Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2022C1215(03)

    Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tirreġistra l-aċċettazzjoni ta’ miżuri xierqa skont l-Artikolu 1(1) tal-Parti I u l-Artikolu 19(1) tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti propost fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ Linji Gwida ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju 2022/C 476/09

    ĠU C 476, 15.12.2022, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 476/33


    Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tirreġistra l-aċċettazzjoni ta’ miżuri xierqa skont l-Artikolu 1(1) tal-Parti I u l-Artikolu 19(1) tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti propost fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ Linji Gwida ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju

    (2022/C 476/09)

    L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA pproponiet miżuri xierqa, li ġew aċċettati mill-Istati tal-EFTA, dwar il-miżura ta' għajnuna mill-Istat li ġejja:

    Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

    Is-7 ta’ Settembru 2022

    Il-Każ Nru

    86868

    Id-Deċiżjoni Nru

    177/22/COL

    Stat tal-EFTA

    Kollha

    It-titolu

    Deċiżjoni li tirreġistra l-aċċettazzjoni ta’ miżuri xierqa skont l-Artikolu 1(1) tal-Parti I u l-Artikolu 19(1) tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti proposta fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ Linji Gwida ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju

    Il-bażi ġuridika

    Il-Ftehim dwar iż-ŻEE, b’mod partikolari l-Artikoli minn 61 sa 63 u l-Protokoll 26;

    il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), b’mod partikolari l-Artikolu 24 u l-Artikoli 5(2)(a) u 5(2)(b);

    il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) tal-Parti I u l-Artikoli 19(1) tal-Parti II

    It-tip ta’ miżura

    Deċiżjoni li tirreġistra l-aċċettazzjoni tal-miżuri xierqa proposti

    L-objettiv

    L-iżgurar li l-Istati tal-EFTA jemendaw, fejn meħtieġ, l-iskemi eżistenti tagħhom ta’ għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju, biex iġibuhom konformi mal-Linji Gwida l-ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investiment ta’ finanzjament ta’ riskju

    It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fis-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

    http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


    Top