This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C:2011:002:FULL
Official Journal of the European Union, C 2, 05 January 2011
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 2, 05 ta' Jannar 2011
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 2, 05 ta' Jannar 2011
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2011.002.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 002/01 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 002/02 |
||
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
5.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2/1 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
1,00 % fl-1 ta’ Jannar 2011
Rata tal-kambju tal-euro (2)
L-4 ta’ Jannar 2011
2011/C 2/01
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3421 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
110,20 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4533 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,85875 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,9545 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2669 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,8090 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,888 |
EEK |
Krona Estona |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
275,85 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7098 |
PLN |
Zloty Pollakk |
3,9403 |
RON |
Leu Rumen |
4,2676 |
TRY |
Lira Turka |
2,0744 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3298 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3330 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,4253 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7483 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7244 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 502,39 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
8,9185 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,8697 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,3895 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 053,57 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,1129 |
PHP |
Peso Filippin |
58,516 |
RUB |
Rouble Russu |
40,9015 |
THB |
Baht Tajlandiż |
40,337 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,2192 |
MXN |
Peso Messikan |
16,3642 |
INR |
Rupi Indjan |
60,4481 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
5.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2/2 |
SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – EACEA/36/10
Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti fl-Edukazzjoni Ogħla u t-Taħriġ Professjonali
Atlantis: Azzjonijiet għal Rabtiet Transatlantiċi u Netwerks Akkademiċi fit-Taħriġ u l-Istudji Integrati
Sejħa għal proposti 2011
2011/C 2/02
1. Għanijiet u Deskrizzjoni
L-għanijiet ġenerali huma li jippromwovu fehim reċiproku bejn il-popli tal-Komunità Ewropea u tal-Istati Uniti tal-Amerka, inkluż tagħrif usa’ dwar il-lingwi, il-kulturi u l-istituzzjonijiet tagħhom u kif ukoll titjieb il-kwalità tal-iżvilupp tar-riżorsi umani kemm fil-Komunità Ewropea kif ukoll fl-Istati Uniti tal-Amerka;
2. Applikanti eliġibbli
Il-preżentazzjoni ta’ talbiet għal għotjiet fl-ambitu ta’ din is-sejħa hija miftuħa għall-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja u għall-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ professjonali (inklużi Community Colleges fl-Istati Uniti). Għall-Miżuri b’Orjentament Politiku, is-sejħa hija miftuħa għal organizzazzjonijiet oħra bħal aġenziji ta’ akkreditament, aġenziji jew organizzazzjonijiet edukattivi, kumpaniji privati, gruppi industrijali u kummerċjali, organizzazzjonijiet mhux governattivi, istituti tar-riċerka u korpi professjonali. L-applikanti eliġibbli jridu jkunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Konsorzju li japplika għall-programm Atlantis irid jissodisfa l-kriterji ta’ sħubija li ġejjin:
— |
Il-Proġetti ta’ Lawrja Transatlantika jridu jinkludu wieħed miż-żewġ konsorzja/għażliet:
|
— |
Eċċellenza fi proġetti ta’ mobilità jridu jinkludu mhux inqas minn żewġ istituzzjonijiet tal-UE minn Stati Membri tal-UE differenti u żewġ istituzzjonijiet mill-Istati Uniti (mill-istess stati jew differenti). Sħubiji addizzjonali ’l fuq min-numru minimu ma jżidux il-baġit. |
— |
Il-miżuri politiċi ta’ orjentazzjoni jridu jinkludu mhux inqas minn minn żewġ istituzzjonijiet tal-UE minn Stati Membri tal-UE differenti u żewġ istituzzjonijiet mill-Istati Uniti (mill-istess stati jew differenti). Sħubiji addizzjonali ’l fuq min-numru minimu ma jżidux il-baġit. |
3. Azzjonijiet eliġibbli u t-tul tagħhom
Hemm tliet tipi ta’ azzjonijiet fl-ambitu ta’ din is-sejħa, li huma:
Azzjoni 1 – Proġetti ta’ Konsorzji ta’ Lawrji Universitarji Transatlantiċi
Din l-Azzjoni tipprovdi appoġġ għall-konsorzji tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla fl-UE u fl-Istati Uniti (minn hawn ’il quddiem imsejħin “konsorzju”) biex jimplimentaw programmi duppliċi/doppji jew konġunti ta’ lawrji universitarji li f’dan id-dokument issir referenza għalihom bħala “Lawrji Transatlantiċi”. L-appoġġ jinkludi għotjiet ta’ mobilità għall-istudenti u l-membri tal-persunal akkademiku u amministrattiv (“fakultà”).
Azzjoni 2 – Proġetti ta’ Mobilità b’Eċċellenza
Din l-Azzjoni tipprovdi fondi għal proġetti internazzjonali ta’ żvilupp tal-kurrikulu li jinvolvu mobilità transatlantika fuq medda qasira ta’ żmien mhux direttament marbuta ma’ għotja ta’ grad universitarju konġunt jew dupliċi/doppju. L-appoġġ jinkludi għotjiet ta’ mobilità għall-istudenti u l-membri tal-persunal akkademiku u amministrattiv (“fakultà”).
Azzjoni 3 – Miżuri b’Orjentament Politiku
Din l-Azzjoni tipprovdi appoġġ għal proġetti u attivitajiet multilaterali bejn l-UE u l-Istati Uniti mfassla biex itejbu l-kollaborazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni ogħla u tat-taħriġ professjonali.
It-tul massimu tal-proġetti jiddependi mill-azzjoni u jvarja bejn 24 u 48 xahar. L-Attivitajiet huma ppjanati li jibdew fl-1.10.2011 u, skont l-azzjoni tal-programm, jispiċċaw sentejn jew erba' snin wara.
Proġetti ta’ lawrja Transatlantiċi |
48 xahar |
Eċċellenza fil-Mobilità |
48 xahar |
Miżuri b’Orjentament Politiku |
24 xahar |
4. Il-Kriterji tal-għoti
Il-kriterji tal-għoti għal Proġetti ta’ Lawrja Transatlantiċi u Proġetti għal Eċċellenza fil-Mobilità
Se jiġu applikati dawn il-kriterji ta’ kwalità għad-determinazzjoni tal-punteġġ kumplessiv tal-kwalità ta’ kull proposta eliġibbli:
|
L-importanza tal-proġett propost, (li jirrappreżenta 30 % tal-punteġġ totali). |
|
Il-kwalità tad-disinn tal-proġett propost, (li jirrappreżenta 70 % tal-punteġġ totali). |
Il-kriterji tal-għoti għall-Miżuri b’Orjentament Politiku
Se jiġu applikati dawn il-kriterji ta’ kwalità għad-determinazzjoni tal-punteġġ kumplessiv tal-kwalità ta’ kull proposta eliġibbli:
|
L-importanza tal-proġett propost, (li jirrappreżenta 30 % tal-punteġġ totali) |
|
L-importanza tal-proġett propost, (li jirrappreżenta 70 % tal-punteġġ totali). |
Deskrizzjoni iżjed dettajlata fuq il-kriterji tal-għoti tista' tinstab fil-gwida tal-programm.
Waqt l-għażla, ser tingħata prijorità lil (bil-kondizzjoni li l-proposta tirrappreżenta l-kwalità mistennija)
— |
proġetti li jitressqu minn konsorzji ta' istituzzjonijiet u dipartimenti ġodda kif ukoll istituzzjonijiet u dipartimenti li ma ngħatawx fondi bħala msieħba ewlenin fiż-żewġ proċeduri ta' selezzjoni preċedenti ta' Atlantis |
— |
proposti li jiffukaw fuq edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali ta' livell ogħla jew postsekondarju. |
Iż-żewġ naħat iħeġġu proposti fl-oqsma kollha ta' suġġetti iżda se tingħata attenzjoni speċjali għall-applikazzjonijiet li jittrattaw il-kwistjonijiet tal-intraprenditorija, is-sostenibilità u l-ambjent.
5. Baġit
Il-baġit disponibbli min-naħa tal-UE jammonta għal madwar EUR 6,44 miljuni.
Għall-istituzzjonijiet tal-Istati Uniti ser jiġu pprovduti fondi komparabbli. Huwa antiċipat li:
— |
Ser jiġu ffinanzjati bejn seba’ u għaxar proġetti ta’ Azzjoni 1, b’massimu ta' EUR 428 000, |
— |
Ser jiġu ffinanzjati bejn seba’ u disa’ proġetti ta’ Azzjoni 2, b’massimu ta' EUR 180 000 u |
— |
Ser jiġu ffinanzjati bejn ħames u seba' proġetti, b’massimu ta' EUR 70 000. |
6. Data ta’ skadenza
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi kemm lill-UE kif ukoll lill-Istati Uniti mhux aktar tard mis-7 ta’ April 2011. L-applikazzjonijiet li jkollhom it-timbru postali wara din id-data ma jitqiesux.
L-applikant Ewropew irid jibgħat l-applikazzjoni lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, f’dan l-indirizz:
L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura |
EU-US Call 2011 |
Avenue du Bourget 1 — BOUR 02/17 |
1140 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
L-applikazzjonijiet f’isem l-istituzzjoni kap tal-UE għandhom jintbagħtu fil-formola korretta, mimlija kif suppost, iffirmata mill-persuna awtorizzata li tidħol f’impenji li jorbtu ġuridikament f’isem l-organizzazzjoni li qed tapplika u datata.
L-applikanti tal-UE li jeħtieġu iktar informazzjoni jistgħu jikkuntattjaw lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura f’dan l-indirizz elettroniku: EACEA-EU-US@ec.europa.eu
L-applikant Amerikan għandu jibgħat l-applikazzjoni lill-Istati Uniti u l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet fil-pakkett tal-applikazzjoni jistgħu jinstabu http://e-grants.ed.gov
L-applikanti tal-Istati Uniti li jeħtieġu iktar informazzjoni, jekk jogħġobhom jikkuntattjaw:
Tanyelle Richardson |
US Department of Education |
International Studies Group |
1990 K Street N.W. |
Suite 6017 |
Washington, DC 20006-8521 |
UNITED STATES OF AMERICA |
Tel. +1 2025027626 |
Fax +1 2025027869 |
Posta elettronika: tanyelle.richardson@ed.gov |
7. Aktar informazzjoni
It-test tas-sejħa għall-gwida tal-programm u l-formoli tal-applikazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt li ġejja:
http://eacea.ec.europa.eu/extcoop/usa/index_en.htm
L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fit-test sħiħ u jintbagħtu bl-użu tal-formola pprovduta.