Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2021J0002

    Sentenza tal-Qorti l-14 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża E-2/21 Norep AS vs Haugen Gruppen AS (Aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom – Direttiva 86/653/KEE – Artikolu 1(2) – Kunċett ta’ “aġent kummerċjali” – Negozjar ta’ bejgħ jew xiri ta’ merkanzija f’isem il-prinċipal) 2022/C 153/08

    ĠU C 153, 7.4.2022, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 153/14


    SENTENZA TAL-QORTI

    l-14 ta’ Diċembru 2021

    fil-Kawża E-2/21

    Norep AS vs Haugen Gruppen AS

    (Aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom – Direttiva 86/653/KEE – Artikolu 1(2) – Kunċett ta’ “aġent kummerċjali” – Negozjar ta’ bejgħ jew xiri ta’ merkanzija f’isem il-prinċipal)

    (2022/C 153/08)

    Fil-kawża E-2/21, Norep As vs Haugen Gruppen AS – TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti Suprema tan-Norveġja (Norges Høyesterett) dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill86/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom, il-Qorti, komposta minn Páll Hreinsson, President (Imħallef Relatur), Per Christiansen u Bernd Hammermann, Imħallfin, tat sentenza fl-14 ta’ Diċembru 2021, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

    1.

    L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill86/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom, u b’mod partikolari t-terminu “jinnegozjaw”, għandu jiġi interpretat bħala li mhux neċessarjament jippresupponi l-involviment dirett tal-aġent fit-tqegħid ta’ ordnijiet mill-klijenti mal-prinċipal, jew li jeskludi xenarju li fih l-ordnijiet imorru direttament mill-klijenti lill-prinċipal.

    2.

    Attività relatata mal-bejgħ għandha titqies bħala negozjar għall-finijiet tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 86/653/KEE jekk din titwettaq speċifikament bil-ħsieb li tinkiseb il-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ bejgħ jew xiri ta’ oġġetti mill-prinċipal, u jekk l-aġent jaġixxi bħala intermedjarju bejn il-prinċipal u l-klijenti tiegħu.


    Top