Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2012J0006

    Sentenza tal-Qorti tal- 11 ta' Settembru 2013 fil-Kawża E-6/12 – L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra r-Renju tan-Norveġja (Nuqqas minn Stat taż-ŻEE/EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu – ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 – ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 – Sigurtà soċjali għal ħaddiema migranti)

    ĠU C 372, 19.12.2013, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 372/17


    SENTENZA TAL-QORTI

    tal-11 ta' Settembru 2013

    fil-Kawża E-6/12

    L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra r-Renju tan-Norveġja

    (Nuqqas minn Stat taż-ŻEE/EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu – ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 – ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 – Sigurtà soċjali għal ħaddiema migranti)

    (2013/C 372/06)

    Fil-kawża E-6/12, l-Awtorità ta' Sorveljanza kontra r-Renju tan-Norveġja – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li, billi nżammet fis-seħħ il-prattika amministrattiva li ma jiġix ivvalutat jekk tfal, li jgħixu flimkien ma' ġenitur ieħor barra min-Norveġja, humiex dipendenti prinċipalment fuq il-ġenitur li jgħix fin-Norveġja u separat mill-ġenitur l-ieħor, ir-Renju tan-Norveġja qed jikser l-Artikolu 1(f)(i), it-tieni sentenza, flimkien mal-Artikolu 76 tal-Att imsemmi fil-punt 1 tal-Anness VI għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità, kif emendat), kif adattat għall-Ftehim ŻEE mill-Protokoll 1 għal dan l-għan, il-Qorti, komposta minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef Relatur), Imħallfin, tat is-sentenza fil-11 ta' Settembru 2013, li l-parti operattiva tagħha hi kif ġej:

    Il-Qorti b’dan:

    (1)

    Tiddikkjara li, billi nżammet fis-seħħ il-prattika amministrattiva taħt l-Att tal-Benefiċċji tat-Tfal li ma jiġix ivvalutat jekk tfal, li jgħixu flimkien ma' ġenitur ieħor barra n-Norveġja, humiex prinċipalment dipendenti fuq il-ġenitur li qed jgħix fin-Norveġja u separat mill-ġenitur l-ieħor, ir-Renju tan-Norveġja qed jikser l-Artikolu 1(f)(i), it-tieni sentenza, tal-Att imsemmi fil-punt 1 tal-Anness VI għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità, kif emendat), kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu;

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud; u,

    (3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    Top