EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2007:278:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 278, 21 ta' Novembru 2007


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 278

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
21 ta' Novembru 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 278/01

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 278/02

Rata tal-kambju ta' l-euro

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2007/C 278/03

Il-proċedura nazzjonali Griega għall-allokazzjoni tad-drittijiet limitati tat-traffiku ta' l-ajru

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2007/C 278/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4973 — OAK Hill/Forgings International) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

10

2007/C 278/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4964 — Sun Capital Funds/Mark IV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

11

2007/C 278/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4981 — AT&T/IBM) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

12

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni

2007/C 278/07

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini għal prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel

13

2007/C 278/08

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

17

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

21.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 278/1


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 278/01)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

19.7.2006

Għajnuna Nru

N 245/06

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Dolnośląskie

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

LG.Philips LCD Poland Sp. z o.o.

Il-bażi legali

(1)

Umowa Inwestycyjna zawarta dnia 9 września 2005 r. pomiędzy (i) Ministrem Gospodarki i Pracy Rzeczpospolitej Polskiej; (ii) Ministrem Finansów Rzeczpospolitej Polskiej; (iii) Ministrem Infrastruktury Rzeczpospolitej Polskiej; (iv) Ministrem Skarbu Państwa Rzeczpospolitej Polskiej; (v) Agencją Rozwoju Przemysłu SA; (vi) Agencją Nieruchomości Rolnych; (vii) Miastem Wrocław; (viii) Gminą Kobierzyce; (ix) powiatem wrocławskim; (x) samorządem województwa dolnośląskiego; (xi) Polską Agencją Informacji i Inwestycji Zagranicznych S.A. — z jednej strony a (xii) LG.Philips LCD Co., Ltd oraz (xiii) LG.Philips LCD Poland Sp. z o.o. — z drugiej strony

(2)

Art. 80 Ustawy z dnia 26 listopada 1998 r. o finansach publicznych (tekst jednolity: Dz.U. z 2003 r., nr 15, poz. 148 z późn. zm.)

(3)

Uchwała Rady Ministrów nr 228/2005 z dnia 6 września 2005 r.

(4)

Umowa o Grant między Ministrem Gospodarki i Pracy a LG.Philips LCD Poland Sp. z o.o. z dnia 6 września 2005 r.

(5)

Regulamin Tarnobrzeskiej Specjalnej Strefy Ekonomicznej EURO-PARK WISŁOSAN

(6)

§ 1, § 2.1 pkt 5, § 3, § 4, § 6 i § 7 Uchwały Sejmiku Województwa Dolnośląskiego z dnia 31 marca 2005 r. w sprawie określenia szczegółowych zasad i trybu umarzania wierzytelności Terenowego Funduszu Ochrony Gruntów Rolnych Województwa Dolnośląskiego z tytułu należności pieniężnych, do których nie stosuje się przepisów ustawy — Ordynacja podatkowa, udzielania innych ulg w spłacaniu tych należności oraz wskazania organów do tego uprawnionych (Dziennik Urzędowy Województwa Dolnośląskiego nr 79 poz. 1724)

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp reġjonali, Impjiegi

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta, Allowance fiskali, Tranżazzjonijiet mhux fuq termini tas-suq

L-Estimi

Baġit globali: 302,09 miljun PLN

L-intensità

20,34 %

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2017

Setturi ekonomiċi

L-industrija tal-manifattura

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

25.6.2007

Għajnuna Nru

N 828/06

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Zachoniopomorskie

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ad hoc regional investment aid to Bridgestone Stargard Sp. z o.o.

Il-bażi legali

(1)

Umowa Inwestycyjna zawarta dnia 31 lipca 2006 r.

(2)

Art. 117 Ustawy z dnia 30 czerwca 2005 r. o finansach publicznych (Dz.U. z 2005 r., nr 249, poz. 2104, z późn. zm.)

(3)

Uchwała RM nr 178/2006 z dnia 24 października 2006 r.

(4)

Umowa o wypłatę pomocy publicznej w formie dotacji celowej zawarta pomiędzy Ministrem Gospodarki a Bridgestone Stargard Sp. z o.o. z dnia 16 listopada 2006 r.

(5)

Uchwała nr XXX/348/06 Sejmiku Woj. Zachodniopom. z dnia 19 czerwca 2006 r. w sprawie określenia szczegółowych zasad i trybu udzielania ulg w spłacaniu należności (...) (Dz. Urz. Województwa Zachodniopomorskiego nr 88, poz. 1629)

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp reġjonali, Impjiegi

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta, Tranżazzjonijiet mhux fuq termini tas-suq

L-Estimi

Baġit globali: 20 358 982 PLN

L-intensità

2,9 %

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

L-industrija tal-manifattura

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstwo Gospodarki

Plac Trzech Krzyży 3/5

PL-00-507 Warszawa

Samorząd Województwa Zachodniopomorskiego

ul. Korsarzy 34

PL-70-540 Szczecin

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

25.9.2007

Għajnuna Nru

N 289/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Ancona

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Fiem S.r.l.

Il-bażi legali

Legge 14 maggio 2005 n. 80 (GURI 111, 14.5.2005 S.O.)

Delibera CIPE n. 101 (GURI 227, 29.9.2005)

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Is-salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà

Il-forma ta' l-għajnuna

Garanzija

L-Estimi

Baġit globali: 2,5 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2012

Setturi ekonomiċi

L-industrija tal-manifattura

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministero dello Sviluppo Economico

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

3.10.2007

Għajnuna Nru

N 390/07

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Mecklenburg-Vorpommern

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Richtlinie für die Gewährung von Zuwendungen des Landes Mecklenburg-Vorpommern zur Umsetzung des Klimaschutzkonzeptes

Il-bażi legali

Richtlinie für die Gewährung von Zuwendungen des Landes Mecklenburg-Vorpommern zur Umsetzung des Aktionsplans Klimaschutz (Klimaschutz-Förderrichtlinie) vom 31.5.2007

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

L-iffrankar ta' l-enerġija, Il-ħarsien ta' l-ambjent

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit annwali: 3,7 miljun EUR; Baġit globali: 26 miljun EUR

L-intensità

30 %

It-tul ta' żmien

31.5.2007-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerium für Wirtschaft, Arbeit und Tourismus des Landes Mecklenburg-Vorpommern

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

21.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 278/5


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

L-20 ta' Novembru 2007

(2007/C 278/02)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4785

JPY

Yen Ġappuniż

162,85

DKK

Krona Daniża

7,4524

GBP

Lira Sterlina

0,71715

SEK

Krona Żvediża

9,2823

CHF

Frank Żvizzeru

1,6408

ISK

Krona Iżlandiża

92,96

NOK

Krona Norveġiża

7,9950

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5842

CZK

Krona Ċeka

26,690

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

255,00

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6992

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,6870

RON

Leu Rumen

3,4980

SKK

Krona Slovakka

33,203

TRY

Lira Turka

1,7650

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6657

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4525

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,5063

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9433

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1402

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 363,47

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,9651

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,9731

HRK

Kuna Kroata

7,3378

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 823,98

MYR

Ringgit Malażjan

4,9715

PHP

Peso Filippin

63,746

RUB

Rouble Russu

36,0360

THB

Baht Tajlandiż

46,548


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

21.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 278/6


Il-proċedura nazzjonali Griega għall-allokazzjoni tad-drittijiet limitati tat-traffiku ta' l-ajru

(2007/C 278/03)

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill Nru (KE) 847/2004 dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, il-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-proċedura nazzjonali segwenti biex titqassam fost titolari Komunitarji eliġibbli ta' drittijiet tat-traffiku ta' l-ajru fejn huma limitati skond ftehimiet ta' servizz ta' l-ajru ma' pajjiżi terzi.

“Ministeru għat-trasport u l-komunikazzjoni servizz ta' l-avjazzjoni ċivili — Direttorat ġenerali għat-trasport bl-ajru — Direttorat għall-operazzjonijiet bl-ajru — Taqsima B — Ftehimiet bilaterali u servizzi ta' l-ajru — Nru ref. d1/b/28178/2647

Ateni, id-19 ta' Lulju 2007

SUĠĠETT: L-approvazzjoni tar-Regolament dwar id-deżinjazzjoni ta' trasportatur Komunitarju bl-ajru stabbilit fil-Greċja għall-operazzjoni ta' servizzi skedati bejn il-Greċja u l-pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea

DEĊIŻJONI

Il-Gvernatur

Wara li kkunsidra:

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali tas-7 ta' Diċembru 1944 u l-Att 211/1947 dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

2)

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu;

3)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, iffirmat f'Porto fit-2 ta' Mejju 1992, u l-Protokoll Aġġustattiv, iffirmat fi Brussell fis-17 ta' Marzu 1993;

4)

Il-Ftehim bejn il-Kommunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta' Ġunju 1999;

5)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2407/92 dwar liċenzjar ta' air carriers [trasportaturi bl-ajru] u r-Regolament (KEE) Nru 2408/92 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intrakomunitarji;

6)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 847/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimijiet dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, partikolarment l-Artikoli 5 u 6 tiegħu;

7)

Id-Dikjarazzjoni dwar id-dritt ta' l-istabbiliment adottata mill-Kunsill tal-Ministri tat-Trasport ta' l-Unjoni Ewropea fil-5 ta' Ġunju 2003;

8)

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 24 tad-Digriet Leġiżlattiv 714/70 dwar l-istabbililement tad-Direttorat dwar it-Trasport bl-Ajru u l-organizzazzjoni ta' l-Awtorità ta' l-Avjazzjoni Ċivili, kif sostitwut bl-Artikolu 13(3) ta' l-Att 3082/02 (Il-Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 316);

9)

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Att 1815/1988 dwar il-Kodiċi tan-Navigazzjoni bl-Ajru, kif inhu fis-seħħ attwalment;

10)

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 29a ta' l-Att 1558/1985 dwar il-Gvern u Korpi tal-Gvern (il-Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 137), kif emendati bl-Artikolu 27 ta' l-Att 2081/92 (il-Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 154), u sostitwit bl-Artikolu 1(2)(a) ta' l-Att 2469/97 (il-Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 38);

11)

Il-fatt li dan ir-Regolament ma jinkludi ebda nefqa għall-baġit nazzjonali;

IDDEĊIEDA LI ĠEJ:

Ir-Regolament dwar id-deżinjazzjoni ta' trasportatur bl-ajru Komunitarju stabbilit fil-Greċja għall-operazzjoni ta' servizzi skedati bejn il-Greċja u l-pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea, kif stipulat hawn taħt, qed jiġi hawn approvat.

Ir-Regolament dwar id-deżinjazzjoni ta' trasportatur bl-ajru Komunitarju stabbilit fil-Greċja għall-operazzjoni ta' servizzi skedati bejn il-Greċja u l-pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea

Artikolu 1

L-għan tar-Regolament

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi l-proċedura u l-kriterji għad-deżinjazzjoni tat-trasportaturi Komunitarji bl-ajru li għandhom stabbiliment fil-Greċja għall-operazzjoni ta' servizzi skedati bejn il-Greċja u pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea li m'humiex koperti bir-Regolament (KEE) Nru 2408/92 abbażi ta' ftehimijiet bilaterali rilevanti dwar is-servizzi bl-ajru.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

a)

Deżinjazzjoni: tfisser l-għoti lil trasportatur bl-ajru Komunitarju interessat, wieħed jew aktar, ta' dritt li jopera servizzi skedati bl-ajru bejn il-Ġreċja u pajjiż terz miftiehem fil-ftehim bilaterali korrispondenti dwar is-servizzi bl-ajru, fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ikun notifikat b'dan b'mezzi diplomatiċi (ħlief fejn il-ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru jistipula xorta oħra).

b)

Trasportatur Komunitarju: tfisser trasportatur bl-ajru b'liċenzja tat-tħaddim valida skond id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti.

Artikolu 3

Proċedura

a)

Il-proċedura għad-deżinjazzjoni ta' trasportatur bl-ajru Komunitarju għall-operazzjoni ta' servizzi skedati bl-ajru bejn il-Greċja u pajjiż barra l-UE mhux kopert bir-Regolament (KEE) Nru 2408/92 tinbeda jew fuq l-inizjattiva ta' l-Awtorità ta' l-Avjazzjoni Ċivili (CAA) jew fuq applikazzjoni minn trasportatur bl-ajru Komunitarju stabbilit fil-Greċja skond id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti, u hija kif ġej:

i)

Sejħa, mis-CAA lil trasportaturi bl-ajru Komunitarji stabbiliti fil-Greċja skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja fis-seħħ, sabiex jesprimu interess fid-deżinjazzjoni ta' trasportatur bl-ajru wieħed jew aktar (skond id-dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali rilevanti dwar is-servizzi bl-ajru) għall-operazzjoni ta' servizzi skedati bl-ajru lejn/minn pajjiż ta' l-UE mhux kopert bir-Regolament (KEE) Nru 2408/92 skond id-dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali rilevanti dwar is-servizzi bl-ajru. Is-sejħa tieħu l-forma ta' avviż mid-Direttorat ta' l-Operazzjonijiet bl-Ajru (D1) tas-CAA indirizzat lit-trasportaturi bl-ajru Komunitarji stabbiliti fil-Greċja jew lil assoċjazzjonijiet t'hemmhekk. L-avviż għandu jinkludi kwalunkwe applikazzjoni għad-deżinjazzjoni li tkun diġà ġiet sottomessa għar-rotta inkwistjoni. L-avviż għandu jiġi ppubblikat fuq il-websajt tas-CAA (www.hcaa.gr).

ii)

L-iskadenza għas-sottomissjoni ta' l-espressjoni ta' interess għandha tkun għoxrin jum kalendarju mid-data ta' pubblikazzjoni ta' l-avviż.

Artikolu 4

Dokumenti ta' sostenn meħtieġa

a)

Trasportatur bl-ajru Komunitarju li jesprimi interess li jkun deżinjat għall-operazzjoni ta' servizz skedat bl-ajru barra l-UE mhux kopert mir-Regolament (KEE) Nru 2408/92 għandu jissottometti lid-Direttorat ta' l-Operazzjonijiet bl-Ajru tas-CAA applikazzjoni akkumpanjata minn fajl ta' valutazzjoni, li għandu jinkludi d-dokumenti ta' sostenn li ġejjin:

i)

il-liċenzja tat-tħaddim u ċ-ċertifikat ta' operatur bl-ajru flimkien mal-kundizzjonijiet speċjali li jinkludu;

ii)

id-dejta li turi li t-trasportatur għandu rappreżentant (stabbiliment) awtorizzat fil-Greċja;

iii)

pjan tat-titjiriet, li għandu jinkludi lista dettaljata ta' servizzi bl-għadd, it-tip u l-kapaċità ta' l-inġenji ta' l-ajru ewlenin u awżiljari li t-trasportatur bl-ajru se juża għall-operazzjoni tas-servizzi msemmija fl-operazzjoni, il-frekwenzi u d-data proposta għall-bidu tas-servizzi u t-tul tagħhom, u dejta li turi jekk l-inġenji ta' l-ajru humiex il-proprjetà tat-trasportatur applikant jew noleġjati;

iv)

tbassir dettaljat fuq tliet snin tar-riżultati finanzjarji tar-rotta inkwistjoni, inkluż dejta li tippermetti li l-vijabbiltà tar-rotta tiġi vvalutata (il-porzjon tas-suq mistenni fuq ir-rotta, il-prezzijiet tal-fjuwil, salarji, manutenzjoni, primjums ta' l-assigurazzjoni, taxxi, is-servizzi ta' l-ajruporti, il-kejtering, id-dħul u l-infiq mistenni, eċċ.);

v)

it-tariffi/in-nolijiet applikabbli għar-rotta;

vi)

kwalunkwe prattika kummerċjali (skambju ta' kodiċijiet, alleanzi) applikabbli għar-rotta;

vii)

dejta li turi l-kapaċità operattiva u finanzjarja tat-trasportatur bl-ajru sabiex jopera r-rotta skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2407/92.

b)

L-applikazzjonijiet akkumpanjati minn fajl komplut biss se jiġu eżaminati.

ċ)

L-applikazzjonijiet u d-dokumenti ta' sostenn għandhom ikunu bil-Grieg. L-applikazzjoni għandha turi l-indirizz fil-Greċja li fih is-CAA għandha tindirizza l-korrispondenza.

d)

Fejn tqis li jkun neċessarju, l-Awtorità ta' l-Avjazzjoni Ċivili jistgħu jitolbu s-sottomissjoni ta' informazzjoni addizzjonali, li t-trasportatur bl-ajru jkun obbligat li jissottometti fi żmien ħmistax-il jum kalendarju.

Artikolu 5

Kriterji tad-deżinjazzjoni

a)

Il-kriterji għall-għażla ta' trasportatur bl-ajru Komunitarju li ssottometta applikazzjoni għad-deżinjazzjoni biex jopera rotta barra l-UE mhux koperta bir-Regolament (KEE) Nru 2408/92, inkluż dawk previsti fil-ftehim bilaterali rilevanti tas-servizzi ta' l-ajru, għandhom ikunu li ġejjin:

i)

il-forniment ta' servizzi suffiċjenti u sodisfaċenti, b'referenza partikolari:

għas-sodisfar tad-domanda għall-ivvjaġġar bl-ajru;

għan-natura tas-servizzi, f'termini ta' titjiriet diretti jew titjiriet b'waqfiet u ż-żieda fil-firxa tas-servizzi disponibbli għall-ivvjaġġar pubbliku;

għall-frekwenza tas-servizzi;

għall-kapaċità pprovduta;

għall-politika dwar in-nolijiet (eż. nolijiet proposti u struttura tan-nolijiet, huwa mistenni li jkunu offerti nolijiet differenti);

għad-data tal-bidu tas-servizzi;

għall-perjodu li matulu s-servizzi se jiġu pprovduti u l-iskop għall-forniment kontinwu ta' tali servizzi fil-forma ta' servizzi skedati, abbażi ta' qabel kollox il-vijabbiltà mistennija tar-rotta;

għall-affidabbiltà tat-trasportatur bl-ajru, jekk dan kien deżinjat preċedentement biex jopera rotta esterna, fir-rigward tal-konformità ma' l-obbligi tiegħu kif stipulat fl-Artikolu 7 hawnhekk.

ii)

il-kwalità tas-servizz ipprovdut, b'referenza partikolari:

għat-tip u l-għadd ta' inġenji ta' l-ajru ewlenin u awżiljari li se jintużaw biex joperaw fuq ir-rotta,

għall-eżistenza ta' netwerk ta' bejgħ għall-konvenjenza tal-pubbliku li jivvjaġġa;

iii)

is-sitwazzjoni tas-suq, b'referenza partikolari:

għall-impatt tad-deżinjazzjoni tat-trasportatur bl-ajru fuq il-kompetizzjoni fis-suq speċifiku u fuq iż-żieda fil-porzjon tas-suq li jkollhom it-trasportaturi bl-ajru Komunitarji fuq ir-rotta inkwistjoni;

il-kontribut tal-promozzjoni ta' l-iżvilupp tat-turiżmu u/jew l-iżvilupp ekonomiku u/jew reġjonali fil-Greċja;

iv)

jitqiesu wkoll il-kriterji li ġejjin:

għarfien bażiku ta' l-ilsien Grieg mill-persunal tal-kabina tal-passiġġieri u l-persunal tal-bejgħ;

f'każ ta' aktar minn applikazzjoni waħda li ġġib l-istess valutazzjoni abbażi tal-kriterji msemmija hawn fuq, prijorità għandha tingħata lill-ewwel applikazzjoni għad-deżinjazzjoni għar-rotta inkwistjoni sottomessa bid-dokumenti ta' sostenn neċessarji, sakemm dik l-applikazzjoni tkun qed tiġi sottomessa għall-ewwel darba wara li s-sejħa korrispondenti għall-espressjoni ta' interess tkun ġiet ippubblikata mis-CAA.

Artikolu 6

Proċedura għall-valutazzjoni u l-għażla tat-trasportatur bl-ajru

a)

Id-Direttorat tas-CAA responsabbli mill-valutazzjoni ta' l-applikazzjonijiet (id-Direttorat għall-Operazzjonijiet bl-Ajru/it-Taqsima għall-Ftehimiet Bilaterali dwar is-Servizzi ta' l-Ajru) għandu jeżamina l-fajls tat-trasportaturi bl-ajru abbażi tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4 u 5 hawn fuq. Fi żmien xahrejn mid-data tad-dħul ta' l-aħħar applikazzjoni u/jew id-dokumenti ta' sostenn, jew xorta oħra fi żmien xahrejn mill-bidu tal-valutazzjoni ta' l-applikazzjonijiet, id-Direttorat kompetenti għandu jabbozza proposta motivata ta' deżinjazzjoni u jissottomettiha lill-Gvernatur tas-CAA.

b)

Trasportatur bl-ajru Komunitarju li jiġi deżinjat għandu jintgħażel b'att tal-Gvernatur tas-CAA abbażi tal-proposta msemmija hawn fuq fi żmien tletin jum mis-sottomissjoni tagħha.

ċ)

L-att imsemmi għandu jinkludi kundizzjonijiet operattivi dwar ir-rotta inkwistjoni (eż. il-frekwenza tas-servizzi, il-kapaċità u kwalunkwe kundizzjoni oħra, skond id-dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali rilevanti dwar is-servizzi ta' l-ajru). Fejn xieraq, ir-rifjut ta' applikazzjoni għandu jiġi deċiż b'att simili. Id-deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom jiġu kkomunikati lit-trasportaturi bl-ajru kollha li esprimew interess li jkunu deżinjati u għandhom ikunu ppubblikati fil-websajts uffiċjali tas-CAA.

d)

Appelli kontra d-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt b hawn fuq jistgħu jiġu sottomessi lill-Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni.

e)

Id-deżinjazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru magħżula għall-awtoritajiet ta' Stat barrani għandhom isiru abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali rilevanti dwar is-servizzi bl-ajru.

f)

Meta trasportatur bl-ajru jissottometti applikazzjoni għal żieda fil-frekwenzi tas-servizzi fuq ir-rotta li għaliha hu kien ġie ddeżinjat, it-trasportatur għandu jissottometti fajl li jinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(a)(iii), (iv) u (v) hawn fuq u jelenka kwalunkwe emenda/tibdil/żieda għad-dejta msemmija fl-Artikolu 4(a)(i) u (iii). Fi żmien xahrejn mid-data ta' sottomissjoni ta' l-applikazzjoni, id-Direttorat kompetenti għandu jabbozza proposta motivata dwar l-emendar ta' l-att ta' deżinjazzjoni b'konformità ma' l-applikazzjoni sottomessa u għandu jissottomettiha lill-Gvernatur tas-CAA.

Artikolu 7

Obbligi tat-trasportatur bl-ajru ddeżinjat

a)

It-trasportatur bl-ajru ddeżinjat għandu jieħu l-azzjonijiet preparatorji dovuti kollha meħtieġa għall-operazzjoni tar-rotta li għaliha kien ġie ddeżinjat sabiex dawk is-servizzi jibdew mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tad-deżinjazzjoni tiegħu u mingħajr eċċezzjonijiet mill-pjan tat-titjiriet li ssottometta, ħlief fil-każ ta' ċirkustanzi eċċezzjonali.

b)

It-trasportatur bl-ajru ddeżinjat għandu jinforma d-Direttorat kompetenti tas-CAA bi kwalunkwe bidla fil-pjan tiegħu tat-titjiriet fuq ir-rotta li għaliha kien ġie ddeżinjat.

ċ)

Meta t-trasportatur bl-ajru ddeżinjat jipprovdi servizzi fuq ir-rotot li għalihom jkun ġie ddeżinjat, hu għandu jikkonforma fedelment mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u internazzjonali dwar l-operat ta' servizzi internazzjonali tat-trasport bl-ajru u mal-proċeduri u linji gwida stipulati mill-awtorità ta' l-avjazzjoni tal-pajjiż li fih kie ġie ddeżinjat, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali rilevanti tas-servizzi ta' l-ajru.

d)

It-trasferiment tad-drittijiet inkwistjoni lil trasportatur bl-ajru ieħor mhux permess.

Artikolu 8

Rivalutazzjoni tat-trasportatur bl-ajru ddeżinjat u r-revoka tad-deżinjazzjoni

a)

Fil-każ fejn ikun hemm bidla sostanzjali fl-informazzjoni operattiva, kummerċjali, finanzjarja jew informazzjoni oħra li abbażi tagħha trasportatur bl-arju jkun ġie ddeżinjat skond dan ir-Regolament, u/jew in-nuqqas minn naħa ta' trasportatur biex jikkonforma mad-dispożizzjonijiet preżenti, is-CAA tista' fi kwalunkwe waqt tirrivaluta trasportatur bl-ajru skond id-dispożizzjonijiet preżenti, fir-rigward tat-tiġdid ta' l-att ta' deżinjazzjoni jew tar-revoka tad-deżinjazzjoni tiegħu u, fejn meqjus xieraq, toħroġ sejħa għall-espressjoni ta' interess għat-trasportaturi bl-ajru.

b)

B'mod partikolari, in-nuqqas li jiġu eżerċitati d-drittijiet, totalment jew parzjalment, għal perjodu li jaqbeż is-sitt xhur, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(a) hawn fuq, l-interruzzjoni parzjali jew totali mit-trasportatur bl-ajru ta' l-operazzjoni tas-servizzi għal perjodu li jaqbeż is-sitt xhur, u/jew is-sottomissjoni mit-trasportatur bl-ajru ta' applikazzjoni bil-miktub għas-sospensjoni ta' l-operazzjoni tas-servizzi inkwistjoni, jikkostitwixxu raġuni suffiċjenti għar-revoka tad-deżinjazzjoni; is-CAA tista', fejn hi tqis xieraq, toħroġ sejħa ġdida għall-espressjoni ta' interess għat-trasportaturi bl-ajru.

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gazzetta tal-Gvern.

Dan ir-Regolament għandu jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern.

Il-Gvernatur

Ioannis ANDRIANOPOULOS


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

21.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 278/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4973 — OAK Hill/Forgings International)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 278/04)

1.

Fit-13 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Neu 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Oak Hill Capital Management, LLC (“Oak Hill”, Cayman Islands) takkwista fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll ta' l-intier ta' l-impriża Forgings International L.P li tikkontrolla l-impriża sħiħa Firth Rixson Limited (“Firth Rixson”, ir-Renju Unit) permezz tax-xira ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Oak Hill: il-ġestjoni ta' strumenti privati ta' kapital,

għal Firth Rixson: il-produzzjoni u l-forniment ta' prodotti mikwijin fil-forġa u ligi speċjalizzati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4973 — OAK Hill/Forgings International, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


21.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 278/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4964 — Sun Capital Funds/Mark IV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 278/05)

1.

Fit-13 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) skond liema Sun Capital Partners V.L.P. u Sun Capital Partners IV, LP (“Sun Capital Funds”, ta' l-Istati Uniti), proprjetà ta' Sun Capital Partners Group, għandhom l-intenzjoni jakkwistaw fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' Mark IV Industries, Inc. (“Mark IV”, ta' l-Istati Uniti) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Sun Capital Funds: grupp ta' investimenti privati,

għal Mark IV: il-manifattura ta' sistemi ta' inġinerija avvanzata u elementi għal infrastruttura tat-trasport, vetturi u tagħmir.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4964 — Sun Capital Funds/Mark IV, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


21.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 278/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4981 — AT&T/IBM)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 278/06)

1.

Fit-13 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża AT&T Corp. (“AT&T”, l-Istati Uniti) takkwista fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll ta' parti mill-impriża International Business Machines Inc. (“IBM” l-Istati Uniti), permezz ta' xiri ta' l-assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża AT&T : servizzi internazzjonali ta' komunikazzjoni bil-vuċi u tad-data,

għall-impriża IBM : soluzzjonijiet tat-teknoloġija ta' l-informatika (IT): software, tagħmir u servizzi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4981 — AT&T/IBM, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


ATTI OĦRAJN

Kummissjoni

21.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 278/13


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini għal prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel

(2007/C 278/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 510/2006

“JIHOČESKÁ NIVA”

Nru tal-KE: CZ/PGI/005/0405/20.10.2004

DPO ( ) IĠP ( X )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru

Isem:

Úřad průmyslového vlastnictví

Indirizz:

Antonína Čermáka 2a

CZ-160 68 Praha 6-Bubeneč

Tel.:

(420) 220 383 111

Feks

(420) 224 324 718

Posta elettronika:

posta@upv.cz

2.   Grupp:

Isem:

MADETA a.s.

Indirizz:

Rudolfovská 246/83

CZ-37050 České Budějovice

Tel.:

(420) 389 136 111

Feks:

(420) 387 411 944

Posta elettronika:

info@madeta.cz


Sit ta' Produzzjoni

MADETA a.s., závod Český Krumlov, Česká republika

Tel.:

(420) 380 779 111

Feks:

(420) 380 711 485

Kompożizzjoni:

Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

Din l-applikazzjoni hija għal deroga mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, peress li fiż-żona jeżisti produttur wieħed biss. Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1898/2006 huma sodisfatti.

3.   Tip ta' Prodott:

Klassi: 1.3 Ġobon:

4.   Speċifikazzjoni:

(sinteżi tar-rekwiżiti permezz ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1   Isem: “Jihočeská Niva”

4.2   Deskrizzjoni: Il-materja prima bażika li tintuża fil-produzzjoni ta' dan il-ġobon naturali li fih il-moffa huwa ħalib tal-baqar ipproċessat. Il-ġobon huwa magħmul esklussivament minn ħalib miż-żona deżinjata.

Dehra esterna: Il-ġobon huwa forma ta' rota, b'dijametur ta' 180-200 mm u għoli ta' bejn wieħed u ieħor 10 ċm (piż bejn wieħed u ieħor 2,8 kg); il-marki ta' trattament bil-ħasil jew brix fuq il-qoxra, il-moffa blu tagħti fl-aħdar tikber fil-ġobna kollha kif ukoll il-qoxra qisha xama' fuq il-wiċċ tal-ġobon mhumiex sinjali ta' difetti. Il-wiċċ tal-ġobna jista' jkun ta' lewn bajdani għal kannella ċar.

Dehra interna: Il-ġewwieni tal-ġobna huwa abjad lewn il-krema jew simili għall-butir b'vini ħodor jagħtu fil-blu fejn il-moffa tikber fih u għandu marki rikonoxxibbli tat-titqib.

Il-konsistenza tal-ġobon: Ħafif, jitfarrak, u mmaturat b'konsistenza; il-preżenza ta' moffa barranija mhix permessa.

Togħma, riħa: Mielaħ, pikkanti, aromatiku, ponta taqta', karatteristiċi tal-moffa koltivata Penicillium roqueforti.

L-għamla tal-prodott mat-tqegħid fis-suq, Minbarra l-forma ta' rota, kif ingħad hawn fuq, li jkollha piż ta' madwar 2,8 kg, il-ġobon jinbiegħ ukoll fil-forma ta' nofs tond (piż ta' madwar 1,2 kg) u bħala porzjoni li jiżnu 115 g jew 220 g.

Rekwiżiti fiżiċi/kimiċi:

Kontenut ta' materjal niexef: 52 %

diverġenza negattiva permessa fil-kontenut ta' materjal niexef: -1

diverġenzi pożittivi fil-kontenut ta' materjal niexef mhumiex difett

Kontenut ta' xaħam fil-materjal niexef: 50 %

firxa permessa ta' valuri għall-kontenut ta' xaħam fil-materjal niexef: 50 % sa < 55 %

Kontenut ta' melħ: 3-5,5 %

Proprjetajiet mikrobijoloġiċi: Il-ġobon fih il-moffa kkultivata Penicillium roqueforti PY jew PV, CB jew PR1 (sa PR4). Barra minn hekk, f'termini ta' rekwiżiti mikrobijoloġiċi, il-ġobon jissodisfa l-kriterji standard għas-sikurezza ta' l-ikel u l-iġjene tal-proċess ta' produzzjoni.

Ippakkjar: L-ippakkjar huwa nadif u uniformi, ikopri l-uċuh kollha u huwa mmarkat preċiżament.

4.3   Żona Ġeografika: Iż-żona ġeografika hija r-reġjun tal-Boħemja t'Isfel, li l-konfini tagħha huma demarkati bl-Att Nru 36/1960 Coll. dwar it-Tqassim Territorjali ta' l-Istat, kif emendat l-aħħar.

4.4   Prova ta' l-oriġini: Minbarra t-testijiet standard, kull ċisterna ta' ħalib fornit tkun ukoll iċċekkjata biex jiġi żgurat li ma jkunx fiha inibituri residwi. Il-lottijiet individwali jiġu mmarkati matul il-proċess kollu ta' maturazzjoni u ppakkjar. Kull lott jiġi ttestjat fil-laboratorju matul il-proċess, li jibda mill-ħalib sakem il-ġobon ikun lest biex jitqassam (kontrolli interoperattivi u fil-punt tal-ħruġ). Jinżammu reġistri aġġornati fir-rigward tat-testijiet kollha li jsiru.

Jinżamm reġistru ċentrali ta' fornituri tal-ħalib u ta' xerrejja tal-prodotti aħħarin.

Il-materji primi kollha li jidħlu fil-proċess tal-produzzjoni jridu jikkorrispondu ma' l-ispeċifikazzjoni mill-produttur (fornitur) rilevanti; dawn l-ispeċifikazzjonijiet jinżammu aġġornati. Il-fornituri tal-materji primi huma meħtieġa biex il-produttur ikun jista' jagħmel stqarrija dwar l-assenza ta' organiżmi modifikati ġenetikament u dikjarazzjoni dwar l-allerġeni preżenti.

L-ippakkjar li jintuża huwa speċifikat bħal tajjeb għall-kuntatt ma' l-ikel.

Il-produzzjoni tal-ġobon blu Jihočeská Niva huwa rregolat bis-sistema HACCP u hwua soġġett għas-sistema ta' kontroll stipulata fil-Gwidi għall-Iġjene Tajba u Prassi tal-Manifattura; jinżammu r-reġistri dwar it-testijiet kollha li jsiru (ġurnali tal-laboratorju, rekords tekniċi, reġistri tas-sistema elettronika LAB u reġistri tat-testijiet).

Il-prodott aħħari jrid jissodisfa r-regolamenti ta' l-iġjene rilevanti.

L-attivitajiet kollha ta' produzzjoni u l-konformità ma' l-ispeċifikazzjoni huma taħt is-superviżjoni permanenti ta' l-awtorità ta' kontroll, li hija l-Krajská veterinární správa (l-amministrazzjoni veterinarja reġjonali) għar-reġjun tal-Boħemja ta' isfel.

Minbarra data oħra, informazzjoni dwar il-produttur, jiġifieri l-isem u l-indirizz tal-kumpanija, hija indikata fuq il-pakkett.

4.5   Il-Metodu tal-produzzjoni: Ħalib ipproċessat b'kontenut ta' xaħam ta' 3,45 % jitferra' f'magna tal-ġobon, u miegħu jiżdiedu kulturi komuni, li jiżguraw aċidifikazzjoni tajba tal-ġobon matul il-proċessi kollha tal-produzzjoni u ta-maturazzjoni. It-togħma karatteristika tal-Jihočeská Niva tiġi mill-moffa kkoltivata Penicillium roqueforti (ara t-Taqsima 4.2), li ilha tintuża għal għexieren ta' snin (l-istokk tal-koltivazzjoni huwa ġeneralment disponibbli għall-użu fl-industrija ta' l-ikel). Wara li jiżdied it-tames u l-ħalib jobqot, il-granuli ta' ġobon li jirriżultaw jitqiegħdu fil-qwieleb f'għamla ta' rota. Ix-xorrox jitħalla joqtor u l-kultura ta' mikro-flora tiġi żviluppata f'temperatura ristretta. Il-ġobon jitmellaħ f'żewġ fażijiet: l-ewwel fis-salmura, imbagħad bl-għorik bil-melħ oħxon. Fl-imgħoddi l-maturazzjoni kien iseħħ biss f'kantini naturali tal-maturazzjoni li kienu mħaffra fil-blat tal-franka. Fl-2005, minħabba ż-żieda fil-produzzjoni ta' dan il-ġobon blu, inbnew kantini għall-maturazzjoni mgħammra bl-arja kundizzjonata għal temperatura u umdità kkontrollati. Il-ġobon jitħalla jimmatura fil-kantini għallinqas għal erba' ġimgħat. Il-wiċċ tal-ġobon misjur jinħasel jew jinbarax, imbagħad il-ġobon jiġi ppakjat fil-fojl ta' l-aluminju jew karta speċjali li tħalli l-ossiġnu jgħaddi. Parti mill-produzzjoni tinqasam f'porzjonijiet u tiġi ppakkjata fi bramel tal-plastik u mgħottija bil-plastik stampat. L-ippakkjar irid ikun uniformi, nadif u mmarkat tajjeb.

Minħabba n-natura bijoteknoloġika tal-prodott, il-ġobon blu jrid jiġi ppakkjat direttament fil-faċilità tal-produzzjoni. Dan huwa wkoll meħtieġ biex tinżamm il-kwalità tal-prodott, l-iġjene u l-indafa, biex il-ġobon ma jkunx jista' jiġi mfixkel ma' ġobon minn reġjuni oħra, u wkoll għall-finijiet tat-traċċabilità tal-prodott.

4.6   Rabta: Il-ġobon blu Jihočeská Niva ilu jiġi prodott fl-impjant Český Krumlov bl-istess metodu mill-1951. Il-ġobon huwa msemmi għall-mergħat ta' Šumava, minn fejn ġej l-ingredjent ewlieni — ħalib tal-baqra mwassal fl-impjant taċ-Český Krumlov mill-Boħemja ta' Isfel, partikolarment mill-għoljiet ta' Šumava. Il-ħalib ġej minn waħda mir-reġjunijiet l-inqas imniġġsa. Il-mergħat jinsabu fiż-żoni protetti ta' Novohradské Hory, Blanský les u Šumava, u l-flora unika taż-żona għandha influwenza pożittiva fuq it-togħma tal-ħalib.

Dawn il-mergħat joffru varjetà wiesgħa ta' flora speċifika għar-reġjun. Pjanti biz-zokk qasir (spika, żwien, eċċ.) b'diversità kbira ta' varjetajiet huma karatterstiċi, flimkien ma' ċerti varjetajiet rari tipiċi taż-żona. Pjanta speċjali endemika hija l-Phyteuma nigrum. Pjanti speċjali oħra jinkludu l-Gentiana pannonica, Ligusticum mutellina, Arnica montana, Gentianella praecox tas-sottospeċi Bohemica, ċerti tipi ta' orkidej terrestri, eċċ.

Dan il-pajżaġġ varjat, imħarbat huwa kkaratterizzat minn ambjent nadif ħafna, partikolarment ir-reġjun ta' Český Krumlov u l-għoljiet ta' Šumava (iddikjarati bħala Riżerva Bijosferika ta' l-UNESCO fl-1990). Il-fatt li ġie dikjarat għadd kbira ta' pajżaġġi uffiċjalment protetti, tnejn minnhom protetti mill-UNESCO, jixhed li l-ambjent naturali tal-Boħemja ta' Isfel huwa prezzjuż ħafna.

Tabilħaqq, l-esperjenza tan-nies tal-lokal fil-produzzjoni ta' dan il-ġobon blu, mgħoddi minn ġenerazzjoni għall-oħra, ukoll kellha influwenza kbira fuq il-kwalità u l-karatteristiċi tal-Jihočeská Niva.

Il-ġobon blu Jihočeská Niva.huwa apprezzat ħafna fis-suq Ċek, kemm mill-pubbliku ġenerali, kif ukoll mill-ispeċjalisti fl-industrija tal-ħalib. Għal bosta snin, il-Jihočeská Niva ġie minn ta' quddiem fost l-aqwa ġobnijiet bil-moffa f'esibizzjonijiet nazzjonali tal-ġobon (skond bord ta' speċjalisti):

1999 — it-2 post

2000 — it-2 post

2002 — it-3 post

2004 — it-3 post

2005 — l-1 post

2007 — l-1 post

Jihočeská Niva huwa wkoll apprezzat ħafna mill-pubbliku ġenerali.

Il-volumi tal-bejgħ juru wkoll il-popolarità tal-Jihočeská Niva fost il-konsumaturi tal-ġobon blu. Ir-reġistri tal-produttur juru biċ-ċar li ma hemm l-ebda tnaqqis perċepibbli fil-bejgħ:

2003 — 2 341 884 kg mibjugħa

2004 — 2 256 793 kg mibjugħa

2005 — 2 386 668 kg mibjugħa

2006 — 2 568 764 kg mibjugħa

Dawn il-volumi tal-bejgħ juru l-popolarità stabbli ta' dan il-prodott fost il-konsumaturi madwar ir-Repubblika Ċeka.

Dan jidher ukoll mill-fatt li l-Jihočeská Niva huwa ppreżentat bħala wieħed mill-prodotti lokali tipiċi f'film promozzjonali qasir dwar ir-reġjun tal-Boħemja ta' Isfel.

4.7   Organu ta' Spezzjoni:

Isem:

Krajská veterinární správa pro Jihočeský kraj

Indirizz:

Inspektorát Český Krumlov

Domoradice 126

CZ-381 25 Český Krumlov

Tel.:

(420) 380 711 333, (420) 380 711 941

Feks:

(420) 380 711 759

Posta elettronika:

insp.cesky-krumlov.kvsc@svscr.cz

4.8   Tikkettar: —


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


21.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 278/17


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

(2007/C 278/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 510/2006

Applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 9 u l-Artikolu 17(2)

“LAGUIOLE”

Nru tal-KE: FR/PDO/117/0120/18.02.2004

DPO (X) IĠP ( )

1.   Intestatura ta' l-ispeċifikazzjoni għall-emendar

Image

Isem il-prodott

Image

Deskrizzjoni tal-prodott

Image

Żona ġeografika:

Image

Prova ta' l-oriġini

Image

Metodu ta' produzzjoni:

Image

Rabta

Image

Tikkettar

Image

Kundizzjonijiet nazzjonali:

Image

Oħrajn (għandu jiġi ppreċiżat kif ikun il-każ)

2.   Tip ta' emenda/i

Image

Emenda tad-dokument uniku jew tas-sinteżi

Image

Emenda ta' l-ispeċifikazzjonijiet tad-DPO jew l-IĠP irreġistrata, li għaliha ma ġiet sintetizzat u lanqas ippubblikat dokument uniku.

Image

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott (sinteżi tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Image

Emenda temporanja ta' l-ispeċifikazzjonijiet li jirriżultaw mill-adozzjoni ta' miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoraitajiet pubbliċi (Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emendi:

Żona ġeografika:

Estensjoni taż-żona ġeografika għal 3 komuni tad-dipartiment ta' Cantal: Fridefont, Maurines u Saint-Martial, li jikkorrispondu għall-kriterji naturali u umani ddefiniti minn din id-denominazzjoni.

Metodu ta' produzzjoni:

Il-metodu ta' produzzjoni jiżdidulu dawn il-paragrafi:

 

“Il-konċentrazzjoni tal-ħalib b'eliminazzjoni parzjali tal-parti ilmija qabel il-koagulazzjoni hija pprojbita.”

 

“Minbarra l-materja prima tal-ħalib, l-uniċi ingredjenti jew sustanzi awżiljari għall-produzzjoni jew addittivi awtorizzati fil-ħalib, u waqt il-produzzjoni, huma t-tames, il-kulturi tal-batterji, il-ħmira, il-moffa li jkollha l-innokwità tagħha ppruvata, u l-melħ.” 

 

“Hija pprojbita l-konservazzjoni f'temperatura negattiva tal-materja prima tal-ħalib, tal-prodotti fil-proċess tal-produzzjoni, tal-baqta jew tal-ġobon frisk (fromage frais).” 

 

“Hija pprojbita l-konservazzjoni mmodifikata tal-ġobnijiet friski jew tal-ġobnijiet li għaddejjin mill-maturazzjoni.”

L-użu ta' trattament u addittivi għall-ġobnijiet huwa suġġett għal regolamentazzjoni ġenerali.

Jidher li tekniki ġodda li għadd minnhom jikkonċernaw trattament u addittivi, bħall mikrofiltrazzjoni, il-konċentrazzjoni parzjali tal-ħalib jew l-enżimi għall-maturazzjoni, jistgħu jkollhom konsegwenzi fuq il-karatteristiċi tal-ġobnijiet ta' denonminazzjoni ta' l-oriġini. Ċerti addittivi enżimatiċi jidhru partikolarment inkompatibbli maż-żamma tal-karatteristiċi essenzjali tal-produzzjonijiet b'DPO.

Deher għalhekk neċessarju li fl-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini jiġu ppreċiżati, flimkien mal-metodu tal-produzzjoni, il-prattiki attwali li jikkonċernaw l-użu ta' trattamenti u addittivi għall-ħalib u fil-produzzjoni tal-ġobnijiet, sabiex jiġi evitat li prattiki futuri li mhumiex ikkunsidrati jeffettwaw il-karatteristiċi tal-ġobnijiet denominati.

SINTEŻI

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 510/2006

“LAGUIOLE”

Nru tal-KE: FR/PDO/117/0120/18.02.2004

DPO ( X ) IĠP ( )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Institut National de l'origine et de la qualité (INAO)

Indirizz:

51, rue Anjou

F-75008 Paris

Tel.:

(33) 153 89 80 00

Feks:

(33) 153 89 80 60

Posta elettronika:

info@inao.gouv.fr

2.   Grupp:

Isem:

Syndicat de Défense et de Promotion du fromage de Laguiole

Indirizz:

Coopérative fromagère Jeune Montagne

Route de Saint Flour

F-12210 Laguiole

Tel.:

(33) 565 44 35 54

Feks:

(33) 565 44 47 57

Posta elettronika

coop.jm@wanadoo.fr

Kompożizzjoni:

Prodotturi/Proċessuri ( X ) oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.3 — Ġobon

4.   Speċifikazzjoni:

(sinteżi tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4. 1   Isem: “Laguiole”

4.2   Deskrizzjoni: Ġobon tal-ħalib tal-baqra ippressat u mhux imsajjar, bil-qoxra ħoxna mnixxfa u mfarfra; ta' forma ċilindrika minn 30 sa 40 ċm ta' dijametru, 40 ċm għoli, u piż bejn 25 u 50 kg; mill-inqas 45 % ta' materja xaħmija wara tnixxif sħiħ u mill-inqas 58 % ta' materja niexfa.

Il-ġobon huwa ta' lewn isfar u l-qoxra ta' lewn bajdani u jagħti fl-oranġjo ċar li jsir kannella jagħti fl-ambra waqt il-maturazzjoni.

It-tqegħid fis-suq ta' “Laguiole râpé” huwa pprojbit.

Meta l-ġobon jinbiegħ wara l-pre-ppakkjar, il-biċċiet iridu jkollhom bilfors parti bil-qoxra karatteristika tad-denominazzjoni.

4.3.   Żona ġeografika: Madwar sittin komun tal-pjanura ta' l'Aubrac, li tinfirex fuq id-dipartimenti ta' l'Aveyron, Cantal u Lozère.

Dipartiment ta' Aveyron

Distett ta' Rodez:

Canton d'Entraygues-sur-Truyère: il-komuni ta' Entraygues-sur-Truyère (ix-xatt tal-lemin tal-Lot u x-xatt tax-xellug tat-Truyère fejn jibdew jiltaqgħu x-xmajjar)

Canton d'Espalion: il-komuni ta' Castelnau-de-Mandailles, Le Cayrol, Espalion (ix-xatt tax-xellug tal-Lot), Saint-Côme-d'Olt (ix-xatt tal-lemin tal- Lot);

Canton d'Estaing: il-komuni ta' Coubisou, Estaing, Le Nayrac;

Canton de Laguiole; Canton de Saint-Amans-des-Cots; Canton de Saint-Chély-d'Aubrac;

Canton de Saint-Geniez-d'Olt: il-komuni ta' Aurelle-Verlac, Pomayrols, Prades-d'Aubrac, Sainte-Euladie-d'Olt (ix-xatt tal-lemin tal-Lot), Saint-Geniez-d'Olt (ix-xatt tal-lemin tal-Lot);

Canton de Sainte-Geneviève-sur-Argence.

Distrett ta' Millau:

Canton de Campagnac: Saint-Laurent-d'Olt (ix-xatt tal-lemin tal-Lot).

Dipartiment ta' Cantal

Canton de Chaudes-Aigues: il-komuni ta' Anterrieux, Chaudes-Aigues, Deux-Verges, Espinasse, Fridefont, Jabrun, Lieutadès, Maurines, Saint-Martial, Saint-Rémy-de-Chaudes-Aigues, Saint-Urcize, La Trinitat.

Dipartiment ta' Lozère

Distrett ta' Mende:

Canton d'Aumont-Aubrac: il-komuni ta' Aumont-Aubrac, La Chaze-de-Peyre, Fau-de-Peyre, Sainte-Colombe-de-Peyre;

Canton de Fournels: il-komuni ta' Brion, Chauchailles, Fournels, La Fage-Montivernoux, Noalhac, Saint-Laurent-de-Veyrès, Termes;

Canton de Marvejols: il-komun ta' Saint-Laurent-de-Muret;

Canton de Nasbinals;

Canton de Saint-Chély-d'Apcher: il-komuni ta' La Fage-Saint-Julien, Les Bessons;

Canton de Saint-Germain-du-Teil: il-komuni ta' Les Hermaux, Les Salces, Trélans, Saint-Germain-du-Teil, Saint-Pierre-de-Nogaret;

Canton de La Canourgue: Canilhac (ix-xatt tal-lemin tal-Lot), Banassac (ix-xatt tal-lemin tal-Lot).

4.4   Prova ta' l-oriġini: Kull operatur jimla “dikjarazzjoni ta' attitudni” rreġistrata għand is-servizz ta' l-I.N.A.O. u li jippermetti lil ta' l-aħħar jidentifika l-operaturi kollha. Dawn għandhom iżommu għad-dispożizzjoni ta' l-I.N.A.O. r-reġistri kif ukoll kull dokument meħtieġ għall-kontroll ta' l-oriġini, tal-kwalità u tal-kundizzjonijiet ta' produzzjoni tal-ħalib u tal-ġobon.

Fil-qafas ta' kontroll li jsir fuq il-karatteristiċi tal-prodott b'denominazzjoni ta' l-oriġini, eżami analitiku u organolettiku għandu l-għan li jassigura l-kwalità u t-tipiċità tal-prodotti ppreżentati għal dan l-eżami.

4.5   Metodu ta' produzzjoni: Il-produzzjoni tal-ħalib u l-produzzjoni u l-manifattura tal-ġobnijiet iridu jsiru fiż-żona ġeografika.

Ir-razez bovini Simmenthal française u Aubrac biss huma awtorizzati.

L-ikel tal-baqar huwa assigurat, ħlief f'eċċezzjonijiet klimatiċi, mill-produzzjonijiet ta' l-għalf taż-żona ġeografika: Għaxeb (ħaxix mriegħi) tul mill-inqas 120 jum fis-sena, ħuxlief fi proporzjon ta' mill-inqas 30 % fix-xitwa, u furrajna. Hija pprojbita l-furrajna fil-qamħirrum fir-razzjonijiet tal-baqar tal-ħalib.

Il-ta' produzzjoni medja tal-ħalib għal kull baqra f'razzett m'għandhiex tkun aktar minn 6 000 litru kull sena.

Minbarra l-materja prima tal-ħalib, l-uniċi ingredjenti jew sustanzi awżiljari għall-produzzjoni jew addittivi awtorizzati fil-ħalib, u waqt il-produzzjoni, huma t-tames, il-kulturi tal-batterji, il-ħmira, il-moffa li jkollha l-innokwità tagħha ppruvata, u l-melħ.

Prodotta esklussivament mil-ħalib nej tal-baqra, sħiħ, miżjud bit-tames fi żmien mhux aktar minn 48 siegħa wara t-taħliba l-aktar bikrija f'temperatura bejn 30 u 35 °C, il-baqta tinkiser u tiġi ppressata għall-ewwel maturazzjoni, u tingħata minimu ta' ħames dawriet. Wara t-tieni tqattigħ, il-ġobna titmellaħ minn ġewwa u titqiegħed fil-forma u terġa' tingħata pressa twila u progressiva. Maturazzjoni f'kantini kesħin u umdi, 6 sa 12 °C, għal mill-inqas 4 xhur.

4.6.   Rabta: Il-produzzjoni tal-ġobon f'dan ir-reġjun tmur lura għar-raba' seklu. Mis-seklu tnax 'il quddiem, l-abbaziji ta' Aubrac u ta' Bonneval irranġaw biex il-produzzjoni tal-ġobon b'tali mod li l-produzzjoni tal-ħalib fis-Sajf tintuża biex titma' lill-pellegrini fix-Xitwa. Din il-prattika bdew jagħmluha wkoll il-bdiewa tal-madwar. Il-ġobon ifakkar fl-inħawi minn fejn ġej minħabba li qisu waħda mill-ġebliet tal-pilastri tal-knejjes Romaneski tal-Massif Central, li ġew mill-passjoni tan-nies fi triqithom lejn Santiago de Compostela. Fl-1897, il-bdiewa tal-muntanji ngħaqdu f'sindakat ta' bejgħ (Syndicat de vente), li mbagħad sar sindikat ta' protezzjoni (Syndicat de défense) fl-1939, sabiex fl-aħħar waslu għal denominazzjoni fl-1961.

Ir-reġjun ta' Aubrac għandu karatteristiċi distintivi għall-aħħar (l-art u l-klima ħorox, l-altitudni għolja u konfini naturali tal-pajsaġġ). Il-flora għanja tiegħu, aromatika u abbondanti tikkontribwixxi għal-ħalib rikk u għat-togħma tiegħu. Il-metodi u l-għarfien tal-produtturi ta' l-imgħoddi nżammu sabiex tiġi ppreżervata l-produzzjoni tradizzjonali u l-aktar il-maturazzjoni bil-mod u metikoluża f'kantini kesħin u umdi.

4.7.   Organu ta' spezzjoni:

Isem:

Institut National de l'origine et de la qualité (INAO)

Indirizz:

51, rue Anjou

F-75008 Paris

Tel.:

(33) 153 89 80 00

Feks:

(33) 153 89 80 60

Posta elettronika:

info@inao.gouv.fr

L-Institut National des Appellations d'Origine huwa stabbiliment pubbliku ta' natura amministrattiva, li jgawdi minn personalità ċivili, u jaqa' taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura.

Il-kontroll tal-kundizzjonijiet ta' produzzjoni li għandhom denominazzjoni ta' l-oriġini qiegħed f'idejn l-INAO.

In-nuqqas ta' osservanza tad-delimitazzjoni taż-żona ġeografika jew ta' waħda mill-kundizzjonijiet tal-produzzjoni iġġib magħha l-projbizzjoni ta' l-użu, taħt kwalunkwe forma u għal kwalunkwe għan, ta' l-isem tad-denominazzjoni ta' l-oriġini.

Isem:

Direction Générale de la Concurrence, de la Consommation et de la Répression des Fraudes (DGCCRF)

Indirizz:

59, Boulevard Vincent Auriol

F-75703 Paris Cedex 13

Tel.:

(33) 144 87 17 17

Feks:

(33) 144 97 30 37

Posta elettronika:

C3@dgccrf.finances.gouv.fr

Id-DGCCRF huwa servizz tal-Ministeru ta' l-Ekonomija, Finanzi u Industrija.

4.8   Tikkettar: Minbarra isem id-Denominazzjoni u t-tismija “Appellation d'Origine”, miktuba b'ittri li jkunu mill-inqas daqs żewġ terzi ta' qies l-akbar ittri li jidhru fuq it-tikketti, il-ġobon b'Denominazzjoni jridu jkollhom fuq it-tikketti tagħhom il-logo bil-kitba INAO, it-tismija “Appellation d'Origine Contrôlée” u isem id-Denominazzjoni. Jekk dan il-logo isir b'timbru tal-linka, għandu jidher mill-inqas darbtejn fuq id-dawra tal-ġobon.

Il-kelmiet “buron” (l-għarix tar-ragħaj) u “fermier” (tar-razzett) huma awtorizzati taħt ċerti kondizzjonijiet.

L-identifikazzjoni tal-ġobon hija wkoll garantita b'timbru intaljat fuq il-qoxra tal-ġobon, li jkollu l-barri ta' Laguiole u l-kelma “Laguiole”.

It-tikketti jistgħu jiġu ssostitwiti permezz ta' stampar fuq il-qoxra tal-ġobon.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


Top