta' xaħmijiet jew żjut differenti tal-Kapitolu, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra.
Din il-parti tkopri, inter alia, iż-żejt tal-qali użat li fih, pereżempju, żejt tal-kolza, żejt tas-sojja u kwantità żgħira ta' xaħam tal-annimali, għall-użu fil-preparazzjoni tal-għalf tal-annimali.
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
(1) |
(2) |
(3) |
1501 |
Xaħam tal-majjal (inkluż il-lardu) u xaħam tat-tjur, għajr dak tat-titolu 0209 jew 1503 . |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
1502 |
Xaħmijiet ta’ annimali tal-ifrat (bovini), tan-naħaġ jew tal-mogħoż, għajr dawk tat-titolu 1503 . |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
1503 00 |
Stearina tal-lardu, żejt tal-lardu, oleostearina, oleo-oil u żejt tax-xaħam tad-dam, mhux emulsifikati jew imħallta jew ippreparati mod ieħor. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
1504 |
Xaħmijiet u żjut oħra tal-annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk irfinuti jew le, iżda mhux modifikati kimikament. |

1505 00 |
Xaħam tas-suf u sustanzi xaħmin derivati minnu (inkluża l-lanolina). |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
1506 00 00 |
Xaħmijiet u żjut oħra tal-annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk irfinuti jew le, iżda mhux modifikati kimikament. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
1516 10 |
Xaħmijiet u żjut mill-annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, parzjalment jew kompletament idroġenati, interesterifikati, riesterifikati jew elajdinizzati, raffinati jew le, iżda mhux ippreparati aktar. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
Ex 15 17 |
Marġerina, taħlitiet li jittieklu jew preparazzjonijiet ta’ xaħmijiet jew żjut tal-annimali jew tal-ħxejjex jew frazzjonijiet ta’ xaħmijiet jew żjut differenti ta’ dan il-kapitolu, minbarra xaħmijiet jew żjut jew frazzjonijiet tagħhom tat-titolu 1516 . |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
Ex 1518 00 91 |
Xaħmijiet u żjut tal-annimali jew tal-ħxejjex u l-frazzjonijiet tagħhom, mgħollija, ossidati, deidrati, mogħtija l-kubrit, minfuħa, polimerizzati bis-sħana f'vakwu jew f'gass inerti jew li jkunu modifikati kimikament mod ieħor, għajr dawk tat-titolu 1516 . |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
Ex 1518 00 95 |
Taħlitiet jew preparazzjonijiet li ma jittiklux ta' xaħmijiet u żjut tal-annimali jew tal-annimali u tal-ħxejjex u l-frazzjonijiet tagħhom. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
Ex 1518 00 99 |
Oħrajn |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
1521 90 91 |
Xema' tan-naħal mhux maħduma u xemgħat oħrajn tal-insetti. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
1521 90 99 |
Xema' tan-naħal u xema' ta’ insetti oħrajn, kemm jekk irfinuti jew ikkuluriti jew le, għajr dawk mhux ipproċessati. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
Ex 1522 00 |
Degras; residwi li jirriżultaw mit-trattament ta’ sustanzi xaħmija jew xema' mill-annimali u l-ħxejjex. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
(1)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 tat-18 ta' Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom u ħuxlief u tiben soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE (ĠU L 312, 29.11.2019, p.1). |
KAPITOLU 16
Preparazzjonijiet ta’ laħam, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn:
Kummenti ġenerali
Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti komposti li fihom prodotti mill-annimali pproċessati.
Noti tal-Kapitolu 16
1. Dan il-kapitolu ma jkoprix il-laħam, il-fdal tal-laħam, il-ħut, il-krustaċji, il-molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn li jiġu ppreparati jew ippreservati bil-proċess speċifikat fil-Kapitolu 2 jew 3 jew fit-titolu 0504 .
2. Il-preparazzjonijiet tal-ikel jaqgħu taħt dan il-kapitolu sakemm dawn ikollhom, aktar minn 20 % tal-piż f'zalzett, laħam, fdal tal-laħam, demm, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, jew kwalunkwe taħlita tagħhom. Meta l-preparazzjoni jkun fiha tnejn jew aktar mill-prodotti msemmija aktar 'il fuq, din tiġi klassifikata fit-titolu tal-Kapitolu 16 li jikkorrispondi għall-komponent jew għall-komponenti li jippredominaw fil-piż. Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għall-prodotti mimlija tat-titolu 1902 jew għall-preparazzjonijiet tat-titolu 2103 jew 2104 .
Għal preparazzjonijiet li fihom fwied, id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza ma japplikawx biex ikunu determinati s-sottotitoli taħt it-titolu 1601 jew 1602 .
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
(1) |
(2) |
(3) |
1601 00 |
Zalzett u prodotti simili, tal-laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
1602 |
Laħam, fdal tal-laħam jew demm oħrajn ippreparati jew ippreservati. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
1603 00 |
Estratti u sugu tal-laħam, tal-ħut jew tal-krustaċji, tal-molluski jew ta' invertebrati akkwatiċi oħrajn. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
Ex 16 04 |
Ħut ippreparat jew ippreservat; kavjar u sostituti tal-kavjar ippreparati mill-bajd tal-ħut: |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
Ex 16 05 |
Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħra, ippreparati jew ippreservati: |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
(1)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 tat-18 ta' Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom u ħuxlief u tiben soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE (ĠU L 312, 29.11.2019, p.1). |
KAPITOLU 17
Zokkor u ħelu taz-zokkor
Noti tal-Kapitolu 17 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)
1. Dan il-kapitolu ma jkoprix:
…
zokkrijiet kimikament puri (għajr is-sukrows, il-laktows, il-maltosju, il-glukows u l-fruktows) jew prodotti oħrajn tat-titolu 2940 ;
…
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
(1) |
(2) |
(3) |
Ex 17 02 |
Zokkrijiet oħra, inklużi l-lattożju, il-maltożju, il-glukożju u l-fruttożju kimikament puri, f'forma solida; ġuleppijiet taz-zokkor li ma fihomx taħwir jew koloranti miżjudin; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat jew le ma' għasel naturali. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
(1)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 tat-18 ta' Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom u ħuxlief u tiben soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE (ĠU L 312, 29.11.2019, p.1). |
KAPITOLU 18
Kawkaw u preparazzjonijiet tal-kawkaw
Kummenti ġenerali
Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti mill-annimali u l-prodotti komposti li fihom prodotti mill-annimali pproċessati.
Noti tal-Kapitolu 18 (estratt min-Noti ta' dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)
Dan il-kapitolu ma jkoprix il-preparazzjonijiet tat-titli 0403 , 1901 , 1904 , 1905 , 2105 , 2202 , 2208 , 3003 jew 3004 .
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
(1) |
(2) |
(3) |
Ex 18 06 |
Ċikkulata u preparazzjonijiet tal-ikel oħra li fihom il-kawkaw. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
(1)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 tat-18 ta' Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom u ħuxlief u tiben soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE (ĠU L 312, 29.11.2019, p.1). |
KAPITOLU 19
Preparazzjonijiet ta’ ċereali, dqiq, lamtu jew ħalib; il-prodotti ta’ koki tal-għaġina
Kummenti ġenerali
Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti komposti li fihom prodotti pproċessati mill-annimali u preparazzjonijiet tal-ikel li jkun fihom prodotti mill-annimali mhux ipproċessati.
It-titolu 1902 [għaġin, kemm jekk imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħra) jew ippreparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini, lażanja, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le] ikopri biss prodotti tal-annimali li jinsabu fil-prodotti tas-sottotitoli 1902 11 , 1902 20 , 1902 30 u 1902 40 .
It-titolu 1902 ikopri preparazzjonijiet kulinari msajra jew imsajra minn qabel li jkun fihom prodotti mill-annimali kif stabbilit għall-prodotti komposti fl-Artikoli 4 - 6 tad-Deċiżjoni 2007/275/KE.
Noti tal-Kapitolu 19 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)
1. Dan il-kapitolu ma jkoprix:
għajr fil-każ tal-prodotti mimlija tat-titolu 1902 , preparazzjonijiet tal-ikel li fihom aktar minn 20 %, bil-piż, ta’ zalzett, laħam, fdal tal-laħm, demm, ħut, jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, jew kwalunkwe taħlita tagħhom (il-Kapitolu 16);
…
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
(1) |
(2) |
(3) |
Ex 19 01 |
Estratt tax-xgħir; il-preparazzjonijiet tal-ikel mid-dqiq, mill-groats (xgħir u barli mitħun oħxon), mill-pasta, mil-lamtu jew mill-estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment bla xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra; preparazzjonijiet tal-ikel mill-prodotti tat-titoli 0401 sa 0404 , li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas min 5 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (2) ◄ |
1902 11 00 |
Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew ippreparat mod ieħor, li fih il-bajd. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (2) ◄ |
1902 20 10 |
Għaġin mimli, imsajjar jew mhux imsajjar jew ippreparat mod ieħor li fih aktar minn 20 % bil-piż tal-ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (2) ◄ |
1902 20 30 |
Għaġin mimli, imsajjar jew mhux imsajjar jew ippreparat mod ieħor li fih aktar minn 20 % bil-piż ta’ zalzett u laħam simili, ta’ laħam u fdal tal-laħam ta’ kull tip, inklużi xaħmijiet ta’ kull tip jew oriġini. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (2) ◄ |
Ex 1902 20 91 |
Għaġin mimli Imsajjar. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (2) ◄ |
Ex 1902 20 99 |
Oħrajn [għaġin mimli ieħor, mhux imsajjar]. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (2) ◄ |
Ex 1902 30 |
Għaġin ieħor għajr l-għaġin tas-sottotitoli 1902 11 , 1902 19 u 1902 20 . |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (2) ◄ |
Ex 1902 40 |
Kuskus. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (2) ◄ |
Ex 1904 10 10 |
Ikel ippreparat miksub billi jintefaħ jew jinxtewa l-qamħirrum. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (2) ◄ |
Ex 1904 90 10 |
Ikel ippreparat miksub mir-ross. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (2) ◄ |
Ex 19 05 |
Patisseries. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (2) ◄ |
(1)
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 443/2013 tas- 7 ta' Mejju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 130, 15.5.2013, p. 17).
(2)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 tat-18 ta' Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom u ħuxlief u tiben soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE (ĠU L 312, 29.11.2019, p.1). |
KAPITOLU 20
Preparazzjonijiet ta’ ħxejjex, frott, ġewż jew partijiet oħra ta’ pjanti
Kummenti ġenerali
Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti komposti li fihom prodotti pproċessati mill-annimali u preparazzjonijiet tal-ikel li jkun fihom prodotti mill-annimali mhux ipproċessati.
Noti tal-Kapitolu 20 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)
1. Dan il-kapitolu ma jkoprix:
…
il-preparazzjonijiet tal-ikel li fihom aktar minn 20 %, bil-piż, ta’ zalzett, laħam, fdal tal-laħam, demm, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, jew kwalunkwe taħlita tagħhom (il-Kapitolu 16).
…
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
(1) |
(2) |
(3) |
Ex 20 04 |
Ħxejjex oħra ppreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, iffriżati, għajr il-prodotti tat-titolu 2006 . |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
Ex 20 05 |
Ħxejjex oħra ppreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux iffriżati, għajr il-prodotti tat-titolu 2006 . |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
(1)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 tat-18 ta' Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom u ħuxlief u tiben soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE (ĠU L 312, 29.11.2019, p.1). |
KAPITOLU 21
Preparazzjonijiet diversi tajbin għall-ikel
Kummenti ġenerali
Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti komposti li fihom prodotti pproċessati mill-annimali kif stabbilit għall-prodotti komposti fl-Artikoli 4 - 6 tad-Deċiżjoni 2007/275/KE u preparazzjonijiet tal-ikel li jkun fihom prodotti mill-annimali mhux ipproċessati.
Noti għall-Kapitolu 21 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)
1. Dan il-kapitolu ma jkoprix:
…
il-preparazzjonijiet tal-ikel, għajr il-prodotti deskritti fit-titoli 2103 jew 2104 , li fihom aktar minn 20 %, bil-piż, ta’ zalzett, laħam, fdal tal-laħam, demm, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, jew kwalunkwe taħlita oħra tagħhom (il-Kapitolu 16).
…
3. Għall-għanijiet tat-titolu 2104 , l-espressjoni “preparazzjonijiet komposti tal-ikel omoġenizzati” tfisser preparazzjonijiet magħmulin minn taħlita omoġenizzata fina ta’ żewġ ingredjenti bażiċi jew aktar bħal ħut, laħam, ħxejjex jew frott, ippreżentati għall-bejgħ bl-imnut bħala ikel għat-trabi jew għal għanijiet dijetetiċi, f'kontenituri ta’ kontenut ta’ piż nett li ma jaqbiżx il-250 g. Għall-applikazzjoni ta’ din id-definizzjoni, m'għandhomx jitqiesu l-kwantitajiet żgħar ta’ kwalunkwe ingredjent li jista' jiġi miżjud mat-taħlita għat-taħwir, għall-preservazzjoni jew għal għanijiet oħrajn Dawn il-preparazzjonijiet jista' jkun fihom kwantità żgħira ta’ bċejjeċ viżibbli ta’ ingredjenti.
Noti addizzjonali
….
5. Preparazzjonijiet tal-ikel oħra ppreżentati f'dożi mkejla, bħal pereżempju, kapsuli, pastilji u pilloli, u li huma maħsuba biex jintużaw bħala supplimenti tal-ikel għandhom ikunu kklassifikati taħt it-titolu 2106 , sakemm ma jkunux speċifikati jew inklużi band'oħra.
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
(1) |
(2) |
(3) |
Ex 2103 90 90 |
Zlazi u preparazzjoni tagħhom; kondimenti mħallta u ħwawar imħallta; dqiq u pasta tal-mustarda, u mustarda ppreparata. - Oħrajn |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
Ex 21 04 |
Sopop u brodi u preparazzjonijiet tagħhom; preparazzjonijiet tal-ikel komposti omoġenizzati. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
Ex 2105 00 |
Ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel, kemm jekk fihom il-kawkaw jew le. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
Ex 2106 10 |
Konċentrati ta’ proteini u sustanzi ta’ proteini minsuġa. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
Ex 2106 90 92 |
Preparazzjonijiet tal-ikel oħrajn mhux speċifikati jew inklużi band'oħra, li ma fihom ebda xaħam tal-ħalib, sukrożju, iżoglukożju, glukożju jew lamtu jew li fihom, bil-piż, anqas minn 1,5 % xaħam tal-ħalib, 5 % sukrożju jew iżoglukożju, 5 % glukożju jew lamtu. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
Ex 2106 90 98 |
Preparazzjonijiet tal-ikel oħrajn li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra. |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
(1)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 tat-18 ta' Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom u ħuxlief u tiben soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE (ĠU L 312, 29.11.2019, p.1). |
KAPITOLU 22
Xorb, Spirti u ħall
Noti għall-Kapitolu 22 (estratt mir-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)
3. Għall-finijiet tat-titolu 2202 , it-terminu “xorb mhux alkoħoliku” tfisser xorb ta’ qawwa alkoħolika bil-volum li ma jaqbiżx 0,5 % vol. Ix-xorb alkoħoliku huwa kklassifikat fit-titoli 2203 sa 2206 jew it-titolu 2208 kif xieraq.
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
(1) |
(2) |
(3) |
Ex 2202 90 91 |
Xorb mhux alkoħoliku ieħor, li mhuwiex meraq tal-frott jew tal-ħxejjex tat-titolu 2009 u li fih inqas minn 0,2 % bil-piż ta' xaħam miskub mill-prodotti tat-titoli 0401 sa 0404 . |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
Ex 2202 90 95 |
Xorb mhux alkoħoliku ieħor, li mhuwiex meraq tal-frott jew tal-ħxejjex tat-titolu 2009 u li fih 0,2 % jew aktar iżda inqas minn 2 % bil-piż ta' xaħam miskub mill-prodotti tat-titoli 0401 sa 0404 . |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
Ex 2202 90 99 |
Xorb mhux alkoħoliku ieħor, li mhuwiex meraq tal-frott jew tal-ħxejjex tat-titolu 2009 u li fih 2 % jew aktar bil-piż ta' xaħam miskub mill-prodotti tat-titoli 0401 sa 0404 . |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
Ex 2208 70 |
Likuri u kordjali |
►M4 Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni) Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1) ◄ |
(1)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 tat-18 ta' Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom u ħuxlief u tiben soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE (ĠU L 312, 29.11.2019, p.1). |
▼M4 —————
KAPITOLU 99
Kodiċi speċjali tan-nomenklatura magħquda
Subkapitolu II
Kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti movimenti speċifiċi ta’ oġġetti
Kummenti ġenerali
Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti komposti li joriġinaw minn pajjiżi terzi u jitwasslu lill-bastimenti u lill-inġenji tal-ajru fi ħdan l-Unjoni Ewropea skont il-proċedura ta’ tranżitu doganali (T1).
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
(1) |
(2) |
(3) |
ex 9930 24 00 |
L-oġġetti tal-Kapitoli 1 sa 24 tan-NM li jitwasslu lill-bastimenti u lill-inġenji tal-ajru. |
Prodotti komposti ddestinati għall-provvista tal-bastimenti kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
ex 9930 99 00 |
Oġġetti kklassifikati band’oħra li jitwasslu lill-bastimenti u lill-inġenji tal-ajru. |
Prodotti komposti ddestinati għall-provvista tal-bastimenti kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
▼M5 —————
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
( 2 ) ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1.
( 3 ) Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 119, 29.3.2019, p. 1), kif sussegwentement emendata.