Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2013J0509(01)

    Emendi għar-regoli tal-proċedura tal-Qorti tal-EFTA – Adottati mill-Qorti fis- 16 ta’ Mejju 2012

    ĠU C 132, 9.5.2013, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2021; Impliċitament imħassar minn E2021C0520(01)

    9.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 132/12


    Emendi għar-regoli tal-proċedura tal-Qorti tal-EFTA

    Adottati mill-Qorti fis-16 ta’ Mejju 2012

    (Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

    2013/C 132/07

    Il-QORTI TAL-EFTA,

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta’ Sorveljanza u l-Qorti tal-Ġustizzja, iffirmat f'Oporto fit-2 ta' Mejju 1992 u, b'mod partikolari, l-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat il-Protokoll 5 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità tas-Sorveljanza u l-Qorti tal-Ġustizzja, dwar l-Istatut tal-Qorti, u b'mod partikolari, l-Artikolu 43 tiegħu,

    Filwaqt li huwa meħtieġ għall-Qorti, fid-dawl tal-esperjenza, li jkollha bażi legali ċara għat-tqegħid fil-prattika tad-direzzjonijiet bil-ħsieb li tittejjeb it-tmexxija tal-proċedimenti, b’mod partikolari fir-rigward tat-tressiq ta’ trattazzjonijiet bil-miktub u kif isir is-smigħ quddiemha;

    ADOTTAT ID-DEĊIŻJONI LI ĠEJJA LI TEMENDA R-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAGĦHA:

    Artikolu 1

    It-test li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 97a:

    “Artikolu 97b

    Il-Qorti tista’ toħroġ id-direzzjonijiet marbuta b’mod partikolari mal-preparazzjoni u tmexxija tas-smigħ quddiemha, u għall-preżentazzjoni ta' trattazzjonijiet bil-miktub dwar il-każ jew osservazzjonijiet bil-miktub.”

    Artikolu 2

    1.   Din id-Deċiżjoni, li hija awtentika bl-Ingliż, għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

    2.   Il-Qorti se tittraduċi uffiċjalment din id-Deċiżjoni fil-Ġermaniż, l-Islandiż u n-Norveġiż.

    Il-Lussemburgu, is-16 ta’ Mejju 2012.

    Páll HREINSSON

    Imħallef

    Carl BAUDENBACHER

    President

    Per CHRISTIANSEN

    Imħallef


    Top