EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2020P0002

Talba għal Opinjoni Konsultattiva tal-Qorti tal-EFTA min-naħa ta’ Borgarting Lagmannsrett tat-3 ta’ April 2020 fil-kawża ta’ Il-Gvern tan-Norveġja vs L (Il-Kawża E-2/20) 2020/C 234/03

ĠU C 234, 16.7.2020, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/3


Talba għal Opinjoni Konsultattiva tal-Qorti tal-EFTA min-naħa ta’ Borgarting Lagmannsrett tat-3 ta’ April 2020 fil-kawża ta’ Il-Gvern tan-Norveġja vs L

(Il-Kawża E-2/20)

(2020/C 234/03)

Saret talba lill-Qorti tal-EFTA bid-data tat-3 ta’ April 2020 min-naħa ta’ Borgarting Lagmannsrett (il-Qorti tal-Appell ta’ Borgarting) li ġiet riċevuta fir-Reġistru tal-Qorti fit-3 ta’ April 2020, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża tal-Gvern tan-Norveġja vs L dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

1.

Il-premessa 27 tal-preambolu tad-Direttiva 2004/38/KE għandha tiġi interpretata bħala li tfisser li t-tkeċċija ta’ persuna b’nazzjonalità tal-UE/taż-ŻEE flimkien ma’ ordni ta’ tkeċċija permanenti tmur kontra d-Direttiva 2004/38/KE, anki jekk il-persuna inkwistjoni jkollha l-possibbiltà skont l-Artikolu 32(1) li tagħmel rikors biex l-ordni ta’ tkeċċija titneħħa?

2.

Kif għandu jinftiehem il-kliem “tibdil materjali” fl-Artikolu 32(1) meta t-tkeċċija tkun ibbażata fuq karatteristiċi personali tal-persuna b’nazzjonalità tal-UE/taż-ŻEE?

3.

Jekk wieħed jassumi li l-karatteristiċi personali tal-persuna b’nazzjonalità tal-UE/taż-ŻEE li jiġġustifikaw it-tkeċċija mhumiex se jinbidlu, it-tkeċċija flimkien mal-projbizzjoni fuq id-dħul permanenti, f’każijiet bħal dawn, imorru kontra d-Direttiva 2004/38/KE?

4.

B’rabta mat-tkeċċija ta’ persuna b’nazzjonalità tal-UE/taż-ŻEE flimkien ma’ projbizzjoni fuq id-dħul permanenti meta l-persuna inkwistjoni jkollha familja u tfal fil-pajjiż li minnu tkun qiegħda titkeċċa, kif għandu jinftiehem ir-rekwiżit fl-Artikolu 27(2), li skontu t-tkeċċija trid tkun miżura proporzjonata? F’każijiet bħal dawn, id-Direttiva tipprekludi t-tkeċċija flimkien ma’ projbizzjoni fuq id-dħul permanenti?

5.

Kemm għandu jingħata piż in-nuqqas ta’ twettiq ta’ reati kriminali waqt li wieħed ikun qed jiskonta sentenza u l-iżvilupp pożittiv wara li jiġi lliberat fuq probation fl-iddeterminar ta’ jekk hemmx “theddida ġenwina, attwali u serja biżżejjed” kif imsemmi fl-Artikolu 27(2)?


Top