EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2015P0012

Azzjoni mressqa fil-21 ta’ April 2015 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Prinċipat tal-Liechtenstein (Il-Kawża E-12/15)

ĠU C 209, 25.6.2015, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/8


Azzjoni mressqa fil-21 ta’ April 2015 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Prinċipat tal-Liechtenstein

(Il-Kawża E-12/15)

(2015/C 209/07)

Fil-21 ta’ April 2015, tressqet azzjoni kontra l-Prinċipat tal-Liechtenstein quddiem il-Qorti tal-EFTA mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Markus Schneider and Marlene Lie Hakkebo, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35, Rue Belliard, B-1040 Brussell.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

1.

Tiddikjara li l-Prinċipat ta’ Liechtenstein ma ssodisfax l-obbligi tiegħu taħt l-Att li jsir referenza għalih fil-punti 7a, 7e u 7i tal-Anness XIX mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijei tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u taħt l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottax il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fi ħdan iż-żmien stabbilit.

2.

Tordna lil-Liechtenstein iħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet ġuridiċi miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein li jkun konformi, mhux aktar tard mill-24 ta’ Novembru 2014, ma’ opinjoni mmotivata li ħarġet l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fl-24 ta’ Settembru 2014 rigward in-nuqqas ta’ dak l-Istat li jimplimenta fl-ordni ġuridiku nazzjonali tiegħu id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif imsemmi fil-punti 7a, 7e u 7i tal-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u hija adattata għal ma dak il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu (“l-Att”).

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tissottometti li l-Liechtenstein naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi ma adottax il-miżuri meħtieġa biex jimplimenta l-Att fiż-żmien preskritt.


Top