EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2012:278:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 278, 12 ta' Ottubru 2012


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.278.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 278

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
12 ta' Ottubru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2012 tat-3 ta’ Ottubru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 933/2012 tal-11 ta’ Ottubru 2012 li jemenda għall-180 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

11

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 934/2012 tal-11 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

13

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 935/2012 tal-11 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2013 skont ċerti kwoti tal-GATT

15

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/630/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Kanada bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu ( 1 )

17

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 278/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 932/2012

tat-3 ta’ Ottubru 2012

li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2009/125/KE, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu spejjeż eċċessivi.

(2)

L-Artikolu 16(2)(a) tad-Direttiva 2009/125/KE jistipula li l-Kummissjoni għandha tintroduċi, kif xieraq, miżura ta’ implimentazzjoni għall-apparat domestiku, inklużi l-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ (“tumble driers”) domestiċi.

(3)

Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija biex tanalizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġli s-soltu jintużaw fid-djar. L-istudju ġie żviluppat flimkien mal-partijiet ikkonċernati u mal-partijiet interessati mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi u r-riżultati tiegħu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(4)

Dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti maħsubin għat-tnixxif tal-ħwejjeġ fid-djar.

(5)

Il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi li jistgħu jintużaw ukoll għat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandhom karatteristiċi partikolari u għalhekk m’għandhomx jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

(6)

L-aspett ambjentali tal-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġli ġie identifikat bħala sinifikanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huwa l-konsum tal-enerġija waqt il-fażi tal-użu. Ġie stmat li, fl-2005, il-konsum annwali tal-elettriku mill-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġfl-Unjoni Ewropea kien ta’ 21 TWh. Dan mistenni jiżdied għal 31 TWh fl-2020, sakemm ma jittiħdux miżuri speċifiċi. L-istudju ta’ tħejjija juri li l-konsum tal-enerġija mill-prodotti li huma suġġetti għal dan ir-Regolament jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti.

(7)

L-istudju ta’ tħejjija juri li r-rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu ma’ parametri oħrajn tal-ekodisinn, imsemmija fil-Parti 1 tal-Anness I għad-Direttiva 2009/125/KE, mhumiex meħtieġa, minħabba li l-konsum tal-enerġija mill-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġwaqt il-fażi tal-użu huwa, bla dubju ta’ xejn, l-aktar aspett ambjentali importanti. Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-Istati Membri m’għandhomx jipprojbixxu, jillimitaw jew ixekklu t-tqegħid fis-suq u/jew it-tħaddim, fit-territorju tagħhom, ta’ magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġminħabba rekwiżiti tal-ekodisinn marbutin ma’ dawk il-parametri tal-ekodisinn imsemmija fil-Parti 1 tal-Anness I għal dik id-Direttiva, li għalihom dan ir-Regolament jistipula li ma huwa meħtieġ l-ebda rekwiżit tal-ekodisinn.

(8)

Il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġgħandu jsir aktar effiċjenti billi jiġu applikati teknoloġiji mhux proprjetarji eżistenti li huma kosteffiċjenti u li jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż totali tax-xiri u t-tħaddim ta’ dawk il-prodotti.

(9)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn m’għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità mill-perspettiva tal-utent finali u m’għandhomx jaffettwaw ħażin is-saħħa, is-sigurtà jew l-ambjent. B’mod partikolari, il-benefiċċji tat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija waqt il-fażi tal-użu għandhom aktar milli jikkumpensaw għal kwalunkwe impatt ambjentali addizzjonali marbut mal-fażijiet tal-produzzjoni u tar-rimi tal-prodott.

(10)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiddaħħlu b’mod gradwali sabiex il-manifatturi jingħataw żmien biżżejjed biex ikunu jistgħu jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti li huma suġġetti għal dan ir-Regolament. L-għażla taż-żmien għandha tkun tali li jiġu evitati impatti negattivi fuq il-funzjonalitajiet tat-tagħmir li jinsab fis-suq u li jitqiesu l-impatti tal-ispejjeż fuq l-utenti finali u l-manifatturi, b’mod partikolari l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li jiġi żgurat li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament jintlaħqu f’waqthom.

(11)

Il-kejl tal-parametri rilevanti tal-prodott għandu jitwettaq billi jintużaw metodi tal-kejl affidabbli, preċiżi u li jistgħu jiġu riprodotti, li jqisu l-aktar metodi tal-kejl moderni rrikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, l-istandards armonizzati adottati mill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni, kif imniżżla fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (2).

(12)

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

(13)

Sabiex jiffaċilitaw il-verifiki tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu tagħrif fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi V u VI għad-Direttiva 2009/125/KE safejn dak it-tagħrif ikun relatat mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(14)

Minbarra r-rekwiżiti li jorbtu legalment stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu identifikati wkoll parametri referenzjarji indikattivi għall-aqwa teknoloġiji disponibbli sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti li huma suġġetti għal dan ir-Regolament tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom tkun disponibbli b’mod wiesa’ u tkun faċilment aċċessibbli.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta’ magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġli jaħdmu bl-elettriku, li jaħdmu bil-gass u li jkunu mmuntati fl-għamara, inklużi dawk li jinbiegħu għal użu mhux domestiku.

2.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi li jistgħu jintużaw ukoll għat-tnixxif tal-ħwejjeġ u għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ bid-dawran (“spin-extractors”) domestiċi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika” tfisser apparat li fih il-ħwejjeġ jitnixxfu billi jiddawru f’tanbur (“drum”) li jdur, li minnu tgħaddi arja msaħħna, u li huwa ddisinjat biex jintuża prinċipalment għal skopijiet mhux professjonali;

(2)

“magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika li tkun immuntata fl-għamara” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika magħmula biex tiġi installata f’armarju, f’daħla fil-ħajt jew f’xi post simili u li teħtieġ finitura ta’ għamara;

(3)

“magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika li tista’ tintuża wkoll għat-tnixxif tal-ħwejjeġ” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika li tinkludi kemm funzjoni ta’ estrazzjoni bit-tidwir kif ukoll mezz biex tnixxef il-ħwejjeġ, normalment permezz tat-tisħin u t-tidwir fit-tanbur;

(4)

“magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ bid-dawran domestika”, li kummerċjalment tissejjaħ ukoll “spindrajer” (“spin-drier”), tfisser apparat li fih l-ilma jitneħħa minn ġol-ħwejjeġ f’tanbur li jdur permezz ta’ azzjoni ċentrifuga u jinħareġ permezz ta’ pompa awtomatika, u li huwa ddisinjat biex jintuża prinċipalment għal skopijiet mhux professjonali;

(5)

“magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li tiġbed l-arja friska ‘l ġewwa, tgħaddiha minn fuq il-ħwejjeġ u tarmi ‘l barra l-arja niedja li tinħoloq għal ġol-kamra jew għal barra;

(6)

“magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li tinkludi tagħmir (li juża l-kondensazzjoni jew kwalunkwe mezz ieħor) biex ineħħi l-umdità mill-arja li tintuża għall-proċess tat-tnixxif;

(7)

“magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ awtomatika” tfisser magna li tnixxef il-ħwejjeġ, li twaqqaf il-proċess tat-tnixxif meta jkun identifikat ċertu kontenut ta’ ilma fil-ħasla, pereżempju permezz ta’ konduttività jew apparat li jħoss it-temperatura;

(8)

“magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ mhux awtomatika” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeg li ttemm il-proċess tat-tnixxif wara perjodu definit minn qabel, normalment ikkontrollat b’arloġġ, li jista’ jintefa wkoll manwalmemt;

(9)

“programm” tfisser serje ta’ operazzjonijiet li huma stabbiliti minn qabel u li l-manifattur jiddikjara li huma adattati biex jitnixxfu ċerti tipi ta’ ħwejjeġ;

(10)

“ċiklu” tfisser proċess sħiħ tat-tnixxif, kif iddefinit għall-programm magħżul;

(11)

“tul tal-programm” tfisser il-ħin li jgħaddi minn x’ħin jibda l-programm sa ma jitlesta, minbarra kwalunkwe dewmien ipprogrammat min-naħa tal-utent finali;

(12)

“kapaċità nominali” tfisser il-massa massima f’kilogrammi, kif iddikjarata mill-manifattur, f’żidiet ta’ 0,5 kilogrammi ta’ ħwejjeġ xotti ta’ tip partikolari, li tista’ tiġi ttrattata f’magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika bil-programm magħżul, meta din titgħabba skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

(13)

“tagħbija parzjali” tfisser nofs il-kapaċità nominali ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għal programm partikolari;

(14)

“effiċjenza tal-kondensazzjoni” tfisser il-proporzjon tal-massa tal-umdità kkondensata minn magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur meta mqabbla mal-massa tal-umdità mneħħija mit-tagħbija meta jintemm iċ-ċiklu;

(15)

“modalità mitfija” tfisser kundizzjoni fejn il-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tintefa permezz ta’ kontrolli jew swiċċijiet fl-apparat li huma aċċessibbli għall-utent finali u maħsubin biex jintużaw minnu waqt l-użu normali tal-magna sabiex jinkiseb l-inqas konsum tal-elettriku possibbli, li tista’ tinżamm għal tul ta’ żmien indefinit waqt li l-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tkun imqabbda mal-elettriku u tkun qed tintuża skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; fejn ma jkunx hemm kontrolli jew swiċċ li jkun aċċessibbli għall-utent finali, “modalità mitfija” tfisser il-kundizzjoni milħuqa wara li l-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tmur lura weħidha għal stat stabbli ta’ konsum tal-enerġija;

(16)

“modalità mixgħula u inattiva” tfisser il-modalità bl-aktar konsum baxx tal-elettriku li tista’ tinżamm għal tul ta’ żmien indefinit wara li jitlesta l-programm mingħajr ebda intervent ieħor min-naħa tal-utent finali apparti t-tbattil tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika;

(17)

“magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika ekwivalenti” tfisser mudell ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika li jitqiegħed fis-suq bl-istess kapaċità nominali, l-istess karatteristiċi tekniċi u ta’ prestazzjoni, l-istess konsum tal-enerġija, l-istess effiċjenza tal-kondensazzjoni fejn dan ikun applikabbli, l-istess tul tal-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton u l-istess ammont ta’ storbju akustiku fl-arja matul it-tnixxif bħal dawk ta’ mudell ieħor ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika mqiegħed fis-suq mill-istess manifattur b’numru differenti tal-kodiċi kummerċjali.

(18)

“programm standard għall-qoton” ifisser li ċ-ċiklu li jnixxef il-ħwejjeġ tal-qoton b’kontenut tal-ilma inizjali tal-ħasla ta’ 60 % sakemm il-kontenut tal-ilma tal-ħasla jsir 0 %.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn

Ir-rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġhuma mogħtija fil-punt 1 tal-Anness I. Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġhuma mogħtija fil-punt 2 tal-Anness I.

Ma huwa meħtieġ l-ebda rekwiżit tal-ekodisinn għal kwalunkwe parametru ieħor tal-ekodisinn imsemmi fil-Parti 1 tal-Anness I għad-Direttiva 2009/125/KE.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tikkonsisti fil-kontroll intern tad-disinn stabbilit fl-Anness IV għal dik id-Direttiva jew fis-sistema ta’ ġestjoni stabbilita fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

2.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi kopja tal-kalkoli stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Fejn l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tkun inkisbet b’kalkolu abbażi tad-disinn jew permezz ta’ estrapolazzjoni minn magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ ekwivalenti oħrajn, jew mit-tnejn, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ dawn il-kalkoli jew l-estrapolazzjonijiet, jew tat-tnejn, kif ukoll id-dettalji tat-testijiet imwettqa mill-manifatturi sabiex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkoli li jkunu saru. F’każijiet bħal dawn, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli l-oħra kollha ta’ magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġekwivalenti li għalihom l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika tkun inkisbet bl-istess mod.

Artikolu 5

Proċedura ta’ verifika għal skopijiet ta’ sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness III għal dan ir-Regolament meta jwettqu l-verifiki ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE biex jiċċekkjaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Parametri referenzjarji

Il-parametri referenzjarji indikattivi għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġbl-aqwa prestazzjoni disponibbli fis-suq meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament huma stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku sa mhux aktar tard minn ħames snin wara li jkun daħal fis-seħħ u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ din ir-reviżjoni lill-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn. B’mod partikolari, ir-reviżjoni għandha tivvaluta t-tolleranzi tal-verifika stipulati fl-Anness III u l-effiċjenza tal-apparat b’vent tal-arja.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2013.

Madankollu:

(a)

ir-rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn stabbiliti fil-punti 1.1 u 1.2 tal-Anness I għandhom japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2014;

(b)

ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn stabbiliti fil-punt 2.2 tal-Anness I għandhom japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.


ANNESS I

Rekwiżiti tal-ekodisinn

1.   Rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn

1.1

Biex jiġu kkalkulati l-konsum tal-enerġija u parametri oħrajn għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, għandu jintuża ċ-ċiklu għat-tnixxif ta’ ħwejjeġ magħmulin mill-qoton (b’kontenut inizjali ta’ umdità tat-tagħbija ta’ 60 %) sa ma jibqa’ kontenut ta’ umdità tat-tagħbija ta’ 0 % (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton”). Dan iċ-ċiklu għandu jkun jista’ jiġi identifikat b’mod ċar fuq l-apparat(i) tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika li jintuża għall-għażla tal-programm jew fuq l-iskrin tal-wiri (“display”) tagħha, jekk ikollha, jew fuq it-tnejn, u għandu jiġi indikat bħala “il-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton” jew permezz ta’ simbolu uniformi jew kombinazzjoni xierqa tagħhom, u għandu jiġi ssettjat bħala ċ-ċiklu normali (“default”) għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ mgħammra b’għażla awtomatika tal-programmi jew bi kwalunkwe funzjoni biex programm tat-tnixxif jintgħażel b’mod awtomatiku jew biex jinżamm l-istess programm li jkun intgħażel. Jekk il-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tkun awtomatika, “il-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton” għandu jkun awtomatiku.

1.2

Il-ktejjeb ta’ struzzjonijiet li jingħata mill-manifattur għandu jipprovdi:

(a)

informazzjoni dwar “il-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton” u għandu jispeċifika li dan il-programm huwa adattat biex jitnixxfu ħwejjeġ magħmulin mill-qoton imxarrbin b’mod normali u li dan huwa l-aktar programm effiċjenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-konsum tal-enerġija għat-tnixxif ta’ ħwejjeġ magħmulin mill-qoton li jkunu mxarrbin;

(b)

il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfija u fil-modalità mixgħula u inattiva;

(c)

informazzjoni indikattiva dwar it-tul tal-programm u l-konsum tal-enerġija għall-programmi prinċipali ta’ tnixxif kemm meta jkun hemm tagħbija, u jekk applikabbli parzjali;

2.   Rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn

Il-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

2.1

Mill-1 ta’ Novembru 2013:

l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) għandu jkun ta’ inqas minn 85;

għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur, l-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 60 %.

2.2

Mill-1 ta’ Novembru 2015:

għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur, l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) għandu jkun ta’ inqas minn 76;

għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur, l-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 70 %.

L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) u l-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni huma kkalkulati skont l-Anness II.


ANNESS II

Metodu għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika u tal-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni

1.   IL-KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

Biex jiġi kkalkulat l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) ta’ mudell ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa u parzjali jitqabbel mal-konsum annwali standard tal-enerġija tagħha.

(a)

L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) għandu jiġi kkalkulat kif ġej u jitqarreb għal punt deċimali wieħed:

Formula

fejn:

—   AEC = il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika;

—   SAEC = il-konsum annwali standard tal-enerġija tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika.

(b)

Il-Konsum Annwali Standard tal-Enerġija (SAEC ) għandu jiġi kkalkulat f’kWh fis-sena kif ġej u jitqarreb għal żewġ punti deċimali:

għall-magni domestiċi kollha tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li m’għandhomx vent tal-arja:

Formula

għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li għandhom vent tal-arja:

Formula

fejn:

c hija l-kapaċità nominali tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton;

Tt huwa t-tul ippeżat tal-programm għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton.

(c)

Il-Konsum Annwali ppeżat tal-Enerġija (AEC ) għandu jiġi kkalkulat f’kWh fis-sena kif ġej u jitqarreb għal żewġ punti deċimali:

(i)

Formula

fejn:

—   Et = il-konsum ippeżat tal-enerġija, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali;

—   Po = l-enerġija fil-“modalità mitfija” għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa, mogħtija f’W u mqarrba għal żewġ punti deċimali;

—   Pl = l-enerġija fil-“modalità mixgħula u inattiva” għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa, mogħtija f’W u mqarrba għal żewġ punti deċimali;

—   Tt = it-tul ippeżat tal-programm, mogħti f’minuti u mqarreb għall-eqreb minuta;

—   160= l-għadd totali ta’ ċikli ta’ tnixxif fis-sena.

(ii)

Meta l-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tkun mgħammra b’sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija, li permezz tagħha l-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tmur lura b’mod awtomatiku għall-“modalità mitfija” meta jintemm il-programm, il-Konsum Annwali ppeżat tal-Enerġija (AEC ) għandu jiġi kkalkulat billi jitqies it-tul effettiv tal-“modalità mixgħula u inattiva”, skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

—   Tl = it-tul tal-“modalità mixgħula u inattiva” għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa, mogħti f’minuti u mqarreb għall-eqreb minuta.

(d)

It-tul ippeżat tal-programm (Tt ) għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton għandu jiġi kkalkulat f’minuti kif ġej u jitqarreb għall-eqreb minuta:

Formula

fejn:

—   Ttnixxif = it-tul tal-programm għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa, mogħti f’minuti u mqarreb għall-eqreb minuta;

—   Ttnixxif½ = it-tul tal-programm għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija parzjali, mogħti f’minuti u mqarreb għall-eqreb minuta.

(e)

Il-konsum ippeżat tal-enerġija (Et ) għandu jiġi kkalkulat f’kWh kif ġej u jitqarreb għal żewġ punti deċimali:

Formula

fejn:

—   Etnixxif = il-konsum tal-enerġija għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali;

—   Etnixxif½ = il-konsum tal-enerġija għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija parzjali, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali.

(f)

Għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġli jaħdmu bil-gass, il-konsum tal-enerġija għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton, kemm meta jkun hemm tagħbija sħiħa kif ukoll meta jkun hemm tagħbija parzjali, għandu jiġi kkalkulat f’kWh u jitqarreb għal żewġ punti deċimali, kif ġej:

Formula

Formula

fejn:

—   Egtnixxif = il-konsum tal-gass għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali;

—   Egtnixxif½ = il-konsum tal-gass għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija parzjali, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali;

—   Egtnixxif,a = il-konsum tal-elettriku supplimentari għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali;

—   Egtnixxif½,a = il-konsum tal-elettriku supplimentari għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija parzjali, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali;

—   fg = 2,5.

2.   IL-KALKOLU TAL-EFFIĊJENZA PPEŻATA TAL-KONDENSAZZJONI

L-effiċjenza tal-kondensazzjoni ta’ programm hija l-proporzjon bejn il-massa ta’ umdità kkondensata u miġbura fil-kontenitur ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur u l-massa tal-umdità mneħħija mit-tagħbija bħala parti mill-programm, u din tal-aħħar hija d-differenza bejn il-massa tat-tagħbija tat-test imxarrba qabel it-tnixxif u l-massa tat-tagħbija użata għall-prova wara t-tnixxif. Biex tiġi kkalkulata l-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni, titqies l-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni tal-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton kemm meta jkun hemm tagħbija sħiħa kif ukoll meta jkun hemm tagħbija parzjali.

L-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni (Ct ) ta’ programm għandha tiġi kkalkulata bħala perċentwal u titqarreb għall-eqreb perċentwal sħiħ kif ġej:

Formula

fejn:

—   Ctnixxif = l-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni tal-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa;

—   Ctnixxif½ = l-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni tal-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija parzjali.

L-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni C għandha tiġi kkalkulata kif ġej mill-valuri tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni li joħorġu mill-provi li jsiru u għandha tingħata bħala perċentwal:

Formula

fejn:

n huwa l-għadd ta’ provi li jsiru, li għandu jinkludi mill-inqas erba’ provi validi għall-programm magħżul;

j huwa n-numru tal-prova;

Wwj hija l-massa tal-ilma miġbura fir-reċipjent tal-kondensatur waqt il-prova j;

Wi hija l-massa tat-tagħbija mxarrba użata għall-prova qabel it-tnixxif;

Wf hija l-massa tat-tagħbija użata għall-prova wara t-tnixxif.


ANNESS III

Il-proċedura ta’ verifika għal skopijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Għall-finijiet tal-konformità u l-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandhom isiru miżuri u kalkoli bl-użu ta’ standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom kienu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi oħra affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jikkunsidraw l-iktar metodi avvanzati ġeneralment rikonoxxuti u li r-riżultati tagħhom huma meqjusa li għandhom inċertezza baxxa.

Sabiex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika waħda. Jekk il-parametri mkejla ma jissodisfawx il-valuri ddikjarati mill-manifattur fil-fajl tad-dokumentazzjoni teknika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2), fil-meded stabbiliti fit-Tabella 1, il-kejl għandu jsir ukoll fuq tliet magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġoħrajn. Il-medja aritmetika tal-valuri mkejla għal dawk it-tliet magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandha tissodisfa r-rekwiżiti fil-meded stabbiliti fit-Tabella 1.

Jekk dan ma jkunx il-każ, il-mudell u l-mudelli l-oħra kollha ta’ magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ ekwivalenti għandhom jitqiesu bħala mudelli li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.

Tabella 1

Parametru mkejjel

Tolleranzi tal-verifika

Il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija

Il-valur imkejjel m’għandux ikun ikbar mill-valur nominali (*) ta’ AEC b’aktar minn 6 %.

Il-konsum ippeżat tal-enerġija

Il-valur imkejjel m’għandux ikun ikbar mill-valur nominali ta’ Et b’aktar minn 6 %.

L-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni

Il-valur imkejjel m’għandux ikun inqas mill-valur nominali ta’ Ct b’aktar minn 6 %.

It-tul ippeżat tal-programm

Il-valur imkejjel m’għandux ikun itwal mill-valuri nominali ta’ Tt b’aktar minn 6 %.

Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfija u fil-modalità mixgħula u inattiva

Il-valur imkejjel tal-konsum tal-enerġija Po u Pl ta’ aktar minn 1,00 W m’għandux ikun akbar mill-valur nominali b’aktar minn 6 %. Il-valur imkejjel tal-konsum tal-enerġija Po u Pl ta’ 1,00 W jew ta’ inqas minn hekk m’għandux ikun akbar mill-valur nominali b’aktar minn 0,10 W.

It-tul tal-modalità mixgħula u inattiva

Il-valur imkejjel m’għandux ikun itwal mill-valur nominali ta’ Tl b’aktar minn 6 %.


(*)  “valur nominali” tfisser valur li jiġi ddikjarat mill-manifattur. Il-perċentwal ta’ inċertezza fil-kejl ta’ 6 % jirrappreżenta l-marġni ta’ żball aċċettabbli dal-ħin għall-ittestjar fil-laboratorju tal-kejl tal-parametri ddikjarati permezz tal-metodu l-ġdid tal-kejl li qed jintuża għar-rekwiżiti l-ġodda dwar it-tikkettar u l-ekodisinn, inkluż għaċ-ċikli ta’ tagħbija sħiħa u parzjali.


ANNESS IV

Parametri referenzjarji

Fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, ġie stabbilit li l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, f’termini tal-konsum tal-enerġija tagħhom u tal-ammont ta’ storbju akustiku fl-arja waqt it-tnixxif għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton, hija din li ġejja:

(1)

Magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja b’kapaċità nominali ta’ 3 kilogrammi:

(a)

konsum tal-enerġija: 1,89 kWh għal kull ċiklu għaċ-ċiklu standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa, jiġifieri madwar 247 kWh fis-sena (*);

(b)

ammont ta’ storbju akustiku fl-arja: 69 dB.

(2)

Magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja b’kapaċità nominali ta’ 5 kilogrammi:

(a)

konsum tal-enerġija: 2,70 kWh għal kull ċiklu għaċ-ċiklu standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa, jiġifieri madwar 347 kWh fis-sena (*);

(b)

ammont ta’ storbju akustiku fl-arja: mhux disponibbli.

(3)

Magna domestika li tnixxef il-ħwejjeġ b’vent tal-arja li taħdem bil-gass b’kapaċità nominali ta’ 5 kg

(a)

Konsum ta’ gass: 3,25 kWhGas/ċiklu ekwivalenti għal 1,3kWh għaċ-ċiklu standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa. Konsum annwali tal-enerġija mhux disponibbli

(b)

ammont ta’ storbju akustiku fl-arja: mhux disponibbli.

(4)

Magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur b’kapaċità nominali ta’ 5 kilogrammi:

(a)

konsum tal-enerġija: 3,10 kWh għal kull ċiklu għaċ-ċiklu standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa, jiġifieri madwar 396 kWh fis-sena (*);

(b)

ammont ta’ storbju akustiku fl-arja: mhux disponibbli.

(5)

Magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja b’kapaċità nominali ta’ 6 kilogrammi:

(a)

konsum tal-enerġija: 3,84 kWh għal kull ċiklu għaċ-ċiklu standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa, jiġifieri madwar 487 kWh fis-sena (*);

(b)

ammont ta’ storbju akustiku fl-arja: 67 dB.

(6)

Magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur b’kapaċità nominali ta’ 6 kilogrammi:

(a)

konsum tal-enerġija: 1,58 kWh għal kull ċiklu għaċ-ċiklu standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa, jiġifieri madwar 209 kWh fis-sena (*);

(b)

ammont ta’ storbju akustiku fl-arja: mhux disponibbli.

(7)

Magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja b’kapaċità nominali ta’ 7 kilogrammi:

(a)

konsum tal-enerġija: 3,9 kWh għal kull ċiklu għaċ-ċiklu standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa, jiġifieri madwar 495 kWh fis-sena (*);

(b)

ammont ta’ storbju akustiku fl-arja: 65 dB.

(8)

Magna domestika li tnixxef il-ħwejjeġ b’vent tal-arja li taħdem bil-gass b’kapaċità nominali ta’ 7 kg:

(a)

Konsum ta’ gass: 3,4 kWhGas/ċiklu ekwivalenti għal 1,36kWh għaċ-ċiklu standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa. Konsum annwali tal-enerġija mhux disponibbli.

(b)

ammont ta’ storbju akustiku fl-arja: mhux disponibbli

(9)

Magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur b’kapaċità nominali ta’ 7 kilogrammi:

(a)

konsum tal-enerġija: 1,6 kWh għal kull ċiklu għaċ-ċiklu standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa, jiġifieri madwar 211 kWh fis-sena (*);

(b)

ammont ta’ storbju akustiku fl-arja: 65 dB.

(10)

Magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja b’kapaċità nominali ta’ 8 kilogrammi:

(a)

konsum tal-enerġija: 4,1 kWh għal kull ċiklu għaċ-ċiklu standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa, jiġifieri madwar 520 kWh fis-sena (*);

(b)

ammont ta’ storbju akustiku fl-arja: 65 dB.

(11)

Magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur b’kapaċità nominali ta’ 8 kilogrammi:

(a)

konsum tal-enerġija: 2,30 kWh għal kull ċiklu għaċ-ċiklu standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa, jiġifieri madwar 297 kWh fis-sena (*);

(b)

ammont ta’ storbju akustiku fl-arja: mhux disponibbli.


(*)  ikkalkulat billi wieħed jassumi li jsiru 160 ċiklu ta’ tnixxif fis-sena b’konsum tal-enerġija għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija parzjali li jiġi daqs 60 % tal-konsum tal-enerġija meta jkun hemm tagħbija sħiħa, u li jkun hemm konsum addizzjonali annwali tal-enerġija ta’ 13,5 kWh mill-użu ta’ modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija.


12.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 278/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 933/2012

tal-11 ta’ Ottubru 2012

li jemenda għall-180 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-5 ta' Ottubru 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet tiegħu li għalihom japplikaw l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi wara li ġew ikkunsidrati t-talbiet għat-tħassir minn fuq il-lista sottomessa minn dan l-individwu u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1904(2009). Barra minn hekk, fit-3 ta’ Ottubru 2012 l-kumitat iddeċieda li jemenda waħda mill-partiti fil-lista.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  Edizzjoni Speċjali tal-ĠU bil-Malti: Kapitolu 18 Volum 01 pp. 294 – 307.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni naturali" titħassar:-{}-

‘Yasin Abdullah Ezzedine Qadi (alias (a) Kadi, Shaykh Yassin Abdullah; (b) Kahdi, Yasin; (c) Yasin Al-Qadi). Indirizz: Farsi Center – West Tower 11th floor, Suite 1103, Wally Al-Ahd Street, Ruwais District, P.O. Box 214, Jeddah 21411, l-Arabja Sawdija. Data tat-twelid: 23.2.1955. Post tat-twelid: il-Kajr, l-Eġittu. Nazzjonalità: Sawdija. Numru tal-Passaport: (a) B 751550, (b) E 976177 (maħruġ fis-6.3.2004, skada fil-11.1.2009). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.10.2001.’

(2)

L-annotazzjoni ‘Al-Qaida fil-Peniżola Għarbija (magħruf ukoll bħala (a) AQAP, (b) Al-Qaida tal-Jihad Organization fil-Peniżola Għarbija, (c) Tanzim Qa’idat al-Jihad fi Jazirat al-Arabm, (d) Al-Qaida Organization fil-Peniżola Għarbija, (e) Al-Qaida fil-Peniżola t'Isfel Għarbija, (f) Al-Qaida fil-Jemen, (g) AQY). Tagħrif ieħor: Post: Il-Jemen jew l-Arabja Sawdija. Inħolqot f’Jannar 2009. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 19.1.2010.’ taħt l-intestatura ’Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ tinbidel b’dan li ġej:

‘Al-Qaida fil-peniżola Għarbija (alias (a) AQPGħ, (b) l-organizzazzjoni ta’ Al-Qaida tal-Ġiħad fil-peniżola Għarbija, (c) Tanzim Qa’idat al-Jihad fi Jazirat al-Arab, (d) l-organizzazzjoni Al-Qaida fil-peniżola Għarbija, (e) Al-Qaida fin-naħa ta’ isfel tal-peniżola Għarbija, (f) Ansar al-Shari’a, (g) AAS, (h) Al-Qaida fil-Jemen, (i) AQY). Tagħrif ieħor: Post: Il-Jemen jew l-Arabja Sawdija. L-Ansar al-Shari’a ġiet iffurmata fil-bidu tal-2011 mill-AQPGħ. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 19.1.2010.’


12.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 278/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 934/2012

tal-11 ta’ Ottubru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

67,7

MK

39,0

TR

59,9

ZZ

55,5

0707 00 05

MK

34,4

TR

118,1

ZZ

76,3

0709 93 10

TR

116,6

ZZ

116,6

0805 50 10

AR

86,7

CL

84,6

TR

89,1

UY

65,5

ZA

94,8

ZZ

84,1

0806 10 10

BR

237,0

MK

116,3

TR

130,5

ZZ

161,3

0808 10 80

BR

79,8

CL

99,9

NZ

114,0

ZA

96,9

ZZ

97,7

0808 30 90

CN

69,0

TR

110,9

ZZ

90,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


12.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 278/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 935/2012

tal-11 ta’ Ottubru 2012

li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2013 skont ċerti kwoti tal-GATT

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS” [ir-Regolament dwar l-OKS Unika]) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (2), b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1) u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kapitolu III, taqsima 2, tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 jistabbilixxi l-proċedura għall-allokazzjoni tal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fil-qafas tal-kwoti tal-GATT imsemmija fl-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti gruppi ta’ prodotti u kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għas-sena tal-kwoti 2013. Jeħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti koeffiċjenti ta' allokazzjoni.

(3)

Fil-każ ta’ gruppi ta’ prodotti u ta’ kwoti fejn l-applikazzjonijiet depożitati huma għal kwantitajiet iktar baxxi minn dawk disponibbli, huwa xieraq li tkun prevista l-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jifdal b'mod proporzjonali għall-kwantitajiet mitluba. L-allokazzjoni tal-kwantitatijiet żejda għandha tiġi subordinata għall-komunikazzjoni lill-awtorità kompetenti dwar il-kwantitajiet aċċettati mill-operatur ikkonċernat u għall-għoti ta’ garanzija mill-operaturi interessati.

(4)

Fid-dawl tal-iskadenza ffissata għall-implimentazzjoni tal-proċedura tad-determinazzjoni ta’ dawn il-koeffiċjenti, skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, jeħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-aktar fis possibbli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni depożitati skont ir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 rigward il-gruppi tal-prodotti u l-kwoti identifikati mis-“16-Tokyo u 16-, 17-, 18-, 20- u 21-Urugwaj” fil-kolonna 3 tal-Anness għal dan ir-Regolament huma aċċettati, bir-riżerva tal-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni indikati fil-kolonna 5 ta' dan l-Anness.

Artikolu 2

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni depożitati skont ir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 rigward il-grupp ta’ prodotti u l-kwoti identifikati mit-"22-, 25-Tokjo u 22-, 25- Urugwaj" fil-kolonna 3 tal-Anness għal dan ir-Regolament huma aċċettati skont il-kwantitajiet mitluba.

Il-liċenzji tal-esportazzjoni jistgħu jingħataw għall-kwantitajiet żejda skont l-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni kif indikati fil-kolonna 6 tal-Anness, wara l-aċċettazzjoni mill-operatur fi żmien ġimgħa li tibda tgħodd mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u suġġett għall-għoti tal-garanzija mitluba.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1.


ANNESS

Identifikazzjoni tal-grupp skont in-Noti Addizzjonali fil-Kapitolu 4 tal-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti tal-Amerika

Identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota

Kwantitajiet disponibbli għas-sena 2013

(f’kg)

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni previst fl-Artikolu 1

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni previst fl-Artikolu 2

In-numru tan-nota

Grupp

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

16

Mhux speċifikament previst (NSPF)

16-Tokjo

908 877

0,2822774

 

16-Urugwaj

3 446 000

0,1674651

 

17

Blue Mould

17-Urugwaj

350 000

0,0862068

 

18

Cheddar

18-Urugwaj

1 050 000

0,5000000

 

20

Edam/Gouda

20-Urugwaj

1 100 000

0,1743264

 

21

Tip Taljan

21-Urugwaj

2 025 000

0,1220614

 

22

Ġobon Svizzeru jew Emmenthaler barra dak bil-formazzjoni tal-għajn

22-Tokjo

393 006

 

1,8110875

22-Urugwaj

380 000

 

9,5000000

25

Ġobon Svizzeru jew Emmenthaler bil-formazzjoni tal-għajn

25-Tokjo

4 003 172

 

1,5396815

25-Urugwaj

2 420 000

 

3,2925170


DEĊIŻJONIJIET

12.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 278/17


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Ottubru 2012

dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Kanada bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/630/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1060/2009 tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni tat mandat lill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (KRET) li l-kompiti tiegħu ġew assunti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita fl-1 ta’ Jannar 2011 skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (2) (AETS), fejn talbet il-parir tagħhom fir-rigward tal-valutazzjoni teknika tal-qafas legali u superviżorju tal-Kanada fir-rigward tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu.

(2)

Fil-parir mogħti fit-18 ta’ April 2012, l-AETS issuġġeriet li l-qafas legali u superviżorju tal-Kanada fir-rigward tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jista’ jitqies bħala ekwivalenti skont ir-reġim regolatorju tal-UE għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu.

(3)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, sabiex il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz ikun ikkunsidrat bħala ekwivalenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, jeħtieġ li jkun ivvalutat jekk ġewx issodisfati tliet kundizzjonijiet.

(4)

Skont l-ewwel kundizzjoni, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu fil-pajjiż terz għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni jew għar-reġistrazzjoni u jkunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa. Il-Kanada għandha qafas komprensiv u legalment vinkolanti fir-rigward tas-CRAs u l-użu ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu. L-Istrument Nazzjonali 25-101 Organizzazzjonijiet ta’ Klassifikazzjoni Deżinjati (Designated Rating Organizations – DRO) kien introdott fis-27 ta’ Jannar 2012 u sar effettiv mill-20 ta’ April 2012. Dan il-qafas jesiġi li aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu tkun irreġistrata mal-Amministratruri Kanadiżi tat-Titoli (Canadian Securities Administrators – CSA) u jipprevedi superviżjoni kontinwa tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu min-naħa tas-CSA. Għall-finijiet ta’ twettiq tal-kompiti ta’ sorveljanza tiegħu, is-CSA huwa mogħti firxa wiesgħa u komprensiva ta’ setgħat. Is-CSA għandu s-setgħa li jesiġi aċċess għall-kotba, rekords u dokumenti miżmuma mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, u li jitlob informazzjoni rilevanti oħra, inklużi reġistrazzjonijiet telefoniċi u traffiku tad-dejta. Is-CSA huwa mogħti wkoll is-setgħa li jwettaq spezzjonijiet fuq il-post, jistħarreġ dwar kotba u rekords u jeżaminahom. Minbarra dan, is-CSA jista’ jibda proċedimenti kontra aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu f’każ ta’ ksur tal-Istrument Nazzjonali 25-101 bl-użu ta’ kwalunkwe setgħa disponibbli f’każ ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni dwar it-titoli. Fost setgħat oħra, is-CSA jista’ jordna revoka tal-istatus deżinjat ta’ DRO, jimponi multa sa CAD 1 000 000 għal kull nuqqas ta’ konformità mal-obbligi legali tagħha, u jesiġi li DRO tirretifika kwalunkwe nuqqas ta’ konformità tal-passat. Is-CRAs kollha bbażati fil-Kanada kienu rreġistrati bħala DROs mis-CSA fit-30 ta’ April 2012 u minn dak iż-żmien ‘il hawn kienu soġġetti għas-superviżjoni kontinwa tas-CSA. Il-Kummissjoni ta’ Ontario dwar it-Titoli li taġixxi bħala superviżur prinċipali fi ħdan is-CSA biħsiebha twettaq spezzjonijiet fuq il-post kull sentejn. Fil-ftehim ta’ kooperazzjoni konkluż bejn l-AETS u s-CSA huwa previst skambju ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ miżuri ta’ infurzar u dawk superviżorji meħuda fil-konfront ta’ CRAs transfruntieri.

(5)

Skont it-tieni kundizzjoni, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu fil-pajjiż terz għandhom ikunu soġġetti għar-regoli legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għal dawk stipulati mill-Artikoli 6 sa 12 u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Il-qafas legali u superviżorju tal-Kanada jilħaq l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, il-proċessi organizzazzjonali u l-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet u l-metodoloġiji tal-klassifikazzjonijiet, id-divulgazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u d-divulgazzjoni ġenerali u perjodika tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu.. Għalhekk, il-qafas tal-Kanada jipprovdi protezzjonijiet ekwivalenti f’termini ta’ integrità, trasparenza, governanza tajba tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u affidabbiltà tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu.

(6)

Skont it-tielet kundizzjoni, ir-reġim regolatorju fil-pajjiż terz għandu jevita l-indħil mill-awtoritajiet superviżorji u awtoritajiet pubbliċi oħra ta’ dak il-pajjiż terz fil-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u fil-metodoloġiji. F’dan ir-rigward, it-Taqsima B tal-Appendiċi A tal-Istrument Nazzjonali 25-101 tesiġi li l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jistabbilixxu kumitat responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ proċess rigoruż u formali tal-ħruġ u reviżjoni tal-metodoloġiji, mudelli u suppożizzjonijiet ewlenin ta’ klassifikazzjoni użati minnhom. La s-CSA u lanqas xi awtorità pubblika oħra ma għandhom is-setgħa jindaħlu f’dan il-proċess jew fil-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, jew il-metodoloġiji tal-kreditu.

(7)

Fl-isfond tal-fatturi eżaminati, il-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jistgħu jitqiesu li huma ssodisfati mill-qafas legali u superviżorju tal-Kanada għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. Għalhekk, il-qafas legali u superviżorju tal-Kanada għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jitqies bħala ekwivalenti għall-qafas legali u superviżorju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-AETS, se tkompli timmonitorja l-evoluzzjoni tal-qafas legali u superviżorju tal-Kanada għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u l-issodisfar tal-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ittieħdet din id-deċiżjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, il-qafas legali u superviżorju tal-Kanada għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, għandu jitqies bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.


Top