EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2008:024A:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, CA 24, 29 ta' Jannar 2008


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5015

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 24A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
29ta' Jannar 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

KUMMISSJONI
Id-Direttorat Ġenerali għall-kompetizzjoni (DĠ KOM)

2008/C 024A/01

Sejħa għal espressjoni ta' interess għal Kap ta' Rappreżentanza fil-Finlandja (aġent temporanju – grad AD12) – COM/2008/10055

1

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

KUMMISSJONI Id-Direttorat Ġenerali għall-kompetizzjoni (DĠ KOM)

29.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CA 24/1


SEJĦA GĦAL ESPRESSJONI TA' INTERESS GĦAL KAP TA' RAPPREŻENTANZA FIL-FINLANDJA

(AĠENT TEMPORANJU – GRAD AD12)

COM/2008/10055

(2008/C 24 A/01)

 

Il-Kummissjoni Ewropea qed tfittex li timpjega Kap għar-Rappreżentanza tagħha fil-Finlandja.

Ir-rwol tar-Rappreżentanza huwa:

li taqdi lill-Kummissjoni billi tipprovdi kuntatt ma' l-awtoritajiet reġjonali u lokali, analiżi tas-sitwazzjoni politika, u appoġġ operattiv u loġistiku għall-operazzjonijiet kollha li jitwettqu lokalment;

li tgħarraf u tikkomunika mal-mezzi tax-xandir nazzjonali u reġjonali u l-pubbliku ġenerali.

Id-dmirijiet tal-Kap tar-Rappreżentanza huma:

li jamministra u jikkorrdina r-riżorsi finanzjarji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Finlandja (Ħelsinki),

li jaġixxi bħala kelliem f'isem il-Kummissjoni fil-Finlandja,

li jispjega x-xogħol u l-politiki tal-Kummissjoni,

li jissorvelja u jirrapporta dwar l-iżviluppi politiċi, ekonomiċi u soċjali fil-Finlandja,

li jikkoordina l-għoti ta' informazzjoni lill-pubbliku ġenerali, inkluż permezz in-netwerks ta' informazzjoni u dokumentazzjoni tad-DĠ KOM,

li jikkoordina l-inizjattivi fil-konfront tal-pubbliku ġenerali ma' l-uffiċċju estern tal-Parlament Ewropew.

Il-Kap tar-Rappreżentanza huwa responsabbli wkoll biex jintlaħqu l-għanijiet annwali tar-Rappreżentanza li huma stabbiliti bi ftehim ma' l-amministrazzjoni tad-DĠ KOM. Il-ġestjoni ta' persunal ta' madwar 20 uffiċjal u ħaddiema oħra, il-Kap tar-Rappreżentanza jissorvelja l-aspetti kollha tar-Rappreżentanza u jaġixxi fil-kariga tiegħu ta' uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni permezz ta' sottodelegazzjoni.

Fil-bidu l-mandat huwa limitat għal 3 snin bil-possibbiltà ta' estensjoni waħda għal mhux aktar minn sentejn.

Id-dmirijiet tal-Kap tar-Rappreżentanza jitolbu ħafna flessibbiltà u rieda sabiex isir għadd kbir ta' vjaġġi fuq xogħol.

Il-kwalifiki meħtieġa:

il-kapaċità li jmexxi tim multidixxiplinari u multikulturali;

l-għarfien ta' prinċipji u prattiċi għall-ġestjoni tar-riżorsi umani;

l-għarfien ta' prattika finanzjarja tajba;

għarfien eċċellenti tal-politiki tal-Kummissjoni u relazzjonijiet interistituzzjonali;

analiżi politiki tajba;

l-għarfien tas-sitwazzjoni politika u l-mezzi tax-xandir nazzjonali;

il-kapaċità li jiżviluppa, u jikkomunika lil udjenzji differenti, messaġġ ċar u relevanti u stampa pożittiva ta' l-istituzzjonijiet Ewropej b'mod ġenerali, u tal-Kummissjoni b'mod partikolari;

il-kapaċità li jaħdem b'mod kostruttiv mad-diversi kuntatti tar-Rappreżentanza (l-aktar ma' l-awtoritajiet politiċi u l-mezzi tax-xandir);

il-kapaċità li jżomm spirtu ta' kooperazzjoni mad-dipartimenti tal-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni minkejja d-distanza ġeografika.

Il-kriteriji ta' l-eliġibbiltà:

1.

li jkun/tkun ċittadin ta' wieħed mis-27 Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea;

2.

grad universitarju, preferibbilment f'wieħed mill-oqsma li ġejjin: xjenzi politiċi, ekonomija, liġi, komunikazzjoni, amministrazzjoni;

3.

mill-anqas 10 snin esperjenza professjonali wara l-grad, li mill-anqas ħamsa minnhom għandhom ikunu f'kariga amministrattiva (riżorsi umani u finanzjarji). Din l-esperjenza għadha tkun inkisbet fil-qasam ta' l-informazzjoni, il-komunikazzjoni, il-mezzi tax-xandir u/jew affarijiet politiċi u ekonomiċi;

4.

għarfien sod ta' l-ilsien Finlandiż u għarfien xieraq ta' lsien ieħor mill-ilsna uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għarfien tajjeb tal-Franċiż u/jew l-Ingliż ikun ta' vantaġġ. Il-kandidati huma mgħarrfa li l-proċeduri ta' l-għażla ser isiru bl-Ingliż, u/jew bil-Franċiż.

Indipendenza u dikjarazzjoni ta' interessi

Il-kandidati huma mitluba jikkonfermaw il-volontà tagħhom li jagħmlu dikjarazzjoni dwar l-impenn tagħhom li jaġixxu b'mod indipendenti fl-interess pubbliku u dikjarazzjoni ta' kull interessi li jistgħu jitqiesu li jippreġudikaw l-indipendenza tagħhom.

Opportunitajiet indaqs

Il-Kummissjoni Ewropea tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs u tinkoraġġixxi nazzjonalitajiet differenti fil-karigi ta' Rappreżentanza.

Ħatra u kundizzjonijiet ta' l-impjieg

Il-Kap tar-Rappreżentanza se jintgħażel u jinħatar mill-Kummissjoni skond il-proċeduri ta' għażla u ta' impjieg tagħha.

Billi l-kariga ta' Kap tar-Rappreżentanza huwa kkunsidrat “sensittiv”, il-kandidat li jintgħażel ser jingħata kuntratt ta' aġent temporanju b'mandat inizjali ta' tliet snin li jista' jiġi estiż darba għal mhux aktar minn sentejn.

Is-salarju u l-kundizzjonijiet tax-xogħol huma dawk stipulati fil-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' Uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej għall-aġenti temporanji AD12.

L-applikanti għandhom iqisu r-rekwiżit sabiex il-persunal il-ġdid kollu jgħaddu b'suċċess żmien ta' prova ta' sitt xhur.

Post ta' l-impjieg: Ħelsinki, il-Finlandja

Il-proċedura ta' applikazzjoni

Qabel ma tissottometti l-applikazzjoni tiegħek, għandek tiċċekkja b'attenzjoni jekk tilħaqx il-kriterji ta' eliġibilità kollha, b'mod partikolari rigward it-tipi ta' kwalifiki u esperjenza professjonali meħtieġa.

Jekk tixtieq tapplika, jeħtieġ li tirreġistra permezz ta' l-Internet billi żżur il-websajt

http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/seniormanagementvacancies/CV_Encadext/index.cfm

u segwi l-istruzzjonijiet li jikkonċernaw id-diversi stadji tal-proċedura.

Hija responsabbiltà tiegħek li r-reġistrazzjoni online tiegħek issir fil-ħin (1). Nirrakkomandaw bil-qawwa li ma tistenniex sa l-aħħar ftit jiem biex tapplika, għaliex ħafna traffiku fuq l-internet jew xi difett fil-konnessjoni ta' l-internet tiegħek jistgħu jwasslu biex ir-reġistrazzjoni online tiegħek tiġi tterminata qabel ma tkun lestejtha, u b'hekk ikollok tirrepeti l-proċess kollu. Ladarba tgħaddi l-iskadenza għas-sottomissjoni tar-reġistrazzjonijiet, ma tkunx tista' tagħmel dan.

Meta tlesti r-reġistrazzjoni online tiegħek, inti tirċievi fuq l-iskrin tiegħek numru ta' reġistrazzjoni li għandek tieħu nota tiegħu – dan ikun in-numru ta' referenza tiegħek f'kull kwistjoni li tirrigwarda l-applikazzjoni. Meta tirċievi dan in-numru, il-proċess ta' reġistrazzjoni jkun spiċċa – huwa konferma li aħna nkunu rreġistrajna l-informazzjoni li tkun daħħalt.

Jekk ma tirċievi l-ebda numru, l-applikazzjoni tiegħek ma tkunx ġiet irreġistrata.

Jekk jogħġbok innota li jrid ikollok indirizz tal-posta elettronika. Dan ser jintuża biex tiġi identifikata r-reġistrazzjoni tiegħek.

Ma' l-applikazzjoni tiegħek ser tintalab tehmeż curriculum vitae f'format word jew PDF, u ddaħħal ittra ta' motivazzjoni online (massimu ta' 8 000 karattru). Kemm is-CV u kemm l-ittra jridu jkunu bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

Jekk tbati minn diżabbiltà li ma tippermettilekx tirreġistra online, tista' tibgħat l-applikazzjoni (is-CV u l-ittra ta' motivazzjoni) fuq karti permezz ta' posta reġistrata  (2), b'timbru postali b'data li ma tkunx aktar tard mid-data meta tagħlaq ir-reġistrazzjoni. Kull komunikazzjoni sussegwenti bejnek u bejn il-Kummissjoni tkun bil-posta. F'dan il-każ, ma' l-applikazzjoni tiegħek għandek tehmeż ċertifikat li juri d-diżabbiltà tiegħek, maħruġ minn entità rikonoxxuta. Għandek issemmi wkoll, fuq karta separata, kwalunkwe arranġament speċjali li taħseb li jkun meħtieġ biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni tiegħek fl-għażla.

Se tiġi stabbilita lista ta' l-ewwel kandidati magħżula fuq il-bażi ta' l-informazzjoni misjuba fl-applikazzjonijiet online tal-kandidati. Il-kandidati inklużi f'din il-lista se jissejħu għal intervista mid-DĠ KOM.

Jekk teħtieġ aktar tagħrif u/jew tiltaqa' ma' problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat e-mail lil:

ADMIN-MANAGEMENT-ONLINE@ec.europa.eu

Data ta' l-għeluq

Id-data ta' l-għeluq għar-reġistrazzjoni hija s-26 ta' Frar 2008. Ir-reġistrazzjoni elettronika mhux ser tkun possibbli wara nofsinhar (12.00 p.m.) ħin ta' Brussell.


(1)  Mhux aktar tard min-nofsinhar (12:00), ħin ta' Brussell, tas-26 ta' Frar 2008.

(2)  Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali “Persunal u Amministrazzjoni”, Unità Organigramma u Staff Maniġerjali, COM/2008/10055, MO34 5/119, B-1049 Brussell.


Top