EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2020:157:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 157, 19 ta' Mejju 2020


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 157

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
19 ta' Mejju 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/663 tat-18 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja(EUCAP Somalia)

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/664 tat-18 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA)

3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

19.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/663

tat-18 ta’ Mejju 2020

li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja(EUCAP Somalia)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-16 ta’ Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/389/PESK (1) li tikkonċerna l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR).

(2)

Fit-12 ta’ Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2240 (2) li emendat il-mandat tal-Missjoni biex tiġi ffukata fuq il-bini tal-kapaċità fis-Somalja u biddel isem il-Missjoni għal EUCAP Somalia.

(3)

Fl-10 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1942 (3), li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK biex EUCAP Somalia tiġi estiża u tingħata ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

(4)

Fl-4 ta’ Frar 2020, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà emenda l-Pjan Operazzjonali tal-EUCAP Somalia u qabel li jenħtieġ li jiġu previsti miżuri ta’ sigurtà addizzjonali.

(5)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/389/PESK tiġi emendata billi jiżdied l-ammont ta’ referenza finanzjarja,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK, is-seba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Somalia għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għandu jkun ta’ EUR 71 189 005,32.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

G. GRLIĆ RADMAN


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2240 tat-12 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 337, 13.12.2016, p. 18).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1942 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li testendi u temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 314, 11.12.2018, p. 56).


19.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/664

tat-18 ta’ Mejju 2020

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-9 ta’ Diċembru 2019, permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 (1) il-Kunsill stabbilixxa l-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) b’mandat ta’ sentejn mit-tnedija ta’ EUAM RCA.

(2)

Ġie stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja għas-sitt xhur mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110, jiġifieri, sat-8 ta’ Ġunju 2020, li matulu kellhom jitwettqu t-tħejjijiet meħtieġa biex EUAM RCA tikseb il-kapaċità operattiva inizjali tagħha, bl-istennija li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza għall-bqija tal-mandat mat-tnedija ta’ EUAM RCA.

(3)

Fiċ-ċirkostanzi attwali marbuta mal-pandemija ta’ COVID-19, it-tnedija ta’ EUAM RCA teħtieġ aktar tħejjijiet.

(4)

Fis-16 ta’ April 2020, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel li l-perijodu ta’ validità tal-ammont ta’ referenza inizjali jenħtieġ għalhekk jiġi estiż b’xahrejn, jiġifieri, sat-8 ta’ Awwissu 2020.

(5)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110, il-paragrafu 1, huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘1.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma’ EUAM RCA għall-perijodu sat-8 ta’ Awwissu 2020 għandu jkun ta’ EUR 7 100 000. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għal kull perijodu sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.’.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

G. GRLIĆ RADMAN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2110 tad-9 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (ĠU L 318, 10.12.2019, p. 141).


Top