EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2014P0015

Azzjoni mressqa fit- 18 ta’ Lulju 2014 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda (Kawża E-15/14)

ĠU C 334, 25.9.2014, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 334/34


Azzjoni mressqa fit-18 ta’ Lulju 2014 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda

(Kawża E-15/14)

(2014/C 334/15)

Fit-18 ta’ Lulju 2014 l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Markus Schneider u Janne Tysnes Kaasin, li kienu qegħdin jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, li tinsab f’Rue Belliard 35, 1040 Brussell, il-Belġju, ħadet azzjoni kontra l-Islanda fil-Qorti tal-EFTA.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

1.

Tiddikjara li l-Islanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi naqset milli tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex tagħmel parti mill-ordinament ġuridiku intern tagħha, fiż-żmien stipulat, l-Att imsemmi fil-punt 4d tal-Kapitolu XI tal-Anness II għal dan il-Ftehim,

Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

kif emendat bi

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 286/2012 tas-27 ta’ Jannar 2012 li jemenda, l-Anness I biex jinkludi isem ġdid ta’ fibra tat-tessuti, u bl-għan li jiġu adattati għall-progress tekniku l-Annessi VIII u IX tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessuti,

u kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu.

2.

Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

L-isfond ġuridiku u fattwali u l-eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Islanda li tikkonforma, fil-limiti taż-żmien stipulati, ma’ żewġ opinjonijiet motivati mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar in-nuqqas ta’ dan l-Istat li jimplimenta fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tiegħu, ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll in-nuqqas tagħha li tagħmel parti mill-ordinament ġuridiku nazzjonali tagħha r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 286/2012 tas-27 ta’ Jannar 2012 li jemenda, sabiex jinkludi isem ta’ fibra tat-tessut ġdida, l-Anness I, u għall-iskopijiet tal-adattament tagħhom għall-progress tekniku, l-Annessi VIII u IX għar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut (“l-Atti”), it-tnejn li huma kif imsemmija fil-punt 4d tal-Kapitolu XI tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u kif adattat għal dan il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tiddikjara li billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji biex tagħmel l-Atti parti mill-ordinament ġuridiku intern tagħha, fil-limitu taż-żmien preskritt, l-Islanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE.


Top