Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2022C0331(03)

    Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni 2022/C 143/07

    ĠU C 143, 31.3.2022, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.3.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 143/10


    Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

    (2022/C 143/07)

    L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

    Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

    l-14 ta’ Diċembru 2021

    Każ Nru

    87845

    Deċiżjoni Nru

    290/21/COL

    Stat tal-EFTA

    In-Norveġja

    Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

    COVID-19 - Estensjoni u emendi għall-iskema umbrella Norveġiża għall-appoġġ ta’ likwidità għall-impriżi fil-muniċipalitajiet milquta mill-pandemija tal-COVID-19

    Bażi ġuridika

    Il-proposta tal-baġit tal-Gvern, Prop. 79 S (2020–2021) approvati fit-23 ta’ Frar 2021

    It-termini u l-kundizzjonijiet għall-miżura huma deskritti fl-ittri ta’ assenjazzjoni lill-muniċipalitajiet, maħruġa mill-Ministeru tal-Gvern Lokali u l-Modernizzazzjoni.

    Il-Kapitolu 6 tar-Regolament dwar il-ġestjoni ekonomika għall-awtoritajiet nazzjonali sanzjonati b’digriet Irjali mit-12 ta’ Diċembru 2003 huwa rilevanti

    Tip ta’ miżura

    Skema

    Objettiv

    Li jiġi żgurat aċċess għal-likwidità għall-impriżi li jiffaċċjaw nuqqas/indisponibbiltà f’daqqa ta’ likwidità minħabba l-impatt fuq l-ekonomija tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri lokali jew nazzjonali ta’ kontroll tal-infezzjonijiet li jirriżultaw

    Forma tal-għajnuna

    Għotjiet diretti

    Baġit

    Il-baġit massimu stmat huwa ta’ NOK 4.55 biljun

    Intensità

    Il-miżura tipprovdi lill-muniċipalitajiet/kontej reġjonali kollha b’qafas li fih jistgħu jgħinu impriżi lokali li jesperjenzaw kostijiet jew telf akbar. Il-ħtieġa għall-fondi tista’ għalhekk tvarja

    Tul ta’ żmien

    Sat-30 ta’ Ġunju 2022

    Setturi ekonomiċi

    Is-setturi jew l-impriżi jistgħu jvarjaw taħt l-iskemi muniċipali/tal-kontea differenti. Il-miżura ma tapplikax għal impriżi li huma kompletament iffinanzjati minn awtoritajiet pubbliċi u madankollu mhijiex miftuħa għas-settur finanzjarju

    Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti

    Il-Ministeru tal-Gvern Lokali u l-Modernizzazzjoni huwa l-awtorità responsabbli għall-miżura u għad-definizzjoni tal-qafas li fih il-muniċipalitajiet u l-kontej reġjonali jistgħu jadattaw u jagħtu prijorità lill-iskemi lokali

    Informazzjoni oħra

     

    It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


    Top