Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2012J0012

    Sentenza tal-Qorti tal- 15 ta’ Mejju 2013 fil-Kawża E-12/12 – L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda (Nuqqas minn Parti Kontraenti li tissodisfa l-obbligi tagħha – Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE)

    ĠU C 277, 26.9.2013, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 277/8


    SENTENZA TAL-QORTI

    tal-15 ta’ Mejju 2013

    fil-Kawża E-12/12

    L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda

    (Nuqqas minn Parti Kontraenti li tissodisfa l-obbligi tagħha – Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE)

    2013/C 277/06

    Fil-Kawża E-12/12, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda – RIKORS għal dikjarazzjoni li, billi naqset, fil-limitu taż-żmien preskritt, milli tadotta jew tinnotifika lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA l-miżuri meħtieġa biex timplimenta fil-liġi nazzjonali tagħha l-Att imsemmi fil-punt 7h tal-Anness XIX tal-Ftehim taż-ŻEE, jiġifieri d-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, kif adattata għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, l-Islanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza fil-15 ta' Mejju 2013, li l-parti operattiva tagħha hi kif ġej:

    Il-Qorti b'dan:

    (1)

    Tiddikjara illi, billi naqset milli tadotta, fil-limitu taż-żmien preskritt, il-miżuri meħtieġa biex timplimenta fil-liġi nazzjonali tagħha l-Att imsemmi fil-punt 7h tal-Anness XIX tal-Ftehim taż-ŻEE, jiġifieri d-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, kif adattata għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, jew li tinnotifika lill-Awtorità Superviżorja Ewropea b'dan, l-Islanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE.

    (2)

    Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.


    Top