This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2012C0265
EFTA Surveillance Authority Decision No 265/12/COL of 5 July 2012 to approve the contingency plan for listed exotic diseases in aquatic animals submitted by Norway
Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 265/12/COL tal- 5 ta’ Lulju 2012 biex tapprova l-pjan ta' kontinġenza ippreżentat min-Norveġja għall-mard eżotiku elenkat fl-annimali akkwatiċi
Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 265/12/COL tal- 5 ta’ Lulju 2012 biex tapprova l-pjan ta' kontinġenza ippreżentat min-Norveġja għall-mard eżotiku elenkat fl-annimali akkwatiċi
ĠU C 340, 8.11.2012, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' E2021C0032
8.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/4 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 265/12/COL
tal-5 ta’ Lulju 2012
biex tapprova l-pjan ta' kontinġenza ippreżentat min-Norveġja għall-mard eżotiku elenkat fl-annimali akkwatiċi
2012/C 340/03
L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA
Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 8a tal-Parti 3.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE,
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1) kif ikkoreġuta u emendata.
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kulleġġ Nru 259/12/COL li tagħti s-setgħa lill-Membru tal-Kulleġġ kompetenti biex jadotta din id-deċiżjoni,
Billi:
B'konformità mal-Artikolu 47(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, in-Norveġja fasslet pjan ta' kontinġenza għall-mard eżotiku elenkat fl-annimali akkwatiċi.
Fit-30 ta' Ġunju 2011, kif mitlub mill-Artikolu 47(4) tad-Direttiva 2006/88/KE, in-Norveġja ppreżentat pjan ta' kontinġenza għall-approvazzjoni tal-Awtorità.
B'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, l-Awtorità eżaminat il-pjan ta' kontinġenza għall-mard eżotiku elenkat fl-annimali akkwatiċi.
Barra minn hekk, f'April tal-2012, l-Awtorità wettqet missjoni fin-Norveġja dwar il-pjanijiet ta' kontinġenza.
L-eżaminazzjoni u l-investigazzjonijiet tal-Awtorità li wettqet matul il-missjoni fin-Norveġja wrew li l-pjan ta' kontinġenza ppreżentat min-Norveġja jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 47 u l-Anness VII tad-Direttiva 2006/88/KE.
L-Awtorità, bid-Deċiżjoni tagħha Nru 259/12/COL irreferiet il-kwistjoni lill-Kumitat Veterinarju tal-EFTA li jassisti l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. Il-Kumitat approva unanimament il-proposta li ressqet l-Awtorità. B’konsegwenza ta’ dan, il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni unanima tal-Kumitat Veterinarju tal-EFTA li jassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u t-test finali tal-miżuri baqa’ mhux mibdul.
Għalhekk hu f'loku li l-pjan ta' kontinġenza ippreżentat min-Norveġja għall-mard eżotiku elenkat fl-annimali akkwatiċi jiġi approvat.
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pjan ta' kontinġenza ippreżentat min-Norveġja għall-mard eżotiku elenkat fl-annimali akkwatiċi hu b'dan approvat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-5 ta' Lulju 2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lin-Norveġja.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija awtentika bl-Ingliż.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2012.
Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza ta' l-EFTA
Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON
Membru tal-Kulleġġ
Florence SIMONETTI
Aġent Direttur
(1) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 32, 17.6.2010, p. 1 bl-Islandiż u Nru 35, 23.6.2011, p. 44 bin-Norveġiż.