This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2011J0016
Judgment of the Court of 28 January 2013 in Case E-16/11 — EFTA Surveillance Authority v Iceland (Directive 94/19/EC on deposit-guarantee schemes — Obligation of result — Emanation of the State — Discrimination)
Sentenza tal-Qorti tat- 28 ta’ Jannar 2013 fil-Każ E-16/11 – L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda (Id-Direttiva 94/19/KE dwar l-iskemi ta’ garanzija għal depożiti – Obbligu ta’ riżultat – Emanazzjoni tal-Istat – Diskriminazzjoni)
Sentenza tal-Qorti tat- 28 ta’ Jannar 2013 fil-Każ E-16/11 – L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda (Id-Direttiva 94/19/KE dwar l-iskemi ta’ garanzija għal depożiti – Obbligu ta’ riżultat – Emanazzjoni tal-Istat – Diskriminazzjoni)
ĠU C 132, 9.5.2013, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 132/11 |
SENTENZA TAL-QORTI
tat-28 ta’ Jannar 2013
fil-Każ E-16/11
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda
(Id-Direttiva 94/19/KE dwar l-iskemi ta’ garanzija għal depożiti – Obbligu ta’ riżultat – Emanazzjoni tal-Istat – Diskriminazzjoni)
2013/C 132/06
Fil-Każ E-16/11, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda – L-APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li meta naqqset li tiżgura l-ħlas tal-ammont minimu ta’ kumpens lid-depożituri tal-Icesave fl-Olanda u fir-Renju Unit previsti fl-Artikolu 7(1) tal-Att imsemmi fil-punt 19a tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti) fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 10 tal-Att, l-Islanda naqset milli tikkonforma mal-obbligi li jirriżultaw minn dak l-Att, b’mod partikolari l-Artikoli 3, 4, 7 u 10, u/jew l-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President u Imħallef Relatur, Páll Hreinsson u Ola Mestad (ad hoc), Imħallfin, taw is-sentenza fit-28 ta’ Jannar 2013, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
(1) |
Tiċħad l-applikazzjoni. |
(2) |
Tordna lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA sabiex tħallas l-ispejjeż tagħha stess u l-ispejjeż imġarrba mill-Islanda. |
(3) |
Tordna lill-Kummissjoni Ewropea sabiex iġġorr l-ispejjeż tagħha. |