EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2010:114:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 114, 07 ta' Mejju 2010


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.114.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 114

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
7 ta' Mejju 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 387/2010 tas-6 ta’ Mejju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1121/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, fir-rigward tar-rekwiżit tal-erja minima għall-pagamenti tranżizzjonali tal-frott u l-ħxejjex f’Ċipru u l-iskema ta’ pagament uniku għall-bdiewa fil-Polonja u s-Slovakkja

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2010 tas-6 ta’ Mejju 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-numru massimu ta’ annimali domestiċi ta’ ċerti speċji li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ moviment mhux kummerċjali ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2010 tas-6 ta’ Mejju 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2004 fir-rigward tal-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd f’ċerti reġjuni mill-aktar imbiegħda ta’ Franza

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2010 tas-6 ta' Mejju 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Hopfen aus der Hallertau (IĠP)]

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2010 tas-6 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

9

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2010 tas-6 ta’ Mejju 2010 li ma jalloka l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

11

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 393/2010 tas-6 ta’ Mejju 2010 li ma jagħti l-ebda rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

12

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 394/2010 tas-6 ta’ Mejju 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Mejju 2010

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

7.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 387/2010

tas-6 ta’ Mejju 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1121/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, fir-rigward tar-rekwiżit tal-erja minima għall-pagamenti tranżizzjonali tal-frott u l-ħxejjex f’Ċipru u l-iskema ta’ pagament uniku għall-bdiewa fil-Polonja u s-Slovakkja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolai l-Artikolu 142(c) u (e) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ għal bdiewa previsti fit-Titoli IV u V tiegħu (2), il-pagamenti tranżizzjonali tal-frott u l-ħxejjex msemmija fl-Artikolu 1(1)(g) ta’ dak ir-Regolament jistgħu jingħataw biss fl-erjas li kienu suġġetti għal applikazzjoni tal-għajnuna għal mill-inqas 0,3 ettaru. Permezz tal-ittri tat-18 ta’ Frar 2010 u l-1 ta’ Marzu 2010, Ċipru għarraf lill-Kummissjoni dwar id-daqs speċifiku tal-impriżi agrikoli u l-istruttura tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-pagamenti tranżizzjonali tal-frott u l-ħxejjex mogħtija għall-frott taċ-ċitru. B’riżultat ta’ dawn, l-erja minima li għaliha se jingħata dan il-pagament trid tonqos għal 0,1 ettaru.

(2)

L-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistipula ir-regoli li jiffissaw l-erja agrikola tal-Istati Membri l-ġodda taħt l-iskema ta’ pagament uniku pprovduta fl-Artikolu 122 ta’ dak ir-Regolament.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 1121/2009, l-erja agrikola għall-Polonja u l-erja agrikola għas-Slovakkja qegħdin stipulati fl-Anness VIII għal dak ir-Regolament.

(4)

Permezz tal-ittra tal-1 ta’ Diċembru 2009, il-Polonja għarrfet lill-Kummissjoni li għamlet reviżjoni tal-erja agrikola utilizzata li hija eliġibbli għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, kif jissemma fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Ir-reviżjoni saret wara l-aġġornament tas-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula agrikoli msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, li wriet li l-parti tal-erja agrikola utilizzata li hija miżmuma f’kundizzjoni agrikola tajba fit-30 ta’ Ġunju 2003 kienet iżgħar minn kemm kienet stmata qabel. L-erja agrikola għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għalhekk għandha tonqos għal 14 137 000 ettaru.

(5)

Permezz tal-ittra tal-4 ta’ Jannar 2010, is-Slovakkja għarrfet lill-Kummissjoni li għamlet reviżjoni tal-erja agrikola utilizzata li hija eliġibbli għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, kif jissemma fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Ir-reviżjoni hija konsegwenza tal-esperjenza miksuba fis-snin riċenti mill-verifikazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-pagament uniku skont l-erja taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, li wriet li l-parti tal-erja agrikola utilizzata li hija miżmuma f’kundizzjoni agrikola tajba fit-30 ta’ Ġunju 2003 kienet iżgħar minn kemm kienet stmata qabel. L-erja agrikola għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għalhekk għandha tonqos għal 1 865 000 ettaru.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1121/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

L-emenda proposta permezz ta’ dan ir-Regolament għandha tapplika għall-perjodi tal-primjum li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2010.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1121/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Fil-każ tal-Greċja u Ċipru, il-pagamenti tranżizzjonali għall-frott u l-ħxejjex imsemmijin fl-Artikolu 1(1)(g) għandhom jingħataw biss għall-erjas, għal kull tip ta’ għalla, li kienu s-suġġett ta’ applikazzjoni għal talanqas 0.1 ettaru, fejn kull raba’ agrikolu kkoltivat jaqbeż id-daqs minimu stabbilit mill-Istat Membru fi ħdan il-limitu provdut bl-Artikolu 13(9) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.”

(2)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

Ir-ringiela li tikkonċerna l-Polonja għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Il-Polonja

14 137 ”

(b)

Ir-ringiela li tikkonċerna s-Slovakkja għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Is-Slovakkja

1 865 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna marbutin mal-perjodi tal-primjum li jibdew fl-1 ta' Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 27.


7.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 388/2010

tas-6 ta’ Mejju 2010

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-numru massimu ta’ annimali domestiċi ta’ ċerti speċji li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ moviment mhux kummerċjali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u r-regoli li japplikaw għall-kontrolli ta’ movimenti ta’ dan it-tip. Japplika għall-movimenti bejn l-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi ta’ annimali domestiċi tal-ispeċji elenkati fl-Anness I tiegħu. Il-klieb, il-qtates u l-inmsa huma elenkati fil-Partijiet A u B ta’ dan l-Anness.

(2)

Ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 998/2003 ivarjaw skont jekk l-annimali domestiċi jiġux imċaqalqa minn Stat Membru għal ieħor jew minn pajjiżi terzi lejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, ikomplu d-differenzi fir-rekwiżiti għall-movimenti minn pajjiżi terzi, bejn il-pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament u dawk il-pajjiżi terzi li huma elenkati fil-Parti C ta’ dan l-Anness.

(3)

Il-pajjiżi terzi li japplikaw għar-regoli ta’ moviment mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi li jkunu tal-inqas ekwivalenti għar-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 998/2003 huma elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni, li mhumiex soġġetti għall-kondizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali preskritti f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (2) ġeneralment tapplika għall-kummerċ.

(5)

Biex ikun evitat li movimenti kummerċjali jintwerew bil-qerq bħala movimenti mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament jistipula li l-kondizzjonijiet u l-kontrolli stipulati fid-Direttiva 92/65/KEE għandhom japplikaw għall-moviment ta’ iktar minn ħames annimali domestiċi meta l-annimali jiddaħħlu fil-Komunità minn pajjiż terż li mhuwiex elenkat fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(6)

L-esperjenza fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 wriet li hemm riskju għoli ta’ movimenti kummerċjali ta’ klieb, qtates, u inmsa li qegħdin jintwerew bil-qerq bħala movimenti mhux kummerċjali, meta dawn l-annimali jiddaħħlu fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terż elenkat fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Biex jiġu evitati dawn il-modi ta’ aġir u biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, tinħtieġ stipulazzjoni li twaqqaf l-istess regoli għal meta l-klieb, il-qtates u l-inmsa jinġarru minn Stat Membru għal ieħor, jew minn pajjiż terz elenkat fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kondizzjonijiet u l-kontrolli msemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandhom japplikaw għall-moviment tal-annimali domestiċi tal-ispeċji elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament fejn in-numru totali tal-annimali li qed jiddaħħlu fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz elenkat fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, jaqbeż il-ħamsa.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.


7.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 389/2010

tas-6 ta’ Mejju 2010

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2004 fir-rigward tal-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd f’ċerti reġjuni mill-aktar imbiegħda ta’ Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi [ir-reġjuni l-aktar imbiegħda] tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 1(2) u 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2004 (2) jistipula regoli ddettaljati ta’ implimentazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 li għandu x’jaqsam mal-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd reġistrati lir-reġjuni ultraperiferali [ir-reġjuni l-aktar imbiegħda].

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1274/2007 (3) rreveda l-livelli ta’ referenza għall-flotot fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, stipulati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2104/2004, wara d-dikjarazzjoni konġunta tal-Kunsill u l-Kummissjoni fil-Kunsill tas-Sajd tas-27 ta’ Lulju 2006 (4).

(3)

Fil-każ ta’ ċerti taqsimiet tal-flotta tad-Dipartimenti Franċiżi l-aktar imbiegħda, ir-Regolament (KE) Nru 1274/2007 fittex ir-regolarizzazzjoni ta’ għadd importanti ta’ bastimenti li wettqu attivitajiet tas-sajd qabel il-31 ta’ Diċembru 2006, u li kienu attivi mingħajr ma kienu ddaħħlu fir-Reġistru tal-Flotot tal-UE. Din ir-regolarizzazzjoni tqieset bħala estensjoni tal-pjanijiet ta’ żvilupp li kienu tressqu għar-reġjunijiet ikkonċernati l-aktar imbiegħda.

(4)

Inventarju aktar riċenti u aktar sħiħ tal-flotot fuq skala żgħira li joperaw fl-iktar żoni mbiegħda tat-territorji Franċiżi l-aktar imbiegħda tal-Gujana u Martinique, imfassal mill-awtoritajiet Franċiżi, wera li fi żmien ir-reviżjoni msemmija hawn fuq tal-livelli ta’ referenza, l-għadd ta’ bastimenti li jeħtieġu r-regolarizzazzjoni ġie sottovalutat. Franza talbet li ssir regolarizzazzjoni ġdida għall-bastimenti li ma tqisux bħala parti mill-pjanijiet ta’ żvilupp imressqa fl-2007 għall-Gujana u Martinique.

(5)

It-taqsimiet tal-flotta kkonċernati mit-talba għal żieda fil-livell ta’ referenza jiffukaw l-attivitajiet tagħhom fuq ir-riżorsi tal-ħut max-xatt, li skont l-aktar tagħrif xjentifiku riċenti, ma jurux problemi ta’ konservazzjoni.

(6)

Għaldaqstant, bħala kontribut għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd fl-iktar reġjuni mbiegħda, jaqbel li jitqies il-bżonn ta’ regolarizzazzjoni tal-bastimenti kkonċernati fil-qafas tal-pjanijiet ta’ żvilupp ikkonċernati, u li jiżdiedu l-livelli ta’ referenza korrispondenti sabiex dawk il-bastimenti jkunu jistgħu jiddaħħlu fir-Reġistru tal-Flotot tal-UE.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 2104/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2014/2004 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 102, 7.4.2004, p. 9.

(2)  ĠU L 365, 10.12.2004, p. 19.

(3)  ĠU L 284, 30.10.2007, p. 6.

(4)  Id-Dokument tal-Kunsill Nru 11823/06 ADD 1, l-20 ta’ Lulju 2006.


ANNESS

Fit-Taqsima “Franza” tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2104/2004, l-entrati li jikkonċernaw it-taqsima tal-flotta “Il-Gujana Franċiża. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul < 12 m” u t-taqsima tal-flotta “Martinique. Speċijiet pelaġiċi. Tul ≥ 12 m” jinbidlu b’li ġej:

Franza

Taqsima tal-flotta

Kodiċi tat-taqsima

GT

kW

“Il-Gujana Franċiża. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul < 12 m

4FF

903

11 644 ”

“Martinique. Speċijiet pelaġiċi. Tul ≥ 12 m

4FK

1 046

3 294 ”


7.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 390/2010

tas-6 ta' Mejju 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Hopfen aus der Hallertau (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mill-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Hopfen aus der Hallertau” tiġi rreġistrata, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 223, 16.9.2009, p. 20.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.8   Prodotti oħrajn tal-Anness I għat-Trattat (ħwawar, eċċ.)

IL-ĠERMANJA

Hopfen aus der Hallertau (IĠP)


7.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 391/2010

tas-6 ta’ Mejju 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

68,6

MA

68,1

TN

123,7

TR

109,7

ZZ

92,5

0707 00 05

MA

58,3

MK

59,4

TR

119,6

ZZ

79,1

0709 90 70

TR

98,2

ZZ

98,2

0805 10 20

EG

43,6

IL

57,1

MA

52,7

TN

47,4

TR

49,3

US

67,7

ZZ

53,0

0805 50 10

TR

73,6

ZA

73,4

ZZ

73,5

0808 10 80

AR

86,0

BR

76,8

CL

85,0

CN

78,2

CR

59,1

NZ

117,8

US

120,8

UY

81,7

ZA

87,2

ZZ

88,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


7.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 392/2010

tas-6 ta’ Mejju 2010

li ma jalloka l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas- 27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi proċedura għal sejħa permanenti għall-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fl-4 ta’ Mejju 2010.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm fl-4 ta’ Mejju 2010, l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni mhi allokata għall-prodotti u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, punti (a) u (b), u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


7.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 393/2010

tas-6 ta’ Mejju 2010

li ma jagħti l-ebda rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi stedina permanenti għall-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fl-4 ta’ Mejju 2010.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' tressiq li jintemm fl-4 ta’ Mejju 2010, ma ngħatat l-ebda rifużjoni għall-prodott u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(c) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


7.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 394/2010

tas-6 ta’ Mejju 2010

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Mejju 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Mejju 2010 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 374/2010 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji tal-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji tal-importazzjoni ffissati bir-Regolament (UE) Nru 374/2010.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 374/2010 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (UE) Nru 374/2010 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika fis-7 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 110, 1.5.2010, p. 26.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-7 ta’ Mejju 2010

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

31,76

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

10,17

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

10,17

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

31,76


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

30.4.2010-5.5.2010

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

157,20

111,53

Prezz FOB USA

133,24

123,24

103,24

72,80

Tariffa fuq il-Golf

13,73

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

18,66

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

26,59  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

59,00  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


Top